Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna Kroat ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Impatt tal-COVID-19 fuq materji ċivili u ta’ insolvenza

il-Kroazja
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

1 Impatt tal-Covid-19 fuq proċedimenti ċivili

1.1 It-termini fi proċedimenti ċivili

Fit-18 ta’ April 2020, daħlu fis-seħħ emendi għall-Att dwar l-Infurzar fuq l-Assi Monetarji: l-infurzar fuq il-kontijiet ta’ persuni fiżiċi kien sospiż għal tliet xhur (bil-possibbiltà ta’ estensjoni ta’ tliet xhur oħra). Il-kalkolu tal-imgħaxijiet statutorji kien ukoll sospiż f’dan il-perjodu ta’ żmien.

Mid-19 ta’ Ottubru 2020 kompla jitwettaq b’mod regolari l-infurzar. Madankollu, il-Ministeru tal-ġustizzja u l-amministrazzjoni bagħtu rakkomandazzjonijiet lin-nutara pubbliċi u talbuhom jibdew jittrattaw il-każijiet ta’ infurzar ippreżentati f’dawn l-aħħar sitt xhur fi tliet fażijiet, mid-19 ta’ Ottubru, mill-20 ta’ Novembru u mill-20 ta’ Jannar. Fl-ewwel fażi, se jinħarġu deċiżjonijiet ta’ infurzar li jitttieħdu abbażi tal-applikazzjonijiet li jaslu sat-30 ta’ Ġunju, dawk li jaslu sal-31 ta’ Awwissu se jinħarġu fit-tieni fażi, u fit-tielet fażi se jinħarġu d-deċiżjonijiet li jittieħdu abbażi tal-applikazzjonijiet li jaslu sat-18 ta’ Ottubru.

1.2 L-organizzazzjoni ġudizzjarja u l-Ġudikatura

L-awtoritajiet ġudizzjarji għadhom qegħdin jaħdmu. Madankollu huma biss dawk il-proċedimenti li ġew identifikati bħala urġenti li qegħdin isiru permezz ta’ miżuri ta’ sigurtà xierqa. Is-seduti ta’ smigħ u każijiet oħra mhux urġenti ġew posposti sakemm jinħareġ avviż ieħor.

F’każijiet fejn l-imħallfin jistgħu jieħdu deċiżjoni bħala mħallfin uniċi jew fejn is-seduta ma tkunx meħtieġa, l-ewwel nett iridu jittieħdu deċiżjonijiet mid-dar u mbagħad isiru l-arranġamenti biex dawn jintbagħtu. Il-kapijiet tal-awtoritajiet ġudizzjarji għandhom il-mandat li jippermettu lill-impjegati jaħdmu mid-dar fejn ikun possibbli.

Il-komunikazzjoni mal-partijiet u l-parteċipanti kollha fi proċedimenti ssir b’mod elettroniku fil-każijiet kollha fejn dan ikun possibbli. F’każijiet li jeħtieġu laqgħa jew smigħ, għandhom jittieħdu l-miżuri kollha ta’ prekawzjoni imposti mill-awtoritajiet tas-saħħa. F’kull sitwazzjoni, għandhom jintużaw il-mezzi tekniċi ta’ komunikazzjoni mill-bogħod disponibbli għall-imħallfin u l-qrati, inkluż fil-qorti (posta elettronika, link bil-vidjow, eċċ.).

Huwa rakkomandat ukoll li l-proċeduri ta’ infurzar, speċjalment l-infurzar relatat mat-tluq minn proprjetà immobbli u t-trasferiment tagħha, jiġu posposti.

Minħabba t-tifqigħa tal-epidemija ta' COVID-19 fil-Kroazja, il-ftuħ kollu tal-irkant pubbliku elettroniku f'każijiet ta' infurzar u insolvenza ġie pospost, ħlief għal dawk li fihom l-offerti bdew qabel l-24 ta’ Marzu 2020, li għandhom jitlestew skont Sejħiet ippubblikati għall-parteċipazzjoni fi Rkant Pubbliku Elettroniku.

It-talbiet kollha għall-bejgħ li waslu wara t-13 ta’ Marzu 2020 li ma ġewx ipproċessati, se jiġu pproċessati malli jintemmu ċ-ċirkostanzi speċjali tal-epidemija tal-COVID-19. Is-Sejħiet kollha ppubblikati għall-Ħlas Akkont għall-Ispejjeż u s-Sejħiet għal Parteċipazzjoni fi Rkant Pubbliku Elettroniku se jitwaqqfu u jinħarġu mill-ġdid taħt l-istess kundizzjonijiet ta’ bejgħ mat-tmiem iċ-ċirkostanzi speċjali tat-tifqigħa tal-epidemija tal-COVID-19.

