Sib informazzjoni għal kull reġjun
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
Il-qorti distrettwali li tinsab fis-sede tal-qorti reġjonali; il-Qorti Distrettwali Ċentrali ta’ Buda f’Budapest; l-appelli jinstemgħu mill-qrati reġjonali jew, f’Budapest, mill-Qorti Reġjonali tal-Kapitali ta' Budapest (isem u indirizz tal-qrati).
It-talbiet għall-appell tieħu ħsiebhom il-Kurja tal-Ungerija fi proċedimenti ta’ appell.
L-awtoritajiet li huma kompetenti biex joħorġu ċertifikat huma:
- il-qrati kif imsemmija fl-Artikolu 3(2): il-qrati distrettwali
- awtoritajiet oħra b’kompetenza fil-qasam tas-suċċessjoni skont il-liġi nazzjonali: nutara tal-liġi ċivili
L-applikazzjonijiet għal rimedju jinstemgħu mill-qrati reġjonali jew, f’Budapest‑, mill-Qorti Reġjonali tal-Kapitali ta' Budapest (isem u indirizz tal-qrati).
Fl-Ungerija in-nutara tal-liġi ċivili jgħoddu bħala “awtoritajiet u professjonisti legali oħra”.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.