Notifika ta' dokumenti

Svezja

Il-kontenut ipprovdut minn
Svezja

L-Artikolu 2(1) - Aġenziji Trażmettituri

Il-qrati, l-awtoritajiet ta’ eżekuzzjoni u awtoritajiet Żvediżi oħrajn li jinnotifikaw dokumenti ġudizzjarji u ekstraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali.

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 2(2) - Aġenziji li jirċievu

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 2(4)(c) - Mezzi biex jiġu rċevuti d-dokumenti

Id-dokumenti jistgħu jiġi riċevuti bil-posta jew bil-faks jew b’metodi oħrajn maqbula f’istanza speċifika. Jista’ jsir kuntatt ukoll bit-telefown.

L-Artikolu 2(4)(d) - Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-formola standard fl-Anness I

Il-formola standard tista’ timtela’ bil-lingwa Żvediża jew Ingliża.

L-Artikolu 3 - Korp ċentrali

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 4 - Trasmissjoni tad-dokumenti

Kemm il-lingwa Żvediża kif ukoll dik Ingliża huma aċċettati fil-formola standard.

L-Artikolu 8(3) u 9(2) - Termini preskrittivi stabbiliti mil-liġi nazzjonali għan-notifika tad-dokumenti

Mhux applikabbli

L-Artikolu 10 - Ċertifikat tas-servizz u kopja tad-dokument innotifikat

Kemm il-lingwa Żvediża kif ukoll dik Ingliża huma aċċettati fiċ-ċertifikat tan-notifika.

L-Artikolu 11 - Spejjeż tas-servizz

L-Iżvezja mhijiex beħsiebha tagħmel rikors għand uffiċjali ġudizzjarju jew persuna kompetenti oħra.

L-Artikolu 13 - Servizz minn aġenti diplomatiċi jew konsulari

L-Iżvezja taċċetta notifika mingħand aġenti diplomatiċi jew konsulari.

L-Artikolu 15 - Servizz dirett

F’ċerti każi, id-dritt Żvediż jippermetti li persuna b’interess fi proċediment ġudizzjarju tinnotifika dokumenti ġudizzjarji u ekstraġudizzjarji direttament permezz tal-uffiċjali ġudizzjarji, uffiċjali jew persuni kompetenti oħrajn.

L-Artikolu 19 - Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċeduri

Il-qrati Żvediżi mhumiex meħtieġa li jaqtgħu sentenza jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 19(2) jiġu ssodisfati, iżda mhux dawk tal-Artikolu 19(1). L-Iżvezja mhijiex beħsiebha tippubblika spjegazzjoni skont l-Artikolu 19(4).

L-Artikolu 20 - Ftehimiet jew arranġamenti li tagħhom huma firmatarji l-Istati Membri u li huma konformi mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 20(2)

Il-ftehim Nordiku tas-26 ta’ April 1974 dwar assistenza legali reċiproka rigward in-notifika ta’ dokumenti u t-teħid ta’ evidenza (SÖ 1975:42)

L-aħħar aġġornament: 02/03/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.