Tqegħid ta’ minuri f’pajjiż ieħor inkl. f’foster family

Malta
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

1 Hemm obbligu skont il-liġi nazzjonali tiegħek għal konsultazzjoni minn qabel u l-kisba ta’ kunsens qabel it-tqegħid ta’ minuri f’pajjiż ieħor? Jekk jogħġbok semmi l-eċċezzjonijiet possibbli.

L-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali maħtura bħala l-Awtorità Ċentrali ta’ Malta hija l-Awtorità responsabbli f’dan ir-rigward. Ara r-risposta għat-tielet mistoqsija hawn taħt.

2 Jekk hemm bżonn ta’ konsultazzjoni u kunsens minn qabel, liema awtorità trid tiġi kkonsultata u tagħti l-kunsens tagħha?

L-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali maħtura bħala l-Awtorità Ċentrali ta’ Malta hija l-Awtorità responsabbli f’dan ir-rigward.

3 Jekk jogħġbok iddeskrivi fil-qosor il-proċedura għall-konsultazzjoni u l-ksib tal-kunsens (inklużi d-dokumenti meħtieġa, l-iskadenzi, il-modalitajiet tal-proċedura, u dettalji rilevanti oħrajn).

Sabiex issir ir-reġistrazzjoni ta’ tqegħid ‘cross-border’ f’Malta, l-Awtorità Ċentrali tal-Istat rikjedenti trid titlob il-kunsens tal-Awtorità Ċentrali ta’ Malta. Wieħed irid jitlob għall-applikazzjoni u jissottomettiha lill-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali li hija l-Awtorità Ċentrali ta’ Malta.

Il-proċedura hija kif ġej:

L-Awtorità Ċentrali ta’ Malta għandha tirċievi formola ta’ applikazzjoni mimlija kif xieraq flimkien mad-dokumentazzjoni mitluba. Tali applikazzjoni għandha tintbagħat mill-Awtorità Ċentrali tal-Istat rikjedenti. Id-dokumentazzjoni mitluba kollha għandha tintbagħat bil-lingwa Maltija jew Ingliża biss.

Ladarba tasal il-formola tal-applikazzjoni, l-Awtorità Ċentrali Maltija tistabbilixxi n-natura tat-tqegħid li jkun qed jiġi kkunsidrat.

L-Awtorità Ċentrali ta’ Malta tibgħat l-applikazzjoni flimkien mad-dokumenti li tirċievi lill-Awtoritajiet Kompetenti Maltin, bħal per eżempju l-Aġenzija Appoġġ (Child Protection), skont il-każ. Fil-każijiet kollha, l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw l-applikazzjonijiet permezz tal-għarfien espert tagħhom u kunsiderazzjoni xierqa tingħata lil dawn l-aspetti tat-tqegħid: edukattivi/pedagoġiċi, appoġġ legali, psikosoċjali/psikjatriku u sikurezza/protezzjoni tat-tfal.

L-Awtorità Ċentrali ta’ Malta mbagħad tkun f’pożizzjoni li tikkomunika d-deċiżjoni tal-Awtoritajiet Kompetenti Maltin dwar it-tqegħid ‘cross-border’ tat-tfal lill-Awtorità Ċentrali tal-Istat rikjedenti. It-tqegħid ma jistax jibda qabel il-kunsens ikkomunikat tal-Awtorità Ċentrali ta’ Malta. Awtorità Ċentrali tal-Istat li jagħmel it-talba mbagħad jgħaddi d-data tal-bidu tat-tqegħid ‘cross-border’ bil-miktub lill-Awtorità Ċentrali Maltija.

Uħud mid-Dokumentazzjoni meħtieġa li għandhom jiġu sottomessi mall-Applikazzjoni huma:

a)    Kopja tal-Karta tal-Identità/Passaport tal-Omm, tal-Missier u t-Tfal;

b)    Ċertifikat tat-twelid tat-tifel/tifla jew tat-tfal;

c)     Dikjarazzjoni ta’ Kura u Kustodja; &

d)    Kwalunkwe dokumentazzjoni oħra kif meqjusa neċessarja.

4 X’inhi “foster family” skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru tiegħek?

Il-kunċett ta’ ‘familja foster’ ma jidhirx fil-liġi Maltija, madankollu, l-Att dwar il-Foster Care 2007, Kapitolu 491 tal-Liġijiet ta’ Malta, fl-Artikolu 2, jiddefinixxi ‘foster carer’ bħala “persuna waħda jew aktar approvata mill-Bord għall-Fostering biex tifel jew tifla jitqiegħdu taħt foster care”. B’mod simili, l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv), Kapitolu 602 tal-Liġijiet ta’ Malta, li ser jieħu post l-Att dwar il-Foster Care 2007 meta jidħol fis-seħħ, fl-Artikolu 2 jiddefinixxi ‘foster carer’ bħala “persuna waħda jew aktar approvata mill-Bord għall-Fostering biex minuri jitqiegħed taħt ‘foster care’ magħha.

5 Il-kunċett ta’ “foster family” jinkludi l-qraba jew le? Jekk iva, liema?

Il-kunċett ta’ ‘familja foster’ ma jidhirx fil-liġi Maltija.

L-aħħar aġġornament: 15/04/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna