Notifika ta' dokumenti

Rumanija

Il-kontenut ipprovdut minn
Rumanija

SIB QRATI KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Rumanija

Għoti ta' Dokumenti


*input mandatarju

L-Artikolu 2(1) - Aġenziji Trażmettituri

L-aġenziji ta' trażmissjoni Rumeni huma l-qrati Rumeni kollha bis-setgħa li jinnotifikaw l-atti ġudizzjarji direttament lill-aġenziji li jirċievu fl-Istati Membri tal-UE: il-qrati distrettwali, it-tribunali, il-qrati tal-appell, il-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja.

In-nutara, l-eżekuturi ġudizzjarji u awtoritajiet oħrajn, li l-isfera ta' kompetenza tagħhom tinkludi n-notifika ta' dokumenti barra l-pajjiż, jittrażmettu l-applikazzjoni permezz tal-qrati distrettwali li jkollhom il-ġuriżdizzjoni fuq il-lok tal-uffiċċji rreġistrati tagħhom (l-Artikolu 32(1)(a) u (b) tal-Liġi Nru 189/2003 dwar l-assistenza ġudizzjarja internazzjonali f'materji ċivili u kummerċjali).

L-Artikolu 2(2) - Aġenziji li jirċievu

L-aġenzija Rumena li tirċievi l-applikazzjonijiet għal notifika ta' atti ġudizzjarji u ekstraġudizzjarji mill-Istati Membri tal-UE hija l-qorti distrettwali li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq id-domiċilju jew l-uffiċċju rreġistrat tar-riċevitur (l-Artikolu 32(1)(c) tal-Liġi Nru 189/2003 dwar l-assistenza ġudizzjarja internazzjonali f'materji ċivili u kummerċjali).

L-Artikolu 2(4)(c) - Mezzi biex jiġu rċevuti d-dokumenti

Il-mezzi tekniċi biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet u d-dokumenti mehmuża magħhom huma bil-posta jew b'faks.

L-Artikolu 2(4)(d) - Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-formola standard fl-Anness I

Minbarra formoli mimlija bir-Rumen, ir-Rumanija tilqa' wkoll formoli ta' applikazzjoni standard mimlija bl-Ingliż jew bil-Franċiż.

L-Artikolu 3 - Korp ċentrali

L-awtorità Rumena ċentrali hija l-Ministeru tal-Ġustizzja.

Il-Ministeru tal-Ġustizzja

Id-Direttorat għad-Dritt Internazzjonali u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja

Str. Apolodor No 17, Sector 5, Bucharest 050741

Telefown: +40372041077; Nru tal-Faks: +40372041079

Is-servizz għall-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali f'materji ċivili u kummerċjali

Telefown: +40372041083; Telefown: +40372041218; Nru tal-Faks: +40372041079, +40372041084

L-Artikolu 4 - Trasmissjoni tad-dokumenti

Minbarra formoli mimlija bir-Rumen, ir-Rumanija tilqa' wkoll formoli ta' applikazzjoni standard mimlija bl-Ingliż jew bil-Franċiż.

Il-mezzi tekniċi biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet u d-dokumenti mehmuża magħhom huma bil-posta jew b'faks.

L-Artikolu 10 - Ċertifikat tas-servizz u kopja tad-dokument innotifikat

Minbarra ċertifikati tan-notifika mimlija bir-Rumen, ir-Rumanija tilqa' wkoll ċertifikati tan-notifika trażmessi bl-Ingliż jew bil-Franċiż.

L-Artikolu 11 - Spejjeż tas-servizz

In-notifika ta' dokumenti proċedurali ssir bla ħlas, ex officio, mill-qorti, mill-aġenti proċedurali tal-qorti jew minn impjegat ieħor tagħha. Jekk dan ma jibqax possibbli, ikunu nnotifikati bil-posta rreġistrata b'kontenut iddikjarat u konferma tal-irċevuta, f'envelop issiġillat, li jkollu fih il-prova tal-irċevuta/rapport u avviż. Wara talba mill-parti interessata li ġġarrab ukoll l-ispejjeż relatati, atti proċedurali jistgħu wkoll jiġu nnotifikati mill-qorti, permezz ta' eżekuturi ġudizzjarji jew b'konsenja espressa (l-Artikolu 154(1), (4) u (5) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili). Il-ħlasijiet lill-eżekuturi ġudizzjarji huma ta' bejn RON 20 u RON 400. Ara l-Ordni Nru 2550 tal-14 ta’ Novembru 2006 tal-Ministeru tal-Ġustizzja li tapprova l-ħlasijiet minimi u massimi għas-servizzi pprovduti mill-eżekuturi ġudizzjarji.

L-Artikolu 13 - Servizz minn aġenti diplomatiċi jew konsulari

Ir-Rumanija tiddikjara li l-aġenti diplomatiċi u l-aġenti konsulari barranin jistgħu jinnotifikaw dokumenti ġudizzjarji u ekstraġudizzjarji fit-territorju Rumen biss liċ-ċittadini tal-pajjiż li jirrapreżentaw.

L-Artikolu 15 - Servizz dirett

Ir-Rumanija topponi n-notifikazzjoni diretta kif stipulat fl-Artikolu 15(1).

L-Artikolu 19 - Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċeduri

Bla preġudizzju għall-paragrafu 1 tal-Artikolu 19 tar-Regolament, il-qrati Rumeni jistgħu joħorġu deċiżjoni biss jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 2.

Talba intiża għall-eżenzjoni mid-dekadenza, kif stabbilita fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 19 tar-Regolament, tista' tiġi ppreżentata fi żmien sena meta tingħata d-deċiżjoni.

L-Artikolu 20 - Ftehimiet jew arranġamenti li tagħhom huma firmatarji l-Istati Membri u li huma konformi mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 20(2)

Mhux applikabbli.

L-aħħar aġġornament: 07/03/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna