Suċċessjonijiet

Bulgarija

Il-kontenut ipprovdut minn
Bulgarija

L-Artikolu 78 (a) - l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti b'ġuriżdizzjoni biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà skont l-Artikolu 45(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 50(2)

Ir-rikors għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ġudizzjarja jew ta’ att ieħor maħruġ fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jitressaq quddiem il-qorti provinċjali li għandha ġuriżdizzjoni fuq l-indirizz permanenti jew l-uffiċċju reġistrat tad-debitur, jew fuq il-post ta’ eżekuzzjoni (l-Artikolu 627(e)(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

Il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni lokali tista’ ssibha bl-użu tal-magna tat-tiftix disponibbli.

L-Artikolu 78 (b) - il-proċeduri ta’ biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 51

Id-deċiżjoni tal-qorti tal-prim’istanza hija soġġetta għal appell quddiem il-Qorti tal-Appell ta’ Sofija (l-Artikolu 627(e)(6), l-ewwel sentenza, tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

Id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell ta’ Sofija hija soġġetta għal appell ieħor quddiem il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni (l-Artikolu 627(e)(6), it-tieni sentenza, tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali ċivili dwar dawn il-proċeduri ta’ appell u appelli ulterjuri huma koperti mill-Kapitoli 20 u 22 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili.

L-Artikolu 78 (c) - informazzjoni rilevanti rigward l-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċ-Ċertifikat skont l-Artikolu 64

Fejn qorti Bulgara jkollha ġuriżdizzjoni internazzjonali skont l-Artikoli 4, 7, 10 u 11 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012, ir-rikors għall-ħruġ ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni jenħtieġ li jitressaq quddiem il-qorti distrettwali li għandha ġuriżdizzjoni fuq l-aħħar indirizz permanenti tad-deċedut jew, fin-nuqqas, fuq l-aħħar indirizz tiegħu fil-Bulgarija. Fin-nuqqas ta’ indirizz fil-Bulgarija, ir-rikors irid jitressaq quddiem il-Qorti Distrettwali ta’ Sofija (l-Artikolu 627(f)(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

Il-qorti distrettwali li għandha ġuriżdizzjoni lokali tista’ ssibha bl-użu tal-magna tat-tiftix disponibbli.

L-ebda awtorità oħra ma għandha l-kompetenza biex toħroġ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni.

L-Artikolu 78 (d) - il-proċeduri ta’ rimedju msemmija fl-Artikolu 72

L-appelli kontra Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni jew kontra r-rifjut li jinħareġ dan iċ-ċertifikat jistgħu jitressqu quddiem il-qorti provinċjali korrispondenti fi żmien xahar mid-data tan-notifika. Fejn ikun inħareġ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni li ma jkunx korrett jew ma inħariġx għal raġuni mhux fondata, il-qorti tħassar id-deċiżjoni kollha jew parti minnha u tibgħat lura l-kawża lill-qorti tal-prim’istanza flimkien ma’ struzzjonijiet vinkolanti. (l-Artikolu 627(f)(3) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

Id-deċiżjonijiet mogħtija fuq talba għal korrezzjoni jew emenda jew tħassir ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni huma soġġetti għal appell quddiem il-qorti provinċjali korrispondenti fi żmien ġimgħatejn mid-data tan-notifika. Fejn ikun inħareġ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni li ma jkunx korrett jew ikun hemm rifjut ta’ korrezzjoni, emenda jew tħassir minħabba raġuni mhux fondata, il-qorti tħassar id-deċiżjoni kollha jew parti minnha u tibgħat lura l-kawża lill-qorti tal-prim’istanza flimkien ma’ struzzjonijiet vinkolanti (l-Artikolu 627(g)(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

Is-sospensjoni tal-validità ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni maħruġ mill-qorti distrettwali huwa soġġett għal appell quddiem il-qorti provinċjali fi żmien ġimgħa (l-Artikolu 627(h) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

Kwistjonijiet mhux regolati mir-Regolament (UE) Nru 650/2012 jew mir-regoli maħluqa apposta skont il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili b'rabta mal-proċedura għall-ħruġ ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni huma koperti mir-regoli ġenerali applikabbli għall-proċedimenti mhux kontenzjużi (il-Kapitolu 49 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

L-Artikolu 79 - Stabbiliment u emendar sussegwenti tal-list li fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2)

Fil-Bulgarija, il-qrati biss jissodisfaw id-definizzjoni tat-terminu “qorti” stabbilit fl-Artikolu 3(2).

L-aħħar aġġornament: 11/04/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.