Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.
Swipe to change

Servizz ta' dokumenti: trasmissjoni uffiċjali ta’ dokumenti legali

Awstrija
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

1 F'termini prattiċi xi jfisser it-terminu legali "notifika ta’ dokumenti"? Għaliex hemm regoli speċifiċi dwar in-"notifika ta' dokumenti"?

In-"notifika" hija l-proċess ta' għotja ta' dokument lil destinatarju fil-forma prekritta mil-liġi u b'mod dokumentat biex huwa jsir konxju tad-dokument.

In-notifika hija att legali li huwa ordnat mill-qorti fil-kuntest ta' proċedimenti legali u mwettqa b'mod awtomatiku (Artikolu 87 tal-Kodiċi Awstrijak tal-Proċedura Ċivili) (Zivilprozessordnung - ZPO). In-notifika trid tkun iddokumentata b'mod uffiċjali sabiex ikun possibbli li jiġi vverifikat meta tkun saret in-notifika u lil min tkun saret. Xi effetti proċedurali jistgħu biss jidħlu fis-seħħ jekk ikun hemm prova li d-dokumenti ġew debitament innotifikati.

2 Liema dokumenti jeħtieġ li jkunu notifikati b'mod formali?

Bħala prinċipju bażiku, id-deċiżjonijiet tal-qrati kollha (pereż. taħrikiet, digrieti u sentenzi) u l-petizzjonijiet kollha minn parti (pereż. talba, difiża, appell) u dikjarazzjonijiet oħra li huma indirizzati (ukoll) lill-parti li qiegħda toġġezzjona jridu jiġu nnotifikati formalment.

3 Min hu responsabbli biex jinnotifika dokument?

In-notifika ta' dokumenti u l-metodu ta' notifika huma ordnati mill-korp deċiżjonali (imħallef, uffiċjal ġudizzjarju). Dan l-ordni jissejjaħ digriet għan-notifika (Zustellverfügung) u jrid jinħareġ mill-korp deċiżjonali fuq il-kopja oriġinali tad-dokument li għandu jiġi nnotifikat. Il-proċess tan-notifika attwali nnifsu jitwettaq minn servizz ta' konsenja. Dan ikun ġeneralment is-servizz postali iżda jista' jkun ukoll xi fornitur ta' servizz universali ieħor (Artikolu 2(7) tal-Att Awstrijak dwar in-Notifika tad-Dokumenti (Zustellgesetz - ZustG) flimkien mal-Artikolu 3(4) tal-Att Awstrijak dwar is-Suq Postali (Postmarktgesetz)).

4 Tiftix tal-indirizz

4.1 Skont ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali, l-awtorità rikjesta f'dan l-Istat Membru tipprova u tistabbilixxi hi bl-inizjattiva tagħha fejn tinsab il-persuna li trid tiġi nnotifikata bid-dokumenti ladarba din ma tkunx għadha toqgħod fl-indirizz magħruf mill-awtorità rikjedenti?

Bħala prinċipju, ir-risposta hija le. Madankollu, skont liema riżorsi umani huma disponibbli, jistgħu jsiru domandi sempliċi, pereż. domanda għar-reġistru (għal aktar dettalji, ara l-punt 4.2 hawn isfel).

4.2 L-awtoritajiet ġudizzjarji barranin u / jew il-partijiet fil-proċedimenti ġudizzjarji għandhom aċċess għar-reġistri jew servizzi f'dan l-Istat Membru li jippermettu li jinstab l-indirizz attwali tal-persuna? Jekk iva, x'reġistri jew servizzi jeżistu u x'inhi l-proċedura li trid tiġi segwita? Xi ħlas irid isir, jekk hemm?

Iva. Kull persuna, inkluża awtorità barranija, tista' tikkuntattja l-awtoritajiet ta' reġistrazzjoni Awstrijaki (uffiċċju muniċipali, awtoritajiet muniċipali, uffiċċju distrettwali muniċipali (Gemeindeamt, Magistrat, Magistratisches Bezirksamt)) biex titlob informazzjoni ta' reġistrazzjoni dwar ir-residenza prinċipali rreġistrata għal persuna fiżika. Id-dejta ta' reġistrazzjoni tinżamm fir-reġistru ċentrali (Zentrales Melderegister – ZMR). Dan huwa reġistru pubbliku li jkun fih l-ismijiet ta' kull min huwa reġistrat fl-Awstrija flimkien mad-dettalji tar-residenza prinċipali tiegħu u - fejn applikabbli - it-tieni residenza tiegħu. Fl-Awstrija, huwa obbligatorju li tirreġistra / tiddereġistra r-residenza tiegħek.

