Medjazzjoni tal-familja

Olanda
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

Fil-medjazzjoni, il-partijiet isolvu l-kunflitt flimkien, taħt il-gwida ta’ medjatur indipendenti. Din tintuża primarjament fid-dritt ċivili u fid-dritt pubbliku. Hemm ħafna vantaġġi għal dan it-tip ta’ riżoluzzjoni ekstraġudizzjarja tat-tilwim: tilwima spiss tiġi solvuta aktar malajr milli kieku kellha tmur il-qorti. Il-medjazzjoni għandha t-tendenza wkoll li tkun irħas, u tgħin biex tinżamm ir-relazzjoni bejn il-partijiet minħabba li jippruvaw isibu soluzzjoni volontarjament.

Il-Federazzjoni Netherlandiża tal-Medjaturi (Mediatorsfederatie Nederland)

Hemm diversi reġistri ta’ medjaturi fin-Netherlands. Il-Federazzjoni Netherlandiża tal-Medjaturi (MfN) tamministra r-Reġistru tal-Medjaturi (li qabel kien magħruf bħala r-Reġistru NMI). Il-MfN hija l-federazzjoni li tirrappreżenta l-akbar assoċjazzjonijiet tal-medjaturi fin-Netherlands. Ir-reġistru tal-MfN fih biss medjaturi li jissodisfaw standards ta' kwalità meqjusa bir-reqqa. Il-Gvern Netherlandiż juża l-istandards tal-MfN bħala l-bażi għar-reġistru tal-medjaturi li jaħdmu taħt is-sistema tal-għajnuna legali (ir-reġistru tal-Bord tal-Għajnuna Legali). Is-sit tal-MfN fih ukoll informazzjoni indipendenti dwar il-medjazzjoni u l-medjatur fin-Netherlands.

Ir-Reġistru Internazzjonali tal-ADR

Hemm ukoll ir-Reġistru Internazzjonali tal-ADR, fejn tista’ tfittex il-medjaturi u ssib informazzjoni dwar suġġetti relatati mal-medjazzjoni.

Informazzjoni dwar il-medjazzjoni

In-Netherlands introduċew ukoll inizjattiva msejħa “Mediation naast rechtspraak” (Medjazzjoni flimkien ma’ proċedimenti ġudizzjarji). Dan ifisser li l-qorti distrettwali jew il-qorti tal-appell waqt li tisma’ l-kawża javżaw lill-partijiet bil-possibbiltà li jagħżlu l-medjazzjoni. Il-qrati jistgħu wkoll jirreferu l-partijiet f’kawżi dwar il-liġi tal-familja għall-proċedura ta’ investigazzjoni tal-ġenituri (ouderschapsonderzoek), li tinkludi l-użu ta’ medjazzjoni biex tinstab soluzzjoni possibbli għall-problema.

Korpi oħrajn li jipprovdu informazzjoni dwar il-medjazzjoni jinkludu l-Kunsill għall-Assistenza Ġuridika (Het Juridisch Loket) u l-Bord tal-Għajnuna Legali (Raad voor Rechtsbijstand).

F'ċerti ċirkostanzi, l-ispejjeż tal-medjazzjoni jkunu jistgħu jiġu rifonduti kompletament jew parti minnhom. Agħfas hawn għal aktar informazzjoni dwar il-medjazzjoni ssussidjata.

Ħoloq relatati

Il-Federazzjoni Netherlandiża tal-Medjaturi

Ir-Reġistru Internazzjonali tal-ADR

De Rechtspraak over mediation naast rechtspraak

Il-Kunsill għall-Assistenza Ġuridika

Għajnuna Legali

Il-Bord tal-Għajnuna Legali

L-aħħar aġġornament: 27/05/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna