Sib informazzjoni għal kull reġjun
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
Mill-15/04/2019 l-aġenzija tat-trażmissjoni fl-Irlanda hija l-Combined Court Office, Castlebar, County Mayo.
Service of EU documents,
Courts Service Centralised Office,
Combined Court Office,
The Courthouse,
Castlebar,
Co. Mayo
E-mail: serviceofeudocuments@courts.ie
Kwalunkwe mistoqsija b’rabta ma’ talbiet għal notifika li ssir qabel il-15/04/2019 għandha tintbagħat lill-uffiċċju minn fejn tkun intbagħtet it-talba.
Mill-15/04/2019 l-aġenzija riċeventi fl-Irlanda hija l-Combined Court Office, Castlebar, County Mayo.
Service of EU documents,
Courts Service Centralised Office,
Combined Court Office,
The Courthouse,
Castlebar,
Co. Mayo
E-mail: serviceofeudocuments@courts.ie.
Kwalunkwe mistoqsija b’rabta ma’ talbiet għal notifika li ssir qabel il-15/04/2019 għandha tintbagħat lill-uffiċċju li fih tkun intbagħtet it-talba.
Mezzi possibbli għar-riċeviment: l-atti jistgħu jkunu trażmessi bil-posta jew minn fornitur tas-servizzi bħal fornitur tas-servizzi tal-kunsinna bl-express.
Il-komunikazzjonijiet għal raġunijiet amministrattivi jistgħu jsiru wkoll permezz tal-e-mail.
Il-formola standard tista’ timtela bl-Irlandiż jew bl-Ingliż.
The Master,
The High Court,
Four Courts
Dublin 7
Ireland
Il-Komunikazzjonijiet bl-Ingliż jew bl-Irlandiż jistgħu jsiru bil-posta, jew bil-faks lill-Uffiċċju Ċentrali tal-Qorti Superjuri f’dan in-numru: (353-1) 872 56 69. Il-komunikazzjoni permezz tat-telefon lill-Uffiċċju Ċentrali tal-Qorti Superjuri f’dan in-numru (353-1) 888 60 00 hija possibbli wkoll.
L-Irlanda taċċetta l-formola tal-applikazzjoni (formola standard) bl-Irlandiż jew bl-Ingliż.
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu ma japplikawx fil-liġi tal-Irlanda.
L-Irlanda taċċetta l-formola għaċ-ċertifikat bl-Irlandiż jew bl-Ingliż.
Meta tintalab notifika personali skont l-Artikolu 11(2), tali notifika ssir minn aġenzija legali, investigatur privat jew solicitor bi ħlas ta’ tariffa maqbula bejn il-partijiet u din normalment tkun bejn EUR 70 u EUR 100.
L-Irlanda mhijiex kontra dan.
L-Irlanda mhux se tkun qed tagħmel notifiki diretti.
Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, qorti fl-Irlanda tista’ toħroġ verdett anki jekk ma jkun ġie riċevut l-ebda ċertifikat tan-notifika jew tal-kunsinna, jekk il-kundizzjonijiet kollha stipulati fil-paragrafu 2 ikunu ġew issodisfati.
F’rabta mal-Artikolu 19(4), il-qorti tiddeċiedi min rajha jekk ir-rikors għal-liberazzjoni jkunx ġie fi ppreżentat fi żmien raġonevoli wara li l-konvenut ikun sar jaf bis-sentenza.
L-ebda
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.