Sabiex tressaq domanda għar-reġistru, huwa meħtieġ li jkollok id-dettalji segwenti dwar il-persuna li qed tfittex bħala minimu assolut: Isem u kunjom kif ukoll karatteristika addizzjonali li tippermetti lill-persuna li tiġi ċarament identifikata (pereż. data tat-twelid, post tat-twelid, nazzjonalità jew indirizz preċedenti).

Attwalment, it-tariffa għat-trażmissjoni ta' domanda għar-reġistru hija ta' €17,30 (tariffa tat-talba €14,30; it-tariffa ta' amministrazzjoni federali għat-tisjib ta' dejta mir-reġistru ċentrali €3,00).

Aktar informazzjoni dwar it-trażmissjoni ta' domanda għar-reġistru tista' tinstab fuq http://www.help.gv.at/ taħt Dokumente und Recht (dokumenti u informazzjoni legali) / Personen-Meldeauskunft (informazzjoni personali / ta' reġistrazzjoni).

Bħala regola, in-notifika ssir permezz ta' servizz ta' konsenja, jiġifieri s-servizz postali jew xi fornitur ieħor ta' servizz universali (ara 'l punt 3 hawn fuq), jew minn uffiċjali tal-qorti (Artikolu 88 tal-Kodiċi Awstrijak tal-Proċedura Ċivili).

Madankollu, is-segwenti proċeduri ta' notifika alternattivi jeżistu wkoll:

Notifika b'dikjarazzjoni pubblika f'konformità mal-Artikolu 25 tal-Att Awstrijak tan-Notifika ta' Dokumenti u l-Artikolu 115 tal-Kodiċi Awstrijak tal-Proċedura Ċivili:

In-notifika lil persuni b'lokazzjoni mhux magħrufa ta' konsenja jew lil persuni li mhumiex magħrufin lill-awtoritajiet u li għalihom ma ġie maħtur ebda riċevitur awtorizzat (Artikolu 20 tal-Att Awstrijak tan-Notifika ta' Dokumenti) tista' issir billi tiġi inkluża notifika fil-fajl tal-editt (Ediktsdatei) (jista' jiġi aċċessat billi żżur http://www.justiz.gv.at/ u tagħżel Gvern Elettroniku / Ediktsdatei) li tgħid li d-dokument li għandu jiġi nnotifikat ġie trażmess lill-qorti. In-notifika trid ikun fiha wkoll dettalji fil-qosor tas-segwenti: il-kontenuti tad-dokument li għandu jiġi nnotifikat, l-isem tal-qorti li qed tisma' il-kawża, il-kwistjoni kkontestata u l-għażliet għall-ġbir tad-dokument flimkien mal-informazzjoni dwar il-konsegwenzi legali ta' din id-dikjarazzjoni. In-notifika titqies li tkun saret hekk kif in-notifika tiddaħħal fil-fajl tal-editt.

In-notifika permezz ta' amministratur maħtur mill-qorti (Artikoli 116-118 dwar il-Kodiċi Awstrijak tal-Proċedura Ċivili):

Meta l-uniku mod li ssir in-notifika huwa permezz ta' dikjarazzjoni pubblika (inklużjoni fil-fajl tal-editt), il-qorti trid taħtar amministratur fuq talba jew mill-inizjattiva tagħha stess jekk il-persuna kkonċernata jkollha normalment tieħu passi legali biex tiddefendi d-drittijiet tagħha fil-kuntest tad-dokument li għandu jiġi nnotifikat lilha, b'mod partikolari jekk id-dokument li għandu jiġi nnotifikat ikun fih taħrika għal din il-persuna. Il-ħatra tal-amministratur trid tiġi ddikjarata fil-fajl tal-editt (Artikolu 117 tal-Kodiċi Awstrijak tal-Proċedura Ċivili). Kif jiġri dan u d-dokument jiġi sussegwentement trażmess lill-amministratur, in-notifika titqies li tkun saret (Artikolu 118 tal-Kodiċi Awstrijak tal-Proċedura Ċivili).

