Sib informazzjoni għal kull reġjun
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
Fi Franza, l-aġenziji tat-trażmissjoni huma l-marixxalli tal-qorti (huissiers de justice) u r-reġistraturi tal-qrati (greffes des juridictions).
Fi Franza l-aġenziji riċeventi huma biss il-marixxalli tal-qorti.
Mezzi disponibbli għar-riċeviment tal-atti: il-posta
Franza taċċetta li l-formola standard għat-talba li tinsab fl-Anness I tista’ timtela bil-Franċiż jew b’waħda mil-lingwi li ġejjin: l-Ingliż, il-Ġermaniż, it-Taljan u l-Ispanjol
L-entità ċentrali hija l-Bureau du droit de l'Union, du droit international privé et de l’entraide civile (l-Uffiċċju għad-dritt tal-UE, id-dritt internazzjonali privat u l-assistenza legali reċiproka f’materji ċivili - BDIP).
Indirizz :
Ministère de la Justice
Direction des Affaires Civiles et du Sceau
Bureau du droit de l'Union, du droit international privé et de l'entraide civile (BDIP)
13, place Vendôme
F-75042 Paris Cedex 01
Tel.: 00 33 (0)1 44 77 61 05
Faks: 00 33 (0)1 44 77 61 22
Email: Entraide-civile-internationale@justice.gouv.fr
Għarfien lingwistiku: Franċiż u Ingliż.
Franza taċċetta li l-formola standard għat-talba li tinsab fl-Anness I tista’ timtela bil-Franċiż jew b’waħda mil-lingwi li ġejjin: l-Ingliż, il-Ġermaniż, it-Taljan u l-Ispanjol.
Skont il-liġi Franċiża, att irid ikun innotifikat fi żmien partikolari, kif indikat fl-Artikolu 8(3) u 9(2).
Franza taċċetta li ċ-ċertifikat ta’ notifika jew il-kopja tal-att innotifikat jkun jista’ jimtela bil-Franċiż jew b’waħda mil-lingwi segwenti: l-Ingliż, il-Ġermaniż, it-Taljan, l-Ispanjol.
It-tariffa fissa marbuta man-notifika mill-marixxall tal-qorti hija ta’ EUR 48.75 (id-digriet tas-26 ta’Frar 2016). It-trażmissjoni tal-atti trid tkun akkumpanjata mill-pagament korrispondenti, għajr fil-każijiet li fihom ir-rikorrent ikun jibbenefika minn assistenza ġuridika.
Franza hija kontra li, fit-territorju tagħha, Stat Membru jużufruwixxi mill-fakultà li jinnotifika atti ġudizzjarji permezz tal-kanali konsulari jew diplomatiċi, sakemm id-destinatarju tal-att ma jkunx ċittadin ta’ dak l-Istat Membru.
Franza mhijiex kontra l-possibbiltà ta’ notifika diretta prevista mill-Artikolu 15(1).
Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, imħallef Franċiż jista’ jagħti l-verdett jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha stipulati fil-paragrafu 2.
Talba għal-liberazzjoni kif stipulata fil-paragrafu 4 trid tiġi ppreżentata fi żmien sena mid-deċiżjoni.
Il-Konvenzjoni tal-1 ta’ Marzu 1954 dwar il-proċedura ċivili
Il-Konvenzjoni tal-15 ta’ Novembru 1965 dwar in-Notifika barra l-Pajjiż ta’ Dokumenti Ġudizzjarji u Extraġudizzjarji fi Kwistjonijiet Ċivili jew Kummerċjali
Il-Ftehim iffirmat fil-5 ta’ April 1967 bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Franza u l-Gvern tar-Repubblika Popolari tal-Polonja bl-għan li jiffaċilita l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1 ta’ Marzu 1954
Il-Ftehim bejn ir-Repubblika ta’ Franza u r-Repubblika Soċjalista Federali tal-Jugoslavja bl-għan li jiffaċilita l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1 ta’ Marzu 1954 dwar il-proċedura ċivili, iffirmat f’Belgrad fid-29 ta’ Ottubru 1969
Il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika ta’ Franza u r-Repubblika Soċjalista tar-Rumanija dwar l-Assistenza Legali f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f’Pariġi fil-5 ta’ Novembru 1974
Il-Konvenzjoni dwar l-Assistenza u l-Kooperazzjoni Legali bejn ir-Repubblika ta’ Franza u r-Repubblika tal-Awstrija li tissupplimenta l-Konvenzjoni tal-Aja tal-1 ta’ Marzu 1954 dwar il-proċedura ċivili, iffirmata fi Vjenna fis-27 ta’ Frar 1979
Il-Konvenzjoni dwar l-Assistenza Legali f’Materji Ċivili u Familjali, dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi bejn ir-Repubblika ta’ Franza u r-Repubblika Popolari tal-Ungerija, iffirmata f’Budapest fil-31 ta’ Lulju 1980
Il-Konvenzjoni bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Franza u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista taċ-Ċekoslovvakja dwar l-Assistenza Legali u r-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi f’Materji Ċivili, Familjali u Kummerċjali, iffirmata fl-10 ta’ Mejju 1984
Il-Konvenzjoni dwar l-Assistenza Legali f’Materji Ċivili bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Franza u l-Gvern tar-Repubblika Popolari tal-Bulgarija, iffirmata f’Sofija fit-18 ta’ Jannar 1989
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.