European enforcement order

National information and online forms concerning Regulation No. 805/2004

General information

Regulation (EC) No 805/2004 of the European Parliament and of the Council of 21 April 2004 creating a European Enforcement Order for uncontested claims

The Regulation applies between all Member States of the European Union with the exception of Denmark.

It dispenses, under certain conditions, with all intermediary measures in the Member State in which enforcement is sought that have been necessary so far for decisions delivered in another Member State in the verifiable absence of a dispute over the nature or extent of a debt. Those conditions mainly concern the service of documents in the case of judgments by default. Abolishing exequatur will enable creditors to obtain quick and efficient enforcement abroad without involving the courts in the Member State where enforcement is applied for in time-consuming and costly formalities.

The Regulation provides for six standard forms.

The European e-Justice Portal provides you with information concerning the application of the Regulation and a user-friendly tool for filling in the forms.

Please select the relevant country's flag to obtain detailed national information.

Related links

European enforcement order

Practice guide for the application of the Regulation on the European Enforcement Order PDF (1310 Kb) en

ARCHIVED European Judicial ATLAS website (closed on 30 September 2017)

Last update: 19/02/2019

This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.

Titolu eżekuttiv ewropew - Belġju

1. Proċeduri għall-korrezzjoni u l-irtirar (Art. 10(2))

Rigward il-proċedura ta' rettifika jew ta' rtirar imsemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament, it-talba trid tkun indirizzata lill-persuna responsabbli fl-entità ġudizzjarja li tkun ħarġet iċ-ċertifikat tal-Ordni Ewropew ta’ Infurzar. Jekk iċ-ċertifikat ikun relatat ma' strument awtentiku, dik it-talba trid tkun indirizzata lin-nutar li jkun ħareġ iċ-ċertifikat. Jekk il-persuna responsabbli jew in-nutar jiddeċiedi li jirrettifika jew jannulla ċ-ċertifikat, dan isir bla effett. Ladarba l-iżball ta' kopjar jitranġa (f'każ ta' rettifika) jew il-persuna responsabbli jew in-nutar jistipula li l-eżiġenzi kollha tar-Regolament ġew issodisfati (f'każ ta’ rtirar), jinħareġ ċertifikat ġdid li jissostitwixxu lil ta' qablu.

2. Proċeduri għar-reviżjoni (Art.19 (1))

Fid-dritt Belġjan, hemm diversi azzjonijiet li jistgħu jintużaw biex isir rieżami ta' deċiżjoni, li jiddependu miċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ:

- L-ewwel nett, l-Artikolu 1051 tal-Kodiċi Ġudizzjarju jagħti l-possibbiltà li jsir appell minn sentenza fi żmien xahar min-notifika tagħha jew, f’ċerti każijiet, mill-avviż tagħha skont l-Artikolu 792, paragrafi 2 u 3 ta’ dan il-Kodiċi. Dan japplika għal sentenzi kontradittorji u għal sentenzi b'kontumaċja.

- It-tieni, l-Artikolu 1048 tal-Kodiċi Ġudizzjarju jipprovdi l-possibbiltà li titressaq oġġezzjoni kontra sentenza mogħtija f'kontumaċja fi żmien xahar min-notifika tagħha jew, f’ċerti każijiet, mill-avviż tagħha skont l-Artikolu 792, paragrafi 2 u 3 ta’ dan il-Kodiċi.

- Fir-rigward ta' sentenzi li jkunu saru res judicata, mogħtija mill-qrati ċivili jew mill-qrati kriminali li jqisu aspetti ċivili, tista' tiġi ppreżentata talba għal rieżami straordinarju (requête civile), f’ċerti ċirkustanzi previsti mill-Artikolu 1133 tal-Kodiċi Ġudizzjarju fi żmien 6 xhur minn meta ssir magħrufa s-sentenza, u dan sabiex jiġu rrevokati dawn is-sentenzi.

Biex isir appell, biex titressaq oġġezzjoni jew biex tiġi ppreżentata talba għal rieżami straordinarju jgħoddu t-termini perentorji kif indikati hawn fuq u dan:

- suġġett għat-termini previsti fid-dispożizzjonijiet imperattivi sopranazzjonali u internazzjonali;

- mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà offruta mill-Artikolu 50 tal-Kodiċi Ġudizzjarju biex jiġi estiż terminu perentorju f'ċerti kundizzjonijiet previsti mil-liġi;

- mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jiġi applikat il-prinċipju ġenerali tad-dritt, ikkonfermat f'diversi okkażjonijiet mill-Qorti tal-Kassazzjoni Belġjana, li skontu t-terminu perentorju għat-twettiq ta' att jiġi estiż favur parti li, minħabba forza maġġuri, ma tkunx setgħet twettaq l-att qabel l-iskadenza tat-terminu perentorju.

3. Lingwi aċċettati (Art. 20(2)(c))

Skont l-Artikolu 20(2)(c) tar-Regolament, irid ikun hemm traduzzjoni taċ-ċertifikat fil-lingwa uffiċjali tal-post tal-eżekuzzjoni, jiġifieri l-Franċiż, l-Olandiż jew il-Ġermaniż flimkien mal-kopja tad-deċiżjoni u taċ-ċertifikat ta' Ordni Ewropew ta’ Infurzar.

Il-lista tal-lingwi applikabbli tinsab fil-manwal tal-aġenziji li jirċievu skont ir-Regolament (KE) Nru 1348/2000 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u ekstraġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (L-Atlas Ġudizzjarju Ewropew dwar kwistjonijiet ċivili).

4. Awtoritajiet nominati biex jiċċertifikaw id-dokumenti awtentiċi (Art. 25)

Fil-Belġju, l-awtorità nnominata għall-finijiet tal-Artikolu 25 tar-Regolament hija n-nutar li jkun ħejja l-att awtentiku suġġett tat-talba għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ Ordni Ewropew ta’ Infurzar.

L-aħħar aġġornament: 25/10/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Titolu eżekuttiv ewropew - Bulgarija

1. Proċeduri għall-korrezzjoni u l-irtirar (Art. 10(2))

Wara li tkun eżaminat il-każ, il-Qorti tal-Prim’Istanza tista’ temenda jew tirtira ċ-ċertifikat għal Ordni Ewropew ta’ Infurzar għal talba mhux ikkontestata (l-Artikolu 619(4) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

2. Proċeduri għar-reviżjoni (Art.19 (1))

Id-Debitur jista’ jressaq talba għal rieżami lill-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni tas-sentenza rilevanti skont l-Artikolu 19 tar-Regolament. Il-Qorti għandha tqis it-talba f’konformità mal-Kapitolu 24 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili - “Revoka ta’ Deċiżjonijiet Legalment Effettivi”.

3. Lingwi aċċettati (Art. 20(2)(c))

Ir-Repubblika tal-Bulgarija tagħżel il-lingwa Bulgara.

4. Awtoritajiet nominati biex jiċċertifikaw id-dokumenti awtentiċi (Art. 25)

L-awtorità kompetenti hija l-qorti li fil-ġurisdizzjoni tagħha jinħareġ l-att (l-Artikolu 619(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

L-aħħar aġġornament: 15/01/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Titolu eżekuttiv ewropew - Repubblika Ċeka

1. Proċeduri għall-korrezzjoni u l-irtirar (Art. 10(2))

Il-qrati distrettwali Ċeki (okresní soudy) jimxu skont l-Artikolu 167 tal-Att Nru 99/1963 (il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili Ġudizzjarja), kif emendat.

2. Proċeduri għar-reviżjoni (Art.19 (1))

Il-qrati distrettwali Ċeki (okresní soudy) jimxu skont l-Artikoli 58 u 201-243g tal-Att Nru 99/1963 (il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili Ġudizzjarja), kif emendat.

3. Lingwi aċċettati (Art. 20(2)(c))

Iċ-Ċek

4. Awtoritajiet nominati biex jiċċertifikaw id-dokumenti awtentiċi (Art. 25)

Il-qrati distrettwali (okresní soudy).

L-aħħar aġġornament: 21/08/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Titolu eżekuttiv ewropew - Ġermanja

1. Proċeduri għall-korrezzjoni u l-irtirar (Art. 10(2))

Permezz ta' liġi li timplimenta r-Regolament (KE) Nru 805/2004 li joħloq Ordni Ewropew ta' Infurzar għal talbiet mhux kontestati (il-Liġi ta' Implimentazzjoni tal-Ordni Ewropew ta' Infurzar) żdiedu d-dispożizzjonijiet li ġejjin mal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili (ZPO):

'Sezzjoni 1081

Rettifika u rtirar

(1)          Applikazzjoni taħt l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 għar-rettifika jew l-irtirar ta’ ċertifikat tal-qorti għandha ssir lill-qorti li tkun ħarġet iċ-ċertifikat. Dik il-qorti għandha tiddeċiedi l-applikazzjoni. L-applikazzjoni għar-rettifika jew l-irtirar ta’ ċertifikat notarili jew amministrattiv għandha ssir lill-entità li tkun ħarġet iċ-ċertifikat. In-nutar jew l-awtorità amministrattiva għandhom minnufih jgħaddu l-applikazzjoni għal deċiżjoni lill-qorti distrettwali li taħt il-ġuriżdizzjoni tagħha huma jkunu bbażati.

(2)          Id-debitur jista’ jressaq applikazzjoni għall-irtirar fi żmien xahar. Jekk iċ-ċertifikat ikollu jiġi notifikat barra l-pajjiż, it-terminu għandu jkun ta’ xahrejn. Dan huwa limitu ta' żmien statutorju li għandu jibda jgħodd minn meta jiġi notifikat iċ-ċertifikat iżda f’kull każ mhux qabel in-notifika tal-ordni li miegħu jkollu x'jaqsam iċ-ċertifikat. L-applikazzjoni għall-irtirar għandha tiddikjara r-raġunijiet għaliex l-ordni kienet mogħtija b’mod kjarament żbaljat.

(3)          L-Artikolu 319(2) u (3) għandu japplika, mutatis mutandis, għar-rettifika u l-irtirar.'

Is-Sezzjoni 319(2) u (3) ZPO tistipula kif ġej:

'Sezzjoni 319

Ir-Rettifika ta’ sentenzi

(1) ...

(2)          Id-deċiżjoni dwar rettifika għandha tkun imsemmija fis-sentenza u fil-kopji tas-sentenza. F'każ li r-riżoluzzjoni li tiddikjara l-korrezzjoni ssir fil-forma speċifikata fis-Sezzjoni 130b, din għandha tinżamm f'dokument elettroniku separat. Id-dokument għandu jintehmeż mas-sentenza b'mod li ma jkunx jista' jinfired minnha.

(3)          M’għandux ikun hemm dritt ta’ appell kontra ordni li tirrifjuta applikazzjoni għal rettifika; jista’ jitressaq ilment minnufih kontra ordni li taċċetta rettifika.'

2. Proċeduri għar-reviżjoni (Art.19 (1))

Taħt ir-regoli Ġermaniżi preżenti dwar il-proċedura ċivili, id-debitur huwa intitolat, bħala regola ġenerali u mhux biss fil-każijiet eċċezzjonali msemmija fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 805/2004, li jitlob reviżjoni ta' deċiżjoni li tkun ingħatat għaliex ikun naqas milli jqajjem oġġezzjoni għas-sentenza, jew għax ma jkunx deher (cf. l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 805/2004).

(a)   Sentenzi f’kontumaċja u ordnijiet ta’ eżekuzzjoni.

Taħt is-Sezzjoni 338 ZPO id-debitur jista' japplika biex is-sentenza f'kontumaċja titwarrab. L-istess rimedju japplika f'każ ta' ordni maħruġ fi proċedimenti għal ordni ta’ ħlas (cf. is-Sezzjoni 700 ZPO moqrija flimkien mas-Sezzjoni 338 ZPO). L-applikazzjoni titressaq billi jiġi ppreżentat avviż ta' oġġezzjoni mal-qorti fejn ikun qed isir il-proċess. Il-limitu ta' żmien biex jiddaħħal l-avviż ta' oġġezzjoni huwa ta' ġimagħtejn. Dan huwa limitu ta' żmien statutorju u jibda jgħodd min-notifika tad-deċiżjoni. Jekk l-applikazzjoni tkun ammissibbli l-proċeduri jirritornaw għall-istadju kif kienu qabel il-kontumaċja. L-ammissibbiltà tal-applikazzjoni mhix affettwata mir-raġunijiet għaliex id-debitur ikun naqas milli jikkontesta t-talba jew milli jidher fis-seduta tal-qorti.

Jekk fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 19(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 ikun hemm mhux biss nuqqas ta' notifika kif suppost tad-dokument li jagħti bidu għall-proċeduri, jew ta' dokument simili, jew nuqqas tat-taħrika għal smigħ fil-qorti, iżda n-nuqqasijiet fin-notifika tas-sentenza jkunu jeżistu, pereżempju għaliex in-notifika fiż-żewġ każijiet tkun intbagħtet f’indirizz li d-debitur ikun ilu żmien twil ma joqgħod fih, il-pożizzjoni hija kif ġej: jekk ma jkunx jista’ jiġi ppruvat li s-sentenza f’kontumaċja jew l-ordni ta’ infurzar kienet notifikata kif suppost, jew jekk in-notifika kienet vizzjata bi ksur tar-regoli essenzjali dwar in-notifika, it-terminu ta' ġimagħtejn għall-applikazzjoni jibda jgħodd biss minn meta d-debitur attwalment ikun irċieva s-sentenza f'kontumaċja jew l-ordni ta’ eżekuzzjoni. Barra minn dan, id-debitur jibqagħlu d-dritt li japplika biex is-sentenza titwarrab.

Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 805/2004, jiġifieri fejn in-notifika ma tkunx vizzjata iżda d-debitur, minħabba force majeure jew ċirkostanzi eċċezzjonali li ma jkunux tort tiegħu, ma jkunx jista’ jikkontesta t-talba, il-pożizzjoni hija kif ġej: jekk l-impediment jitneħħa fi żmien tajjeb qabel ma jiskadi ż-żmien biex issir l-applikazzjoni biex is-sentenza titwarrab, id-debitur jista' joqgħod fuq ir-rimedju normali, jiġifieri jippreżenta l-applikazzjoni (ara hawn fuq). Jekk, pereżempju, id-debitur ma setax jidher fil-qorti minħabba inċident tat-traffiku, normalment ikun jista’, fi żmien ġimagħtejn min-notifika tas-sentenza, jew jippreżenta appell hu stess jew jaħtar rappreżentant biex jagħmel dan f’ismu. Jekk l-impediment jippersisti wara l-iskadenza taż-żmien għall-appell, is-Sezzjoni 233 taz-ZPO tippermetti li d-debitur jitlob li l-proċedimenti jmorru lura għall-istadju preċedenti tagħhom. Dawn id-dispożizzjonijiet mhumiex ristretti għal każijiet ta’ force majeure iżda pjuttost jippermettu lill-parti li tapplika biex il-proċedimenti jiġu rritornati fl-istadju preċedenti tagħhom kull meta, mingħajr ma tkun ħtija tagħha, tkun ġiet imċaħħda milli żżomm mat-terminu statutorju (jew ċerti termini ta’ żmien speċifikati oħrajn). L-applikazzjoni biex il-proċedimenti jiġu miġjuba fl-istat preċedenti tagħhom trid issir fi żmien ġimagħtejn li jibdew mid-data li fiha jitneħħa l-impediment. Ma tista' tiddaħħal l-ebda applikazzjoni aktar tard minn sena wara t-tmiem tal-iskadenza li tinqabeż. L-applikazzjoni se tiġi deċiża mill-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni biex tisma’ l-applikazzjoni biex is-sentenza titwarrab (jiġifieri, il-qorti tal-kawża), li wkoll għandha tiġi ppreżentata fi żmien ġimagħtejn.

Jekk id-debitur ikun daħħal applikazzjoni ammissibbli biex is-sentenza titwarrab, iżda mbagħad ma jidhirx fis-seduta li jkun imiss, huwa ma jkun fadallu l-ebda rimedju ieħor kontra s-sentenza f'kontumaċja li fiha tinċaħad l-applikazzjoni tiegħu (cf. Sezzjoni 345 ZPO). Madankollu, id-debitur għandu d-dritt, sa ċertu punt, li jressaq appell. Skont is-Sezzjoni 514(2) ZPO f'dawn il-każijiet huwa jista' jsostni l-appell tiegħu bil-fatt li huwa ma deherx mhux minħabba negliġenza. Ir-restrizzjoni ġenerali dwar l-ammissibbiltà tal-appelli (cf. is-Sezzjoni 511(2) taz-ZPO) ma tapplikax. L-appell jitressaq billi jiġi ppreżentat avviż ta' appell mal-qorti tal-appelli. Iż-żmien li fih ikun jista' jiddaħħal appell huwa ta’ xahar; dan huwa limitu ta' żmien statutorju u jibda jgħodd meta s-sentenza fil-forma kompluta tiġi notifikata, u mhux aktar tard minn ħames xhur wara li tkun ingħatat is-sentenza. Peress li dan jikkostitwixxi limitu ta' żmien statutorju, id-debitur jista' japplika biex il-proċedimenti jitreġġgħu lura għall-istadju preċedenti skont is-Sezzjoni 233 ZPO jekk ma jkunx seta' jżomm mal-limitu ta' żmien għal raġunijiet li ma jkunux tort tiegħu (ara aktar 'l fuq).

(b)   Sentenzi skont l-istat tas-sottomissjonijiet

Jekk id-debitur ma jidhrix għall-proċedimenti orali u l-qorti ma tippronunzjax sentenza b'kontumaċja iżda pjuttost, fuq talba tal-kreditur, tippronunzja sentenza skont l-istat tas-sottomissjonijiet (cf. is-Sezzjoni 331a(2) ZPO), ikun jista' jsir appell kontra dik is-sentenza. Skont is-Sezzjoni 511 taz-ZPO hemm dritt ta' appell jekk il-valur tat-talba jkun aktar minn EUR 600 jew jekk il-qorti tal-ewwel istanza tkun tat permess għall-appell fis-sentenza għal raġunijiet ta’ prinċipju (is-Sezzjoni 511(4) taz-ZPO). Rigward ir-rekwiżiti formali għall-appell u d-dritt li l-proċedimenti jmorru lura għall-istadju preċedenti tagħhom, għandha ssir referenza għal dak li ntqal hawn fuq.

3. Lingwi aċċettati (Art. 20(2)(c))

Il-Liġi ta' Implimentazzjoni tal-Ordni Ewropew ta' Infurzar żiedet id-dispożizzjonijiet li ġejjin maz-ZPO:

'Sezzjoni 1083

Traduzzjoni

Fejn il-kreditur huwa meħtieġ li jipprovdi traduzzjoni taħt l-Artikolu 20(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 805/2004, din għandha tkun bil-Ġermaniż u attestata minn persuna kwalifikata biex tagħmel dan f'wieħed mill-Istati Membri.'

4. Awtoritajiet nominati biex jiċċertifikaw id-dokumenti awtentiċi (Art. 25)

Fil-Ġermanja l-istrumenti awtentiċi għall-iskopijiet tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 huma strumenti infurzabbli mħejjija min-nutara u minn uffiċjali tal-benesseri taż-żgħażagħ. Fis-Sezzjoni 1079 ġdida li għandha tiżdied maz-ZPO, il-Liġi ta' Implimentazzjoni tal-Ordni Ewropew ta’ Infurzar tagħti l-awtorità għall-ħruġ taċ-ċertifikat tal-ordni ta’ infurzar Ewropea għall-iskopijiet tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 lill-uffiċċju responsabbli mill-ħruġ ta’ kopja infurzabbli (cf. is-Sezzjoni 724 taz-ZPO). Dawn id-dispożizzjonijiet huma kif ġej:

'Sezzjoni 1079

Kompetenza

Ċertifikati taħt:

1.            l-Artikolu 9(1), l-Artikolu 24(1), l-Artikolu 25(1) u

2.            l-Artikolu 6(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar għal talbiet mhux kontestati (ĠU L 143, p.15) jistgħu jinħarġu mill-qrati, l-awtoritajiet jew in-nutara li jkunu responsabbli mill-ħruġ ta' kopja infurzabbli.'

Taħt is-Sezzjoni 797(2) taz-ZPO kopja infurzabbli (u għalhekk ukoll ċertifikat ta’ ordni Ewropew ta’ infurzar) ta’ att notarili għandha tinħareġ min-nutar li jkollu l-kustodja tal-att; jekk l-att ikun taħt il-kustodja ta’ awtorità, dik l-awtorità tkun kompetenti. Is-sitwazzjoni normali hija li l-att ikun miżmum min-nutar li jkun attestah.

Taħt is-Sezzjoni 60(3)(1) tal-Volum VIII (Benesseri tat-tfal u ż-żgħażagħ) tal-Kodiċi tal-Benesseri Soċjali, l-Uffiċċju tal-Benesseri taż-Żgħażagħ li hu responsabbli mill-awtentikazzjoni tal-impenji huwa kompetenti biex joħroġ kopja infurzabbli ta’ att ta’ benesseri ta’ żagħżugħ/żgħażagħ. L-eżitu huwa li l-Uffiċċju tal-Benesseri taż-Żgħażagħ li jkun ħareġ l-att awtentiku ikun kompetenti biex joħroġ ċertifikat ta’ ordni Ewropew ta’ infurzar. Il-Liġi ta' Implimentazzjoni tal-Ordni Ewropew ta’ Infurzar daħħlet kjarifika permezz ta’ reviżjoni tas-Sezzjoni 60(3)(1) tal-Volum VIII tal-Kodiċi tal-Benesseri Soċjali.

Mis-sitwazzjoni dwar il-kompetenza tal-ħruġ ta’ kopji infurzabbli jsegwi li fil-Ġermanja n-nutara u l-uffiċċji tal-benesseri kollha taż-żgħażagħ jistgħu bħala regola joħorġu ċertifikati ta’ ordni Ewropew ta’ infurzar. Peress illi fil-Ġermanja hemm madwar 8 000 nutar u mijiet ta’ uffiċċji tal-benesseri taż-żgħażagħ, ma jidhirx li huwa l-lok li tingħata lista tagħhom għall-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali; barra minn hekk, l-ispiża biex lista bħal din tinżamm aġġornata tkun sproporzjonata. Għalissa, il-Gvern Ġermaniż mhux se jittrażmetti l-lista u minflok se jinnotifika l-arranġamenti regolatorji msemmija fis-Sezzjoni 1079 taz-ZPO flimkien mas-Sezzjoni 797(2) taz-ZPO jew mas-Sezzjoni 60(3)(1) tal-Volum VIII tal-Kodiċi tal-Benesseri Soċjali għall-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali. Dan it-tagħrif jippermetti lill-kreditur li jsib l-awtorità kompetenti għall-iskopijiet tal-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 805/2005 mingħajr diffikultà. Barra minn hekk, fil-maġġoranza l-kbira tal-każijiet l-awtorità kompetenti tkun l-awtorità li tkun ħarġet l-istrument awtentiku, kif spjegat aktar ’il fuq.

L-aħħar aġġornament: 09/10/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Titolu eżekuttiv ewropew - Estonja

1. Proċeduri għall-korrezzjoni u l-irtirar (Art. 10(2))

Fl-Estonja tista' tiġi ppreżentata talba għal rettifika jew irtirar ta' ordni ta' eżekuzzjoni Ewropea speċifikata fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament, u dan skont kif jistabbilixxi l-Artikolu 447 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (RT I, 19.03.2015, 27).

2. Proċeduri għar-reviżjoni (Art.19 (1))

Fis-sitwazzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 19(1), fl-Estonja tista' tiġi ppreżentata talba skont l-Artikolu 415 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

3. Lingwi aċċettati (Art. 20(2)(c))

Għall-finijiet tal-Artikolu 20(2)(c) tar-Regolament, l-Estonja tilqa' ċertifikati bl-Ingliż jew bl-Estonjan jew li jkunu ġew tradotti għal dawk il-lingwi.

4. Awtoritajiet nominati biex jiċċertifikaw id-dokumenti awtentiċi (Art. 25)

L-awtorità msemmija fl-Artikolu 25 hija l-Qorti tal-Kontea ta' Harjumaa.

L-aħħar aġġornament: 13/08/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Titolu eżekuttiv ewropew - Greċja

1. Proċeduri għall-korrezzjoni u l-irtirar (Art. 10(2))

Meta jkun inħareġ ċertifikat ta' ordni ta' eżekuzzjoni Ewropea għal sentenza tal-qorti, il-proċedura għar-rettifika jew għall-irtirar taċ-ċertifikat huma stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 805/2004, u din il-proċedura tapplika wkoll għaċ-ċertifikati tas-soluzzjonijiet bil-qorti (l-Artikolu 24(3) tar-Regolament) u għall-istrumenti awtentiċi (l-Artikolu 25(3)). Fil-Greċja, dan it-tip ta' proċedimenti, u allura l-proċedimenti fuq il-kwistjoni tal-ġuriżdizzjoni, huma regolati bl-Artikolu 933 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (κώδικας πολιτικής δικονομίας), li jittratta l-preżentazzjoni ta' oġġezzjonijiet kontra l-validità ta' titolu eżekutorju. Madankollu r-rettifika jew l-irtirar ma jistgħux jiġu kontestati għax l-Artikolu 10(4) tar-Regolament japplika mutatis mutandis, u skont l-Artikolu 24(3) u l-Artikolu 25(3) japplika bl-istess mod fejn jidħlu s-soluzzjonijiet bil-qorti u l-istrumenti awtentiċi.

2. Proċeduri għar-reviżjoni (Art.19 (1))

Meta sentenza ċċertifikata bħala ordni ta' eżekuzzjoni Ewropea tkun trid tiġi riveduta għax id-debitur ma setax jiddefendi lilu nnifsu minħabba taħrika fit-tard jew forza maġġuri, jiġifieri minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali li ma kellux kontroll fuqhom, il-proċedura li trid tiġi segwita hija l-proċedura applikata mill-qorti li tat is-sentenza inkwistjoni Din hija l-proċedura biex jiġu ppreżentati oġġezzjonijiet fuq il-bażi ta' kontumaċja previsti fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (l-Artikolu 495 u l-Artikolu 501 ff.).

3. Lingwi aċċettati (Art. 20(2)(c))

Għaċ-ċertifikazjoni bħala ordni ta' eżekuzzjoni Ewropea ta' strument awtentiku li jkun eżekutorju fi Stat Membru, skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament, it-talbiet jintlaqgħu bil-Grieg jew bl-Ingliż.

4. Awtoritajiet nominati biex jiċċertifikaw id-dokumenti awtentiċi (Art. 25)

L-awtorità kompetenti li tiċċertifika ordni ta' eżekuzzjoni Ewropea, jiġifieri strument awtentiku fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament, flimkien mal-Artikolu 904(2)(d) u (g) tal-Kodiċi Grieg tal-Proċedura Ċivili, hija l-persuna li l-liġi Griega tawtorizzaha biex toħroġ id-dokument eżekutorji, li fil-każ ta' att notarili jkun in-nutar li jkun ħarġu. Fil-każ tad-dokumenti li l-liġi tqishom bħala eżekutorji iżda li ma jkunux ħarġu mill-qorti, l-awtorità kompetenti hija l-persuna li tkun ħarġet id-dokument, bħalma hu l-każ tal-atti notarili.

L-aħħar aġġornament: 25/08/2016

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Titolu eżekuttiv ewropew - Spanja

1. Proċeduri għall-korrezzjoni u l-irtirar (Art. 10(2))

Il-proċedura għar-rettifika ta' żbalji f'Ordni Ewropew ta' Infurzar prevista fl-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 805/2004, issir fil-forma prevista fl-ewwel tliet paragrafi tal-Artikolu 267 tal-Liġi Organika 6/1985 tal-1 ta' Lulju dwar il-Ġudikatura.

Il-proċedura għar-revoka ta' ċertifikat ta' Ordni Ewropew ta' Infurzar imsemmija fl-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 805/2004, issir b'konformità mad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw ir-rikorsi għal rieżami stipulati fil-Liġi 1/2000 tas-7 ta' Jannar dwar il-Proċedura Ċivili.

Fir-rigward ta' Ordni Ewropew tal-Infurzar ta' dokumenti pubbliċi b'titolu eżekuttiv, huwa n-nutar inkarigat mill-atti li huwa responsabbli biex jara jekk hemmx żbalji ta' natura materjali jew jekk ġewx issodisfati r-rekwiżiti għall-ħruġ taċ-ċertifikati u biex jibgħat talba għal rettifika fuq il-bażi ta' żball ta' natura materjali jew talba għall-irtirar skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 805/2004.

2. Proċeduri għar-reviżjoni (Art.19 (1))

Ir-rieżami f'każijiet eċċezzjonali msemmija fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 jista' jseħħ permezz ta' annullament ta' sentenza finali wara talba mill-parti kontumaċi (l-Artikolu 501 tal-Liġi 1/2000 tas-7 ta' Jannar dwar il-Proċedura Ċivili).

3. Lingwi aċċettati (Art. 20(2)(c))

Il-lingwa aċċettata skont l-Artikolu 20(2)(c) hija l-Ispanjol.

4. Awtoritajiet nominati biex jiċċertifikaw id-dokumenti awtentiċi (Art. 25)

Hija r-responsabbiltà tan-nutar awtorizzanti, jew tar-rappreżentant legali tiegħu jew min jissostitwih fil-każ ikkonċernat, li joħroġ iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 25(1) u fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 805/2004.

L-aħħar aġġornament: 12/03/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Titolu eżekuttiv ewropew - Franza

1. Proċeduri għall-korrezzjoni u l-irtirar (Art. 10(2))

Fil-każ ta’ żball materjali, jew ta’ rtirar, fil-każ tal-għotja indebita tat-titolu eżekuttiv, kif stabbilit fl-Artikolu 10(2), it-talba għall-irtirar għandha ssir lid-Direttur tad-Dipartiment tar-Reġistru tal-Qorti li jkun ħareġ id-dokument.

Iċ-ċaħda ta’ talba għal rettifika jew ta’ rtirar tista’ tkun is-suġġett ta’ rikors, fil-forma ta’ talba indirizzata lill-President tal-Qorti.

2. Proċeduri għar-reviżjoni (Art.19 (1))

Il-proċedura ta’ stħarriġ ġudizzjarju msemmija fl-Artikolu 19 hija l-proċedura ordinarja applikabbli għad-deċiżjonijiet meħuda mill-qorti li tkun tat it-titolu eżekuttiv oriġinali.

3. Lingwi aċċettati (Art. 20(2)(c))

Il-lingwi aċċettati għar-reġistrazzjoni tat-titoli eżekuttivi Ewropej mibgħuta mill-kredituri lill-awtoritajiet Franċiżi huma l-Franċiż, l-Ingliż, il-Ġermaniż, it-Taljan u l-Ispanjol.

4. Awtoritajiet nominati biex jiċċertifikaw id-dokumenti awtentiċi (Art. 25)

L-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 25 tar-Regolament huma n-nutar jew l-entità legali li jkunu fil-pussess tal-uffiċċju tan-nutar li jżomm l-oriġinal tal-att irċevut.

L-aħħar aġġornament: 02/07/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Titolu eżekuttiv ewropew - il-Kroazja

1. Proċeduri għall-korrezzjoni u l-irtirar (Art. 10(2))

Rikors għal rettifika jew għall-irtirar ta' ċertifikat tal-qorti jrid jiġi ppreżentat:

- lill-qorti li ħarġet iċ-ċertifikat.

Rikors għal rettifika jew għall-annullament ta' dokument pubbliku mħejji minn nutar, awtorità amministrattiva jew persuna fiżika jew ġuridika b'setgħat pubbliċi, irid jiġi ppreżentat:

- lill-awtorità jew lill-persuna li ħejjiet id-dokument, li mbagħad tkun obbligata tgħaddi r-rikors għand il-qorti muniċipali kompetenti abbażi tal-lokazzjoni tal-uffiċċju rreġistrat/tar-residenza rreġistrata, sabiex dan tal-aħħar ikun jista' jagħti deċiżjoni valida.

2. Proċeduri għar-reviżjoni (Art.19 (1))

Skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament, il-proċeduri għar-rieżami tad-deċiżjonijiet fir-Repubblika tal-Kroażja huma stipulati fl-Att dwar il-Proċedura Ċivili (Zakon o parničnom postupku) – (Narodne novine (NN; il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja) Nri 53/91, 91/92, 112/99, 88/01, 117/03, 88/05, 2/07, 84/08, 96/08, 123/08, 57/11, 148/11 – it-test ikkonsolidat, 25/13 u 28/13).

Dawn il-proċeduri huma:

- Rikors biex jerġa’ jkun hemm l-istatus ta' qabel (l-Artikoli 117-122a tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili). Rikors irid jiġi ppreżentat fi żmien tmint ijiem mid-data li fiha l-parti tkun saret taf ir-raġuni tal-omissjoni, jew jekk il-parti saret taf bl-omissjoni f'data aktar tard, il-perjodu ta' żmien msemmi qabel jibda jgħodd mid-data li fiha l-parti tkun saret taf bir-raġuni l-għaliex kienu qabżu l-iskadenza. Ġaladarba jgħaddu xahrejn (fi proċedimenti quddiem il-qrati muniċipali) jew jgħaddu 30 jum (fi proċedimenti quddiem il-qrati kummerċjali) mis-seħħ tal-omissjoni, ma jkunx jista' jiġi ppreżentat rikors biex jerġa’ jkun hemm l-istatus ta' qabel

- Ir-ritrattazzjoni (l-Artikoli 421-432 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili). Rikors għal ritrattazzjoni jrid tiġi ppreżentat fi żmien 30 jum mid-data li fiha l-parti tkun saret taf ir-raġuni l-għaliex ġie ppreżentat rikors jew mid-data li fiha ngħatatilha d-deċiżjoni tal-qorti.

3. Lingwi aċċettati (Art. 20(2)(c))

Il-lingwa Kroata. It-traduzzjonijiet Kroati jridu jiġu ċċertifikati minn traduttur ikkwalifikat f'wieħed mill-Istati Membri tal-UE.

4. Awtoritajiet nominati biex jiċċertifikaw id-dokumenti awtentiċi (Art. 25)

Il-qrati kompetenti, l-awtoritajiet amministrattivi, in-nutara, il-persuni ġuridiċi u fiżiċi b'setgħat pubbliċi li huma awtorizzati bil-ħruġ ta' strumenti ta' eżekuzzjoni jew ordnijiet ta' eżekuzzjoni għal talbiet mhux ikkuntestati taħt il-liġi nazzjonali applikabbli.

L-aħħar aġġornament: 05/07/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Titolu eżekuttiv ewropew - Italja

1. Proċeduri għall-korrezzjoni u l-irtirar (Art. 10(2))

Il-proċedura prevista mil-liġi Taljana għar-rettifika taċ-ċertifikat ta' Ordni Ewropew ta' Infurzar skont l-Artikolu 10(2) hija dik ta' rettifika ta' żball materjali. Id-dispożizzjonijiet rilevanti huma l-Artikoli 287 et seq tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (CPC).

Il-proċedura ta' revoka taċ-ċertifikat ta' Ordni Ewropew ta' Infurzar skont l-Artikolu 10(2) għall-finijiet tal-liġi Taljana hija r-revoka in camera. Id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili huma l-Artikoli 737 et seq u jinbdew b'rikors; u jintemmu b'digriet motivat tal-qorti. Hemm il-possibbiltà li jkun hemm seduta ta' smigħ.

2. Proċeduri għar-reviżjoni (Art.19 (1))

Il-proċediment għal rieżami previst mill-Artikolu 19(1), jikkonsisti f'appelli ordinarji (l-Artikolu 323 et seq CPC: appell u rikors fuq punt tad-dritt) u straordinarji (l-Artikolu 395 CPC).

3. Lingwi aċċettati (Art. 20(2)(c))

Il-lingwa aċċettata skont l-Artikolu 20(2)(c) hija t-Taljan.

4. Awtoritajiet nominati biex jiċċertifikaw id-dokumenti awtentiċi (Art. 25)

L-awtorità nnominata skont l-Artikolu 25 hija l-Qorti.

L-aħħar aġġornament: 19/11/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Titolu eżekuttiv ewropew - Ċipru

1. Proċeduri għall-korrezzjoni u l-irtirar (Art. 10(2))

Il-proċeduri għall-korrezzjoni huma l-istess bħal dawk imsemmija fir-Regoli tal-Proċedura Ċivili. Iċ-ċertifikat tal-Ordni Ewropew ta’ Infurzar jista’ jiġi rettifikat jekk ikun hemm żball materjali jew diskrepanza bejn is-sentenza u ċ-ċertifikat.

2. Proċeduri għar-reviżjoni (Art.19 (1))

Kull proċedura għar-reviżjoni tas-sentenza tista’ tiġi rreġistrata f’konformità mar-Regoli tal-Proċedura Ċivili, u skont l-Ordni 48, kull talba trid tkun ippreżentata bil-miktub u nnotifikata lill-partijiet interessati minn tal-anqas erbat ijiem qabel id-data tas-seduta ta’ smigħ. Il-formola fl-Anness VI tar-Regolament tista’ tintuża biex tintbagħat it-talba.

3. Lingwi aċċettati (Art. 20(2)(c))

Il-Grieg u l-Ingliż

4. Awtoritajiet nominati biex jiċċertifikaw id-dokumenti awtentiċi (Art. 25)

Mhux applikabbli. Fl-ordinament ġuridiku ta’ Ċipru, ma hemm l-ebda strument awtentiku li jaqa’ taħt l-Artikolu 4 tar-Regolament.

L-aħħar aġġornament: 18/04/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Titolu eżekuttiv ewropew - Latvja

1. Proċeduri għall-korrezzjoni u l-irtirar (Art. 10(2))

Rigward informazzjoni dwar ir-regoli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali li jimplimentaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament u li jistabbilixxu l-proċedura għar-rettifika jew l-irtirar ta' Ċertifikat ta' Ordni Ewropew ta’ Infurzar, l-awtoritajiet Latvjani jinfurmawk li l-miżuri ta' implimentazzjoni tal-Artikolu 10(2) huma inkorporati fl-Artikoli 543.1 u 545.1 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili.

"Artikolu 5431. Rettifika ta' żbalji f'dokumenti ta' eżekuzzjoni tal-Unjoni Ewropea

(1) Wara talba minn parti fil-proċedimenti, qorti li tkun qatgħet sentenza jew li tkun ħadet deċiżjoni tista' tirrettifika żbalji f'Ċertifikat ta' Ordni Ewropew ta’ Infurzar fuq il-bażi tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fiċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikoli 41(1) jew 42(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, fiċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 606/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 606/2013. Qorti tista’ tirrettifika żbalji wkoll fiċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 606/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ex officio.

(2) Għall-preżentazzjoni ta' talba għar-rettifika ta' Ċertifikat ta' Ordni Ewropew ta’ Infurzar, irid isir użu mill-formola msemmija fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(3) Il-kwistjoni tar-rettifika tal-iżbalji għandha tiġi eżaminata waqt seduta ġudizzjarja, u l-partijiet għandhom ikunu nnotifikat b'dan qabel is-seduta. In-nuqqas ta' attendenza minn dawn il-persuni ma għandux jimpedixxi l-eżaminazzjoni tal-kwistjoni.

(4) Żbalji fid-dokumenti ta' eżekuzzjoni msemmija fil-Paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu rettifikati b’deċiżjoni tal-qorti.

(5) Tista' ssir talba anċillari fir-rigward tad-deċiżjoni tal-qorti biex jiġi rettifikat żball f'dokument ta' eżekuzzjoni.

Artikolu 5451. L-irtirar taċ-Ċertifikat ta' Ordni Ewropew ta’ Infurzar u taċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 606/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(1) Wara talba minn parti fil-proċedimenti, l-użu tal-formola imsemmija fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, qorti li tkun tat sentenza jew ħadet deċiżjoni tista' tirtira Ċertifikat ta' Ordni Ewropew ta’ Infurzar fuq il-bażi tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(11) Il-Qorti li tkun ħadet deċiżjoni tista' tirtira ċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 606/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 606/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, wara talba minn parti jew ex officio, bl-użu taċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 606/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(2) Talba għall-irtirar ta' Ċertifikat ta' Ordni Ewropew ta’ Infurzar jew taċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 606/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandha tiġi eżaminata waqt seduta ġudizzjarja, u l-partijiet ikunu nnotifikati b'dan qabel is-seduta. In-nuqqas ta' attendenza minn dawn il-persuni ma għandux jimpedixxi l-eżaminazzjoni tal-kwistjoni.

(3) Tista' ssir talba anċillari fir-rigward tad-deċiżjoni tal-qorti.

2. Proċeduri għar-reviżjoni (Art.19 (1))

Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament, ma ġiet inkorporata l-ebda regola fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, peress li l-Latvja dawn ir-regoli huma koperti mid-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili.

“Artikolu 51. Riistituzzjoni ta' termini ta' preskrizzjoni proċedurali

(1) Wara talba minn parti fil-proċedimenti, il-qorti għandha terġa’ ddaħħal fis-seħħ termini ta' preskrizzjoni proċedurali jekk tikkonstata li r-raġunijiet li waslu biex jinqabżu jkunu ġustifikati.

(2) Meta terġa’ ddaħħal fis-seħħ terminu ta' preskrizzjoni li jkun inqabeż, il-qorti għandha tippermetti wkoll li titwettaq l-azzjoni proċedurali posposta.

Artikolu 52. Estensjoni ta' termini ta' preskrizzjoni proċedurali

It-termini ta' preskrizzjoni stabbiliti minn qorti jew minn imħallef jista' jiġu estiżi wara talba ta' parti fil-proċedimenti.

Artikolu 53. Proċedura għall-estensjoni jew ir-riistituzzjoni ta' termini ta' preskrizzjoni proċedurali

(1) Talba għal estensjoni ta' terminu ta' preskrizzjoni jew ta' riistituzzjoni ta' terminu li nqabeż għandha tiġi ppreżentata l-qorti fejn kellha ssir l-azzjoni posposta, u t-talba għandha tiġi eżaminata bi proċedura bil-miktub. Qabel ma tiġi eżaminata t-talba bi proċedura bil-miktub, il-partijiet fil-proċedimenti għandhom ikunu nnotifikati biha u għandhom jibagħtu talba biex it-terminu ta' preskrizzjoni jiġi estiż jew biex it-terminu li nqabeż jerġa' jidħol fis-seħħ fl-istess ħin.

(2) Talba għal riistituzzjoni ta' terminu ta' preskrizzjoni proċedurali għandu jkun akkumpanjat minn dokumenti meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-azzjoni proċedurali, u r-raġunijiet għar-riistituzzjoni tat-terminu.

(3) Terminu stabbilit minn imħallef jista' jittawwal mill-istess imħallef huwa u jaġixxi waħdu.

(4) Tista' ssir talba anċillari fir-rigward ta' ċaħda minn qorti jew imħallef li jestendi jew jerġa' jdaħħal fis-seħħ terminu.

3. Lingwi aċċettati (Art. 20(2)(c))

Skont l-Artikolu 20(2)(c) tar-Regolament, il-Latvja tindika l-Latvjan bħala l-lingwa aċċettata biex tirċievi u toħroġ Ċertifikat ta' Ordni Ewropea ta’ Infurzar.

4. Awtoritajiet nominati biex jiċċertifikaw id-dokumenti awtentiċi (Art. 25)

Ma hemm l-ebda istituzzjoni mwaqqfa fil-Latvja li tkun intitolata tistabbilixxi l-istrumenti awtentiċi skont l-Artikolu 25 tar-Regolament.