4.3 L-awtoritajiet f'dan l-Istat Membru kif jittrattaw talba mibgħuta skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali bl-għan li jinstab l-indirizz attwali ta' persuna?

Meta l-awtorità rikjesta tikklassifika t-talba bħala t-teħid ta' evidenza skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tar-Regolament, pereż. minħabba li huwa meħtieġ li jiġi ċċertifikat l-indirizz għal proċedura legali (b'mod partikolari n-notifika ta' dokumenti), l-awtorità tipproċedi f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament u tipprova tiddetermina l-indirizz attwali billi tuża' r-riżorsi għad-dispożizzjoni tagħha, pereżempju, billi tagħmel domanda lir-reġistru ċentrali jew tagħmel domanda lir-reġistri l-oħra.

5 Fil-prattika, normalment kif jiġi notifikat id-dokument? Hemm metodi alternattivi li jistgħu jintużaw (ħlief in-notifika indiretta msemmija fil-punt 6 iktar 'l isfel)?

Bħala regola, in-notifika ssir permezz ta' servizz ta' konsenja, jiġifieri s-servizz postali jew xi fornitur ieħor ta' servizz universali (ara 'l punt 3 hawn fuq), jew minn uffiċjali tal-qorti (Artikolu 88 tal-Kodiċi Awstrijak tal-Proċedura Ċivili).

Madankollu, is-segwenti proċeduri ta' notifika alternattivi jeżistu wkoll:

Notifika b'dikjarazzjoni pubblika f'konformità mal-Artikolu 25 tal-Att Awstrijak tan-Notifika ta' Dokumenti u l-Artikolu 115 tal-Kodiċi Awstrijak tal-Proċedura Ċivili:

In-notifika lil persuni b'lokazzjoni mhux magħrufa ta' konsenja jew lil persuni li mhumiex magħrufin lill-awtoritajiet u li għalihom ma ġie maħtur ebda riċevitur awtorizzat (Artikolu 20 tal-Att Awstrijak tan-Notifika ta' Dokumenti) tista' issir billi tiġi inkluża notifika fil-fajl tal-editt (Ediktsdatei) (jista' jiġi aċċessat billi żżur http://www.justiz.gv.at/ u tagħżel Gvern Elettroniku / Ediktsdatei) li tgħid li d-dokument li għandu jiġi nnotifikat ġie trażmess lill-qorti. In-notifika jrid ikun fiha wkoll dettalji fil-qosor tas-segwenti: il-kontenuti tad-dokument li għandu jiġi nnotifikat, l-isem tal-qorti li qed tisma' l-kawża, il-kwistjoni kkontestata u l-għażliet għall-ġbir tad-dokument flimkien mal-informazzjoni dwar il-konsegwenzi legali ta' din id-dikjarazzjoni. In-notifika titqies li tkun saret hekk kif in-notifika tiddaħħal fil-fajl tal-editt.

In-notifika permezz ta' amministratur maħtur mill-qorti (Artikoli 116-118 dwar il-Kodiċi Awstrijak tal-Proċedura Ċivili):

Meta l-uniku mod li ssir in-notifika huwa permezz ta' dikjarazzjoni pubblika (inklużjoni fil-fajl tal-editt), il-qorti trid taħtar amministratur wara talba jew mill-inizjattiva tagħha stess jekk il-persuna kkonċernata jkollha normalment tieħu passi legali biex tiddefendi d-drittijiet tagħha fil-kuntest tad-dokument li għandu jiġi nnotifikat lilha, b'mod partikolari jekk id-dokument li għandu jiġi nnotifikat ikun fih taħrika għal din il-persuna. Il-ħatra tal-amministratur trid tiġi ddikjarata fil-fajl tal-editt (Artikolu 117 tal-Kodiċi Awstrijak tal-Proċedura Ċivili). Kif jiġri dan u d-dokument jiġi sussegwentement trażmess lill-amministratur, in-notifika titqies li tkun saret (Artikolu 118 tal-Kodiċi Awstrijak tal-Proċedura Ċivili).

Hemm sistema speċjali li tippermetti n-notifika elettronika ta' dokumenti mill-qorti. Din tissejjaħ is-sistema ta' Elektronischer Rechtsverkehr (korrispondenza legali elettronika) jew ERV fil-qasir. L-uniċi persuni li huma meħtieġa li jipparteċipaw f'din is-sistema huma avukati u avukati għad-difiża, nutara, istituzzjonijiet ta’ kreditu jew finanzjarji, kumpaniji Awstrijaċi tal-assigurazzjoni, fornituri ta' sigurtà soċjali, entitajiet għal pensjoni, il-Fond għal-Liv tal-Ħaddiema fil-Kostruzzjoni u għal Ħlasijiet ta' Terminazzjoni (Bauarbeiter-Urlaubs- und Abfertigungskasse), il-fond għas-salarju tal-ispiżjara (Pharmazeutische Gehaltskasse), il-fond ta' kontinġenza f'każ ta' falliment (Insolvenz-Entgelt-Fonds) u IEF-Service GmbH, l-Assoċjazzjoni Prinċipali tal-Entitajiet Awstrijaċi għas-Sigurtà Soċjali (Hauptverband der österreichischen Sozialversicherungsträger), l-uffiċċju tal-avukati ġenerali fil-ministeru tal-finanzi (Finanzprokuratur) u l-assoċjazzjonijiet tal-avukatura. Persuni oħra jistgħu jipparteċipaw ukoll f'din is-sistema iżda ma huma taħt ebda obbligu li jagħmlu dan.

Meta n-notifika ssir bl-użu tal-ERV, ir-riżoluzzjonijiet ġudizzjarji u l-petizzjonijiet legali trażmessi elettronikament (Artikolu 89a(2) tal-Att dwar l-Organizzazzjoni tal-Qorti) (Gerichtsorganisationsgesetz – GOG) jitqiesu li ġew notifikati fil-jum ta' xogħol li jiġi immedjatament wara l-wasla tagħhom fil-posta elettronika tad-destinatarju (is-Sibt mhuwiex ikklassifikat bħala jum ta' xogħol għal dan l-għan).

Jekk in-notifika permezz tal-ERV mhijiex possibbli, tista' issir ukoll permezz tas-servizzi elettroniċi ta' konsenja f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar in-Notifika ta' Dokumenti (Artikolu 89a(3) tal-Att dwar l-Organizzazzjoni tal-Qorti flimkien mal-Artikoli 28 et seq tal-Att Awstrijak tan-Notifika ta' Dokumenti).

6 Hija permessa n-notifika elettronika ta' dokumenti (notifika ta' dokumenti ġudizzjarji jew extra-ġudizzjarji permezz ta' mezzi ta' komunikazzjoni elettroniċi mill-bogħod, bħall-email, applikazzjoni sikura bbażata fuq l-internet, faks, sms, eċċ.) fi proċedimenti ċivili? Jekk iva, għal liema tipi ta' proċedimenti huwa permess dan il-metodu? Hemm restrizzjonijiet fir-rigward tad-disponibilità / l-aċċess għal dan il-metodu ta' notifika ta' dokumenti skont min ikun id-destinatarju (professjonist tal-liġi, persuna ġuridika, kumpanija jew attur ieħor fin-negozju, eċċ.)?

Hemm sistema speċjali li tippermetti n-notifika elettronika ta' dokumenti mill-qorti. Din hija msejħa s-sistema ta' Elektronischer Rechtsverkehr (korrispondenza legali elettronika) jew ERV fil-qasir. L-uniċi persuni li huma meħtieġa li jipparteċipaw f'din is-sistema huma avukati u avukati għad-difiża, nutara, istituzzjonijiet ta’ kreditu jew finanzjarji, kumpaniji Awstrijaċi tal-assigurazzjoni, fornituri ta' sigurtà soċjali, entitajiet għal pensjoni, il-Fond għal-Liv tal-Ħaddiema fil-Kostruzzjoni u għal Ħlasijiet ta' Terminazzjoni (Bauarbeiter-Urlaubs- und Abfertigungskasse), il-fond għas-salarju tal-ispiżjara (Pharmazeutische Gehaltskasse), il-fond ta' kontinġenza f'każ ta' falliment (Insolvenz-Entgelt-Fonds) u IEF-Service GmbH, l-Assoċjazzjoni Prinċipali tal-Entitajiet Awstrijaċi għas-Sigurtà Soċjali (Hauptverband der österreichischen Sozialversicherungsträger), l-uffiċċju tal-avukati ġenerali fil-ministeru tal-finanzi (Finanzprokuratur) u l-assoċjazzjonijiet tal-avukatura. Persuni oħra jistgħu jipparteċipaw ukoll f'din is-sistema iżda mq huma taħt ebda obbligu li jagħmlu dan.

Meta n-notifika ssir bl-użu tal-ERV, ir-riżoluzzjonijiet ġudizzjarji u l-petizzjonijiet legali trażmessi elettronikament (Artikolu 89a(2) tal-Att dwar l-Organizzazzjoni tal-Qorti) (Gerichtsorganisationsgesetz – GOG) jitqiesu li ġew notifikati fil-jum ta' xogħol li jiġi immedjatament wara l-wasla tagħhom fil-posta elettronika tad-destinatarju (is-Sibt mhuwiex ikklassifikat bħala jum ta' xogħol għal dan il-għan).

Jekk in-notifika permezz tal-ERV mhijiex possibbli, tista' issir ukoll permezz tas-servizzi elettroniċi ta' konsenja f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar in-Notifika ta' Dokumenti (Artikolu 89a(3) tal-Att dwar l-Organizzazzjoni tal-Qorti flimkien mal-Artikoli 28 et seq tal-Att Awstrijak tan-Notifika ta' Dokumenti).

Filwaqt li l-liġi espressament tipprojbixxi lill-persuna li twettaq in-notifika milli tikkonsenja d-dokument lil riċevitur alternattiv, il-proċedura tissejjaħ notifika personali, jiġifieri meta d-dokumenti għandhom jiġu trażmessi personalment lill-persuna li qed tiġi nnotifikata. Dan japplika biss f'każijiet eċċezzjonali.

Fil-każijiet l-oħra kollha, in-notifika alternattiva hija permessa. Dan ifisser li jekk id-destinatarju ma jinstabx fil-lokazzjoni tal-konsenja, id-dokumenti jistgħu - bħala regola - jiġu kkonsenjati lil kull adult li jgħix fl-istess lokazzjoni ta' konsenja bħad-destinatarju jew lil kull impjegat jew impjegatur tad-destinatarju li jaqbel li jirċievi d-dokumenti (Artikolu 16(2) tal-Att Awstrijak tan-Notifika ta' Dokumenti). Il-leġiżlazzjoni tirreferi għal din il-persuna bħala r-riċevitur alternattiv (Ersatzempfänger).

Madankollu, in-notifika alternattiva hija permessa biss jekk il-persuna li twettaq in-notifika għandha raġuni biex temmen li d-destinatarju huwa regolarment preżenti fil-lokazzjoni tal-konsenja.

Skont l-Artikolu 103 tal-Kodiċi Awstrijak tal-Proċedura Ċivili, persuna ma tistax taġixxi bħala riċevitur alternattiv jekk hija parti fit-tilwima ġuridika bħala parti li toġġezzjoni lid-destinatarju.

Skont l-Artikolu 16(5) tal-Att Awstrijak tan-Notifika ta' Dokumenti, in-notifika alternattiva mhijiex meqjusa li tkun saret jekk id-destinatarju ma setax isir jaf dwar id-dokumenti nnotifikati fil-ħin għax huwa kien assenti mil-lokazzjoni tal-konsenja (pereż. minħabba li huwa kien qed jivvjaġġa, fi sptar jew il-ħabs). Madankollu, in-notifika ssir effettiva fil-jum li jsegwi immedjatament ir-ritorn tad-destinatarju fil-lokazzjoni tal-konsenja.

7 Notifika "indiretta"

7.1 Il-liġi ta' dan l-Istat Membru tippermetti metodi oħrajn ta' notifika fejn ma jkunx possibbli li d-dokumenti jkunu nnotifikati lid-destinatarju (pereż. notifika fl-indirizz tad-dar, fl-uffiċċju tal-marixxall, bil-posta jew b'reklamar)?

Filwaqt li l-liġi espressament tipprojbixxi lill-persuna li twettaq in-notifika milli tikkonsenja d-dokument lil riċevitur alternattiv, il-proċedura tissejjaħ notifika personali, jiġifieri meta d-dokumenti għandhom jiġu trażmessi personalment lill-persuna li qed tiġi nnotifikata. Dan japplika biss f'każijiet eċċezzjonali.

Fil-każijiet l-oħra kollha, in-notifika alternattiva hija permessa. Dan ifisser li jekk id-destinatarju ma jinstabx fil-lokazzjoni tal-konsenja, id-dokumenti jistgħu - bħala regola - jiġu kkonsenjati lil kull adult li jgħix fl-istess lokazzjoni ta' konsenja bħad-destinatarju jew lil kull impjegat jew impjegatur tad-destinatarju li jaqbel li jirċievi d-dokumenti (Artikolu 16(2) tal-Att Awstrijak tan-Notifika ta' Dokumenti). Il-leġiżlazzjoni tirreferi għal din il-persuna bħala r-riċevitur alternattiv (Ersatzempfänger).

Madankollu, in-notifika alternattiva hija permessa biss jekk il-persuna li twettaq in-notifika jkollha raġuni biex temmen li d-destinatarju huwa regolarment preżenti fil-lokazzjoni tal-konsenja.

Skont l-Artikolu 103 tal-Kodiċi Awstrijak tal-Proċedura Ċivili, persuna ma tistax taġixxi bħala riċevitur alternattiv jekk hija parti fit-tilwima ġuridika li qed toġġezzjoni lid-destinatarju.

Skont l-Artikolu 16(5) tal-Att Awstrijak tan-Notifika ta' Dokumenti, in-notifika alternattiva mhijiex meqjusa li tkun saret jekk id-destinatarju ma setax isir jaf dwar id-dokumenti nnotifikati fil-ħin għax huwa kien assenti mil-lokazzjoni tal-konsenja (pereż. minħabba li huwa kien qed jivvjaġġa, fi sptar jew il-ħabs). Madankollu, in-notifika ssir effettiva fil-jum li jsegwi immedjatament ir-ritorn tad-destinatarju fil-lokazzjoni tal-konsenja.

7.2 Jekk japplikaw metodi oħrajn, id-dokumenti meta jitqiesu li ġew innotifikati?

Għal dettalji, ara l-punti 5 u 6 hawn fuq.

7.3 Jekk metodu ieħor ta' notifika huwa d-depożitu tad-dokumenti f'post partikolari (pereż. fl-uffiċċju tal-posta), id-destinatarju kif ikun infurmat b'dak id-depożitu?

Id-destinatarju jrid ikun konxju li d-dokumenti jkunu ġew trażmessi permezz ta' avviż ta' trażmissjoni (li jkun tqiegħed fil-kaxxa postali jew twaħħal fuq il-bibien ta' dħul). Dan irid isemmi l-lokazzjoni fejn id-dokumenti ġew trażmessi, jispeċifika l-bidu u d-durata tal-perjodu ta' ġbir, u jindika l-effetti tad-dokumenti li qedgħin jiġu trażmessi (Artikolu 17(2) tal-Att Awstrijak tan-Notifika ta' Dokumenti). Skont l-Artikolu 17(3) tal-Att Awstrijak tan-Notifika ta' Dokumenti, il-perjodu ta' ġbir jiskatta fil-jum meta d-dokument isir disponibbli għall-ġbir għall-ewwel darba u jrid idum għallinqas ġimagħtejn. Id-dokument trażmess jitqies li jkun ġie nnotifikat fl-ewwel jum ta' dan il-perjodu (notifika nozzjonali). Madankollu, dan ma japplikax jekk id-destinatarju ma setax isir jaf tempestivament dwar id-dokumenti nnotifikati minħabba li hu kien assenti mil-lokazzjoni tal-konsenja. Madankollu, anki f'dan il-każ, is-sentenza finali tal-Artikolu 17(3) tal-Att Awstrijak tan-Notifika ta' Dokumenti tistipula li n-notifika titqies effettiva fil-jum li jsegwi immedjatament ir-ritorn tad-destinatarju fil-lokazzjoni tal-konsenja matul il-perjodu ta' ġbir, meta hu seta' jiġbor id-dokument trażmess. Jekk id-dokument trażmess ma jinġabarx (li b'ebda mod ma jbiddel kif in-notifika tkun saret effettiva permezz tat-trażmissjoni tagħha), dan għandu jiġi rritornat lill-qorti li bagħtitu fit-tmiem tal-perjodu ta' ġbir.

