Sib informazzjoni għal kull reġjun
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti
Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti
L-awtoritajiet Slovakki jaċċettaw talbiet bil-miktub għal notifiki ta’ dokumenti, f’forma stampata.
Skont l-Artikolu 2(4), ir-Repubblika Slovakka se taċċetta l-lingwa Ċeka u Ingliża, kif ukoll is-Slovakk, għall-ikkompletar tal-formoli.
Il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka
It-Taqsima tad-Dritt Internazzjonali Privat (Odbor medzinárodného práva súkromného)
Račianska ul. 71
813 11 Bratislava
Slovak Republic
Telefon: (+421) 2 888 91 258
Faks: (+421) 2 888 91 604
Posta elettronika: civil.inter.coop@justice.sk
Sit web: http://www.justice.gov.sk/
Lingwi: is-Slovakk, iċ-Ċek, l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż.
Skont l-Artikolu 4, ir-Repubblika Slovakka se taċċetta l-lingwa Ċeka u Ingliża, kif ukoll is-Slovakk, għall-ikkompletar tal-formoli.
Ir-Repubblika Slovakka ma għandha xejn x’tikkomunika rigward l-Artikoli 8(3) u 9(2), billi d-dritt Slovakk ma jirrikjedix li ċerti dokumenti jiġi nnotifikati fi żmien perjodu partikulari kif prevedut b’dawn l-artikoli.
Skont l-Artikolu 10, ir-Repubblika Slovakka se taċċetta l-lingwa Ċeka u Ingliża, kif ukoll is-Slovakk, għall-ikkompletar tal-formoli.
Id-dokumenti huma nnotifikati b’mod prinċipali mill-qorti li tkun irċeviet it-talba. Madankollu, taħt ċerti ċirkostanzi qorti tista’ tafda uffiċjal ġudizzjarju b’dokumenti ta’ notifika. Jekk l-uffiċjal afdat mill-qorti jkun bailiff (súdny exekútor), in-notifika tkun soġġetta għal miżata fissa ta’ EUR 6.64 għal kull dokument notifikat.
Ir-Repubblika Slovakka topponi n-notifika ta’ dokumenti tal-qorti permezz ta’ aġenti diplomatiċi jew konsulari, sakemm id-dokumenti ma jiġux notifikati liċ-ċittadini tal-Istat Membru li fih joriġinaw id-dokumenti.
Id-dritt Slovakk ma jippermettix li d-dokumenti tal-qorti jiġu notifikati direttament minn barra lil persuni interessati fi proċediment ġudizzjarju permezz ta’ uffiċjali ġudizzjarji, uffiċjali jew persuni kompetenti oħrajn fir-Repubblika Slovakka.
Skont l-Artikolu 19(2), ir-Repubblika Slovakka tiddikjara li, minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19(1), mħallef jista’ jaqta’ sentenza anke jekk ma jiġi riċevut l-ebda ċertifikat ta’ notifika jew twassil, jekk il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f’din id-dispożizzjoni jiġu ssodisfati.
Mhux applikabbli
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.