L-aħħar aġġornament: 05/06/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Titolu eżekuttiv ewropew - Litwanja

1. Proċeduri għall-korrezzjoni u l-irtirar (Art. 10(2))

F’konformità ma’ l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April li ħoloq l-Ordni Ewropea ta’ Infurzar għal talbiet mhux kontestati (minn hawn ‘il quddiem “ir-Regolament”), il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja hawnhekk jippreżenta informazzjoni relatata mal-proċeduri tar-rettifika, il-lingwa u l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 30.  Fl-istess ħin, qegħdin nipprovdu t-test tal-Liġi relevanti tar-Repubblika tal-Litwanja li timplimenta r-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li joħloq l-Ordni Ewropea ta’ l-Infurzar għal talbiet mhux kontestati (Il-Gazzetta Uffiċjali Nru 58 tas-7 ta’ Mejju 2005) (minn hawn 'il quddiem "il-Liġi") u l-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja (Il-Gazzetta Uffiċjali Nru 36-1340 tas-6 ta’ April 2002); Il-Gazzetta Uffiċjali Nru 42 ta' l-24 ta' April 2002) (minn hawn 'il quddiem "il-Kodiċi").

Il-qorti li ħarġet iċ-ċertifikat ta’ l-Ordni Ewropea ta’ Infurzar tista’ tirrettifikah fuq talba ta’ parti interessata (f’konformità ma’ l-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament, l-Artikolu 5(1) tal-Liġi u l-Artikolu 648(6) tal-Kodiċi). Ċertifikat maħruġ ta’ l-Ordni Ewropea ta' Infurzar li jikkonċerna strument awtentiku jista’ jkun rettifikat mill-qorti tad-distrett fil-post tan-negozju tan-nutar li jkun għamel ir-rekord ta’ infurzar ta’ l-istrument awtentiku.  Ma titħallas l-ebda bolla fuq applikazzjoni għar-rettifika ta’ ċertifikat ta’ l-Ordni Ewropea ta’ Infurzar.

Il-qorti li ħarġet iċ-ċertifikat ta’ l-Ordni Ewropea ta' Infurzar tista’, permezz ta' ordni tal-qorti, tirtirah (f'konformità ta' l-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament u l-Artikolu 5(2) tal-Liġi).  Ċertifikat maħruġ ta’ l-Ordni Ewropea ta' Infurzar li jikkonċerna strument awtentiku jista’ jkun irtirat mill-qorti tad-distrett fil-post tan-negozju tan-nutar li jkun għamel ir-reġistrazzjoni ta’ infurzar ta’ l-istrument awtentiku.  Ma titħallas l-ebda bolla fuq applikazzjoni għall-irtirar ta’ ċertifikat ta’ l-Ordni Ewropea ta’ Infurzar.

L-Artikolu 5 tal-Liġi jaqra hekk:

“Artikolu 5 Rettifika jew irtirar ta’ ċertifikat ta’ l-Ordni Ewropea ta’ Infurzar.

1. Fejn, minħabba żball ortografiku jew ieħor, iċ-ċertifikat ta’ l-Ordni Ewropea ta’ infurzar hu differenti mis-sentenza jew l-istrument awtentiku, id-dispożizjzonijiet ta’ l-Artikolu 648(6) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja għandu japplika mutatis mutandis għall-iskopijiet tar-rettifika taċ-ċertifikat ta’ l-Ordni Ewropea ta’ Infurzar.

2. Il-qorti li ħarġet iċ-ċertifikat ta’ l-Ordni Ewropea ta' infurzar għandha, permezz ta' ordni tal-qorti, tirtira jew tirrifjuta li tirtira ċ-ċertifikat ta' l-Ordni Ewropea ta' Infurzar fiċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament.

3. Applikazzjonijiet ipprezentati mill-partijiet f'materji msemmija f'dan l-Artikolu għandhom ikunu ħielesa minn ħlas ta' bolla.

4. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw wkoll fejn id-distrett fil-post tan-negozju tan-nutar li għamel ir-rekord ta’ infurzar hu mitlub li jirrettifika jew jirtira ċ-ċertifikat ta' l-Ordni Ewropea ta' Infurzar maħruġ skond il-proċedura ffissata fl-Artikolu 4(2) ta' din il-Liġi."

L-Artikolu 648(6) tal-Liġi jaqra hekk:

“Fejn isir żball ortografiku jew ieħor fil-ħruġ ta' dokument ta' infurzar, l-istituzzjoni li tkun ħarġitu għandha tikkoreġi d-dokument fuq talba tal-parti interessata."

2. Proċeduri għar-reviżjoni (Art.19 (1))

Qegħdin nipprovdu t-test tal-Liġi relevanti tar-Repubblika tal-Litwanja li timplimenta ir-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li joħloq l-Ordni Ewropea ta’ l-Infurzar għal talbiet mhux kontestati (Il-Gazzetta Uffiċjali Nru 58 tas-7 ta’ Mejju 2005) (minn hawn 'il quddiem "il-Liġi") u l-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja (Il-Gazzetta Uffiċjali Nru 36-1340 tas-6 ta’ April 2002); Il-Gazzetta Uffiċjali Nru 42 ta' l-24 t'April 2002) (minn hawn 'il quddiem "il-Kodiċi").

Sentenza tal-qorti kontumaċja bbażata fuq applikazzjoni raġunata ta’ parti assenti mis-smigħ u ppreżentata fi żmien 20 jum mid-data li fiha s-sentenza kontumaċja ngħatat tista’ tkun riveduta (dan il-limitu ta’ żmien ta’ 20 jum jista', skond l-Artikolu 78 tal-kodiċi, ikun estiż għal persuni li naqsu li jissodisfawh għal raġunijiet li l-qorti tagħraf li huma serji).  Wara li tintlaqa’ l-applikazzjoni, il-qorti tibgħatha, flimkien ma' kopji ta' l-annessi tagħha, lill-partijiet u persuni terzi u tinformahom li l-partijiet huma meħtieġa u persuni terzi huma intitolati li jippreżentaw osservazzjonijiet fi żmien 14-il jum.  Il-qorti teżamina l-applikazzjoni bi proċedura miktuba fi żmien 14-il jum mid-data ta' skadenza għas-sottomissjoni ta' l-osservazzjonijiet.  Jekk, wara li tkun eżaminat l-applikazzjoni, il-qorti tosserva li l-parti kienet assenti mis-smigħ għal raġunijiet serji li dwarhom hu/hi ma setax/setgħetx tinforma lill-qorti fil-ħin u l-applikazzjoni tirreferi għal evidenza li tista’ taffettwa l-leġittimità u l-validità tas-sentenza kontumaċja in kwistjoni, il-qorti tirtira s-sentenza kontumaċja u tirrevedi l-każ.

Meta każ ikun eżaminat skond il-proċedura dokumentarja (Kapitlu XXII tal-Kodiċi), il-qorti għandha d-dritt, meta ġustifikata b’raġunijiet serji, li testendi l-limitu taż-żmien tal-konvenut biex jippreżenta l-oġġezzjonijiet skond l-Artikolu 430(5) tal-Kodiċi, u f’dawk il-waqtiet li fihom il-każ ikun qed ikun eżaminat skond ir-regoli tal-Kapitlu XXIII tal-Kodiċi (karatteristiċi speċifiċi tal-każijiet relatati mal-ħruġ ta’ ordni tal-qorti), il-qorti tista’, fejn hemm raġunijiet serji, testendi l-limitu taż-żmien tal-konvenut biex jippreżenta l-oġġezzjonijiet li jikkonċernaw it-talba tal-kreditur skond l-Artikolu 439(2) tal-Kodiċi.

L-Artikolu 287 tal-Kodiċi:

“1. Parti li ma tkunx preżenti għal sessjoni tal-qorti għandha d-dritt li tippreżenta applikazzjoni għar-reviżjoni ta’ sentenza kontumaċja lill-qorti li tat is-sentenza kontumaċja fi żmien 20 jum mid-data li fiha s-sentenza tkun ingħatat.

2. Din l-applikazzjoni għandha tindika:

1) il-ħatra tal-qorti li tat is-sentenza kontumaċja;

2) il-ħatra ta’ l-applikant;

3) iċ-ċirkostanzi li wasslu għall-assenza ta’ l-applikant mis-sessjoni tal-qorti u n-nuqqas li jinforma lill-qorti bin-natura serja tar-raġunijiet għal din l-assenza sad-data tas-sessjoni, inkluża l-evidenza ta' dawk iċ-ċirkostanzi;

4) iċ-ċirkostanzi li jistgħu jaffettwaw il-legalità u l-validità tas-sentenza u kwalunkwe evidenza ta’ dawk iċ-ċirkostanzi;

5) detallji ta’ dak li qed jitlob l-applikant;

6) lista ta’ dokumenti ta’ prova annessi ma’ l-applikazzjoni;

7) il-firma ta’ l-applikant u d-data li fiha l-applikazzjoni tfasslet.

3. Għandhom ikunu pprovduti numru ta’ kopji ta’ l-applikazzjoni u l-annessi lill-qorti daqs kemm hemm partijiet u persuni terzi.

4. Żbalji fl-applikazzjoni għandhom ikunu eliminati skond il-proċedura dwar it-tneħħija ta’ l-iżbalji mit-talbiet.

5. Fejn l-appelli u l-applikazzjonijiet għar-reviżjoni tas-sentenza kontumaċja ikunu ppreżentati fl-istess każ, applikazzjonijiet għar-reviżjoni ta' sentenza kontumaċja u kwalunkwe ordnijiet tal-qorti mogħtija fir-rigward ta' sentenzi għandhom ikunu eżaminati l-ewwel."

L-Artikolu 430(5) tal-Kodiċi:

“Fejn l-oġġezzjonijiet ikunu ppreżentati wara li jkun skada l-limitu ta’ għoxrin jum jew fejn ma jkunux jissodisfawx il-ħtiġijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-qorti m’għandhiex taċċettahom.  Appell separat jista’ jkun ippreżentat kontra ordni tal-qorti li biha qorti tirrifjuta li taċċetta l-oġġezzjonijiet.  Fejn il-konvenut jonqos li jissodisfa l-limitu ta' żmien għal raġunijiet serji, il-qorti tista', wara li ssir talba, testendi l-limitu taż-żmien."

L-Artikolu 439(2) tal-Kodiċi:

Oġġezzjonijiet minn debituri fir-rispett tat-talba ta’ kreditur għandhom ikunu ppreżentati bil-miktub fi żmien 20 jum tad-data li fiha n-notifika ta’ l-ordni tal-qorti tkun ippreżentata lid-debitur.  Oġġezzjonijiet għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet ġenerali f’dak li hu kontenut u forma tad-dokumenti proċedurali, bl-eċċezzjoni tal-ħtieġa li tindika r-raġunijiet.  Fejn, għal raġunijiet serji, id-debitur jippreżenta oġġezzjoni wara li l-limitu taż-żmien imsemmi f'dan il-paragrafu ikun skada, il-qorti tista', fuq talba tad-debitur, testendi l-limitu taż-żmien għall-preżentazzjoni ta’ l-oġġezzjonijiet.  Appell separat jista’ jkun ppreżentat kontra ordni li biha din it-talba mill-parti ta’ debitur tkun miċħuda.

L-Artikolu 78(1) tal-Kodiċi:

“Persuni li naqsu li jissodisfaw il-limitu taż-żmien stabbilit mil-liġi jew impost minn qorti għal raġunijiet li l-qorti jidhrilha li huma serji jistgħu jingħataw estensjoni ta’ l-imsemmi limitu taż-żmien.”

3. Lingwi aċċettati (Art. 20(2)(c))

F’konformità ma’ l-Artikolu 2(4) tal-Liġi, il-lingwa li għandha tintuża għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 20(2)(c) tar-Regolament hu l-Litwan

l-Artikolu 2(4) tal-Liġi:

“L-Ordni Ewropea ta’ Infurzar jew kopja tagħha li trid tkun infurzata fir-Repubblika tal-Litwanja għandha tkun tradotta fil-Litwan u infurzata mingħajr ma jkunu applikati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 tal-Kapitlu LX tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja.”

4. Awtoritajiet nominati biex jiċċertifikaw id-dokumenti awtentiċi (Art. 25)

F’konformità ma’ l-Artikolu 4(2) tal-Liġi#_ftn1[1], l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 25 tar-Regolament, i.e. l-awtoritajiet maħtura biex joħorġu Ordni Ewropea ta’ infurzar li tikkonċerna dokument awtentiku, huma n-nutara.

l-Artikolu 4(2) tal-Liġi#_ftn2[1]:

“Fuq talba tal-kreditur, Ordni Ewropea ta' Infurzar li tikkonċerna dokument awtentiku msemmi f'paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tinħareġ min-nutar li jkun abbozza l-istrument awtentiku.  In-nutar għandu joħroġ l-Ordni Ewropea ta’ Infurzar mhux aktar tard minn ħamest’ijiem wara l-jum li fih it-talba għall-ħruġ ta’ Ordni Ewropea ta’ infurzar tkun intlaqgħet.”

#_ftnref1[1] Ordni Ewropea ta’ Infurzar għal talbiet mhux kontestati (Il-Gazzetta Uffiċjali Nru 58 tas-7 ta’ Mejju 2005)

L-aħħar aġġornament: 14/11/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Titolu eżekuttiv ewropew - Ungerija

1. Proċeduri għall-korrezzjoni u l-irtirar (Art. 10(2))

Fit-territorji tal-Ungerija, id-dispożizzjonijiet li jirregolaw ir-rettifikazzjoni jew l-irtirar taċ-ċertifikat tal-Ordni Ewropew ta’ Infurzar huma dawk tal-Kapitolu II tal-Att LIII tal-1994 dwar l-eżekuzzjoni ġudizzjarja.

2. Proċeduri għar-reviżjoni (Art.19 (1))

Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw ir-reviżjoni tas-sentenza li sservi bħala l-bażi għaċ-ċertifikazzjoni bħala Ordni Ewropew ta’ Infurzar huma dawk fil-Kapitolu VII tal-Att III tal-1952 dwar il-kodiċi ċivili.

3. Lingwi aċċettati (Art. 20(2)(c))

Il-lingwi li bihom huwa aċċettat li jimtela ċ-ċertifikat taL-Ordni Ewropew ta’ Infurzar huma l-Ingliż u l-Ungeriż.

4. Awtoritajiet nominati biex jiċċertifikaw id-dokumenti awtentiċi (Art. 25)

L-awtorità kompetenti biex tiċċertifika strument awtentiku maħruġ fl-Ungerija bħala Ordni Ewropew ta’ Infurzar, normalment tkun il-qorti Distrettwali li l-awtorità li tkun qed tfassal l-istrument tkun tinsab fil-ġuriżdizzjoni tagħha.

Madankollu, f’każ ta’ strument awtentiku mfassal minn nutar pubbliku, inġunzjoni maħruġa minn nutar pubbliku jew soluzzjoni approvata minn nutar pubbliku li għandha l-istess effett bħal soluzzjoni bil-qorti, l-awtorità taċ-ċertifikazzjoni kompetenti tkun in-nutar pubbliku.

Il-qrati kompetenti biex jiċċertifikaw strumenti awtentiċi mfassla fl-Ungerija bħala Ordnijiet Ewropej ta’ Infurzar jistgħu jinstabu permezz tal-għodda għat-tiftix fuq nett tal-paġna.

In-nutara pubbliċi fil-vesti ta’ awtoritajiet taċ-ċertifikazzjoni jistgħu jinstabu permezz tal-funzjonalità għat-tiftix disponibbli fil-ħolqa hawn taħt.

L-aħħar aġġornament: 24/10/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Titolu eżekuttiv ewropew - Malta

1. Proċeduri għall-korrezzjoni u l-irtirar (Art. 10(2))

Il-proċeduri għar-rettifika u l-irtirar li jissemmew fl-Artikolu 10(2) u għar-reviżjoni li jissemmew fl-Artikolu 19(2) jinstemgħu quddiem il-Qorti Ċivili (Prim Istanza) tal-Qrati ta' Malta.

2. Proċeduri għar-reviżjoni (Art.19 (1))

Il-proċeduri għar-rettifika u l-irtirar li jissemmew fl-Artikolu 10(2) u għar-reviżjoni li jissemmew fl-Artikolu 19(2) jinstemgħu quddiem il-Qorti Ċivili (Prim Istanza) tal-Qrati ta' Malta.

3. Lingwi aċċettati (Art. 20(2)(c))

Il-lingwa aċċettata skont l-Artikolu 20(2)(c) hi l-Malti.

4. Awtoritajiet nominati biex jiċċertifikaw id-dokumenti awtentiċi (Art. 25)

L-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 25, biex toħroġ Ordnijiet Ewropej ta' Infurzar (OEI) huwa r-Reġistratur tal-Qrati.

L-aħħar aġġornament: 01/09/2016

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Titolu eżekuttiv ewropew - Olanda

1. Proċeduri għall-korrezzjoni u l-irtirar (Art. 10(2))

1.1. Proċeduri għar-rettifika

Applikazzjoni għar-rettifika tista’ ssir lill-qorti li aċċettat l-ordni bħala EEO, permezz tal-formula fl-Anness VI tar-Regolament. Il-proċedura hi regolata bl-Artikolu 4 ta’ l-Att dwar l-Implimentazzjoni; hi proċedura ta’ petizzjoni simplifikata. Dan ifisser li l-artikoli 261 et seq. tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili japplikaw flimkien ma’ l-Att dwar l-Implimentazzjoni. L-Artikoli 358 et seq. u 426 et seq. ta’ dak il-Kodiċi japplikaw fir-rigward ta’ l-appelli u l-kassazzjoni rispettivament.

L-Artikolu 4 ta' l-Att dwar l-Implimentazzjoni ta' l-Ordni Ewropea ta' Infurzar

1. Applikazzjoni għar-rettifika ta’ ċertifikat ta’ l-Ordni Ewropea ta’ Infurzar skond l-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament għandha ssir fuq il-formula provduta mill-Artikoli 10(3) tar-Regolament tal-qorti li aċċettat l-ordni bħala Ordni Ewropea ta' Infurzar. L-Artikoli 2(2) u (3) għandhom japplikaw b’analoġija.

2. Fejn l-applikazzjoni msemmija fis-subartikolu 1 tkun saret mill-kreditur li fuq l-applikazzjoni tiegħu tkun ħarġet l-Ordni, kull meta hu possibbli għandha tkun akkumpanjata biċ-ċertifikat ta' l-Ordni Ewropea ta' Infurzar li se jkun rettifikat. Id-debitur m’għandux għalfejn ikun imsejjaħ. Ir-rettifika għandha tkun ordnata f’data li tkun determinata mill-qorti; li d-data għandha tinkiteb fuq l-ordni tal-qorti u għandu jinħareġ ċertifikat rettifikat ta’ l-Ordni Ewropea ta’ Infurzar. Iċ-ċertifikat oriġinali ta’ l-Ordni Ewropea ta’ Infurzar għandu jitlef l-effett tiegħu mill-ewwel. Jekk l-applikazzjoni ma tkunx aċċettata, iċ-ċertifikat oriġinali ta’ l-Ordni Ewropea ta’ l-Infurzar għandu jkun ritornat lill-applikant.

3. Fejn l-applikazzjoni msemmija fis-subartikolu 1 hi ppreżentata mid-debitur, il-qorti m’għandhiex tordna rettifika mingħajr ma l-ewwel tingħata l-opportunità lill-kreditur u d-debitur li jesprimu l-fehmiet tagħhom. Ir-rettifika għandha tkun ordnata f’data li tkun determinata mill-qorti; dik id-data għandha tinkiteb fuq l-ordni tal-qorti, bħala li dan l-att twettaq diġà, u għandu jinħareġ ċertifikat rettifikat ta’ l-Ordni Ewropea ta’ Infurzar. Iċ-ċertifikat oriġinali ta’ l-Ordni Ewropea ta’ Infurzar għandu jitlef l-effett tiegħu mill-ewwel. Il-qorti għandha tagħti istruzzjonijiet lill-kreditur biex jiddepożita l-Ordni l-ġdida fir-Reġistru tal-Qorti.

UL-Artikoli 2(2) u (3) ta’ l-Att dwar l-Implimentazzjoni ta’ l-Ordni Ewropea ta’ l-Infurzar

2. Kopja awtentika ta’ l-ordni li ċ-ċertifikat tagħha qed jintalab u d-dokument li beda l-proċeduri għandhom ikunu ppreżentati ma’ l-applikazzjoni provduta minn paragrafu 1. Fejn hu possibbli l-applikazzjoni għandha tagħti dawn il-partikularitajiet kollha għax huma meħtieġa mill-qorti sabiex tiċċertifika d-deċiżjoni bħala Ordni Ewropea ta’ l-Infurzar skond l-Anness I tar-Regolament. Jekk id-dokumenti jew l-informazzjoni mogħtija ma’ l-applikazzjoni mhumiex sħaħ, l-applikant għandu jingħata l-opportunità li jamplifikahom.

3. L-applikazzjoni li jipprovdi għaliha l-paragrafu 1 għandha tkun ippreżentata minn uffiċjal tal-qorti jew prosekutur. Preżentazzjoni minn uffiċjal tal-qorti jew prosekutur m’għandhiex tkun meħtieġa fl-eventwalità ta’ ċertifikazzjoni ta’ deċiżjoni minn imħallef tad-distrett.

1.2. Proċedura ta’ l-irtirar

L-applikazzjoni għall-iritirar tista’ ssir fuq il-formula ta’ l-Anness VI tar-Regolament ippreżentata lill-qorti li aċċettat l-ordni bħala EEO. Il-proċedura hi regolata mill-artikolu 5 ta’ l-Att dwar l-Implimentazzjoni; hi proċedura simplifikata ta’ petizzjoni. Dan ifisser li l-artikoli 261 et seq. tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili japplikaw flimkien ma’ l-Att dwar l-Implimentazzjoni. L-Artikoli 358 et seq. u 426 et seq. ta’ dak il-Kodiċi japplikaw fir-rigward ta’ l-appelli u l-kassazzjoni rispettivament.

L-Artikolu 5 ta’ l-Att dwar l-Implimentazzjoni ta’ l-Ordni Ewropea ta’ l-Infurzar

1. Applikazzjoni għall-irtirar ta’ ċertifikat ta’ l-Ordni Ewropea ta’ l-Infurzar għandha ssir fuq il-formula li jipprovdi għaliha l-Artikolu 10(3) tar-Regolament tal-qorti li aċċettat l-ordni bħala Ordni Ewropea ta' Infurzar. L-Artikoli 2(2) u (3) għandhom japplikaw b’analoġija.

2. L-irtirar għandu jkun ordnat, wara li l-partijiet ikunu ingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom, permezz ta’ ordni maħruġ mill-qorti f’data li hi għandha tiddetermina. Il-qorti għandha tagħti istruzzjonijiet lill-kreditur biex jiddepożita l-Ordni l-ġdida fir-Reġistru tal-Qorti.

L-Artikoli 2(2) u (3) ta’ l-Att dwar l-Implimentazzjoni ta’ l-Ordni Ewropea ta’ l-Infurzar

2. Kopja awtentika ta’ l-ordni li ċ-ċertifikat tagħha qed jintalab u d-dokument li beda l-proċeduri għandhom ikunu ppreżentati ma’ l-applikazzjoni provduta minn paragrafu 1. Fejn hu possibbli l-applikazzjoni għandha tagħti dawn il-partikularitajiet kollha għax huma meħtieġa mill-qorti sabiex tiċċertifika d-deċiżjoni bħala Ordni Ewropea ta’ l-Infurzar konformi ma’ l-Anness I tar-Regolament. Jekk id-dokumenti jew l-informazzjoni mogħtija ma’ l-applikazzjoni mhumiex sħaħ, l-applikant għandu jingħata l-opportunità li jamplifikahom.

3. L-applikazzjoni provduta mill-paragrafu 1 għandha tkun ippreżentata minn uffiċjal tal-qorti jew prosekutur. Preżentazzjoni minn uffiċjal tal-qorti jew prosekutur m’għandhiex tkun meħtieġa fl-eventwalità ta’ ċertifikazzjoni ta’ deċiżjoni minn imħallef tad-distrett.

2. Proċeduri għar-reviżjoni (Art.19 (1))

Applikazzjoni għal reviżjoni ta’ deċiżjoni dwar talba mhux kontestata skond l-Artikolu 19 tar-Regolament tista’ ssir skond l-Artikolu 8 ta’ l-Att dwar l-Ordni Ewropea ta’ l-Infurzar. Jekk ir-reviżjoni tkun ordnata abbażi ta’ l-artikolu 8(3) permezz ta’ petitzzjoni, japplikaw l-artikoli 261 et. seq. tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili.

UL-Artikolu 8 ta’ l-Att dwar l-Implimentazzjoni ta’ l-Ordni Ewropea ta’ l-Infurzar

1. Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ deċiżjonijiet dwar talbiet mhux kontestati li fuqhom japplika r-Regolament, id-debitur jista’ japplika għal reviżjoni lill-qorti li għamlet l-ordni għar-raġunijiet speċifikati fl-Artikolu 19(1)(a) u (b) tar-Regolament.

2. Jekk l-applikazzjoni għar-reviżjoni tikkonċerna sentenza, għandha ssir fuq il-formula ta’ taħrika għall-oġġezzjoni skond l-artikolu 146 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

3. Jekk l-applikazzjoni għar-reviżjoni tikkonċerna deċiżjoni sommarja, għandha ssir fuq il-formula ta’ appplikazzjoni sempliċi.

4. L-appelli għandhom jitressqu:

a) f’każijiet li fuqhom japplika l-Artikolu 19(1)(a) tar-Regolament, fi żmien erba’ ġimgħat wara li d-deċiżjoni tkun ippreżentata lid-debitur;

b) f’każijiet li fuqhom japplika l-Artikolu 19(1)(a) tar-Regolament, fi żmien erba’ ġimgħat wara li ċ-ċirkostanzi speċifikati ma japplikawx aktar;

3. Lingwi aċċettati (Art. 20(2)(c))

Il-lingwi aċċettati għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 20 tar-Regolament huma l-Olandiż jew kwalunkwe lingwa oħra mifhuma mid-debitur.

4. Awtoritajiet nominati biex jiċċertifikaw id-dokumenti awtentiċi (Art. 25)

L-awtorità maħtura mill-Olanda biex tiċċertifika dokument bħala EEO għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 25 tar-Regolament hu l-imħallef tal-proċeduri interlokutorji tal-qorti tal-post fejn in-nutar li ppubblika d-dokument oriġinali jkun bbażat.

L-aħħar aġġornament: 25/08/2016

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Titolu eżekuttiv ewropew - Awstrija

1. Proċeduri għall-korrezzjoni u l-irtirar (Art. 10(2))

-  Fil-każ ta’ sentenzi tal-qorti u soluzzjonijiet bil-qorti, u l-arranġamenti relatati mal-obbligi ta’ manteniment imsemmija fl-Artikolu 4(3)(b): rikors għall-irtirar jew għar-rettifika taċ-ċertifikazzjoni billi Ordni Ewropew ta’ Infurzar irid ikun ippreżentat lill-qorti jew lill-awtorità amministrattiva li tkun provdiet iċ-ċertifikat (l-Artikolu 419(1) u (2) tal-Kodiċi ta’ Eżekuzzjoni tal-Awstrija (Exekutionsordnung).

-  Fil-każ ta’ strumenti awtentiċi eżekutorji (Notariatsakte): rikors għal rettifika jrid isir lin-nutar li jkun fassal l-istrument awtentiku jew, jekk dan ma jkunx possibbli, lill-uffiċjal responsabbli skont l-Artikoli 119, 146 u 149 tal-Kodiċi tan-Nutara tal-Awstrija (Notariatsordnung). Is-setgħa ta’ rtirar taċ-ċertifikazzjoni mogħtija min-nutar hija tal-qorti li jkollha ġurisdizzjoni skont il-liġi proċedurali li tiddeċiedi dwar ir-rikorsi ta’ kontestazzjoni tal-eżegwibilità ta’ strument awtentiku (l-Artikolu 419(3) tal-Kodiċi ta’ Eżekuzzjoni).

2. Proċeduri għar-reviżjoni (Art.19 (1))

- Fil-każijiet li fihom l-att ġie nnotifikat kif suppost: rikors għal liberazzjoni (Antrag auf Wiedereinsetzung in den vorigen Stand) mill-effetti ta’ skadenza mhux irrispettata għall-ikkontestar tat-talba jew ta’ nuqqas ta’ attendenza għal smigħ.

- Fil-każijiet li fihom l-att ma ġiex innotifikat kif suppost: fil-każ ta’ deċiżjonijiet soġġetti għal proċedura bi stadju wieħed, bħal ordni ta’ ħlas (Zahlungsbefehl) jew ordni ta’ ħlas ta’ kambjala (Wechselzahlungsauftrag), rikors għal tiġdid tan-notifika (Antrag auf neuerliche Zustellung); fil-każ ta’ sentenza mogħtija f’kontumaċja, appell komplut (Berufung); u fil-każ ta’ deċiżjonijiet oħra bbażati fuq sentenza mogħtija f’kontumaċja, appell dwar punt tal-liġi (Rekurs).

3. Lingwi aċċettati (Art. 20(2)(c))

Il-Ġermaniż.

4. Awtoritajiet nominati biex jiċċertifikaw id-dokumenti awtentiċi (Art. 25)

- Fil-każ ta’ arranġamenti ta’ manteniment tat-tip imsemmija fl-Artikolu 4(3)(b): l-awtorità amministrattiva li magħha ġie konkluż l-arranġament.

-  Fil-każ ta’ strumenti awtentiċi eżekutorji: in-nutar li jkun fassal l-istrument awtentiku jew, jekk dan ma jkunx possibbli, l-uffiċjal responsabbli skont l-Artikoli 119, 146 u 149 tal-Kodiċi tan-Nutara tal-Awstrija. Lista kompluta ta’ nutara tinsab fis-sit tal-Kamra tan-Nutara tal-Awstrija (Österreichische Notariatskammer) fl-indirizz segwenti: http://www.notar.at/

L-aħħar aġġornament: 10/11/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Titolu eżekuttiv ewropew - Polonja

1. Proċeduri għall-korrezzjoni u l-irtirar (Art. 10(2))

- Proċeduri għar-rettifika: rettifika konformi mal-Artikolu 350 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, meta jinqara flimkien mal-Artikolu 361 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili.

"L-Artikolu 350( 1). Il-qorti tista' tirrettifika ex officio kull ineżattezza, żball klerikali jew ta' kalkolu, jew kull żball manifesti ieħor fis-sentenza.

(2). Il-qorti tista' tiddeċiedi dwar ir-rettifika f'sessjoni magħluqa; għandha ssir nota dwar ir-rettifika mas-sentenza oriġinali, u, wara talba mill-partijiet, fuq l-estratti mogħtija lill-partijiet ukoll. Kull kopja u estratt sussegwenti għandu jqis id-deċiżjoni tar-rettifika.

(3). Jekk il-każ ikun pendenti quddiem qorti tat-tieni istanza, din il-qorti tista' tirrettifika wkoll sentenza tal-ewwel istanza ex officio.

L-Artikolu 361. Id-dispożizzjonijiet dwar is-sentenzi għandhom japplikaw mutatis mutandis, sakemm il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili ma jistipulax mod ieħor."

L-Artikolu 13(2). Id-dispożizzjonijiet dwar il-proċedimenti kontenzjużi għandhom japplikaw mutatis mutandis, għal tipi oħra ta' proċedimenti rregolati mill-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor.

- Proċedura ta' rtirar konformi mal-Artikolu 7954 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili.

"L-Artikolu 7954 (1). Jekk jidher li jkun hemm raġunijiet biex iċ-ċertifikat tal-Ordni Ewropew ta’ Infurzar jiġi rtirat skont dispożizzjonijiet separati, il-qorti li tkun ħarġet iċ-ċertifikat għandha tirtirah malli ssir it-talba mid-debitur.

(2). It-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien xahar minn meta d-debitur jirċievi d-deċiżjoni li jinħareġ iċ-ċertifikat.

(3). Jekk it-talba ma tinkitibx bil-forma speċifikata fid-dispożizzjonijiet separati, hija trid tissodisfa r-rekwiżiti tal-eċċezzjonijiet bil-miktub u tindika r-raġunijiet għat-talba.

(4). Qabel ma tirtira d-deċiżjoni, il-qorti għandha tisma' l-kreditur.

(5). Id-deċiżjonijiet dwar l-irtirar ta' ċertifikat ta' Ordni Ewropew ta’ Infurzar huma suġġetti għal appell."

2. Proċeduri għar-reviżjoni (Art.19 (1))

Proċeduri ta' rieżami: estensjoni għat-terminu biex jiġi ppreżentat appell skont l-Artikoli 168-172 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili.

"L-Artikolu 168(1). Jekk il-parti tonqos milli tieħu azzjoni fit-terminu preskritt mingħajr ma jkollha ħtija, il-qorti għandha testendi t-terminu wara talba minn dik il-parti. Din id-deċiżjoni tista' ttieħed f'sessjoni magħluqa.

(2). L-estensjoni ma tistax tingħata jekk in-nuqqas li jiġi rispettat it-terminu ma jkollu l-ebda effetti proċedurali avversi għall-parti.

L-Artikolu 169(1). It-talbiet għal estensjoni ta' terminu jridu jiġu ppreżentati fil-qorti li kellha tisma’ l-kawża fi żmien ġimgħa mill-mument li fih ir-raġunijiet biex jinqabeż it-terminu jkunu waqfu japplikaw.

L-Artikolu 169(2). It-talba trid tissustanzja ċ-ċirkostanzi li jiġġustifikawha.

L-Artikolu 169(3). Il-parti trid tieħu azzjoni fl-istess ħin li tippreżenta t-talba.

L-Artikolu 169(4). Jekk ikun għadda iktar minn sena minn meta nqabeż it-terminu, dan ikun jista' jiġi estiż biss f'każijiet eċċezzjonali.

L-Artikolu 169(5). Id-deċiżjoni dwar talba għal estensjoni tat-terminu tista' ttieħed f'sessjoni magħluqa.

L-Artikolu 172. Il-preżentazzjoni ta' talba għal estensjoni ta' terminu ma tirriżultax fis-sospensjoni tal-proċedimenti jew fl-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni. Madankollu, jekk ikun xieraq, il-qorti tista’ tissospendi l-proċedimenti jew l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni. Din id-deċiżjoni tista' ttieħed f'sessjoni magħluqa. Fil-każ li t-talba tintlaqa', il-qorti tkun tista' teżamina l-każ minnufih."

3. Lingwi aċċettati (Art. 20(2)(c))

Il-lingwi aċċettati skont l-Artikolu 20(2)(c) tar-Regolament: il-Pollakk.

4. Awtoritajiet nominati biex jiċċertifikaw id-dokumenti awtentiċi (Art. 25)

L-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 25 tar-Regolament: il-qrati distrettwali (sądy rejonowe); il-qorti kompetenti hija l-qorti distrettwali li l-istrument awtentiku kien imfassal fil-ġuriżdizzjoni tagħha.

L-aħħar aġġornament: 13/06/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Titolu eżekuttiv ewropew - Portugall

1. Proċeduri għall-korrezzjoni u l-irtirar (Art. 10(2))

Applikazzjonijiet għar-rettifikazzjoni jew l-irtirar ta' ċertifikat ta' Ordni Ewropew ta' Infurzar isiru mill-korp li jkun ħareġ iċ-ċertifikat bl-użu ta' formola standard li tinsab fl-Anness VI tar-Regolament.

2. Proċeduri għar-reviżjoni (Art.19 (1))

Fir-rigward tal-Artikolu 19(1)(a), il-proċedura ta' rieżami hija stipulata fl-Artikolu 696(e) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili.

Fir-rigward tal-Artikolu 19(1)(b), il-proċedura ta' rieżami hija stipulata fl-Artikolu 140 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili.

3. Lingwi aċċettati (Art. 20(2)(c))

Il-lingwa aċċettata hija l-Portugiż.

4. Awtoritajiet nominati biex jiċċertifikaw id-dokumenti awtentiċi (Art. 25)

In-nutara huma awtorizzati jiċċertifikaw strumenti awtentiċi.

L-aħħar aġġornament: 22/01/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Titolu eżekuttiv ewropew - Rumanija

1. Proċeduri għall-korrezzjoni u l-irtirar (Art. 10(2))

Jekk it-Titolu Eżekuttiv ikun sentenza mill-qorti, li tinkludi soluzzjonijiet bil-qorti jew ftehimiet ġuridiċi bejn il-partijiet, iċ-ċertifikazzjoni taqa' taħt il-kompetenza ta' qorti tal-prim'istanza (l-Artikolu 2(1) tad-Digriet ta’ Urġenza tal-Gvern Nru 119/2006 dwar il-miżuri meħtieġa sabiex jiġu implimentati ċerti Regolamenti tal-Komunità mid-data tal-adeżjoni tar-Rumanija mal-UE, approvat bl-emendi mil-Liġi Nru 191/2007, kif emendata).

L-applikazzjoni għar-rettifika ta' ċertifikat hija l-kompetenza tal-qorti li ħarġet iċ-ċertifikat. Il-qorti tiddeċiedi dwar l-applikazzjonijiet sabiex jinħarġu ċertifikati billi tieħu deċiżjoni mingħajr ma tikkonvoka l-partijiet. Deċiżjoni dwar l-aċċettazzjoni ta' applikazzjoni ma tkunx suġġetta għall-appell. Jinħareġ ċertifikat lill-kreditur u tintbagħat kopja lid-debitur. Jista' jitressaq appell kontra deċiżjoni għaċ-ċaħda ta' applikazzjoni fi żmien 15-il jum minn meta toħroġ id-deċiżjoni jekk il-kreditur kien preżenti, u fi żmien 15-il ġurnata minn meta tkun ġiet innotifikata d-deċiżjoni jekk il-kreditur ma kienx preżenti. L-istess dispożizzjonijiet japplikaw f'każ ta' rieżami dwar punt tal-liġi (recurs) (l-Artikolu 2, l-Artikolu 3, l-Artikolu 5 u l-Artikolu 6 tal-Artikolu I1 tad-Digriet ta’ Urġenza tal-Gvern Nru 119/2006 dwar il-miżuri meħtieġa sabiex jiġu implimentati ċerti Regolamenti tal-Komunità mid-data ta' adeżjoni tar-Rumanija mal-UE, approvati permezz tal-emendi mil-Liġi Nru 191/2007, kif emendata).

Applikazzjoni sabiex jiġi rtirat ċertifikat trid tiġi ppreżentata lill-qorti li ħarġitu fi żmien xahar minn meta jkun ġie nnotifikat iċ-ċertifikat. Jekk wara li jissejħu l-partijiet, il-qorti ssib li nħareġ ċertifikat mingħajr ma ntlaħqu l-kundizzjonijiet previsti fir-Regolament (UE) Nru 805/2004, hija terġa' teżamina mill-ġdid il-miżuri li ttieħdu u tirtira ċ-ċertifikat, kollu kemm hu jew parti minnu. Jista’ jitressaq appell kontra deċiżjoni fi żmien 15-il jum minn meta tkun ġiet notifikata. L-istess dispożizzjonijiet japplikaw f'każ ta' rieżami dwar punt tal-liġi (recurs) (l-Artikolu 7 tal-Artikolu I1 tad-Digriet ta’ Urġenza tal-Gvern Nru 119/2006 dwar il-miżuri meħtieġa sabiex jiġu implimentati ċerti Regolamenti tal-Komunità mid-data ta' adeżjoni tar-Rumanija mal-UE, approvati permezz tal-emendi mil-Liġi Nru 191/2007, kif emendata).

Il-proċedimenti ta' rieżami msemmijin fl-Artikolu 19(1)

Il-proċedimenti ta' rieżami skont il-leġiżlazzjoni Rumena li huma msemmijin fl-Artikolu 19(1) jikkostitwixxu forom ta' rimedju ordinarju: appell (apel); u rimedju straordinarju: ir-rieżami dwar punt tal-liġi (recurs), ir-rikors għall-annullament (contestație în anulare) u r-rieżami (revizuire).

2. Proċeduri għar-reviżjoni (Art.19 (1))

Il-proċedimenti ta' rieżami msemmijin fl-Artikolu 19(1)

Il-proċedimenti ta' rieżami skont il-leġiżlazzjoni Rumena li huma msemmijin fl-Artikolu 19(1) jikkostitwixxu forom ta' rimedju ordinarju: appell (apel); u rimedju straordinarju: ir-rieżami dwar punt tal-liġi (recurs), ir-rikors għall-annullament (contestație în anulare) u r-rieżami (revizuire).

Appell huwa rregolat bl-Artikoli 466-482 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili.

Id-deċiżjonijiet meħuda fl-ewwel istanza jistgħu jiġu appellati. Il-limitu ta' żmien biex jiġi ppreżentat appell huwa ta' 30 jum minn meta tiġi kkomunikata d-deċiżjoni. L-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni tal-ewwel istanza tiġi sospiża matul l-appell. L-appell u r-raġunijiet li fuqhom dan ikun ibbażat jiġu ppreżentati lill-qorti li qed tiġi appellata d-deċiżjoni tagħha.

Ġaladarba l-limitu ta' żmien għall-appell jiskadi, l-intmat huwa intitolat, skont il-proċediment legali li fih qed jinstema' l-appell tal-parti opposta, biex jifformula appell bil-miktub (magħruf bħala kontroappell: apel incident) permezz ta' applikazzjoni tiegħu li għandha l-għan li tibdel id-deċiżjoni tal-qorti tal-prim'istanza.

F'każ ta' koparteċipazzjoni proċedurali, u meta partijiet terzi jkunu intervjenew fil-proċedimenti tal-ewwel istanza, l-intimat huwa intitolat, ġaladarba l-perjodu tal-appell ikun skada, li jippreżenta appell bil-miktub (magħruf bħala appell ipprovokat: apel provocat) kontra l-intimat l-ieħor jew il-persuna li dehret fil-kawża li nstemgħet fl-ewwel istanza, u li mhijiex parti mill-appell ewlieni, jekk l-involviment ta' din tal-aħħar huwa fl-aħħar mill-aħħar tali li jkollu konsegwenzi għall-istatus legali tal-intimat fil-proċedimenti.

Il-kontroappell u l-appell ipprovokat jiġu ppreżentati mill-intimat hekk kif l-appell ewlieni jiġi indirizzat.

L-appell imressaq kif dovut fi żmien il-perjodu mitlub, jagħti lok għal valutazzjoni ġdida dwar il-merti tal-każ, u l-qorti tal-appell taqta' s-sentenza kemm skont il-fatti kif ukoll skont il-liġi (l-effett devoluttiv tal-appell: efectul devolutiv al apelului).

Il-qorti tal-appell terġa' tivvaluta mill-ġdid il-merti tal-każ skont il-limiti stipulati mill-appellant u b'referenza għas-soluzzjonijiet li jiddependu fuq il-parti tas-sentenza li sar l-appell kontriha. Id-devoluzzjoni sseħħ għall-każ kollu meta l-appell ma jkunx limitat għal ċerti soluzzjonijiet tad-dispożittiv taħt appell, meta s-sentenza probabbilment li se tispiċċa annullata jew meta l-oġġett tat-tilwima ma jistax jiddividi ruħu.

Il-qorti tal-appell tista' tikkonferma s-sentenza appellata, f'liema każ hija tiċħad jew tirrevoka l-appell, jew tiddikjara li l-proċedimenti skadielhom iż-żmien. Jekk l-appell jiġi aċċettat, il-qorti tista' tannulla s-sentenza appellata jew tibdilha.

Jekk jinstab li l-qorti tal-prim'istanza qatgħet il-każ ħażin, mingħajr ma eżaminat il-merti tiegħu jew jekk il-każ instema' fl-assenza tal-partijiet li ma tħarrkux legalment, il-qorti tal-appell tannulla s-sentenza appellata u tevalwa l-merti tal-każ. Il-qorti tal-appell imbagħad tannulla d-deċiżjoni appellata u tirreferi l-każ biex jerġa' jiġi eżaminat fil-qort tal-prim'istanza; ir-riferiment biex każ jerġa' jiġi eżaminat jista' jseħħ darba biss tul il-proċedimenti.

Jekk il-qorti tal-appell tikkonkludi li l-qorti tal-prim'istanza ma kellhiex il-ġuriżdizzjoni, hija tirrevoka s-sentenza kkontestata u tirreferi l-każ lill-qorti kompetenti jew, fejn ikun xieraq, tiċħad ir-rikors bħala inammissibbli.

Jekk il-qorti tal-appell tikkonkludi li għandha l-ġuriżdizzjoni fl-ewwel istanza, hija tirrevoka s-sentenza appellata u teżamina l-merti tal-każ.

L-appellant ma jistax, b'riżultat tal-appell tiegħu stess, jispiċċa f'sitwazzjoni agħar minn dik li qiegħed fiha permezz tas-sentenza li qed tiġi appellata.

Ir-rieżami dwar punt tal-liġi huwa rregolat bl-Artikoli minn 483 sa 502 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili.

Sentenzi li jkun hemm appell dwarhom, dawk mogħtija mingħajr dritt għall-appell u oħrajn f'każijiet previsti espressament huma suġġetti għal rieżami dwar punt tal-liġi. Sentenzi mogħtija dwar ċerti suġġetti bħal li ġejjin, ma humiex suġġetti għal dan ir-rieżami: il-kustodja legali, il-familja, l-istat ċivili, l-amministrazzjoni ta' binjiet, l-evakwazzjoni. Is-servitù, it-tibdil fil-konfini, l-immarkar ta’ konfini, l-obbligi biex jitwettqu azzjonijiet jew biex ma jitwettqux azzjonijiet li ma jistgħux jitkejlu f'termini ta' flus, id-dikjarazzjoni ġudizzjarja tal-mewt ta' persuna, id-diviżjoni legali, in-navigazzjoni ċivili, it-tilwim industrijali, is-sigurtà soċjali, l-esproprjazzjoni, il-kumpens għad-danni kkawżati minn żball ġudizzjarju, it-talbiet li jistgħu jingħataw li l-valur monetarju tagħhom jasal sa RON 500 000, u d-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell, huma suġġetti biss għall-appell.

Il-limitu ta' żmien sabiex jintalab ir-rieżami ta' punt tal-liġi huwa ta' 30 jum min-notifika tad-deċiżjoni. Ir-rieżami jitlesta mill-qorti li ġerarkikament hija ogħla minn dik li tkun qatgħet is-sentenza li qed tiġi appellata. Fuq it-talba tal-appellant, il-qorti inkarigata biex twettaq ir-rieżami tista' tordna s-sospensjoni tas-sentenza suġġetta għall-appell.

Il-kontroeżami dwar punt tal-liġi u r-rieżami pprovokat dwar punt tal-liġi jistgħu jitwettqu fil-każijiet speċifikati għal kontroappell u għal appell ipprovokat.

Meta rieżami dwar punt tal-liġi jkun ġie ddikjarat fil-prinċipju bħala ammissibbli, il-qorti tista', wara li tkun ivverifikat ir-raġunijiet kollha mressqa u wara li tkun eżaminat il-punt tal-liġi, taċċettah, tiċħdu jew tirrevokah, jew tiddikjara li l-proċedimenti skadielhom iż-żmien. Jekk jintlaqa' r-rieżami dwar punt tal-liġi, is-sentenza appellata tista' tiġi annullata kollha kemm hi jew parti minnha. Is-sentenza annullata ma għandha l-ebda effett. Il-proċedimenti ta' eżekuzzjoni jew ta' assigurazzjoni mwettqa abbażi ta' din is-sentenza ma għandhom l-ebda setgħa legali. Il-qorti tistabbilixxi dan, ex officio, permezz tas-sentenza li tannulla l-appell.

Jekk l-appell jiġi annullat, is-sentenzi tal-qorti tal-appell li jirrigwardaw il-kwistjonijiet dwar il-liġi li ġew solvuti huma vinkolanti fuq il-qorti li eżaminat il-merti tal-każ. Meta s-sentenza tiġi annullata minħabba ksur tar-regoli proċedurali, il-proċess ta' eżami jerġa' jibda mill-ġdid mill-att irrevokat. Wara li appell ikun ġie annullat, il-qorti tal-prim'istanza terġa' tevalwa mill-ġdid il-każ fi ħdan il-limiti tal-annullament filwaqt li tieħu inkonsiderazzjoni r-raġunijiet kollha invokati quddiem il-qorti li s-sentenza tagħha ġiet annullata.

Meta punt tal-liġi jkun qed jiġi rieżaminat u meta jkun hemm is-smigħ mill-ġdid ta' seduta wara li sentenza tiġi annullata mill-qorti tal-appell, is-sitwazzjoni tal-parti kkonċernata ma tistax tinbidel għall-agħar.

Ir-rikors għal annullament huwa rregolat bl-Artikoli minn 503 sa 508 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili.

Is-sentenzi finali jistgħu jiġu appellati permezz ta' rikors għall-annullament meta l-attur ma jkunx ġie debitament imħarrek u ma kienx preżenti meta l-każ ġie eżaminat. Jitressaq rikors għall-annullament għand il-qorti li qed tiġi kkuntestata s-sentenza tagħha. Dan jista' jiġi ppreżentat fi żmien 15-il jum minn meta tkun ġiet ikkomunikata d-deċiżjoni, u mhux aktar tard minn sena mid-data ta' meta s-sentenza tkun saret finali. Il-qorti tista' tissospendi l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni li qed jintalab l-annullament tagħha bil-kundizzjoni li tiġi ddepożitata garanzija. Jekk il-bażi tal-oġġezzjoni tkun sostanzjata, il-qorti taqta' l-każ b'sentenza waħda li permezz tagħha tannulla d-deċiżjoni li hemm l-appell kontriha. Sentenza li tingħata f'rikors għall-annullament tista' tiġi kkontestata daqslikieku kienet id-deċiżjoni li hemm l-appell kontriha.

Rieżami huwa rregolat bl-Artikoli minn 509 sa 513 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili.

Jista' jkun hemm applikazzjoni għal rieżami ta' deċiżjoni fuq il-merti ta' każ jew rieżami li jirreferi għall-merti ta' każ, jekk il-parti kkonċernata, f'ċirkustanzi li ma kinux fil-kontroll tagħha, ġiet impeduta milli tidher fil-qorti u tkun innotifikat lill-qorti dwar dan. Il-perjodu li fih għandu jitwettaq ir-rieżami huwa ta' 15-il ġurnata, li jibda jiddekorri mid-data ta' meta ma tibqax tapplikka r-raġuni għaliex il-parti ma setgħetx tidher il-qorti. Il-qorti tista' tissospendi l-eżkuzzjoni tas-sentenza li qed jiġi applikat ir-rieżami tagħha, bil-kundizzjoni li tiġi ddepożitata garanzija. Jekk il-qorti tiddikkjara rikors għal rieżami eżekutorju, hija tbiddel is-sentenza kollha li kien hemm l-appell kontriha jew parti minnha, u jekk tinqata' sentenza finali mhux favorevoli, hija tannulla tali sentenza. Sentenza li tinqata' f'rikors għal rieżami hija suġġetta għall-proċeduri tal-appell stabbiliti mil-liġi fir-rigward tas-sentenzi rieżaminati.

3. Lingwi aċċettati (Art. 20(2)(c))

Il-lingwa Rumena.

4. Awtoritajiet nominati biex jiċċertifikaw id-dokumenti awtentiċi (Art. 25)

Jekk it-Titolu Eżekuttiv ikun strument awtentiku, jaqa' taħt il-kompetenza tal-qorti distrettwali tad-distrett fejn jinsab l-emittent tal-att (l-Artikolu 2(2) tal-Artikolu I1 tad-Digriet ta’ Urġenza tal-Gvern Nru 119/2006 dwar il-miżuri meħtieġa sabiex jiġu implimentati ċerti Regolamenti tal-Komunità mid-data tal-adeżjoni tar-Rumanija mal-UE, approvat bl-emendi mil-Liġi Nru 191/2007, kif emendata).

L-aħħar aġġornament: 17/02/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Titolu eżekuttiv ewropew - Slovenja

1. Proċeduri għall-korrezzjoni u l-irtirar (Art. 10(2))

Il-proċeduri għar-rettifika msemmija fl-Artikolu 10(2):

  • Fis-Slovenja, talba għal rettifika trid tiġi indirizzata lill-awtorità li tkun ħarġet iċ-ċertifikat tal-Ordni Ewropew ta’ Infurzar (l-Artikolu 42(c)(1) tal-Att dwar l-Eżekuzzjoni u l-Ksib tat-Talbiet).

Il-proċeduri għal irtirar msemmija fl-Artikolu 10(2):

  • Il-proċedimenti għall-annullament skont l-Artikolu 42(c)(2) tal-Att dwar l-Eżekuzzjoni u l-Ksib tat-Talbiet (il-qorti jew l-awtorità li tkun ħarġet iċ-ċertifikat hija kompetenti li tannullah) u l-Artikolu 40(c)(3) tal-istess Att (għall-finijiet tal-proċedimenti ta' annullament ta' ċertifikat finali bbażat fuq dokument uffiċjali wara deċiżjoni ta' eżekuzzjoni, il-ġuriżdizzjoni territorjali hija tal-qorti li jkollha ġuriżdizzjoni territorjali biex tiddeċiedi dwar il-mezz ammissibbli għall-eżekuzzjoni).

2. Proċeduri għar-reviżjoni (Art.19 (1))

Il-ftuħ mill-ġdid ta' proċedimenti skont l-Artikoli 394-405 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili.

Restitutio in integrum skont l-Artikoli 166-120 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili.

3. Lingwi aċċettati (Art. 20(2)(c))

Il-lingwi uffiċjali huma s-Sloven, flimkien maż-żewġ lingwi minoritarji fl-użu uffiċjali fil-qorti fiż-żoni abitati mill-minoranzi nazzjonali rispettivi (l-Artikoli 6 u 104 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, flimkien mal-Artikolu 15 tal-Att dwar l-Eżekuzzjoni u l-Ksib tat-Talbiet). Il-lingwi minoritarji nazzjonali huma t-Taljan u l-Ungeriż.

Żoni b'etniċità mħallta huma ddefiniti fl-Att dwar it-Twaqqif tal-Muniċipalitajiet ("ZUODNO"; Uradni list RS (il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja), Nru 108/06 - test ikkonsolidat uffiċjali u 9/11). L-Artikolu 5 taz-ZUODNO jgħid: "Żoni b'etniċità mħallta skont it-tifsira ta' dan l-Att huma dawk iddefiniti hekk mill-istatuti attwali tal-muniċipalitajiet ta' Lendava, Hodoš-Šalovci, Moravske Toplice, Koper, Izola u Piran."

4. Awtoritajiet nominati biex jiċċertifikaw id-dokumenti awtentiċi (Art. 25)

In-nutara.

Direttorju tan-nutara jinsab hawnhekk: http://www.notar-z.si/poisci-notarja

L-aħħar aġġornament: 26/10/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Titolu eżekuttiv ewropew - Slovakkja

1. Proċeduri għall-korrezzjoni u l-irtirar (Art. 10(2))

Skont l-Artikolu 21 tal-Att Nru 160/2015 (il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili - Civilný sporový poriadok), il-qorti li tkun tat is-sentenza jew il-qorti fejn ikun sar ftehim jew li tkun approvatu għandha l-ġuriżdizzjoni biex temenda jew tirrevoka ċ-ċertifikati. Il-qrati għandhom jagħmlu l-korrezzjonijiet għaċ-ċertifikati skont l-Artikolu 224 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili.

2. Proċeduri għar-reviżjoni (Art.19 (1))

Skont it-termini tal-Artikolu 19(1)(a) tar-Regolament, il-qrati Slovakki huma awtorizzati jirrieżaminaw sentenzi skont l-Artikoli 335 - 457 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili. B'konformità mal-Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament, il-qrati jirrieżaminaw is-sentenzi skont l-Artikolu 122 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili (eżenzjoni mill-iskadenza wara li jgħaddi ż-żmien stipulat).

L-Artikoli 355 - 457 li jirregolaw proċeduri ta' appell individwali (appell, ritrattazzjoni u appell straordinarju). L-ammissibilità tal-appelli, id-dettalji li għandu jkun fih ir-rikors tal-appell, l-azzjoni li jridu jieħdu l-qrati u l-proċeduri tal-qrati għat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar appelli huma rregolati minn dispożizzjonijiet individwali.

Id-dispożizzjonijiet individwali tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili jinsabu fi Slov-lex.sk

3. Lingwi aċċettati (Art. 20(2)(c))

Il-lingwa aċċettata skont l-Artikolu 20(2)(c) tar-Regolament hija s-Slovakk (fir-Repubblika Slovakka).

4. Awtoritajiet nominati biex jiċċertifikaw id-dokumenti awtentiċi (Art. 25)

Skont l-Artikolu 21(2) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, il-qorti reġjonali (krajský súd) bil-ġuriżdizzjoni għal-legalizzazzjoni tad-dokumenti ġudizzjarji b'konformità mal-Artikolu 62 tal-Att Nru 97/1963 dwar id-Dritt Internazzjonali Privat u r-Regoli ta’ Proċedura, kif emendat, għandha l-ġuriżdizzjoni għall-ħruġ, l-emendar u r-revoka ta' ċertifikati skont leġiżlazzjoni speċjali relatata ma' att pubbliku.

Il-qorti reġjonali għandha l-ġuriżdizzjoni biex tillegalizza d-dokumenti ġudizzjarji jew toħroġ postilla jekk id-dokumenti kkonċernati jkunu nħarġu minn qrati distrettwali, nutara jew uffiċjali ġudizzjarji bbażati fil-ġuriżdizzjoni tal-qorti reġjonali, jekk l-awtentiċità tad-dokumenti tkun ġiet ivverifikata jew l-awtentiċità tal-firma tad-dokument tkun ġiet ivverifikata, u jekk id-dokumenti jkunu traduzzjonijiet prodotti minn tradutturi uffiċjali jew rapporti mfassla minn esperti.

