Sib informazzjoni għal kull reġjun
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti
Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti
Mezzi possibbli għar-riċezzjoni: posta.
Minbarra l-Grieg, il-formola tista' timtela bl-Ingliż jew bil-Franċiż.
Il-Ministeru Elleniku tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem
(Ypourgéio Dikaiosýnis, Diafáneias kai Anthropínon Dikaiomáton)
Id-Dipartiment tal-Kooperazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali f'Kawżi Ċivili u Kriminali
(Tmíma Diethnoús Dikastikís Synergasías se Astikés kai Poinikés Ypothéseis)
96 Mesogion Av.
Μεσογείων 96
11527 Athens, Greece
11527 Aθήνα, Ελλάδα
Τelefown: (0030) 210 7767529, (0030) 210 7767322, (0030) 210 7767312
Faks: (0030) 210 7767499
Posta elettronika: civilunit@justice.gov.gr, gkouvelas@justice.gov.gr, mntolia@justice.gov.gr, avasilopoulou@justice.gov.gr
Minbarra l-Grieg, il-Greċja taċċetta formoli ta' talbiet mimlija bl-Ingliż jew bil-Franċiż.
Il-Greċja mhix beħsiebha tidderoga mill-Artikolu 9(1) u (2).
Minbarra l-Grieg, il-Greċja taċċetta ċertifikati mimlija bl-Ingliż jew bil-Franċiż.
Mill-1 ta' Awwissu 2013, l-ispejjez tan-notifika minn prosekutur pubbliku (eisangeléas) jikkorrispondu għal tariffa fissa ta' EUR 50.
Il-ħlasijiet iridu jsiru bi trasferiment bankarju lill-"Ministeru Elleniku tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem" (Ypourgeío Dikaiosýnis, Diafáneias kai Anthropínon Dikaiomáton), fil-kont bankarju li ġej:
Bank of Greece (Trápeza tis Elládos)
Numru tal-kont: 23/2341147896
IBAN: GR9101000230000002341147896
Kodiċi Swift: BNGRGRAA
It-talbiet kollha għal notifika skont l-Artikolu 4 tar-Regolament iridu jkunu konformi mal-proċedura deskritta. Talbiet mhux akkumpanjati mill-irċevuta tal-ħlas meħtieġa mill-bank jiġu rritornati mingħajr ipproċessar.
Il-Greċja topponi n-notifika ta' dokumenti ġudizzjarji u ekstraġudizzjarji fit-territorju tagħha b'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ħlief meta d-dokumenti kkonċernati jkunu jridu jiġu nnotifikati liċ-ċittadini tal-Istat Membru minn fejn ikunu oriġinaw id-dokumenti.
Il-Greċja ma esprimiet l-ebda riżerva fir-rigward ta' dan l-Artikolu.
Minkejja l-paragrafu 1, sakemm il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 2 ikunu ssodisfati, il-qrati fil-Greċja huma meħtieġa jagħtu sentenza.
Talba għal eżenzjoni stipulata fil-paragrafu 4 tista' tiġi ppreżentata fi żmien tliet snin mill-għoti tas-sentenza.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.