7.4 Jekk id-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta n-notifika tad-dokumenti, xi jkunu l-konsegwenzi? Id-dokumenti jitqiesu bħala effetivament innotifikati jekk ir-rifjut ma jkunx leġittimu?

Jekk id-destinatarju jew ir-riċevitur alternattiv li qed jgħix fl-istess dar jirrifjuta li jirċievi d-dokument mingħajr raġuni legali valida talli jagħmel hekk, id-dokument irid jitħalla fil-lokazzjoni tal-konsenja jew, jekk dan mhuwiex possibbli, jiġi trażmess mingħajr ebda notifika bil-miktub. Il-fatt tat-tħallija jew tat-trażmissjoni tad-dokument jirrendi n-notifika effettiva (Artikolu 20 tal-Att Awstrijak tan-Notifika ta' Dokumenti).

8 Notifika postali minn barra l-pajjiż (l-Artikolu 14 tar-Regolament dwar in-Notifiki)

8.1 Jekk is-servizz postali jwassal dokument mibgħut minn barra lil destinatarju f'dan l-Istat Membru f'sitwazzjoni fejn ikun hemm bżonn tal-aċċettazzjoni tal-irċevuta (l-Artikolu 14 tar-Regolament dwar in-Notifiki), is-servizz postali jista' jħalli d-dokument biss mad-destinatarju stess jew jista', skont ir-regoli nazzjonali tal-posta, iħalli d-dokument ukoll ma' persuna oħra fl-istess indirizz?

In-notifika bil-posta trid issir f'konformità mal-Konvenzjoni dwar l-Unjoni Postali Universali u mal-konferma tar-riċevuta internazzjonali. Id-dokument irid jiġi kkonsenjat lid-destinatarju jew - jekk ma jistax jiġi nnotifikat lilu - lil persuna oħra li hija awtorizzata li tirċevih skont il-liġi tal-pajjiż fejn din tkun qed tiġi kkonsenjata (pereż. riċevitur awtorizzat, riċevitur alternattiv). Fl-Awstrija, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16 tal-Att Awstrijak tan-Notifika ta' Dokumenti li jikkonċernaw riċevituri alternattivi huma applikabbli (ara 'l punt 7.1 hawn fuq).

8.2 Skont ir-regoli tal-posta f'dan l-Istat Membru kif tista' ssir in-notifika ta' dokumenti minn barra, skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tan-Notifiki Nru 1393/2007, jekk la d-destinarju u lanqas ħaddieħor li jkun awtorizzat jirċievi n-notifika (jekk possibbli skont ir-regoli nazzjonali tal-posta – ara fuq) ma jkun instab fl-indirizz fejn tkun intbagħtet?

Il-Konvenzjoni dwar l-Unjoni Postali Universali ma fiha ebda dispożizzjonijiet li jindirizzaw il-kwistjoni dwar jekk hux permissibbli li d-dokument jiġi trażmess u, jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet. Għalhekk, dawn il-kwistjonijiet huma bbażati fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-pajjiż fejn id-dokument qed jiġi kkonsenjat. Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi Awstrijaka, id-dokument jista' jiġi trażmess sakemm il-kundizzjonijiet meħtieġa huma ssodisfati (ara 'l punt 7 hawn fuq).

8.3 L-uffiċċju tal-posta jippermetti perjodu speċifiku għall-ġbir tad-dokumenti qabel ma d-dokumenti jintbagħtu lura għax ma twasslux? Jekk iva, kif ikun infurmat id-destinatarju li għandu l-posta x'jiġbor mill-uffiċċju tal-posta?

Ara l-punt 7.3 hawn fuq.

