Notifika ta' dokumenti

Polonja

Il-kontenut ipprovdut minn
Polonja

SIB QRATI KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Polonja

Għoti ta' Dokumenti


*input mandatarju

L-Artikolu 2(1) - Aġenziji Trażmettituri

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 2(2) - Aġenziji li jirċievu

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Pollakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 2(4)(c) - Mezzi biex jiġu rċevuti d-dokumenti

Id-dokumenti jistgħu jintbagħtu biss bil-posta.

L-Artikolu 2(4)(d) - Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-formola standard fl-Anness I

Il-formola tista’ timtela bil-Pollakk, bl-Ingliż jew bil-Ġermaniż.

L-Artikolu 3 - Korp ċentrali

il-Ministeru tal-Ġustizzja

Dipartiment tal-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Liġi Ewropea

Al. Ujazdowskie 11, 00-950 Warszawa

Tel./ Faks +48 22 628-09-49

Konoxxenza tal-lingwi: il-Pollakk, l-Ingliż u l-Ġermaniż.

L-Artikolu 4 - Trasmissjoni tad-dokumenti

Il-lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola standard stabbilita fl-Anness 1 tar-Regolament huma: il-Pollakk, l-Ingliż u l-Ġermaniż.

L-Artikolu 8(3) u 9(2) - Termini preskrittivi stabbiliti mil-liġi nazzjonali għan-notifika tad-dokumenti

Ma jeżisti l-ebda rekwiżit taħt il-liġi Pollakka li jeżiġi li dokument għandu jiġi nnotifikat f’perjodu ta’ żmien partikolari.

L-Artikolu 10 - Ċertifikat tas-servizz u kopja tad-dokument innotifikat

Il-lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola standard stabbilita fl-Anness 1 tar-Regolament huma: il-Pollakk, l-Ingliż u l-Ġermaniż.

L-Artikolu 11 - Spejjeż tas-servizz

Is-servizz ta' dokumentazzjoni huwa bla ħlas.

L-Artikolu 13 - Servizz minn aġenti diplomatiċi jew konsulari

Il-Polonja ma tippermettix li dokumenti jiġu nnotifikati fit-territorju tagħha minn aġenti diplomatiċi jew konsulari sakemm id-dokumenti ma jkunux innotifikati lil ċittadini tal-Istati membri li fihom id-dokumenti jkunu oriġinaw.

L-Artikolu 15 - Servizz dirett

Il-Polonja ma tippermettix li jiġu nnotifikati fit-territorju tagħha dokumenti fil-forma speċifikata f’dan l-Artikolu.

L-Artikolu 19 - Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċeduri

Jekk issir applikazzjoni biex konvenut jinħeles mill-effett tat-terminu ta’ skadenza tal-appell aktar minn sena wara d-data tas-sentenza, din l-pplikazzjoni tiġi kkunsidrata biss f’ċirkustanzi eċċezzjonali.

L-Artikolu 20 - Ftehimiet jew arranġamenti li tagħhom huma firmatarji l-Istati Membri u li huma konformi mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 20(2)

Mhux applikabbli

L-aħħar aġġornament: 30/03/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna