Impatt tal-COVID-19 fuq materji ċivili u ta’ insolvenza

Finlandja
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

1 Impatt tal-Covid-19 fuq proċedimenti ċivili

1.1 It-termini fi proċedimenti ċivili

Ma ddaħħlet l-ebda bidla fl-iskadenzi statutorji għall-proċedimenti tal-qorti minkejja l-kriżi li għaddejja bħalissa.

1.2 L-organizzazzjoni ġudizzjarja u l-Ġudikatura

Il-qrati baqgħu indipendenti. Madankollu, l-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Qrati (ANQ) tagħti linji gwida u pariri lill-qrati dwar il-ġestjoni tagħhom.

L-ANQ ipprovdiet linji gwida li jirrakkomandaw lill-qrati biex ikomplu jittrattaw il-każijiet, b’miżuri ta’ prekawzjoni, pereżempju l-preżenza fiżika għandha tkun limitata għall-każijiet urġenti. L-ANQ tagħti parir lill-qrati biex jorganizzaw seduti permezz ta’ vidjokonferenzi, jew b’mezzi teknoloġiċi oħra disponibbli u adattati. L-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Qrati ppubblikat ukoll parir għall-qrati kollha dwar l-użu tal-konnessjonijiet mill-bogħod f’ġuri. Il-parir tfassal għas-sitwazzjoni ta’ eċċezzjoni biss, u mhuwiex intiż li jibdel il-politiki, l-istruzzjonijiet jew ir-rakkomandazzjonijiet eżistenti. L-għan wara l-użu b’mod aktar effettiv tal-konnessjonijiet mill-bogħod huwa li r-riskji għas-saħħa jiġu mminimizzati billi jiġi evitat li jinġemgħu diversi nies. Flimkien ma’ gwida fil-futur, dawn jinsabu hawnhekk.

Sal-10 ta’ Mejju 2020, il-Qrati Distrettwali Finlandiżi ssospendew is-smigħ ta’ 1 431 kawża ċivili. Hawnhekk tinsab informazzjoni aġġornata.

Il-kuntatti mal-qrati huma mħeġġa li jsiru primarjament permezz tat-telefown u l-posta elettronika.

1.3 Il-Kooperazzjoni Ġudizzjarja tal-UE

L-assistenza legali internazzjonali għadha qed tingħata, iżda l-qrati jipprijoritizzaw il-każijiet skont ir-riżorsi disponibbli.

Il-biċċa l-kbira tal-ħaddiema fuq il-każijiet fl-Awtorità Ċentrali Finlandiża (ir-Regolamenti 2201/2003, 4/2009, 1393/2007 u 1206/2001) attwalment qegħdin jagħmlu telexogħol. Hemm preżenza limitata fl-uffiċċju għal każijiet urġenti. Il-komunikazzjoni bil-posta elettronika hija rakkomandata meta jkun possibbli: central.authority@om.fi u maintenance.ca@om.fi (materji ta’ manteniment biss).

2 Miżuri relatati mal-insolvenza adottati jew ippjanati li jiġu adottati fl-Istati Membri wara t-tifqigħa tal-pandemija

2.1 Miżuri sostantivi ta’ insolvenza u kuntratti relatati li jaffettwaw il-miżura

2.1.1 Sospensjoni tal-insolvenza

2.1.1.1 Sospensjoni tad-dmir li wieħed japplika għall-insolvenza (debituri)

-

2.1.1.2 Protezzjoni tad-debituri dwar applikazzjoni għall-insolvenza mill-kredituri

Il-possibbiltà li d-debitur jiġi ddikjarat fallut abbażi tal-petizzjoni tal-kreditur hija limitata bejn l-1.5.2020 u l-31.1.2021. Tħejjija ta’ proposta li tagħti aktar żmien lid-debituri biex iħallsu mill-1.2.2021.

2.1.2 Sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ talba u sospensjoni tat-terminazzjoni ta’ kuntratt

2.1.2.1 Moratoria ġenerali / speċifiċi fuq l-eżekuzzjoni ta’ pretensjonijiet / l-eżekuzzjoni ta’ċerta tipi ta’ pretensjonijiet

L-Att dwar l-Eżekuzzjoni huwa emendat sabiex jiffaċilita l-pożizzjoni tad-debitur bejn l-1.5.2020 u t-30.4.2021.

Il-perjodu ta’ ħlas u l-kriterji għall-għoti ta’ xhur ħielsa mill-preklużjoni se jiġu emendati. Se jiġi riżervat aktar żmien għall-eżekuzzjoni tal-iżgumbramenti.

2.1.2.2 Sospensjoni tat-terminazzjoni ta’ kuntratt (kuntratti ġenerali / speċifiċi)

-

2.2 Civili, inkluż is-sospensjoni tal-qrati tal-insolvenza u s-sospensjonijiet proċedurali

-

2.3 Miżuri oħra ta’ insolvenza (dawk relatati mal-azzjonijiet revokatorji, pjani ta’ rijorganizzazzjoni, ftehimiet informali u oħrajn jekk ikun xieraq)

Sejħa għar-responsabbiltà ġenerali min-naħa tal-kredituri.

Il-Finlandja qiegħda tiffoka l-isforzi tagħha wkoll biex tevita d-dejn eċċessiv ta’ persuni privati u tal-unitajiet domestiċi.

2.4 Miżuri relatati mhux ta’ insolvenza (differimenti tal-pagamenti, self mill-banek, sigurtà soċjali, assikurazzjoni tas-saħħa, sussidji lin-negozji)

Limitu massimu temporanju ta’ 10 fil-mija għar-rati tal-imgħax fuq il-krediti għall-konsumatur, kif ukoll projbizzjoni temporanja tal-kummerċjalizzazzjoni diretta tagħhom hija fis-seħħ mill-1.7. sal-31.12.2020. Tħejjija ta’ proposta biex jiġu estiżi dawn il-miżuri temporanji.

Proposta biex jiġu rregolati b’mod temporanju l-ispejjeż tal-ġbir tad-dejn għal riċevibbli oħrajn minbarra riċevibbli tal-konsumatur u jiġi ristrett l-użu ta’ abbozz kontra ċerti debituri.

L-aħħar aġġornament: 14/04/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.