1.3 Il-Kooperazzjoni Ġudizzjarja tal-UE

Il-partijiet għandhom jibagħtu l-mistoqsijiet, it-talbiet u l-applikazzjonijiet tagħhom lill-Ministeru tal-Ġustizzja matul il-ħinijiet tal-uffiċċju regolari permezz tal-posta elettronika, tat-telefown u tal-fornituri tas-servizzi postali.

L-assistenza legali internazzjonali għadha qed tingħata iżda tista' tieħu fit-tul.

2 Miżuri relatati mal-insolvenza adottati jew ippjanati li jiġu adottati fl-Istati Membri wara t-tifqigħa tal-pandemija

2.1 Miżuri sostantivi ta’ insolvenza u kuntratti relatati li jaffettwaw il-miżura

2.1.1 Sospensjoni tal-insolvenza

2.1.1.1 Sospensjoni tad-dmir li wieħed japplika għall-insolvenza (debituri)

Ir-raġunijiet biex jibda falliment, li jseħħu matul iċ-ċirkostanzi speċjali, mhumiex validi għall-mozzjoni biex jinbdew il-proċedimenti ta’ falliment. L-iskattaturi għall-bidu ta’ falliment huma l-insolvenza u d-dejn eċċessiv, iżda l-ebda waħda minn dawn l-iskattaturi ma tapplika jekk iseħħu matul iċ-ċirkostanzi speċjali. L-eċċezzjoni hija li talba għall-ftuħ tal-proċediment ta’ falliment tista’ tiġi ppreżentata mid-debitur, mill-Aġenzija Finanzjarja u mill-kreditur biss għar-raġunijiet ta’ salvagwardja tal-interessi u s-sikurezza tar-Repubblika tal-Kroazja, in-natura, l-ambjent uman u s-saħħa tal-bniedem.

2.1.1.2 Protezzjoni tad-debituri dwar applikazzjoni għall-insolvenza mill-kredituri

-

2.1.2 Sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ talba u sospensjoni tat-terminazzjoni ta’ kuntratt

2.1.2.1 Moratoria ġenerali / speċifiċi fuq l-eżekuzzjoni ta’ pretensjonijiet / l-eżekuzzjoni ta’ċerta tipi ta’ pretensjonijiet

Ir-raġunijiet biex jibda falliment, li jseħħu matul iċ-ċirkostanzi speċjali, mhumiex validi għall-mozzjoni biex jinbdew il-proċedimenti ta’ falliment. L-iskattaturi għall-bidu ta’ falliment huma l-insolvenza u d-dejn eċċessiv, iżda l-ebda waħda minn dawn l-iskattaturi ma tapplika jekk iseħħu matul iċ-ċirkostanzi speċjali. L-eċċezzjoni hija li talba għall-ftuħ tal-proċediment ta’ falliment tista’ tiġi ppreżentata mid-debitur, mill-Aġenzija Finanzjarja u mill-kreditur biss għar-raġunijiet ta’ salvagwardja tal-interessi u s-sikurezza tar-Repubblika tal-Kroazja, in-natura, l-ambjent uman u s-saħħa tal-bniedem.

2.1.2.2 Sospensjoni tat-terminazzjoni ta’ kuntratt (kuntratti ġenerali / speċifiċi)

-

2.2 Civili, inkluż is-sospensjoni tal-qrati tal-insolvenza u s-sospensjonijiet proċedurali

Minħabba t-tifqigħa tal-epidemija tal-COVID-19 fil-Kroazja, il-ftuħ kollu ta’ rkanti pubbliċi elettroniċi f’każijiet ta’ eżekuzzjoni u insolvenza ġie pospost, ħlief dawk li fihom l-offerti kienu bdew sa mhux aktar tard mill-24 ta’ Marzu 2020, li jridu jitlestew skont is-Sejħiet ippubblikati għall-Parteċipazzjoni fi Rkant Pubbliku Elettroniku.

It-talbiet kollha għall-bejgħ li waslu wara t-13 ta’ Marzu 2020, li ma ġewx ipproċessati, se jiġu pproċessati mat-tmiem taċ-ċirkostanzi speċjali tal-epidemija tal-COVID-19. Is-Sejħiet kollha ppubblikati għal Ħlas akkont tal-Ispejjeż u s-Sejħiet għall-Parteċipazzjoni fl-Irkant Pubbliku Elettroniku mhux se jibqgħu fis-seħħ u se jinħarġu mill-ġdid bl-istess kundizzjonijiet ta’ bejgħ sat-tmiem taċ-ċirkustanzi speċjali tat-tifqigħa tal-epidemija tal-COVID-19.

2.3 Miżuri oħra ta’ insolvenza (dawk relatati mal-azzjonijiet revokatorji, pjani ta’ rijorganizzazzjoni, ftehimiet informali u oħrajn jekk ikun xieraq)

-

2.4 Miżuri relatati mhux ta’ insolvenza (differimenti tal-pagamenti, self mill-banek, sigurtà soċjali, assikurazzjoni tas-saħħa, sussidji lin-negozji)

-

L-aħħar aġġornament: 26/10/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.