Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Estonjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.
Swipe to change

Medjazzjoni tal-familja

Estonja
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

Medjazzjoni tal-familja jew medjazzjoni ta' tilwim dwar id-divorzju hija maħsuba primarjament għall-ġenituri li jgħaddu minn divorzju jew separazzjoni li jirrikjedu l-assistenza ta' speċjalist imparzjali biex jimmedja d-differenzi ta' opinjoni tagħhom u jiffaċilita l-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni bejniethom fuq kwistjonijiet li jikkonċernaw arranġamenti futuri li jirrigwardaw uliedhom u biex jikkonkludu ftehimiet dwar materji ta' dan it-tip. L-għan tal-proċedimenti ta' medjazzjoni mhux tant il-ksib ta' rikonċiljazzjoni iżda iktar li tinsab soluzzjoni li tista' taħdem.

Minn April 2015, is-servizz beda jiġi offrut u ffinanzjat bil-modi li ġejjin:

  1. bl-intervent tal-gvern lokali ta' fejn ikunu jgħixu t-tfal u b'finanzjament parzjali mill-gvern lokali;
  2. billi jinfetħu proċedimenti ġudizzjarji u wara talba minn imħallef, bil-finanzjament mill-partijiet stess jew, meta possibbli, billi japplikaw għall-għajnuna legali nazzjonali;
  3. fuq l-inizjattiva u bil-finanzjament personali ta' ġenitur infurmat jew bl-intervent tal-Assoċjazzjoni Estonjana tal-Medjaturi (bil-finanzjament mill-partijiet stess).

Il-prezz ta' proċess ta' medjazzjoni mħallas mill-partijiet stess ivarja skont ir-reġjun. Sessjoni tiswa bejn 50 u 70 euro f'Tallinn u bliet kbar oħrajn fl-Estonja u bejn 35 u 50 euro fil-bqija tal-pajjiż. Sessjoni waħda ddum 90 minuta u l-partijiet ikunu mistennija jattendu medja ta' 5 sa 6 laqgħat.

Is-servizz tal-medjazzjoni tal-familja jista' jiġi pprovdut minn speċjalisti fil-psikoloġija, fis-settur soċjali (inkluż il-protezzjoni tat-tfal u l-ħidma soċjali) jew fil-liġi li jkunu temmew taħriġ speċjali u jkollhom ċertifikat professjonali rilevanti; il-kuntatti ta' dawn l-ispeċjalisti huma disponibbli fuq is-siti tal-Assoċjazzjoni Estonjana tal-Medjaturi, il-qrati tal-pajjiż u l-gvernijiet lokali.

Fl-Estonja, l-organizzazzjoni tas-servizz tal-medjazzjoni tal-familja hija rregolata mil-leġiżlazzjoni li ġejja:

Waħda mill-prijoritajiet tal-programm ta' azzjoni tal-2015-2016 tal-Gvern Estonjan hija li tissaħħaħ is-sistema ta' protezzjoni tat-tfal, inkluż l-iżvilupp tas-servizz ta' medjazzjoni tal-familja. Il-Ministeru tal-Affarijiet Soċjali u l-Ministeru tal-Ġustizzja bħalissa qed jikkooperaw flimkien biex jiżviluppaw proposti għall-issupplimentar u l-emendar ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirregolaw is-servizz, bl-għan tat-titjib tal-organizzazzjoni u l-iffinanzjar tas-servizz.

Hemm ukoll medjaturi kkwalifikati internazzjonalment li jaħdmu l-Estonja li huma kompetenti biex jittrattaw każijiet ta' medjazzjoni transfruntieri fejn ġenitur ikun ħa lil wildu lejn pajjiż li la jkun il-pajjiż nattiv tal-wild u lanqas il-pajjiż ta' residenza abitwali tiegħu. Il-lingwi operattivi huma l-Estonjan, l-Ingliż, ir-Russu u l-Finlandiż. Il-medjaturi jistgħu jiġu kkuntattjati fl- indirizz elettroniku funzjonali tal-assoċjazzjoni.

L-aħħar aġġornament: 03/04/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna