L-aġenzija mittenti għan-notifika ta’ rikorsi ġuramentati u ċitazzjonijiet barra mill-pajjiż hija l-qorti li l-każ ikun pendenti quddiemha.
L-aġenzija mittenti għan-notifika ta’ dokumenti ekstraġudizzjarji barra mill-pajjiż hija l-qorti distrettwali (rayonen sad) b’ġuriżdizzjoni fuq l-indirizz kurrenti jew permanenti, jew l-uffiċċju reġistrat tal-persuna jew entità li titlob in-notifika; u għad-dokumenti attestati minn nutar, hija l-qorti distrettwali (rayonen sad) b’ġuriżdizzjoni fuq id-distrett li fih jipprattika n-nutar.
L-aġenzija riċeventi fil-każ tar-Repubblika tal-Bulgarija hija l-qorti distrettwali (rayonen sad) li fil-ġuriżdizzjoni tagħha d-dokumenti għandhom ikunu notifikati.
Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti
Il-qrati distrettwali jaċċettaw il-konsenja bil-posta ta’ talbiet għan-notifika u d-dokumenti annessi li għandhom jiġu notifikati.
Il-qrati distrettwali jaċċettaw forom standard kompluti bil-Bulgaru, bl-Ingliż u bil-Franċiż.
L-awtorità ċentrali hija l-Ministeru tal-Ġustizzja.
Id-Direttorat tal-Kooperazzjoni Legali Internazzjonali u l-Affarijiet Ewropej
Tel.: +359 2 9237 413
+359 2 9237 544
+359 2 9237 576
Faks: +3592 9809223
posta elettronika: civil@justice.government.bg
1, Ulitsa Slavyanska
PO Box 1040, Sofia
Il-forma ta’ applikazzjoni standard għat-trażmissjoni tista’ tiġi kompluta bil-Bulgaru, bl-Ingliż jew bil-Franċiż.
Il-leġiżlazzjoni Bulgara ma tispeċifikax terminu għan-notifika ta’ dokumenti.
Ir-Repubblika tal-Bulgarija tippermetti ċ-ċertifikat tan-notifika u kopja tad-dokument innotifikat li għandu jiġi redatt bil-Bulgaru, bl-Ingliż jew bil-Franċiż.
Il-leġiżlazzjoni Bulgara ma tistipulax tariffa għan-notifika ta’ dokumenti bil-mod normali. Tariffa stabbilita f’konformità mal-Iskeda ta’ Tariffi u Spejjeż taħt l-Att dwar il-Bailiffs Privati tinġabar għan-notifika ta’ dokumenti b’metodu partikolari.
F’konformità mal-Artikolu 13(2), ir-Repubblika tal-Bulgarija tiddikjara li hija tippermetti li n-notifika ta’ dokumenti skont l-Artikolu 13(1) issir fit-territorju tagħha biss jekk id-destinatarju jkun ċittadin tal-Istat Membru minn fejn joriġina d-dokument (l-Artikolu 608 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
In-notifika diretta skont l-Artikolu 15 mhijiex permessa skont il-liġi Bulgara (l-Artikolu 613 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
Ir-Repubblika tal-Bulgarija tiddikjara għalhekk li mhijiex se tagħmel użu mill-possibbiltà prevista skont l-Artikolu 19(2).
Jista’ jsir rikors skont l-Artikolu 19(4) fi żmien sena mill-għoti ta’ sentenza mill-qorti.
Ir-Repubblika tal-Bulgarija ma adottatx u ma konkludiet ebda ftehim, kompatibbli mar-Regolament, sabiex tħaffef jew tissimplifika t-trażmissjoni ta’ dokumenti.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.