Fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, il-proċeduri u l-proċedimenti pendenti mibdija fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni se jkomplu skont il-liġi tal-UE. Il-Portal tal-e-Ġustizzja, abbażi tal-ftehim reċiproku mar-Renju Unit, se jżomm l-informazzjoni rilevanti marbuta mar-Renju Unit sa tmiem l-2024.

Smigħ ta' xhieda

L-Irlanda ta’ fuq

Il-kontenut ipprovdut minn
L-Irlanda ta’ fuq

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Renju Unit

L-Irlanda ta’ fuq

Teħid ta’ Evidenza


*input mandatarju

L-Artikolu 2 – Qrati li ssirilhom Talba

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 3 – Korp Ċentrali

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 5 – Il-lingwi aċċettati għat-tlestija tal-formoli

L-Ingliż u l-Franċiż.

L-Artikolu 6 – Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni tat-talbiet u komunikazzjonijiet oħra

Talbiet għall-każijiet kollha minbarra l-Eżekuzzjoni Reċiproka tal-Ordnijiet ta’ Manteniment jiġu aċċettati mill-qrati deżinjati bil-posta biss.

Każijiet ta’ Eżekuzzjoni Reċiproka tal-Ordnijiet ta’ Manteniment skont il-proċeduri stabbiliti jistgħu jiġu aċċettati bil-posta, permezz ta’ faks jew email.

L-Artikolu 17 – Il-korp ċentrali jew l-awtorità(jiet) kompetenti responsabbli mid-deċiżjonijiet dwar talbiet għall-kumpilazzjoni diretti tax-xhieda

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 21 – Ftehimiet jew arranġamenti li tagħhom huma firmatarji l-Istati Membri u li huma konformi mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 21(2)

Ir-Renju Unit m’għandux intenzjoni li jżomm xi ftehimiet bilaterali ma’ Stati Membri oħrajn għall-ġbir ta’ evidenza bejn ir-Renju Unit u l-Istati Membri l-oħra. Madankollu, ir-Renju Unit informa lill-Istati Membri li magħhom għandu ftehimiet bilaterali li jrid li dawn il-ftehimiet ikomplu japplikaw għall-każijiet bejn dawk l-Istati Membri u t-Territorji extra-Ewropej tar-Renju Unit li mhumiex parti mill-Unjoni Ewropea.

Il-pajjiżi li magħhom ir-Renju Unit għandu ftehimiet bilaterali u d-data ta’ dawk il-ftehimiet huma kif ġej:

l-Awstrija 31/03/31    il-Greċja 07/02/36

il-Belġju 21/06/22    l-Italja 17/12/30

id-Danimarka 29/11/32   in-Netherlands 31/05/32

il-Finlandja 11/08/33      il-Portugall 09/07/31

Franza 02/02/22      Spanja 27/06/29

il-Ġermanja 20/03/28   l-Iżvezja 28/08/30

It-Territorji extra-Ewropej tar-Renju Unit li mhumiex fl-Unjoni Ewropea li għalihom se jkomplu japplikaw dawn il-ftehimiet bilaterali, huma:

iċ-Channel Islands

Isle of Man

Anguilla

Bermuda

il-Gżejjer Verġni Brittaniċi

il-Gżejjer Cayman

il-Gżejjer Falkland u d-Dipendenzi tagħhom

Montserrat

iż-Żoni ta’ Bażi Sovrana ta’ Akrotiri u Dhekelia (Ċipru)

Saint Helena u d-Dipendenzi tagħha

il-Gżejjer Turks u Caicos

L-aħħar aġġornament: 17/08/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.