Formoli tal-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet


Informazzjoni nazzjonali u formoli online rigward ir-Regolament Nru 655/2014.


Ir-Regolament (UE) Nru 655/2014 dwar l-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet (EAPO) jiffaċilità l-irkupru tad-dejn fl-UE.

Huwa joħloq proċedura ġdida tal-Unjoni għall-iffriżar tal-fondi miżmuma f’kont bankarju f’ pajjiż ieħor tal-UE.

Il-proċedura tista tiġi wżata f’każijiet ċivili u kummerċjali.

Ir-regolament japplika fil-pajjiżi kollha tal-UE - minbarra d-Danimarka u r-Renju Unit.

Dan ifisser illi:

  • Il-kredituri bbażati fid-Danimanka jew fir-Renju Unit ma jistgħux jitolbu għal EAPO
  • inti ma tistax titlob għal EAPO fuq kont bankarju Daniż jew fir-Renju Unit.

Inti tista’ tuża l-EAPO biss f’każijiet transfruntiera. Il-proċedura tista’ tintuża biss f’każijiet transfruntiera, fejn il-qorti li qed tmexxi l-proċedura jew il-pajjiż tad-domiċilju tad-debitur iridu jkunu fi Stat Membru ieħor li mhux dak fejn huwa miżmum il-kont bankarju tad-debitur.

Ir-regolament jistabbilixxi l-proċedura meħtieġa biex tinkiseb / tiġi infurzata EAPO.

Kif għandek tapplika

Biex tibda l-proċedura, imla l-formola ta’ applikazzjoni tal-EAPO. Għandek tehmeż kwalunkwe dokument rilevanti ta’ sostenn.

Il-formoli li għandek bżonn issibhom hawn taħt. Tista’ tniżżilhom jew timlihom onlajn.

Tista’ wkoll tissejvja u tniżżel il-verżjoni tal-abbozz tiegħek.

B’kollox hemm 9 formoli tal-EAPO – il-kontenut tal-formoli huwa stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1823.

Id-debituri jistgħu jikkontestaw EAPO?

Iva. Minħabba li l-EAPO tinħareġ mingħajr ma jiġi mismugħ id-debitur, ir-Regolament joffri numru ta’ “rimedji” lid-debitur. Dawn huma raġunijiet potenzjali biex tiġi kuntestata EAPO jew kif tiġi infurzata.

Biex tapplika għal rimedju, imla l-formola ta’ applikazzjoni għal rimedju (formola VII).

Iż-żewġ partijiet jistgħu jappellaw mid-deċiżjoni ta’ rimedju billi jużaw il-formola għal appell mir-rimedju (formola IX).

Tista’ timla dawn il-formoli onlajn billi tikklikkja fuq waħda minn dawn il-links hawn taħt.

  • ANNESS I - Rikors għal Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet
    • b’din il-lingwa il-Malti
      Iddawnlowdja formola vojta b’din il-lingwa il-Malti (ibdel il-Lingwa)
  • ANNESS II - Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet
    • b’din il-lingwa il-Malti
      Iddawnlowdja formola vojta b’din il-lingwa il-Malti (ibdel il-Lingwa)
  • ANNESS III - Revoka ta' Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet
    • b’din il-lingwa il-Malti
      Iddawnlowdja formola vojta b’din il-lingwa il-Malti (ibdel il-Lingwa)
  • ANNESS IV - Dikjarazzjoni rigward il-preservazzjoni tal-fondi
    • b’din il-lingwa il-Malti
      Iddawnlowdja formola vojta b’din il-lingwa il-Malti (ibdel il-Lingwa)
  • ANNESS V - Talba ta' rilaxx ta' ammonti żejda ppreservati
    • b’din il-lingwa il-Malti
      Iddawnlowdja formola vojta b’din il-lingwa il-Malti (ibdel il-Lingwa)
  • ANNESS VI - Konferma tar-riċevuta
    • b’din il-lingwa il-Malti
      Iddawnlowdja formola vojta b’din il-lingwa il-Malti (ibdel il-Lingwa)
  • ANNESS VII - Rikors għal rimedju
    • b’din il-lingwa il-Malti
      Iddawnlowdja formola vojta b’din il-lingwa il-Malti (ibdel il-Lingwa)
  • ANNESS VIII - Kif deċiżjoni dwar ir-rimedju tintbagħat lill-Istat Membru ta' eżekuzzjoni
    • b’din il-lingwa il-Malti
      Iddawnlowdja formola vojta b’din il-lingwa il-Malti (ibdel il-Lingwa)
  • ANNESS IX - Appell kontra deċiżjoni dwar rimedju
    • b’din il-lingwa il-Malti
      Iddawnlowdja formola vojta b’din il-lingwa il-Malti (ibdel il-Lingwa)

Jekk diġà għandek xi formola ssejvjata, jekk jogħġbok ara li tuża l-buttuna 'Illowdja l-abbozz'.

Jekk diġà għandek xi formola ssejvjata, jekk jogħġbok ara li tuża l-buttuna 'Illowdja l-abbozz'.


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament : 19/02/2019

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna