Smigħ ta' xhieda

Bulgarija

Il-kontenut ipprovdut minn
Bulgarija

NB! Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 inbidel bir-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mill-1 ta’ Lulju 2022.

In-notifiki li saru skont ir-Regolament il-ġdid jistgħu jinstabu hawnhekk!


L-Artikolu 2 – Qrati li ssirilhom Talba

Talbiet għall-kumpilazzjoni ta’ xhieda għandhom jintbagħtu lill-qorti distrettwali [rayonen sad] tal-ġurisdizzjoni li fiha għandha tiġi kumpilata x-xhieda. (L-Artikolu 617(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili)

Il-qorti kompetenti li tawtorizza l-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda fir-Repubblika tal-Bulgarija hija l-qorti provinċjali [okrazhen sad] tal-ġurisdizzjoni li fiha għandha tiġi kumpilata x-xhieda. (L-Artikolu 617(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili)

Il-qorti kompetenti tista’ tinsab permezz tal-magna tat-tiftix tal-portal.

L-Artikolu 3 – Korp Ċentrali

Il-Ministeru tal-Ġustizzja

Direttorat tal-Kooperazzjoni Legali Internazzjonali u Affarijiet Ewropej

l-Unità tal-Kooperazzjoni f’Materji Ċivili

Tel.: (+359 2) 9237544

Feks: (+359 2) 9809223

Indirizz: Ulitsa Slavyanska 1, 1040 Sofia

Bulgaria

L-Artikolu 5 – Il-lingwi aċċettati għat-tlestija tal-formoli

Talbiet minn Stat Membru ieħor għall-kumpilazzjoni tax-xhieda u dikjarazzjonijiet għandhom jitfasslu fil-Bulgaru jew akkumpanjati minn traduzzjoni fil-Bulgaru. (L-Artikolu 618 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili)

L-Artikolu 6 – Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni tat-talbiet u komunikazzjonijiet oħra

Il-mezzi tekniċi biex jiġu riċevuti t-talbiet disponibbli għall-qrati fil-lista skont l-Artikolu 2(2) huma: bil-posta, servizz ta’ kurier, ittra reġistrata b’konferma tar-riċevuta u bil-feks.

L-Artikolu 17 – Il-korp ċentrali jew l-awtorità(jiet) kompetenti responsabbli mid-deċiżjonijiet dwar talbiet għall-kumpilazzjoni diretti tax-xhieda

Il-qorti kompetenti li tawtorizza l-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda fir-Repubblika tal-Bulgarija hija l-qorti provinċjali tal-ġurisdizzjoni li fiha għandha tiġi kumpilata x-xhieda. (L-Artikolu 617(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili)

L-Artikolu 21 – Ftehimiet jew arranġamenti li tagħhom huma firmatarji l-Istati Membri u li huma konformi mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 21(2)

Ir-Repubblika tal-Bulgarija la għandha u lanqas ma kkonkludiet xi ftehimiet jew arranġamenti ma’ Stati Membri oħra tal-UE li għandhom l-għan li jiffaċilitaw il-kumpilazzjoni tax-xhieda u li għandhom ikunu kompatibbli ma’ dan ir-Regolament..

Ir-Regolament jieħu preċedenza fuq ftehimiet konklużi mir-Repubblika tal-Bulgarija ma’ Stati Membri oħra fir-rigward tal-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili u kummerċjali.

L-aħħar aġġornament: 28/07/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.