Titolu eżekuttiv ewropew

Ungerija

Il-kontenut ipprovdut minn
Ungerija

SIB QRATI KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Ungerija

Ir-Rikonoxximent u l-Infurzar ta' Sentenzi fi Kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali - Ordni ta' Infurzar Ewropew


*input mandatarju

1. Proċeduri għall-korrezzjoni u l-irtirar (Art. 10(2))

Fit-territorji tal-Ungerija, id-dispożizzjonijiet li jirregolaw ir-rettifikazzjoni jew l-irtirar taċ-ċertifikat tal-Ordni Ewropew ta’ Infurzar huma dawk tal-Kapitolu II tal-Att LIII tal-1994 dwar l-eżekuzzjoni ġudizzjarja.

2. Proċeduri għar-reviżjoni (Art.19 (1))

Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw ir-reviżjoni tas-sentenza li sservi bħala l-bażi għaċ-ċertifikazzjoni bħala Ordni Ewropew ta’ Infurzar huma dawk fil-Kapitolu VII tal-Att III tal-1952 dwar il-kodiċi ċivili.

3. Lingwi aċċettati (Art. 20(2)(c))

Il-lingwi li bihom huwa aċċettat li jimtela ċ-ċertifikat taL-Ordni Ewropew ta’ Infurzar huma l-Ingliż u l-Ungeriż.

4. Awtoritajiet nominati biex jiċċertifikaw id-dokumenti awtentiċi (Art. 25)

L-awtorità kompetenti biex tiċċertifika strument awtentiku maħruġ fl-Ungerija bħala Ordni Ewropew ta’ Infurzar, normalment tkun il-qorti Distrettwali li l-awtorità li tkun qed tfassal l-istrument tkun tinsab fil-ġuriżdizzjoni tagħha.

Madankollu, f’każ ta’ strument awtentiku mfassal minn nutar pubbliku, inġunzjoni maħruġa minn nutar pubbliku jew soluzzjoni approvata minn nutar pubbliku li għandha l-istess effett bħal soluzzjoni bil-qorti, l-awtorità taċ-ċertifikazzjoni kompetenti tkun in-nutar pubbliku.

Il-qrati kompetenti biex jiċċertifikaw strumenti awtentiċi mfassla fl-Ungerija bħala Ordnijiet Ewropej ta’ Infurzar jistgħu jinstabu permezz tal-għodda għat-tiftix fuq nett tal-paġna.

In-nutara pubbliċi fil-vesti ta’ awtoritajiet taċ-ċertifikazzjoni jistgħu jinstabu permezz tal-funzjonalità għat-tiftix disponibbli fil-ħolqa hawn taħt.

L-aħħar aġġornament: 24/10/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna