Smigħ ta' xhieda

Litwanja

Il-kontenut ipprovdut minn
Litwanja

SIB QRATI KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Litwanja

Teħid ta’ Evidenza


*input mandatarju

L-Artikolu 2 – Qrati li ssirilhom Talba

Il-qrati rikjesti huma l-qrati tal-ewwel istanza: qrati distrettwali u, fil-każi speċifikati mil-liġi, qrati reġjonali. Qrati reġjonali, li jaġixxu bħala qrati tal-ewwel istanza, jisimgħu kawżi ċivili:

1) għal talbiet li jaqbżu t-tlieta u erbgħin elf u ħames mitt euro, minbarra l-kawżi relatati mad-dritt tal-familja, ir-relazzjonijiet ta’ impjieg jew kumpens għal dannu mhux materjali;

2) relatati ma’ relazzjonijiet legali morali taħt id-drittijiet tal-awtur;

3) relatati ma’ relazzjonijiet legali li jiżviluppaw minn offerta pubblika ċivili;

4) relatati mal-falliment u l-istrutturar, ħlief għal kawżi li jirrigwardaw il-falliment ta’ persuni fiżiċi;

5) li fihom waħda mill-partijiet hija stat barrani;

6) għal kawżi relatati mal-bejgħ obbligatorju ta’ ishma (interessi, ishma tal-membri);

7) għal kawżi relatati ma’ investigazzjoni fl-attivitajiet ta’ entità ġuridika;

8) relatati ma’ kumpens għal dannu materjali u mhux materjali fi ksur ta’ drittijiet tal-pazjenti stabbiliti;

9) kawżi ċivili oħra li, skont il-liġi, jinstemgħu minn qrati reġjonali bħala l-qorti tal-ewwel istanza.

L-Artikolu 3 – Korp Ċentrali

L-entità ċentrali huwa: il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja

il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja
Gedimimo pr. 30
LT-01104 Vilnius

Telefown: +370 5 266 2984 / +370 5 266 29 38 / +370 5 266 29 42 / +370 5 266 2941
Faks: +370 5 262 59 40 / +370 5 2662854
E-mail: rastine@tm.lt

L-Artikolu 5 – Il-lingwi aċċettati għat-tlestija tal-formoli

Apparti mil-Litwan, ir-Repubblika tal-Litwanja taċċetta formoli mimlija bl-Ingliż jew bil-Franċiż.

L-Artikolu 6 – Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni tat-talbiet u komunikazzjonijiet oħra

Talbiet għat-teħid ta’ evidenza huma aċċettata bil-posta jew bil-faks.

L-Artikolu 17 – Il-korp ċentrali jew l-awtorità(jiet) kompetenti responsabbli mid-deċiżjonijiet dwar talbiet għall-kumpilazzjoni diretti tax-xhieda

Il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja
Gedimimo pr. 30
LT-01104 Vilnius

Telefown: +370 5 266 2984/ +370 5 266 29 38/ +370 5 266 29 42/ +370 5 266 2941
Faks: +370 5 262 59 40 / +370 5 2662854
E-mail: rastine@tm.lt

L-Artikolu 21 – Ftehimiet jew arranġamenti li tagħhom huma firmatarji l-Istati Membri u li huma konformi mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 21(2)

Il-Litwanja ma kkonkludietx ftehimiet jew arranġamenti ma’ Stati Membri biex tiffaċilita iktar teħid ta’ evidenza, kif imsemmi fl-Artikolu 21(2).

L-aħħar aġġornament: 21/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna