Sib espert

Svezja

Il-kontenut ipprovdut minn
Svezja

I. Listi u Reġistri ta’ esperti

Fl-Iżvezja, ma hemmx reġistri jew rekords ta’ esperti, u ma hemmx pjanijiet biex jiġu introdotti tali rekords.

II. Kwalifiki tal-esperti

Mhux applikabbli.

III. Rimunerazzjoni tal-esperti

Mhux disponibbli.

IV. Responsabbiltà tal-esperti

Mhux disponibbli.

V. Informazzjoni Addizzjonali dwar il-Proċedimenti tal-esperti

1. Ħatra ta’ esperti

a) Ħatra minn qorti

Mhuwiex normali li l-qorti taħtar espert waħidha fi proċediment ġudizzjarju.

b) Ħatra mill-partijiet

Fl-Iżvezja, l-esperti li jintervjenu fi proċedimenti ġudizzjarji normalment jitqabbdu minn waħda mill-partijiet fil-proċess, li jfisser li r-regoli li japplikaw għax-xhieda japplikaw ukoll għall-espert. (“xhud espert”)

2. Proċedura

It-tradizzjoni ġudizzjarja Żvediża hija bbażata fuq il-prinċipju ta’ eżami liberu tal-evidenza, li jfisser li l-evidenza ppreżentata ma tiġix miċħuda sempliċement għal raġunijiet proċedurali. Għalhekk, il-mertu tax-xhieda ta’ xhud espert huwa bbażat fuq il-konklużjonijiet u x-xhieda f’kull każ uniku. Il-valur evidenzjarju tad-dikjarazzjoni jiġi vvalutat mill-qorti, u l-kredibbiltà u l-kompetenza tax-xhieda biex jaslu għall-konklużjonijiet se tkun kwistjoni li jridu jistabbiluha l-partijiet (permezz ta’ eżami u kontroeżami).

Il-Kodiċi ta’ Proċedura Ġudizzjarja Żvediż u r-regoli tal-evidenza tiegħu huma b’mod ġenerali bbażati fuq il-prinċipji tal-immedjatezza tal-evidenza, il-konċentrazzjoni tal-proċess u l-preżentazzjoni orali.

Dikjarazzjoni ta' xhud ikollha l-akbar valur meta jkun hemm riskji mnaqqsa ta’ nuqqas ta’ ftehim, li huwa l-każ meta wieħed jidher personalment peress li jkun aktar faċli għall-qorti li tivvaluta l-affidabbiltà u l-kredibbiltà tad-dikjarazzjoni. F’ċerti aspetti, ir-regola tiżgura wkoll id-dritt tal-partijiet għal kontroeżami (jiġi ppreservat l-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet).

Riżultat ta’ dawn il-prinċipji huwa li l-evidenza tiġi ppreżentata bejn wieħed u ieħor dejjem fis-seduta prinċipali quddiem il-qorti. Għalhekk, id-dikjarazzjonijiet evidenzjarji jridu jiġu ppreżentati direttament u oralment lill-qorti. Dikjarazzjonijiet bil-miktub/affidavits/eżamijiet bil-vidjow normalment ma jiġux aċċettati bħala sostitut għal dikjarazzjoni in persona (bl-eċċezzjoni ta’ reġistrazzjonijiet bil-vidjow ta’ dikjarazzjonijiet ta’ minorenni).

Mill-2008, id-dikjarazzjonijiet testimonjali mis-smigħ prinċipali u l-użu ta’ eżami fis-smigħ prinċipali permezz tat-telefon u b’vidjokonferenza huma fil-biċċa l-kbira permessi: il-vidjokonferenza – normalment f’kamra tal-konferenzi f’qorti fi ħdan id-distrett ġudizzjarju tax-xhud – tiġi ġeneralment aċċettata bħala ugwali għal dehra fil-qorti.

Fil-prattika, il-projbizzjoni kontra l-affidavits ma tiġix applikata għaċ-ċertifikati maħruġa minn tobba u uffiċjali jew impjegati taċ-ċivil; madankollu, jiddependi dejjem mill-każ u l-evidenza disponibbli.

Il-kompetenza ġudizzjarja hija rregolata mill-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja Żvediż li jista’ jiġi aċċessat hawnhekk:

Il-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja Żvediż (1942:740)

Il-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja Żvediż (1998:000) (Kapitolu 40, paġna 215 s., mhux aġġornat)

 

L-informazzjoni ppreżentata hawnhekk inġabret matul il-Proġett Sib espert minn kuntatti għal kull pajjiż magħżula mill-Istitut Ewropew tal-kompetenzi u l-esperti EEEI.

L-aħħar aġġornament: 23/09/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.