Suċċessjonijiet

Awstrija

Il-kontenut ipprovdut minn
Awstrija

SIB QRATI KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Awstrija

Il-Liġi tal-Familja - materji ta' suċċessjoni


*input mandatarju

L-Artikolu 78 (a) - l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti b'ġuriżdizzjoni biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà skont l-Artikolu 45(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 50(2)

Il-qrati b'kompetenza biex jittrattaw l-applikazzjonijiet skont l-Artikolu 45(1) huma l-Qrati Distrettwali (Bezirksgerichte).

Il-qorti kompetenti biex tittratta l-appelli kontra d-deċiżjonijiet dwar dawn l-applikazzjonijiet skont l-Artikolu 50(2) hija l-Qorti Reġjonali superjuri (Landesgericht), permezz tal-Qorti Distrettwali li ħarġet id-deċiżjoni.

L-Artikolu 78 (b) - il-proċeduri ta’ biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 51

Appelli kontra punti ta’ liġi (Revisionsrekurs) isiru lill-Qorti Suprema (Oberster Gerichtshof) permezz tal-Qorti Distrettwali li ħarġet id-deċiżjoni bħala l-qorti tal-prim'istanza.

L-Artikolu 78 (c) - informazzjoni rilevanti rigward l-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċ-Ċertifikat skont l-Artikolu 64

Iċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni jinħareġ mill-Qorti Distrettwali (mill-kummissarju tal-qorti - Gerichtskommissär, jiġifieri nutar li jaġixxi bħala awtorità ġudizzjarja).

L-Artikolu 78 (d) - il-proċeduri ta’ rimedju msemmija fl-Artikolu 72

L-imħallef tal-Qorti Distrettwali jirregola wkoll l-ilmenti minn partijiet li jemmnu li ċ-ċertifikat tas-suċċessjoni maħruġ fih żbalji. Appell kontra d-deċiżjoni tal-imħallef jista' jiġi ppreżentat, fi żmien 14-il jum min-notifika, fil-Qorti Reġjonali superjuri permezz tal-Qorti Distrettwali li ħarġet id-deċiżjoni bħala l-qorti tal-prim’istanza.

Jekk il-kummissarju tal-qorti jiddubita jekk iċ-Ċertifikat tas-Suċċessjoni jistax jinħareġ kif mitlub, hu jew hi se jirreferu l-applikazzjoni lill-imħallef; l-imħallef imbagħad jiddeċiedi jekk u kif il-kummissarju tal-qorti għandu joħroġ iċ-ċertifikat.

L-Artikolu 79 - Stabbiliment u emendar sussegwenti tal-list li fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2)

Fl-Awstrija, ma hemmx awtoritajiet jew professjonijiet legali oħra b'ġurisdizzjoni f'dan il-qasam skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2).

L-aħħar aġġornament: 17/06/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna