Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri

Portugall

Il-kontenut ipprovdut minn
Portugall

L-Artikolu 67 (a)

L-Awtorità Ċentrali nnominata skont l-Artikolu 53 hija d-dipartiment governattiv li ġej:

DGRSP - Id-Direttorat Ġenerali għar-Riabilitazzjoni u s-Servizzi tal-Ħabs (Direcção-Geral de Reinserção e Serviços Prisionais)

Id-Dipartiment tal-Assistenza Ġuridika u tat-Tilwim (Gabinete Jurídico e Contencioso)

Travessa da Cruz do Torel, nº 1

1133-001 Lisbon

Tel.:         +351 218812200

Faks:                 +351 218853653

E-mail: gjc@dgrsp.mj.pt

L-Artikolu 67 (b)

Skont l-Artikolu 57(2), il-lingwi li jistgħu jintużaw għall-komunikazzjoni mal-Awtorità Ċentrali huma l-Portugiż, l-Ingliż u l-Franċiż.

L-Artikolu 67 (c)

Il-lingwi aċċettati għaċ-ċertifikat li jikkonċernaw id-drittijiet ta' aċċess u r-ritorn ta' tfal skont l-Artikolu 45(2) huma l-Portugiż u l-Ingliż.

L-Artikoli 21 u 29

Għall-każijiet imsemmija fl-Artikoli 21 u 29, il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni hija:

- it-Taqsima tal-Familja u l-Minuri (Juízo de Família e Menores); jew, jekk ma jkunx hemm:

- it-Taqsima Ċivili Lokali (Juízo Local Cível), jekk ikun hemm, jew it-Taqsima Ġenerali Lokali (Juízo Local de Competência Genérica).

L-Artikolu 33

L-appelli stipulati fl-Artikolu 33 iridu jiġu ppreżentati fil-Qorti tal-Appell (Tribunal da Relação).

L-Artikolu 34

Għall-finijiet tal-Artikolu 34 tar-Regolament, huwa possibbli biss li jiġi ppreżentat appell fuq punt tad-dritt u dan irid jiġi ppreżentat fil-Qorti tal-Ġustizzja Suprema (Supremo Tribunal de Justiça).

L-aħħar aġġornament: 09/08/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.