9 Ikun hemm prova bil-miktub li d-dokument ikun ġie nnotifikat?

Iva. L-aġent tal-konsenja jrid jiċċertifika li d-dokument ikun ġie nnotifikat billi jirreġistra dan fuq il-prova tal-konsenja (konferma tal-konsenja, konferma tar-riċevuta). Il-persuna li taċċetta l-konsenja d-dokument trid tikkonferma n-notifika billi tiffirma l-prova tal-konsenja, iddaħħal id-data u, jekk hija mhijiex id-destinatarju attwali, tiddikjara r-relazzjoni tagħha ma' dan tal-aħħar. Jekk il-persuna li taċċetta l-konsenja tirrifjuta li tipprovdi l-konferma, l-aġent tal-konsenja jrid jinnota dan il-fatt fuq il-prova tal-konsenja flimkien mad-data u, fejn applikabbli, jiddikjara kif il-persuna li taċċetta l-konsenja hija relatata mad-destinatarju. Il-prova tal-konsenja trid tintbagħat lura lill-ispeditur mingħajr dewmien.

10 X’jiġri jekk xi ħaġa tmur ħażin u d-destinatarju tan-notifika ma jirċevix id-dokument jew jekk in-notifika ssir bi ksur tal-liġi (pereż. id-dokument jiġi notifikat lil terza persuna)? Minkejja dan, in-notifika tad-dokument tista’ titqies valida (pereż. hemm rimedju għall-ksur tal-liġi) jew trid issir notifika ġdida tad-dokument?

Għalkemm in-notifika mhijiex meqjusa bħala effettiva jekk issir kuntrarjament għar-regolamenti legali, dan jista' jiġi rimedjat. L-ewwel, meta l-proċedura ta' notifika hija difettuża, ir-regola bażika tal-Artikolu 7 tal-Att Awstrijak tan-Notifika ta' Dokumenti timplika li n-notifika titqies li tkun saret meta d-dokument jasal attwalment għand id-destinatarju. Jekk jinħatar riċevitur awtorizzat, din il-persuna trid tinħatar bħala d-destinatarju; inkella, in-notifika ssir effettiva biss meta d-dokument jiġi riċevut fil-fatt mir-riċevitur awtorizzat. Barra minn dan, l-Att dwar in-Notifika ta' Dokumenti (Artikoli 16(5) u 17(3)) jistipula regoli speċifiċi għar-rimedju ta' difetti fin-notifika ta' dokumenti fis-sitwazzjonijiet segwenti: meta d-destinatarju ma jistax isir jaf tempestivament dwar id-dokumenti nnotifikati minħabba li huwa assenti mil-lokazzjoni tal-konsenja, meta n-notifika alternattiva hija ineffettiva jew meta d-dokumenti jiġu trażmessi. Id-difett huwa rimedjat fil-jum li jsegwi immedjatament ir-ritorn tad-destinatarju fil-lokazzjoni tal-konsenja, iżda f'każijiet fejn id-dokumenti jkunu ġew trażmessi l-fattur kruċjali huwa li d-destinatarju jrid jirritorna fil-perjodu ta' ġbir u jkun jista' jiġbor id-dokument trażmess fil-jum segwenti. Filwaqt li ma hemm ebda limitu ta' skadenza għar-rimedju tad-difetti fil-każ ta' notifika alternattiva ineffettiva, meta n-notifika permezz tat-trażmissjoni ta' dokumenti hija ineffettiva, din ma tistax aktar tiġi rimedjata jekk id-destinatarju jirritorna biss wara t-tmiem tal-perjodu ta' ġbir. Jekk id-destinatarju jirritorna kmieni biżżejjed biex ikun jista' jiġbor il-konsenja fl-ewwel jum tal-perjodu ta' ġbir, in-notifika titqies bħala effettiva f'dan il-jum billi l-perjodu intier ta' ġbir ikun għadu intatt. Jekk huwa jirritorna aktar tard minn hekk, in-notifika permezz ta' trażmissjoni tad-dokument ma titqiesx li tkun effettiva sal-jum li jsegwi immedjatament ir-ritorn tad-destinatarju; il-perjodi li jiskattaw permezz tan-notifika tad-dokumenti, b'mod partikolari l-perjodi tal-appell, iridu dejjem jingħataw interament lir-riċevitur.

11 Hemm xi ħlas għan-notifika ta’ dokument, u jekk hemm, kemm hu l-ħlas?

Le.

L-aħħar aġġornament: 22/12/2016

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna