Smigħ ta' xhieda

Ġermanja

Il-kontenut ipprovdut minn
Ġermanja

L-Artikolu 2 – Qrati li ssirilhom Talba

Għall-finijiet tal-kumpilazzjoni ta' xhieda, il-qorti rikjesta skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament hija l-Qorti Distrettwali (Amtsgericht) tad-distrett li fih se jsiru l-proċedimenti. Il-gvernijiet tal-Länder jistgħu joħorġu ordni eżekuttiva li tagħti struzzjonijiet lil qorti partikolari li twettaq il-kompiti ta’ qorti rikjesta għal distretti koperti minn bosta qrati distrettwali lokali.

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 3 – Korp Ċentrali

Il-kompiti tal-korp ċentrali jitwettqu minn awtorità maħtura mill-gvern tal-Land f’kull Land. Dawn l-awtoritajiet normalment ikunu l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Land jew Qorti Reġjonali Superjuri (Oberlandesgericht) fil-Land inkwistjoni.

L-Artikolu 5 – Il-lingwi aċċettati għat-tlestija tal-formoli

Talbiet u komunikazzjoni li jsiru skont ir-regolament jistgħu biss isiru bil-Ġermaniż, u l-formola (applikazzjoni) tista’ biss timtela bil-Ġermaniż.

L-Artikolu 6 – Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni tat-talbiet u komunikazzjonijiet oħra

Huma disponibbli dawn il-mezzi biex jiġi rċevut il-materjal:

- biex jiġi rċevut u mibgħut il-materjal: il-posta, inklużi servizzi tal-kurrier privati, il-faks,

- għal komunikazzjoni informali: it-telefown u l-posta elettronika.

L-Artikolu 17 – Il-korp ċentrali jew l-awtorità(jiet) kompetenti responsabbli mid-deċiżjonijiet dwar talbiet għall-kumpilazzjoni diretti tax-xhieda

Il-kompiti tal-korp ċentrali jitwettqu minn awtorità maħtura mill-gvern tal-Land f’kull Land. Dawn l-awtoritajiet normalment ikunu l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Land jew Qorti Reġjonali Superjuri (Oberlandesgericht) fil-Land inkwistjoni.

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-aħħar aġġornament: 05/12/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.