Notifika ta' dokumenti

Awstrija

Il-kontenut ipprovdut minn
Awstrija

SIB QRATI KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Awstrija

Għoti ta' Dokumenti


*input mandatarju

L-Artikolu 2(1) - Aġenziji Trażmettituri

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 2(2) - Aġenziji li jirċievu

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 2(4)(c) - Mezzi biex jiġu rċevuti d-dokumenti

Mezzi ta’ riċeviment disponibbli:

  • Permezz tal-posta
  • Permezz ta’ servizzi oħra ta’ kunsinna (pereż. bil-kurjer)
  • Permezz tal-faks

L-Artikolu 2(4)(d) - Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-formola standard fl-Anness I

Il-formola tista’ timtela bil-Ġermaniż jew bl-Ingliż.

L-Artikolu 3 - Korp ċentrali

Il-korp ċentrali huwa l-Ministru Federali tal-Ġustizzja (Bundesministerium für Justiz).

Bundesministerium für Justiz

Museumstraße 7

1070 Vienna

Tel.: (43-1) 52152-2141

Faks: (43-1) 52152-2829

Email: team.z@justiz.gv.at

Lingwi: Ġermaniż u Ingliż.

L-Artikolu 4 - Trasmissjoni tad-dokumenti

Il-formoli standard tat-talba (il-formola fl-Anness I) jistgħu jimtlew bil-Ġermaniż jew bl-Ingliż.

L-Artikolu 8(3) u 9(2) - Termini preskrittivi stabbiliti mil-liġi nazzjonali għan-notifika tad-dokumenti

Sa fejn nafu, bħalissa ma hemm l-ebda att fil-liġi tal-Awstrija tat-tip imsemmi fl-Artikoli 8(3) u 9(2).

L-Artikolu 10 - Ċertifikat tas-servizz u kopja tad-dokument innotifikat

Iċ-ċertifikati (formola fl-Anness I) jistgħu jimtlew bil-Ġermaniż jew bl-Ingliż.

L-Artikolu 11 - Spejjeż tas-servizz

Ma tapplika l-ebda tariffa fissa.

L-Artikolu 13 - Servizz minn aġenti diplomatiċi jew konsulari

L-Awstrija ma toġġezzjonax għan-notifika skont l-Artikolu 13(1).

L-Artikolu 15 - Servizz dirett

In-notifika tal-atti ġudizzjarji direttament permezz tal-uffiċjali ġudizzjarji, funzjonarji jew persuni kompetenti oħra tal-Istat Membru li t-talba hija indirizzata lilu mhijiex permessa skont il-liġi tal-Awstrija.

L-Artikolu 19 - Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċeduri

Il-qrati tal-Awstrija, minkejja l-paragrafu 1, jistgħu joħorġu verdett jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 2.

L-Awstrija ma tipproponix li jkun iddikjarat limitu ta’ żmien fis-sens tal-aħħar sottoparagrafu tal-Artikolu 19(4) għall-preżentazzjoni tar-rikors għal-liberazzjoni mill-effetti tal-iskadenza tat-terminu preskrittiv għall-appell.

L-aħħar aġġornament: 13/03/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna