Sib informazzjoni għal kull reġjun
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
Fi Franza, l-eżekuzzjoni tat-talbiet għall-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’materji ċivili u kummerċjali hija r-responsabbiltà unika tal-qrati reġjonali.
Il-qorti reġjonali b’kompetenza territorjali hija l-qorti fejn it-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda trid issir fil-ġurisdizzjoni tagħha.
Il-qorti kompetenti u d-dettalji ta’ kuntatt tagħha jistgħu jinkisbu mill-Atlas Ġudizzjarju Ewropew li jinsab fuq is-sit web tal-ġustizzja elettronika.
Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti
Franza għażlet korp wieħed b’responsabbiltà nazzjonali, jiġifieri l-Uffiċċju tad-dritt tal-Unjoni, tad-dritt internazzjonali privat u tal-assistenza legali reċiproka fi kwistjonijiet ċivili (Bureau du droit de l’Union, du droit international privé et de l’entraide civile – BDIP) tal-Ministeru tal-Ġustizzja li d-dettalji ta’ kuntatt tiegħu huma kif ġej:
Indirizz:
Ministère de la Justice
Direction des Affaires Civiles et du Sceau
Bureau du droit de l’Union, du droit international privé et de l'entraide civile (BDIP)
13 Place Vendôme
75042, PARIS Cedex 01
Tel.: 00 33 (0)1 44 77 61 05
Faks: 00 33 (0)1 44 77 61 22
Posta elettronika: Entraide-civile-internationale@justice.gouv.fr
Il-formoli mibgħuta lill-qrati reġjonali u lill-korp ċentrali Franċiż iridu jiġu abbozzati jew tradotti għall-Franċiż.
It-talbiet jistgħu jintbagħtu bil-posta, bil-faks jew bil-posta elettronika lill-qrati Franċiżi u lill-korp ċentrali Franċiż.
Ministère de la Justice
Direction des Affaires Civiles et du Sceau
Bureau du droit de l'Union, du droit international privé et de l'entraide civile (BDIP)
13 Place Vendôme
75042, PARIS Cedex 01
Tel.: 00 33 (0)1 44 77 61 05
Faks: 00 33 (0)1 44 77 61 22
Posta elettronika: Entraide-civile-internationale@justice.gouv.fr
Artikolu 21 § 3 (a): Il-ftehimiet konklużi minn Franza ma’ Stati Membri oħra, li għandhom l-għan li jiffaċilitaw aktar il-kumpilazzjoni ta’ xhieda u li huma kompatibbli mar-Regolament, li se jinżammu.
Biss il-Konvenzjoni bejn Franza u r-Renju Unit tat-2 ta’ Frar 1922, biex jiġi faċilitat it-twettiq tal-atti proċedurali bejn il-persuni residenti fi Franza u r-Renju Unit, se tinżamm.
Fil-fatt, din tal-aħħar ġiet estiża għall-pajjiżi tal-Commonwealth u t-territorji barra mill-pajjiż tar-Renju Unit li magħhom ir-rapporti tagħna mhumiex irregolati mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.