L-Att Nru 97/1963 jinsab fi Slov-lex.sk

L-aħħar aġġornament: 08/11/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Titolu eżekuttiv ewropew - Finlandja

1. Proċeduri għall-korrezzjoni u l-irtirar (Art. 10(2))

1.1 Il-proċedura tar-Rettifika msemmija fl-Artikolu 10(2) subparagrafu a

Fl-Abbozz ta’ Liġi li ppreżenta l-Gvern quddiem il-Parlament (HE 137/2005) dwar ir-Regolament (KE) Nru 805/2004 li joħloq Ordni ta’ Infurzar Ewropew, ġiet proposta l-proċedura li ġejja għar-rettifika fil-§ 2:

URettifika ta’ żball materjali fiċ-ċertifikat ta’ l-Ordni ta’ Infurzar Ewropew

Jekk is-sentenza, jew il-ftehim bejn il-partijiet li jkun approvat minn qorti, jew l-istrument awtentiku ikun irrappreżentat b’mod falz fiċ-ċertifikat maħruġ abbażi tar-Regolament, il-qorti jew xi awtorità oħra li tkun ħarġet iċ-ċertifikat għandha tirranġa d-diskrepanza meta tintalab biex tagħmel dan.

Applikazzjoni ta’ rettifika tista’ ssir billi tintuża l-formola standard fl-Anness VI tar-Regolament. Il-korrezzjoni għandha ssir fuq iċ-ċertifikat oriġinali. Fil-każ li ma jkunx possibbli li ċ-ċertifikat oriġinali jkun ikkoreġut, lid-debitur irid jinħariġlu ċertifikat ġdid. Il-korrezzjoni trid, kemm jista’ jkun, tkun innotifikata lill-partijiet li jkunu talbu kopja taċ-ċertifikat. Fil-każ li jkun sar appell dwar il-kwistjoni, il-korrezzjoni trid tkun innotifikata lill-qorti ta’ l-appell.

1.2 Il-proċedura ta’ l-Irtirar msemmija fl-Artikolu 10(2) subparagrafu b

Fl-Abbozz ta’ Liġi li ppreżenta l-Gvern quddiem il-Parlament (HE 137/2005) dwar ir-Regolament (KE) Nru 804/2004 li joħloq Ordni ta’ Infurzar Ewropew, ġiet proposta l-proċedura li ġejja għall-irtirar fil-§ 3:

UIrtirar taċ-ċertifikat ta’ l- Ordni ta’ Infurzar Ewropew

Jekk iċ-ċertifikat li jkun jiċċertifika s-sentenza, il-ftehim bejn il-partijiet li jkun approvat mill-qorti, jew strument awtentiku bħala Ordni ta’ Infurzar Ewropew ikun biċ-ċar mogħti ħażin f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti kif imfissra fir-Regolament, il-qorti jew awtorità oħra li tkun ħarġet iċ-ċertifikat għandha tħassar iċ-ċertifikat meta tintalab biex tagħmel dan.

Applikazzjoni ta’ tħassir tista’ ssir billi tintuża l-formola standard fl-Anness VI tar-Regolament. Il-partijiet għandhom jingħataw l-opportunità li jinstemgħu sakemm jidher b'mod ċar li dan ma jkunx meħtieġ.

L-irtirar għandu jkun awtentikat fuq iċ-ċertifikat oriġinali jekk dan ikun possibbli. L-irtirar għandu, kemm jista’ jkun, ikun innotifikat lill-partijiet kollha li jkunu talbu kopja taċ-ċertifikat. Fil-każ li jkun sar appell dwar il-kwistjoni, l-irtirar għandu jkun innotifikat lill-qorti ta’ l-appell.

L-Abbozz tal-Liġi mistenni jibda jseħħ fil-21 ta’ Ottubru 2005.

2. Proċeduri għar-reviżjoni (Art.19 (1))

Skond l-Artikolu 12(1), l-istandards minimi fil-Kapitolu III tar-Regolament għandhom ikunu applikati għal sentenzi li jkunu jaqgħu taħt l-Artikolu 3(1)(b) u (c), ibbażat fuq nuqqas ta' l-akkużat. Skond l-Artikolu 12(2) il-Kapitolu III jgħodd ukoll meta tkun ingħatat sentenza f’kontumaċja f’qorti ta’ l-appell.

Meta tkun ingħatat sentenza f’kontumaċja, f’ċirkostanzi li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kif speċifikati fl-Artikoli 3(1) (b) u (c), id-debitur għandu jkun, taħt ċerti ċirkostanzi, intitolat biex japplika għal reviżjoni tas-sentenza skond l-Artikolu 19(1), biex is-sentenza tkun ċertifikabbli bħala Ordni ta’ Infurzar Ewropew. Fil-Finlandja, il-passività tad-debitur fil-Qorti tad-Distrett (käräjäoikeus) twassal għal ġudizzju f’kontumaċja. Bis-saħħa tal-Kapitolu 12 §15 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja, id-debitur għandu d-dritt li japplika għal proċess ġdid fi żmien tletin jum mid-data ta’ meta jkun gie mgħarraf, b’mod verifikabbli, bis-sentenza.

Biex tkun applikata din id-dispożizzjoni, mhux importanti li d-debitur ikun jaf eżatt xi tkun is-sentenza f’kontumaċja. L-iskadenza ta' tletin jum ma tibdiex tgħodd qabel ma s-sentenza f’kontumaċja tkun ġiet innotifikata lid-debitur. Għaldaqstant, ir-regola hija usa’ mill-istandard minimu stipulat fl-Artikolu 19. Barra minn dan, il-metodi ta' appell mhux ordinarji fil-Kapitoli 31 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja qegħdin hemm ukoll għal sentenzi f’kontumaċja, inkluż § 1 ilment abbażi ta’ żball ta’ proċedura u § 7 applikazzjoni għal annullar abbażi ta’ żball sostanzjali. B’żieda ma’ dan, huwa disponibbli il-metodu mhux ordinarju ta’ appell fil-Kapitolu 31 § 17, applikazzjoni għar-restawrazzjoni ta’ żmien li jkun għadda.

3. Lingwi aċċettati (Art. 20(2)(c))

Ċertifikat ta’ Ordni ta’ Infurzar Ewopew jista’ jingħata tradott għall-Finlandiż, għall-Iżvediż jew għall-Ingliż.

4. Awtoritajiet nominati biex jiċċertifikaw id-dokumenti awtentiċi (Art. 25)

Fil-Finlandja l-istrumenti awtentiċi kif stipulati fl-Artikolu 4(3) (b) huma l-ftehimiet ta’ manteniment awtentikati, u għalhekk iċċertifikati, mill-Bord Soċjali ta' kull belt jew muniċipalità. Il-Bordijiet Soċjali joħorġu wkoll ċertifikat ta’ Ordni ta’ Infurzar Ewropew għal ftehimiet bħal dawn.

Lista ta’ l-ibliet u l-muniċipalitajiet fil-Finlandja tinstab f’format elettroniku fuq is-sit ta’ l-internet tal-Ministeru tal-Ġustizzja www.oikeus.fi. L-indirizzi ta' l-ibliet u l-muniċipalitajiet jistgħu jinstabu wkoll fil-paġni fuq l-internet ta’ l-Assoċjazzjoni ta’ l-awtoritajiet lokali u reġjonali www.kunnat.net

L-aħħar aġġornament: 16/08/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Titolu eżekuttiv ewropew - Svezja

1. Proċeduri għall-korrezzjoni u l-irtirar (Art. 10(2))

Iċ-ċertifikati jistgħu jiġu rrettifikati skont l-Artikolu 14 tal-Att (2014:912) li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet supplimentari dwar il-ġuriżdizzjoni tal-qrati u dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni internazzjonali ta' ċerti sentenzi (l-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament dwar it-Titolu Eżekuttiv Ewropew).

"L-Artikolu 14 tal-Att (2014:912) li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet supplementari dwar il-ġuriżdizzjoni tal-qrati kif ukoll ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni internazzjonali ta' ċerti sentenzi.

Jekk, minħabba żball materjali, ċertifikat dwar titolu eżekuttiv Ewropew ma jikkorrispondix mas-sentenza sottostanti, mal-istrument awtentiku jew mad-deċiżjoni, iċ-ċertifikat jiġi rrettifikat mill-qorti jew l-awtorità li ħarġitu. Ma jista' jsir l-ebda appell kontra deċiżjoni ta' rettifika.

Iċ-ċertifikati jistgħu jiġu rrevokati skont l-Artikolu 15 tal-Att (2014:912) li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet supplimentari dwar il-ġuriżdizzjoni tal-qrati u dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni internazzjonali ta' ċerti sentenzi (l-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament dwar it-Titolu Eżekuttiv Ewropew).

"L-Artikolu 15 tal-Att (2014:912) li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet supplementari dwar il-ġuriżdizzjoni tal-qrati kif ukoll ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni internazzjonali ta' ċerti sentenzi.

Jekk jinħareġ ċertifikat dwar titolu eżekuttiv Ewropew kontra r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament dwar it-Titolu Eżekuttiv Ewropew, iċ-ċertifikat għandu jiġi rrevokat mill-qorti jew mill-awtorità li tkun ħarġitu.

Qabel ma ċ-ċertifikat jiġi rrevokat, il-partijiet jingħataw l-opportunità jesprimu ruħhom, jekk dan ikun meħtieġ.

Ma jista' jsir l-ebda appell kontra deċiżjoni ta' revoka.

2. Proċeduri għar-reviżjoni (Art.19 (1))

Rikors għal rieżami jista' jsir permezz ta' appell (överklagande) skont il-Kapitolu 50, l-Artikolu 1 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja (rättegångsbalken), rikors għal ritrattazzjoni (återvinning) skont il-Kapitolu 44 l-Artikolu 9 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja (rättegångsbalken), rikors għal ritrattazzjoni (återvinning) skont l-Artikolu 52 tal-Att (1990:746) dwar l-ordnijiet ta' pagamenti u ta' assistenza, rikors sabiex tiġġedded l-iskadenza li ma nżammitx (återställande av försutten tid) skont il-Kapitolu 58, l-Artikolu 11 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja, jew ilment dwar żball proċedurali gravi (klagan över domvilla) skont il-Kapitolu 59, l-Artikolu 1 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja (l-Artikolu 19 tar-Regolament dwar it-Titolu Eżekuttiv Ewropew).

"il-Kapitolu 50, l-Artikolu 1 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja

Parti li tixtieq tappella kontra sentenza ta' qorti distrettwali (tingsrätt) f'kawża ċivili għandha tagħmel dan bil-miktub. L-appell għandu jitressaq fil-qorti distrettwali. Il-qorti trid tirċivih fi żmien tliet ġimgħat minn meta tinqata' s-sentenza.

Il-Kapitolu 44, l-Artikolu 9 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja

Parti, li b'kontumaċja tingħata sentenza, tista' tagħmel rikors biex jiġi ritrattat il-każ fil-qorti fejn ir-rikors ġie ppreżentat fi żmien xahar mid-data li nqatgħet is-sentenza. Jekk ma jkunx hemm rikors għal ritrattazzjoni, is-sentenza ma tkunx tista' tiġi kkuntestata sal-punt li tkun kontra l-parti kontumaċi.

Rikors għal ritrattazzjoni għandu jiġi preżentat bil-miktub. Jekk is-sentenza f'kontumaċja ngħatat mingħajr smigħ dwar il-merti, ir-rikors irid ikollu kulma huwa meħtieġ mir-rikorrent fid-dawl ta' dan is-smigħ.

Il-Kapitolu 58, l-Artikolu 11 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja

Jekk persuna għal raġunijiet leġittimi tkun qabżet l-iskadenza biex tappella kontra sentenza jew deċiżjoni, jew biex tiftaħha mill-ġdid jew għar-riistituzzjoni, iż-żmien li jkun skada jista' jiġġedded jekk din tagħmel rikors.

Il-Kapitolu 59, l-Artikolu 1 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja

Sentenza li jkollha s-saħħa ta' res judicata għandha tiġi annullata minħabba żball proċedurali gravi fuq rikors minn persuna li d-drittijiet legali tagħha jiġu affettwati mis-sentenza:

1. jekk għalkemm kien jeżisti impediment proċedurali, tkun ġiet deċiża kawża li qorti superjuri waqt is-smigħ ta' kawża ta' appell tkun obbligata tivverifika ex officio.

2. jekk is-sentenza tingħata kontra xi ħadd li ma ġiex imħarrek b’mod regolari u ma deherx fil-kawża, jew jekk id-drittijiet ta' persuna li ma kinitx parti fil-proċess jiġu affettwati ħażin mis-sentenza,

3. jekk is-sentenza tkun daqshekk vaga jew mhux kompluta li mhuwiex possibbli li jiġi aċċertat li d-deċiżjoni tal-qorti tkun abbażi tal-merti, jew

4. jekk seħħ żball proċedurali gravi ieħor waqt il-proċedimenti li jista' jiġi preżunt li affettwa r-riżultat tal-kawża.

Ilment dwar żball proċedurali gravi kif imsemmi fil-paragrafu 4 ta' hawn fuq li huwa bbażat fuq ċirkustanza li preċedentement ma tressqitx fil-kawża għandu jiġi miċħud dment li l-ilmentatur ma jkunx jista' juri li huwa ġie impedit milli jressaq iċ-ċirkustanza tul il-proċedimenti, jew kellu raġuni valida oħra biex ma jagħmilx hekk.

L-Artikolu 15 tal-Att (1990:746) dwar l-ordnijiet ta' pagamenti u ta' assistenza

Jekk l-intimat mhux sodisfatt bis-sentenza ta' kawża li tirrigwarda ordni ta' pagament jew ta' assistenza ordinarja, jista' jitlob li l-proċedimenti jerġgħu jinfetħu."

3. Lingwi aċċettati (Art. 20(2)(c))

Iċ-ċertifikat jista' jimtela bil-lingwi li ġejjin: l-Iżvediż u l-Ingliż

4. Awtoritajiet nominati biex jiċċertifikaw id-dokumenti awtentiċi (Art. 25)

Jekk il-Bord tal-Assistenza Soċjali (Socialnämnd) Żvediż ikun ħareġ strument awtentiku, huwa jista' wkoll jiċċertifika l-istrument bħala Titolu Eżekuttiv Ewropew.

L-aħħar aġġornament: 26/08/2016