Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet

Informazzjoni nazzjonali u formoli online rigward ir-Regolament Nru 655/2014

Xi tkun?

L-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet (EAPO) tippermetti li qorti f’pajjiż tal-UE tiffriża l-fondi fil-kont bankarju tad-debitur f’ pajjiż ieħor tal-UE. Il-proċedura tista’ tintuża biss għal każijiet transfruntiera, fejn il-qorti li qed tmexxi l-proċedura jew il-pajjiż tad-domiċilju tal-kreditur jridu jkunu fi Stat Membru differenti minn dak fejn jinsab il-kont bankarju tad-debitur.

Hija tiffaċilità l-irkupru tad-dejn fl-UE.

Il-proċedura biex tinkiseb EAPO hija prevista fir-Regolament (UE) Nru 655/2014.

Hija alternattiva għall-proċeduri legali eżistenti f’kull pajjiż tal-UE.

Tapplika mit-18 ta’ Jannar 2017.

Vantaġġi

Il-proċedura hija rapida u sseħħ mingħajr ma jiġi nfurmat id-debitur (ex parte).

Dan l-‘effett sorpriża”’ jwaqqaf lid-debitur milli jċaqlaq, jaħbi jew jonfoq flusu.

Tapplika fil-pajjiżi kollha tal-UE?

Le. Ir-Regolament ma japplikax fid-Danimarka. Dan ifisser li:

  • il-kredituri bbażati fid-Danimarka jistgħux japplikaw għal EAPO
  • ma tistax tikseb EAPO fuq kont bankarju Daniż.

Kif għandek tapplika

Issib il-formoli tal-applikazzjoni kollha u aktar informazzjoni hawnhekk.

Tista’ timla l-formoli kollha onlajn.

Ftakar: Ma għandekx għalfejn tagħti dettalji preċiżi dwar il-kont li jrid jiġi ffriżat (pereżempju n-numru tal-kont) jekk mhumiex disponibbli – tista’ tagħti biss l-isem tal-bank fejn hu miżmum il-kont. Jekk ma tafx l-isem tal-bank fejn id-debitur għandu l-kont, skont ir-Regolament tista’ titlob lill-qorti biex issir taf.

Il-kontenut tal-formoli kollha relatati mal-EAPO jinsab fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1823.

Ħolqa relatata

Gwida għaċ - Ċittadini dwar il-Litigazzjoni Ċivili Transkonfinali fl-Unjoni Ewropea  PDF (725 Kb) mt

L-aħħar aġġornament: 21/03/2022

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.