Sib informazzjoni għal kull reġjun
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
L-aġenziji tat-trażmissjoni huma l-qrati distrettwali (käräjäoikeudet), il-Qorti tas-Suq (markkinaoikeus), il-qrati tal-appell (hovioikeudet), il-Qorti Suprema (korkein oikeus) u l-Ministeru tal-Ġustizzja.
Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti
Il-mezzi ta’ riċeviment tal-atti għad-disponibbiltà tagħhom: l-atti jistgħu jiġu kkunsinjati bil-posta, faks jew email.
Il-lingwi li jistgħu jintużaw biex timtela l-formola standard: il-Finlandiż, l-Iżvediż u l-Ingliż.
Il-korp ċentrali huwa l-Ministeru tal-Ġustizzja.
Oikeusministeriö [Ministeru tal-Ġustizzja]
PL 25
FIN-00023 Valtioneuvosto [Gvern]
Tel. (358-9) 16 06 76 28
Faks: (358-9) 16 06 75 24
Email: central.authority@om.fi
L-atti jistgħu jiġu kkunsinjati bil-posta, faks jew email.
Lingwi: il-Finlandiż, l-Iżvediż u l-Ingliż.
Il-formola tal-applikazzjoni tista’ timtela bil-Finlandiż, bl-Iżvediż jew bl-Ingliż.
Skont l-Artikolu 9(3), il-Finlandja tinforma lill-Kummissjoni li mhux se tapplika d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(1) u (2). Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu, fl-għamla attwali tagħhom, ma għandhom l-ebda sinifikat konċepibbli mill-perspettiva tas-sistema ġuridika tal-pajjiż u għaldaqstant fil-prattika ma jistgħux ikunu applikati fil-Finlandja.
Il-formola taċ-ċertifikat tista’ timtela bil-Finlandiż, bl-Iżvediż jew bl-Ingliż.
Ma tinżamm l-ebda tariffa lill-aġenzija tat-trażmissjoni barranija għan-notifika tal-atti.
Il-Finlandja ma toġġezzjonax għal dan il-mezz ta’ notifika.
Il-Finlandja ma toġġezzjonax għal dan il-mezz ta’ notifika.
Billi l-Finlandja ma tagħtix in-notifika msemmija fl-Artikolu 19(2), il-qrati tal-Finlandja ma jistgħux jagħtu s-sentenza tagħhom f’każijiet skont l-Artikolu 19(2). Minħabba f’hekk, ma hemmx bżonn in-notifika msemmija fl-Artikolu 19(4).
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.