Smigħ ta' xhieda

Belġju

Il-kontenut ipprovdut minn
Belġju

NB! Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 inbidel bir-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mill-1 ta’ Lulju 2022.

In-notifiki li saru skont ir-Regolament il-ġdid jistgħu jinstabu hawnhekk!


L-Artikolu 2 – Qrati li ssirilhom Talba

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 3 – Korp Ċentrali

Il-korp ċentrali responsabbli għall-kompiti previsti fl-Artikolu 3(1) u (3) tar-Regolament huwa s-Servizz Pubbliku Federali tal-Ġustizzja.

Is-Servizz Pubbliku Federali tal-Ġustizzja (Service public fédéral Justice)

Is-Servizz tal-kooperazzjoni internazzjonali ċivili (Service de coopération internationale civile)

Boulevard de Waterloo, 115

B-1000 Brussell

il-Belġju

Telefon: +32(2)542.65.11

Fax: +32(2)542.70.06 / +32(2)542.70.38

Email: eu1206ue@just.fgov.be

Lingwi: il-Franċiż, l-Olandiż, l-Ingliż.

L-Artikolu 5 – Il-lingwi aċċettati għat-tlestija tal-formoli

Il-formola standard għal talba u dokumenti evidenzjali jridu jkunu fil-lingwa tad-distrett ġudizzjarju tal-Qorti ta' Prim' Istanza li lilha tintbagħat it-talba.

L-Artikolu 6 – Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni tat-talbiet u komunikazzjonijiet oħra

Mezzi ta' trasmissjoni aċċettati fil-Belġju:

-posta

-fax

L-Artikolu 17 – Il-korp ċentrali jew l-awtorità(jiet) kompetenti responsabbli mid-deċiżjonijiet dwar talbiet għall-kumpilazzjoni diretti tax-xhieda

Is-Servizz Pubbliku Federali tal-Ġustizzja (Service public fédéral Justice)
Is-Servizz tal-kooperazzjoni internazzjonali ċivili (Service de coopération internationale civile)

Boulevard de Waterloo, 115
B-1000 Brussell

Telefon: +32(2)542.65.11
Fax: +32(2)542.70.06 / +32(2)542.70.38

Email: eu1206ue@just.fgov.be

L-Artikolu 21 – Ftehimiet jew arranġamenti li tagħhom huma firmatarji l-Istati Membri u li huma konformi mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 21(2)

Il-Belġju tiddikjara li, in konnessjoni ma’ l-Istati Membri l-oħra, ir-Regolament jipprevali f’oqsma li jaqaw taħt il-firxa tiegħu fuq l-istrumenti segwenti:

  • Il-Konvenzjoni tal-21 ta’ Ġunju 1922 bejn il-Belġju u l-Gran Britannja dwar it-trasmissjoni ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji u l-ġbir ta’ evidenza;
  • Il-Konvenzjoni ta’ the Hague ta' l-1 ta’ Marzu 1954 dwar il-proċedura ċivili;
  • Il-Konvenzjoni ta’ l-1 ta’ Marzu 1956 bejn il-Belġju u Franza dwar għajnuna reċiproka f’ oqsma ċivili u kummerċjali;
  • Il-Konvenzjoni ta’ New York ta’ l-20 ta’ Ġunju 1956 dwar l-irkupru barra ta’ manteniment.
  • Ftehim tal-25 ta’ April 1959 bejn il-Gvern tal-Belġju u l-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja sabiex tiffaċilita l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ the Hague ta’ l-1 ta’ Marzu 1954 dwar proċedura ċivili;
  • Il-Konvenzjoni tat-23 ta’ Ottubru1989 bejn il-Belġju u l-Awstrija dwar għajnuna ġudizzjarja reċiproka u kooperazzjoni legali, li huma addizzjonali għall-Konvenzjoni ta’ the Hague ta’ l-1 ta’ Marzu 1954 dwar proċedura ċivili.
L-aħħar aġġornament: 01/08/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.