Sib informazzjoni għal kull reġjun
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
L-aġenziji tat-trażmissjoni deżinjati mill-Portugall huma:
- il-qrati distrettwali (Tribunais Judiciais de Comarca);
- ir-reġistraturi (Conservadores);
- in-nutara (Notários);
- l-aġenti tal-eżekuzzjoni (Agentes de execução); u
- ir-rappreżentanti legali (Mandatários Judiciais).
L-aġenziji riċeventi deżinjati mill-Portugall huma:
- it-taqsima ġenerali (Juízo de Competência Genérica) jew it-taqsima ċivili lokali (Juízo local cível), jekk tkun teżisti, tal-qorti distrettwali b’ġuriżdizzjoni; u
- l-aġenti tal-eżekuzzjoni (Agentes de execução) (OSAE - Ordem dos Solicitadores e dos Agentes de Execução)
Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti
L-atti jistgħu jintbagħtu permezz tal-posta.
Il-Portugall jaċċetta l-formoli li jimtlew bil-Portugiż, bl-Ingliż jew bl-Ispanjol.
Fil-Portugall, il-korp ċentrali huwa d-Direttorat Ġenerali għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja (Direção-Geral da Administração da Justiça).
Direção-Geral da Administração da Justiça
Av. D. João II, 1.08.01 D/E
PT - 1990-097 LISBOA
Tel. +351 217906200 - +351 217906223
Faks +351 211545100/60
Email: correio@dgaj.mj.pt
Sit web: http://www.dgaj.mj.pt/
Lingwi mitkellma: Il-Portugiż, l-Ispanjol, il-Franċiż u l-Ingliż.
Il-Portugall jaċċetta l-formoli li jimtlew bil-Portugiż, bl-Ingliż jew bl-Ispanjol.
Għall-finijiet tal-Artikoli 8(3) u 9(2) tar-Regolament, l-Artikolu 323 tal-Kodiċi Ċivili tal-Portugall jistipula li l-perjodu ta’ limitazzjoni jkun sospiż ħamest ijiem wara li tkun intalbet in-notifika f’każijiet li fihom ma jkunx possibbli li l-atti jiġu nnotifikati għal raġunijiet li ma jirrigwardawx lir-rikorrent.
Il-Portugall jaċċetta ċertifikati li jimtlew bil-Portugiż, bl-Ingliż u bl-Ispanjol.
Ġeneralment, in-notifika tal-atti ġudizzjarji minn Stat Membru ieħor ma twassalx għall-ħlas ta’ xi tariffi jew kostijiet jekk l-atti jintbagħtu lill-qrati.
Madankollu, jekk l-atti jiġu nnotifikati personalment minn uffiċjal tal-qorti jew aġent tal-eżekuzzjoni, japplikaw il-kostijiet segwenti:
1. Aġenti tal-eżekuzzjoni:
Jekk issir in-notifika: EUR 76
Jekk ma ssirx in-notifika (pereż. jekk il-persuna li kellha tingħatalha n-notifika ma kinitx residenti fl-indirizz mogħti jew jekk l-indirizz ma kienx jeżisti): EUR 50.50
2. Uffiċjali tal-qorti:
Jekk issir in-notifika: EUR 51
Jekk ma ssirx in-notifika (pereż. jekk il-persuna li kellha tingħatalha n-notifika ma kinitx residenti fl-indirizz mogħti jew jekk l-indirizz ma kienx jeżisti): ma jkun dovut l-ebda ħlas.
Il-Portugall jopponi li Stat Membru ieħor jinnotifika atti ġudizzjarji jew extraġudizzjarji fit-territorju tiegħu permezz tal-kanali konsulari jew diplomatiċi sakemm il-persuna li tkun trid tiġi nnotifikata bl-att ma tkunx ċittadin ta’ dak l-Istat Membru.
Il-liġi tal-Portugall ma tippermettix notifika diretta kif stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament.
Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19(1), il-qrati tal-Portugall jistgħu jagħtu l-verdett tagħhom jekk ikunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha stipulati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
Għall-finijiet tal-Artikolu 19(4), fil-Portugall, ir-rikors għal-liberazzjoni mill-effetti tal-iskadenza tat-terminu preskrittiv għall-appell irid jiġi ppreżentat fi żmien sena mid-data tad-deċiżjoni kkontestata. Ma jiġux aċċettati rikorsi wara dik id-data.
Ftehimiet li l-Istati Membri huma firmatarji tagħhom:
- Ftehim bejn ir-Repubblika Portugiża u r-Renju ta’ Spanja dwar il-Kooperazzjoni Ġudizzjarja f’Materji Kriminali u Ċivili tad-19 ta’ Novembru 1997;
Ftehimiet oħra li l-Portugall huwa firmatarju tagħhom:
- il-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Legali u Ġudizzjarja mal-Angola tat-30 ta’ Awwissu 1995;
- il-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Legali u Ġudizzjarja mar-Repubblika ta’ Cape Verde tat-2 ta’ Frar 2003;
- il-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Legali u Ġudizzjarja mar-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Macao tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina tal-1 ta’ Lulju 2001;
- il-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Ġudizzjarja mal-Guinea-Bissau tal-5 ta’ Lulju 1988;
- il-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Legali u Ġudizzjarja mal-Mozambique tat-12 ta’ April 1990;
- il-Ftehim Ġudizzjarju ma’ São Tomé u Príncipe tat-23 ta’ Marzu 1976.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.