Sib informazzjoni għal kull reġjun
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti
Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti
Mezzi ta’ riċeviment disponibbli:
Il-formola tista’ timtela bil-Ġermaniż jew bl-Ingliż.
Il-korp ċentrali huwa l-Ministru Federali tal-Ġustizzja (Bundesministerium für Justiz).
Bundesministerium für Justiz
Museumstraße 7
1070 Vienna
Tel.: (43-1) 52152-2141
Faks: (43-1) 52152-2829
Email: team.z@justiz.gv.at
Lingwi: Ġermaniż u Ingliż.
Il-formoli standard tat-talba (il-formola fl-Anness I) jistgħu jimtlew bil-Ġermaniż jew bl-Ingliż.
Sa fejn nafu, bħalissa ma hemm l-ebda att fil-liġi tal-Awstrija tat-tip imsemmi fl-Artikoli 8(3) u 9(2).
Iċ-ċertifikati (formola fl-Anness I) jistgħu jimtlew bil-Ġermaniż jew bl-Ingliż.
Ma tapplika l-ebda tariffa fissa.
L-Awstrija ma toġġezzjonax għan-notifika skont l-Artikolu 13(1).
In-notifika tal-atti ġudizzjarji direttament permezz tal-uffiċjali ġudizzjarji, funzjonarji jew persuni kompetenti oħra tal-Istat Membru li t-talba hija indirizzata lilu mhijiex permessa skont il-liġi tal-Awstrija.
Il-qrati tal-Awstrija, minkejja l-paragrafu 1, jistgħu joħorġu verdett jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 2.
L-Awstrija ma tipproponix li jkun iddikjarat limitu ta’ żmien fis-sens tal-aħħar sottoparagrafu tal-Artikolu 19(4) għall-preżentazzjoni tar-rikors għal-liberazzjoni mill-effetti tal-iskadenza tat-terminu preskrittiv għall-appell.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.