Notifika ta' dokumenti

Lussemburgu

Il-kontenut ipprovdut minn
Lussemburgu

SIB QRATI KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Lussemburgu

Għoti ta' Dokumenti


*input mandatarju

L-Artikolu 2(1) - Aġenziji Trażmettituri

Id-dokumenti jistgħu jiġu notifikati personalment minn uffiċjal ġudizzjarju (huissier); din il-forma ta’ notifika hija magħrufa bit-terminu Franċiż signification.

Tista’ ssib uffiċjal ġudizzjarju fuq dan is-sit web:

http://www.huissier.lu/members.php

Id-dokumenti jistgħu jiġu notifikati wkoll minn reġistratur tal-qorti (greffier), normalment bil-posta rreġistrata; din il-forma ta’ notifika hija magħrufa bit-terminu Franċiż notification.

Tista’ ssib l-informazzjoni fuq dan is-sit web:

http://www.justice.public.lu/fr/annuaire/index.html

Il-Ministeru tal-Ġustizzja m’għandu ebda setgħa f’dan ir-rigward u għalhekk l-ittri u d-dokumenti l-oħra dwar in-notifika ta’ dokumenti m’għandhomx jiġu indirizzati lill-Ministeru.

L-Artikolu 2(2) - Aġenziji li jirċievu

Tista’ ssib uffiċjal ġudizzjarju fuq dan is-sit web:

http://www.huissier.lu/members.php

L-Artikolu 2(4)(c) - Mezzi biex jiġu rċevuti d-dokumenti

L-irċevuta tista’ tkun bil-:

posta, posta elettronika, faks jew telefon.

L-Artikolu 2(4)(d) - Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-formola standard fl-Anness I

Franċiż u Ġermaniż.

L-Artikolu 3 - Korp ċentrali

Il-korp ċentrali huwa l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku (Parquet Général) tal-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja (Cour supérieur de Justice).

Parquet Général

Cité judiciaire

Bâtiment CR

Indirizz postali: L-2080 Luxembourg

Tel. (352) 47 59 81-336

Faks (352) 47 05 50

Posta elettronika: parquet.general@justice.etat.lu

Lingwi: Franċiż u Ġermaniż.

Il-Ministeru tal-Ġustizzja m’għandu ebda setgħa f’dan ir-rigward u għalhekk l-ittri u d-dokumenti l-oħra dwar in-notifika ta’ dokumenti m’għandhomx jiġu indirizzati lill-Ministeru.

L-Artikolu 4 - Trasmissjoni tad-dokumenti

Il-Lussemburgu jippermetti li l-formola ta’ applikazzjoni (formola standard) timtela’ bil-Ġermaniż kif ukoll fil-Franċiż.

L-Artikolu 8(3) u 9(2) - Termini preskrittivi stabbiliti mil-liġi nazzjonali għan-notifika tad-dokumenti

Skont il-liġi Lussemburgiża, dokument għandu jiġi notifikat f’perjodu speċifiku, kif previst fl-Artikoli 8(3) u 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tat-13 ta’ Novembru 2007.

Fejn id-dokument jiġi notifikat personalment minn uffiċjal ġudizzjarju(signification), l-avviż tan-notifika għandu jindika id-data tan-notifika, jiġifieri d-data li fiha l-avviż tan-notifika jitwassal lid-destinatarju jew fl-indirizz tad-dar tad-destinatarju, jew id-data li fiha d-dokument jiġi ddepożitat fl-indirizz tad-dar tad-destinatarju.

Jekk id-destinatarju ma jaċċettax il-kopja tad-dokument li għandu jiġi notifikat, l-uffiċjal ġudizzjarju jniżżel dan fl-avviż tan-notifika. F’dan il-każ, id-dokument jitqies li jkun ġie notifikat fid-data li fiha jkun ġie ppreżentat lid-destinatarju.

Meta l-persuna li lilha jiġi notifikat id-dokument ma jkollhiex indirizz jew residenza magħrufa, l-uffiċjal ġudizzjarju jfassal rekord tan-notifika (procès-verbal) li jelenka l-passi meħuda biex jinstab id-destinatarju. Id-dokument jitqies li jkun ġie notifikat meta jitfassal ir-rekord tan-notifika.

Fejn id-dokument jiġi notifikat bil-posta rreġistrata (notification), il-Lussemburgu japplika sistema ta’ data doppja.

Id-data fir-rigward tal-ispeditur hija differenti mid-data fir-rigward tad-destinatarju.

Fir-rigward tal-ispeditur, id-data tan-notifika hija d-data li fiha jintbagħat id-dokument.

Fir-rigward tad-destinatarju, id-data tan-notifika hija d-data li fiha d-dokument jasal għand id-destinatarju.

Jekk id-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta l-ittra rreġistrata, il-ħaddiem postali jimmarka dan fil-konferma tar-riċevuta u jirritorna l-ittra rreġistrata akkumpanjata mill-konferma tar-riċevuta. F’dan il-każ, id-dokument jitqies li jkun ġie notifikat fid-data li fiha l-ittra rreġistrata tkun ġiet ippreżentata lid-destinatarju.

L-Artikolu 10 - Ċertifikat tas-servizz u kopja tad-dokument innotifikat

Il-Lussemburgu jippermetti li l-formola ta’ applikazzjoni (formola standard) timtela’ bil-Ġermaniż kif ukoll fil-Franċiż.

L-Artikolu 11 - Spejjeż tas-servizz

Ir-rata unika fissa hija stabbilita għal EUR 138.

L-Artikolu 13 - Servizz minn aġenti diplomatiċi jew konsulari

Il-Lussemburgu huwa kontra l-aġenti diplomatiċi u konsulari tiegħu li jinnotifikaw direttament dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji fi Stat Membru ieħor.

Il-Lussemburgu huwa wkoll kontra l-aġenti diplomatiċi u konsulari ta’ Stati membri oħra li jinnotifikaw dawn id-dokumenti fit-territorju tiegħu, ħlief fil-każijiet li fihom id-dokument għandu jiġi notifikat fuq ċittadin tal-Istat Membru li joriġina minnu.

L-Artikolu 15 - Servizz dirett

Il-Lussemburgu jawtorizza notifika diretta skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007.

Il-Ministeru tal-Ġustizzja m’għandu ebda setgħa f’dan ir-rigward u għalhekk l-ittri u d-dokumenti l-oħra dwar in-notifika ta’ dokumenti m’għandhomx jiġu indirizzati lill-Ministeru.

Id-dokumenti jistgħu jiġu notifikati minn uffiċjali ġudizzjarji.

L-uffiċjali ġudizzjarji fl-istat indirizzat mhumiex responsabbli biex jiżguraw li l-forma u l-kontenut tad-dokument trażmess direttament mill-persuna kkonċernata jkunu kif suppost. Huma responsabbli biss mil-formalitajiet u mill-proċeduri li japplikaw waqt li jinnotifikaw id-dokumenti fl-istat indirizzat.

Tista’ ssib uffiċjal ġudizzjarju fuq dan is-sit web:

http://www.huissier.lu/members.php

L-Artikolu 19 - Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċeduri

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Franċiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Minkejja l-Artikolu 19(1), il-qrati fil-Lussemburgu jistgħu jagħtu sentenza jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 19(2).

Skont l-Artikolu 19(4), talba għal eżenzjoni fil-Lussemburgu tista’ tiġi ddikjarata inammissibbli jekk ma tiġix ippreżentata fi ħdan perjodu raġonevoli - biex tiġi vvalutata mill-imħallef - mill-mument meta l-konvenut isir jaf bis-sentenza jew mill-mument li tintemm l-impossibilità li tittieħed azzjoni; ma jistgħux jiġu ppreżentati talbiet aktar minn sena wara li tkun inqatgħet is-sentenza.

L-Artikolu 20 - Ftehimiet jew arranġamenti li tagħhom huma firmatarji l-Istati Membri u li huma konformi mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 20(2)

/

L-aħħar aġġornament: 19/03/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna