Notifika ta' dokumenti

Belġju

Il-kontenut ipprovdut minn
Belġju

SIB QRATI KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Belġju

Għoti ta' Dokumenti


*input mandatarju

L-Artikolu 2(4)(c) - Mezzi biex jiġu rċevuti d-dokumenti

L-entitajiet għandhom dawn il-mezzi biex jirċievu: posta, telefon, faks, posta elettronika.

L-Artikolu 2(4)(d) - Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-formola standard fl-Anness I

Lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola standard: il-Franċiż, in-Netherlandiż, il-Ġermaniż u l-Ingliż.

L-Artikolu 3 - Korp ċentrali

L-entità ċentrali hija l-Kamra Nazzjonali tal-Uffiċjali Ġudizzjarji.

Chambre Nationale des Huissiers de Justice

Avenue Henri Jaspar 93

B-1060 Bruxelles

Tel: (32-2) 538 00 92

Faks: (32-2) 539 41 11

Posta elettronika: info@nkgb-cnhb.be

L-informazzjoni tista’ tintbagħat bil-posta, faks, posta elettronika jew telefon.

Lingwi: il-Franċiż, in-Netherlandiż, il-Ġermaniż u l-Ingliż.

L-Artikolu 4 - Trasmissjoni tad-dokumenti

Il-formola ta’ applikazzjoni (formola standard) hija aċċettaqta bl-Ingliż, minbarra l-Franċiż, in-Netherlandiż kif ukoll il-Ġermaniż.

L-Artikolu 8(3) u 9(2) - Termini preskrittivi stabbiliti mil-liġi nazzjonali għan-notifika tad-dokumenti

Il-Belġju japplika sistema ta’ data doppja biex jiddetermina l-mument ta’ notifika (notification) jew notifika (signification); fil-fatt, id-data li trid titqies bħala l-ħin tan-notifika tkun differenti skont jekk ikunx ikkunsidrat id-destinatarju tad-dokument jew min jibgħat id-dokument.

Skont l-Artikolu 53a tal-Kodiċi Ġudizzjarju Belġjan fir-rigward tar-riċevitur, u sakemm il-liġi ma tipprovdix mod ieħor, it-termini ta’ żmien li jibda jiddekorri min-notifika permezz tal-karti huma kkalkolati minn:

1° meta ssir in-notifika (notification) bil-posta, jew permezz ta’ ittra rreġistrata b’avviż tal-wasla fl-ewwel jum li fih l-ittra ġiet ippreżentat fid-dar tad-destinatarju jew, fejn xieraq, ir-residenza tiegħu jew id-domiċilju magħżul;

2° meta n-notifika (notification) ssir permezz ta’ ittra reġistrata jew ittra sempliċi, mit-tielet jum tax-xogħol wara dak li fih l-ittra kienet ingħatat lis-servizzi postali, sakemm id-destinatarju ma jurix mod ieħor.

Fir-rigward ta’ min qed jibgħat, id-data tad-dispaċċ (jew id-data ta’ depożitu fl-uffiċċju postali jew fir-Reġistru) li għandha valur tad-data tas-servizz jew tan-notifika.

B’hekk, jekk parti fil-proċedimenti li tkun tilfet fl-ewwel istanza trid tagħmel proċedimenti ta’ appell, għandha tkun tista’ tagħmel dan mingħajr ma jiġi mistenni li jitlestew il-formalitajiet ta’ notifika tad-deċiżjoni.

B’hekk, barra minn hekk, jekk persuna li tixtieq tinterrompi preskrizzjoni, għandha tagħmel att li jinterrompi (att extraġudizzjarju).

L-Artikolu 10 - Ċertifikat tas-servizz u kopja tad-dokument innotifikat

Il-Belġju jaċċetta li l-formola ta’ ċertifikazzjoni timtela’ bl-Ingliż, minbarra l-Franċiż, in-Netherlandiż kif ukoll il-Ġermaniż.

L-Artikolu 11 - Spejjeż tas-servizz

L-ispejjeż ta’ notifika (signification) minn marixxall tal-qorti jikkorrispondu għal rata fissa ta’ EUR 165 (inkluż il-VAT Belġiana), għandhom jitħallsu mir-rikorrent għal kull att notifikat lil persuna fiżika jew ġuridika. Dak l-ammont jew parti minnu jista’ jintalab minn uffiċjal ġudizzjarju qabel kwalunkwe intervent. F’każ ta’ applikazzjoni tal-VAT lill-Istat Membru ta’ oriġini dwar l-ispejjeż tan-notifika (signification) skont ir-regoli Ewropej dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, il-marixxall tal-qorti għandu jagħti lura kwalunkwe ħlas żejjed. Dan il-ħlas għandu jsir direttament minn bank jew istituzzjoni finanzjarja approvata mill-pajjiż tar-rikorrent fil-Belġju; L-imposti bankarji għandhom jitħallsu minn min iħallas.

L-Artikolu 13 - Servizz minn aġenti diplomatiċi jew konsulari

Il-Belġju jopponi l-użu fit-territorju tiegħu tal-għażla prevista fl-Artikolu 13(1).

L-Artikolu 15 - Servizz dirett

Il-Belġju mhuwiex kontra l-possibbiltà ta’ notifika (signification) jew ta' notifika diretta prevista mill-Artikolu 15(15).

L-Artikolu 19 - Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċeduri

Fil-Belġju, l-imħallfin, minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, jistgħu jagħtu s-sentenza jekk il-kondizzjonijiet kollha previsti fil-paragrafu 2 huma ssodisfati.

Talba għal-liberazzjoni kif stipulata fil-paragrafu 4 trid tiġi ppreżentata fi żmien sena mid-deċiżjoni.

L-aħħar aġġornament: 13/02/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna