Titolu eżekuttiv ewropew

Finska

Sadržaj omogućio
Finska

PRONALAŽENJE NADLEŽNIH SUDOVA/TIJELA

Alat za pretraživanje služi za pronalaženje suda/tijela nadležnog za određeni europski pravni instrument. Napominjemo da unatoč nastojanjima da se osigura točnost rezultata, mogu postojati iznimke u pogledu određivanja nadležnosti koje nisu nužno obuhvaćene.

Finska

Priznavanje i izvršenje sudskih odluka u građanskim i trgovačkim stvarima – Europski ovršni naslov


*obvezan unos

1. Proċeduri għall-korrezzjoni u l-irtirar (Art. 10(2))

Artikolu 10(2)(a) Proċedura ta’ rettifika

L-Att dwar l-Ordni Ewropew ta’ Infurzar għal talbiet mhux kontestati (825/2005) jistabbilixxi l-proċedura għar-rettifika kif ġej:

Rettifika ta’ żball materjali fiċ-ċertifikat tal-Ordni Ewropew ta’ Infurzar (it-Taqsima 2)

Jekk is-sentenza, it-transazzjoni ġudizzjarja, jew l-istrument awtentiku msemmi fir-Regolament ikun ġie rrappreżentat b’mod falz fiċ-ċertifikat maħruġ abbażi tar-Regolament, il-qorti li tkun ħarġet iċ-ċertifikat jew awtorità oħra trid, mar-rikors, tirrettifika d-diskrepanza.

Rikors għar-rettifika ta’ ċertifikat ta’ Ordni Ewropew ta’ Infurzar jista’ isir bl-użu tal-formola standard fl-Anness VI. Jenħtieġ li r-rettifika ssir fuq iċ-ċertifikat oriġinali. Jekk ma jkunx possibbli li ċ-ċertifikat oriġinali jiġi rettifikat, allura jrid jinħareġ ċertifikat ġdid lill-kreditur. Ir-rettifika trid kemm jista’ jkun tkun notifikata lill-partijiet li jkunu talbu kopja taċ-ċertifikat. Jekk ikun ġie ppreżentat appell fil-kwistjoni, ir-rettifika trid tiġi nnotifikata lill-qorti tal-appell.

Artikolu 10(2)(b) Proċedura ta’ rtirar

L-Att dwar l-Ordni Ewropew ta’ Infurzar għal talbiet mhux kontestati jistabbilixxi l-proċedura ta’ rtirar kif ġej:

Irtirar taċ-ċertifikat ta’ Ordni Ewropew ta’ Infurzar (Taqsima 3)

Jekk ikun ċar li ċ-ċertifikat ingħata ħażin fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament, il-qorti li ħarġet iċ-ċertifikat jew awtorità oħra trid, mar-rikors, tirrettifika d-diskrepanza fis-sentenza, it-transazzjoni ġudizzjarja, jew l-istrument awtentiku msemmi fir-Regolament.

Rikors għar-rettifika ta’ rtirar ta’ Ordni Ewropew ta’ Infurzar jista’ isir bl-użu tal-formola standard fl-Anness VI. Il-partijiet għandhom jingħataw l-opportunità li jinstemgħu sakemm jidher b’mod ċar li dan ma jkunx meħtieġ.

L-irtirar għandu jkun awtentikat fuq iċ-ċertifikat oriġinali jekk dan ikun possibbli. L-irtirar għandu kemm jista’ jkun ikun notifikat lill-partijiet li jkunu talbu kopja taċ-ċertifikat. Jekk ikun ġie ppreżentat appell fil-kwistjoni, l-irtirar irid jiġi nnotifikat lill-qorti tal-appell.

2. Proċeduri għar-reviżjoni (Art.19 (1))

Skond l-Artikolu 12(1), l-istandards minimi fil-Kapitolu III tar-Regolament għandhom ikunu applikati għal sentenzi li jkunu jaqgħu taħt l-Artikolu 3(1)(b) u (c), ibbażat fuq nuqqas ta' l-akkużat. Skond l-Artikolu 12(2) il-Kapitolu III jgħodd ukoll meta tkun ingħatat sentenza f’kontumaċja f’qorti ta’ l-appell.

Meta tkun ingħatat sentenza f’kontumaċja, f’ċirkostanzi li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kif speċifikati fl-Artikoli 3(1) (b) u (c), id-debitur għandu jkun, taħt ċerti ċirkostanzi, intitolat biex japplika għal reviżjoni tas-sentenza skond l-Artikolu 19(1), biex is-sentenza tkun ċertifikabbli bħala Ordni ta’ Infurzar Ewropew. Fil-Finlandja, il-passività tad-debitur fil-Qorti tad-Distrett (käräjäoikeus) twassal għal ġudizzju f’kontumaċja. Bis-saħħa tal-Kapitolu 12 §15 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja, id-debitur għandu d-dritt li japplika għal proċess ġdid fi żmien tletin jum mid-data ta’ meta jkun gie mgħarraf, b’mod verifikabbli, bis-sentenza.

Biex tkun applikata din id-dispożizzjoni, mhux importanti li d-debitur ikun jaf eżatt xi tkun is-sentenza f’kontumaċja. L-iskadenza ta' tletin jum ma tibdiex tgħodd qabel ma s-sentenza f’kontumaċja tkun ġiet innotifikata lid-debitur. Għaldaqstant, ir-regola hija usa’ mill-istandard minimu stipulat fl-Artikolu 19. Barra minn dan, il-metodi ta' appell mhux ordinarji fil-Kapitoli 31 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja qegħdin hemm ukoll għal sentenzi f’kontumaċja, inkluż § 1 ilment abbażi ta’ żball ta’ proċedura u § 7 applikazzjoni għal annullar abbażi ta’ żball sostanzjali. B’żieda ma’ dan, huwa disponibbli il-metodu mhux ordinarju ta’ appell fil-Kapitolu 31 § 17, applikazzjoni għar-restawrazzjoni ta’ żmien li jkun għadda.

3. Lingwi aċċettati (Art. 20(2)(c))

Ċertifikat ta’ Ordni ta’ Infurzar Ewopew jista’ jingħata tradott għall-Finlandiż, għall-Iżvediż jew għall-Ingliż.

4. Awtoritajiet nominati biex jiċċertifikaw id-dokumenti awtentiċi (Art. 25)

Fil-Finlandja l-istrumenti awtentiċi kif stipulati fl-Artikolu 4(3) (b) huma l-ftehimiet ta’ manteniment awtentikati, u għalhekk iċċertifikati, mill-Bord Soċjali ta' kull belt jew muniċipalità. Il-Bordijiet Soċjali joħorġu wkoll ċertifikat ta’ Ordni ta’ Infurzar Ewropew għal ftehimiet bħal dawn.

Lista ta’ l-ibliet u l-muniċipalitajiet fil-Finlandja tinstab f’format elettroniku fuq is-sit ta’ l-internet tal-Ministeru tal-Ġustizzja www.oikeus.fi. L-indirizzi ta' l-ibliet u l-muniċipalitajiet jistgħu jinstabu wkoll fil-paġni fuq l-internet ta’ l-Assoċjazzjoni ta’ l-awtoritajiet lokali u reġjonali www.kunnat.net

L-aħħar aġġornament: 22/03/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.