Medjazzjoni tal-familja

Slovenja
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

Il-medjazzjoni fis-Slovenja hija regolata mill- Att dwar il-Medjazzjoni f'Materji Ċivili u Kummerċjali (Zakon o mediaciji v civilnih in gospodarskih zadevah - ZMCGZ; Uradni list RS (Gazzetta Uffiċjali ta' RS); UL RS Nru 56/08) li tintuża, skont l-Artikolu 2(1) tagħha, għal medjazzjoni fi kwistjonijiet tal-familja li jikkonċernaw talbiet li dwarhom il-partijiet jistgħu jiftiehmu fuqhom liberament Barra minn hekk, l- Att dwar ir-Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim f'Materji Ġudizzjarji (Zakon o alternativnem reševanju sodnih sporov - ZARSS; UL RS Nru 97/09 u 40/12 - ZUJF) japplika għar-relazzjonijiet familjali, u skont dak l-Att il-qorti trid tippermetti l-medjazzjoni bejn partijiet fi kwistjoni legali.

L-Artikolu 22(1) taz-ZARSS jistipula illi l-medjazzjoni fi kwistjonijiet dwar ir-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal hija mingħajr ħlas għaliex it-tariffi tal-medjatur u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħu huma koperti totalment mill-qorti - mhux mill-partijiet. Dan japplika wkoll f'każijiet fejn waqt il-medjazzjoni, flimkien mal-kwistjoni dwar ir-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal, qed tinstab ukoll soluzzjoni dwar il-propjetà tal-konjuġi.

Skont l-Artikolu 2 tar-Regoli dwar medjaturi fil-programmi tal-qorti (Pravilnik o mediatorjih v programih sodišč; UL RS Nri 22/10 u 35/13), il-qorti responsabbli għal-lista ta' medjaturi skont iz-ZARSS tiddeċiedi, skont il-bżonnijiet tal-programm, in-numru massimu ta' medjaturi li jistgħu jitniżżlu fil-lista għal żona partikolari. Għall-medjazzjoni fi kwistjonijiet tal-familja, il-qorti trid, skont in-numru ta' medjaturi fuq il-lista, tikkunsidra l-fatt illi l-medjazzjoni fi kwistjonijiet bejn ġenituri u tfal tista' ssir minn żewġ medjaturi, wieħed li jkun għadda mill-eżami tal-warrant u l-ieħor li jkollu għarfien espert u esperjenza fil-qasam tal-psikoloġija jew qasam ieħor simili.

Fil-liġijiet tagħna ma hemmx aktar regolamenti dwar il-medjazzjoni fi kwistjonijiet tal-familja. Il-Kodiċi tal-Familja l-ġdid għandu jkollu dispożizzjonijiet aktar dettaljati dwar il-medjazzjoni fi kwistjonijiet tal-familja.

Il-lista ta' medjaturi għall-oqsma u l-qrati individwali hija aċċessibbli mis-sit elettroniku tal-qrati individwali, kif ukoll mis-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja, li jżomm reġistru ċentrali tal-medjaturi li jipparteċipaw fil-programmi tal-qorti taħt iz-ZARSS

Ħoloq elettroniċi relatati:

Informazzjoni ġenerali dwar il-medjazzjoni (ma hemmx ħolqa separata għall-medjazzjoni tal-familja)

Reġistru ċentrali tal-medjaturi

L-aħħar aġġornament: 23/03/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.