Sib informazzjoni għal kull reġjun
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
Fl-Ungerija, l-aġenzija tat-trażmissjoni
Fl-Ungerija, l-aġenzija riċeventi
L-aġenzija riċeventi taċċetta dokumenti bil-posta, bil-faks jew elettronikament.
Ungeriż, Ġermaniż, Ingliż, Franċiż.
Fl-Ungerija, il-kompiti tal-entità ċentrali jitwettqu mill-ministru inkarigat mis-sistema ġudizzjarja.
Il-Ministeru tal-Ġustizzja (Igazságügyi Minisztérium)
Id-Dipartiment tad-Dritt Internazzjonali Privat (Nemzetközi Magánjogi Főosztálya)
Indirizz: Kossuth Lajos tér 2-4., H-1055 Budapest
Indirizz: Pf. 2., 1357 Budapest
Tel.: +36 1 795 5397, 1 795 3188
Faks: +36 1 795 0463
Email: nmfo@im.gov.hu
Lingwi: Ungeriż, Ġermaniż, Ingliż u Franċiż.
Barra l-Ungeriż, huma aċċettati wkoll il-Ġermaniż, l-Ingliż u l-Franċiż.
Mhux applikabbli fl-Ungerija.
Barra l-Ungeriż, huma aċċettati wkoll il-Ġermaniż, l-Ingliż u l-Franċiż.
In-notifika tad-dokumenti mill-qorti hija bla ħlas.
It-tariffa għan-notifika minn marixxall tal-qorti hija ta’ HUF 7 500. Din trid titħallas bil-quddiem permezz ta’ trasferiment bankarju fil-kont ta’ hawn taħt, u l-konferma tat-trasferiment trid tinhemeż mal-applikazzjoni.
In-notifika skont l-Artikolu 13 hija applikabbli biss fl-Ungerija jekk id-destinatarju jkun ċittadin tal-Istat Membru trażmettitur.
In-notifika skont l-Artikolu 15 tar-Regolament isseħħ fl-Ungerija f’konformità mal-leġiżlazzjoni li tirregola n-notifika mill-marixxalli tal-qorti.
F’xi każijiet bħal dawn, il-qrati tal-Ungerija jistgħu joħorġu verdett, dment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha tal-Artikolu 19(2).
Fl-Ungerija, il-limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ rikors skont l-Artikolu 19(4) huwa ta’ sena.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.