Sib informazzjoni għal kull reġjun
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
L-ismijiet, l-indirizzi u l-mezzi ta’ komunikazzjoni għall-awtoritajiet ċentrali ddeżinjati skont l-Artikolu 53:
Il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka
Župné námestie 13
813 11 Bratislava (l-Artikolu 55(c))
Telefown: +421 2 888 91 111
Faks: +421 2 888 91 605
Sit: http://www.justice.gov.sk/
Ċentru għall-Protezzjoni Ġuridika Internazzjonali tat-Tfal u ż-Żgħażagħ (Centrum pre medzinárodnoprávnu ochranu detí a mládeže)
Špitálska 8
P.O. Box 57
814 99 Bratislava (l-Artikolu 55(a), (b), (d) u (e) u l-Artikolu 56)
Telefown: +421 2 20 46 32 08
+421 2 20 46 32 48
Faks: +421 2 20 46 32 58
E-mail: cipc@cipc.gov.sk
Sit: http://www.cipc.sk
Il-lingwi aċċettati għall-komunikazzjoni mal-awtoritajiet ċentrali skont l-Artikolu 57(2):
Għal ċertifikat li jikkonċerna drittijiet ta' aċċess għat-tfal u ċertifikat li jikkonċerna r-ritorn ta' tfal – l-Artikolu 45(2): is-Slovakk
Talbiet stipulati fl-Artikolu 21 iridu jiġu ppreżentati lill-qrati li ġejjin:
a) il-Qorti Reġjonali ta' Bratislava (Krajský súd v Bratislave) għal talba għal rikonoxximent ta' sentenzi relatati mad-divorzju, is-separazzjoni ġudizzjarja u l-annullament taż-żwieġ;
b) Il-Qorti Distrettwali (Okresný súd) fil-post fejn jirrisjedu t-tfal, jew il-Qorti Distrettwali ta' Bratislava I (Okresný súd Bratislava I) jekk it-tfal ma jkunux jirrisjedu fir-Repubblika Slovakka, għal talba għal rikonoxximent ta' sentenza dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri.
Talbiet stipulati fl-Artikolu 29 iridu jiġu ppreżentati lill-qrati li ġejjin:
Il-Qorti Distrettwali (Okresný súd) fil-post fejn jirrisjedu t-tfal, jew il-Qorti Distrettwali ta' Bratislava I (Okresný súd Bratislava I) jekk it-tfal ma jkunux jirrisjedu fir-Repubblika Slovakka, għal talba għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà.
Rikorsi stipulati fl-Artikolu 33 iridu jiġu ppreżentati lill-qrati li ġejjin:
- l-appelli jridu jiġu ppreżentati lill-qorti distrettwali.
Rikorsi li jistgħu jiġu ppreżentati skont l-Artikolu 34:
- ritrattazzjoni.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.