Suċċessjonijiet

Greċja

Il-kontenut ipprovdut minn
Greċja

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Greċja

Il-Liġi tal-Familja - materji ta' suċċessjoni


*input mandatarju

L-Artikolu 78 (a) - l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti b'ġuriżdizzjoni biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà skont l-Artikolu 45(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 50(2)

Il-qorti kompetenti biex tisma’ rikorsi għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà skont l-Artikolu 45(1) hija l-Qorti tal-Prim’Istanza b’Membru Wieħed [Μονομελές Πρωτοδικείο] tad-distrett li fih hija domiċiljata l-parti li kontriha qed tintalab l-eżekuzzjoni; jekk hija ma għandhiex domiċilju, allura tkun il-qorti tar-residenza tagħha; jekk ma jkollhiex l-anqas residenza, allura tkun kompetenti l-Qorti tal-Prim’Istanza b'Membru Wieħed tal-belt kapitali tal-pajjiż (l-Artikolu 905(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

Il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni biex tisma’ l-appelli kontra deċiżjonijiet li ngħataw skont l-Artikolu 45(1) hija l-Qorti tal-Appell b’Membru Wieħed [Μονομελές Εφετείο] li għaliha hija soġġetta l-Qorti tal-Prim’Istanza b’Membru Wieħed li semgħet l-applikazzjoni.

L-Artikolu 78 (b) - il-proċeduri ta’ biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 51

Il-Qorti Suprema [Άρειος Πάγος] hija l-qorti li quddiemha tista’ tiġi appellata d-deċiżjoni mogħtija fl-appell imsemmija fl-Artikolu 51 (il-Qorti tal-Appell b’Membru Wieħed).

L-eżegwibbiltà tiġi dikjarata mill-Qorti tal-Prim’Istanza b’Membru Wieħed fi proċedimenti ex parte (l-Artikoli 740 sa 781 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

L-appelli quddiem il-Qorti tal-Appell b’Membru Wieħed kontra d-deċiżjoni msemmija hawn fuq tal-Qorti tal-Appell b’Membru Wieħed jinstemgħu fi proċedimenti kkontestati (l-Artikolu 524 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

Id-deċiżjoni tista’ titħassar għal waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 559 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili.

L-Artikolu 78 (c) - informazzjoni rilevanti rigward l-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċ-Ċertifikat skont l-Artikolu 64

Il-Qorti Ċivili Distrettwali [Ειρηνοδικείο] tad-distrett fejn id-decujus kellu d-domiċilju tiegħu fil-mument tal-mewt; jekk ma kellux domiċilju, ikollha kompetenza l-qorti tal-post ta’ residenza tiegħu; jekk ma kellux l-anqas residenza, allura tkun kompetenti l-Qorti Ċivili Distrettwali tal-belt kapitali tal-pajjiż (l-Artikolu 30 u 810) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

L-Artikolu 78 (d) - il-proċeduri ta’ rimedju msemmija fl-Artikolu 72

A. - Id-deċiżjoni li tordna l-għoti ta’ ċertifikat ta’ suċċessjoni skont l-Artikolu 72(1) tar-Regolament tista’ tiġi kkontestata permezz ta’ appell quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza b’Diversi Membri [Πολυμελούς Πρωτοδικείου] tad-distrett fejn tinsab il-qorti ċivili distrettwali (l-Artikolu 824(1) flimkien mal-Artikolu 18 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

B. Id-deċiżjoni li tordna r-revoka taċ-ċertifikat jew li tiddikjarah invalidu jew li temendah jew tħassru tista’ tiġi kkontestata, skont l-Artikoli 71 u 73(1)(a) tar-Regolament, permezz ta’ proċedimenti ta’ partijiet terzi biss quddiem il-qorti tas-suċċessjoni, li hija l-Qorti Ċivili Distrettwali [Ειρηνοδικείο] tad-distrett li fih kien domiċiljat d-decujus meta miet jew tar-residenza tiegħu jekk ma kellux domiċilju; jekk ma kellhiex residenza, allura tkun kompetenti l-Qorti Distrettwali tal-belt kapitali tal-pajjiż (l-Artikolu 823 u 824 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili flimkien mal-Artikolu 1965 tal-Kodiċi Ċivili).

Għall-proċedura ta’ appell (ara l-punt A msemmi hawn fuq), ara l-Artikoli 495 sa 500 u 511 sa 537 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili.

Għall-proċedimenti ta’ partijiet terzi (ara l-punt B msemmi hawn fuq), ara l-Artikoli 583 sa 590 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili.

L-Artikolu 79 - Stabbiliment u emendar sussegwenti tal-list li fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2)

In-nutara huma l-professjonisti legali li huma kompetenti fil-qasam tas-suċċessjoni.

In-nutara jaħdmu taħt il-kontroll ta’ awtorità ġudizzjarja (il-Prosekutur Pubbliku fil-qorti tal-prim’istanza- Εισαγγελέα Πρωτοδικών).

In-nutara huma uffiċjali pubbliċi mingħajr salarju mogħtija awtorità tal-Istat biex ifasslu atti awtentiċi li għandhom il-validità ta’ dokumenti pubbliċi, bil-vantaġġi sussegwenti ta’ forza probatorja akbar, data konklużiva u eżegwibbiltà.

Fl-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħhom, bl-applikazzjoni tal-liġi, in-nutara jissalvagwardjaw fl-istess ħin kemm l-interessi tal-istat kif ukoll tal-partijiet, u bħala avukati b’taħriġ akkademiku għoli jaġixxu imparzjalment, jagħtu ċertezza legali lil dawk involuti u jipprevjenu l-litigazzjoni.

Dawn il-kwalitajiet tan-nutara u tal-atti u d-dokumenti li jfasslu jfissru li n-nutara għandhom rwol attiv u effettiv fil-ġustizzja preventiva, fejn jissalvagwardjaw id-drittijiet ta’ kull min jidher quddiemhom.

L-aħħar aġġornament: 11/01/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.