Costs

If a citizen envisages going to court or wishes to enforce a court judgment information must be available on the costs of proceedings in the relevant Member State.

Litigation costs in civil and commercial matters are governed by national legislation and costs are not harmonised at EU level. Thus, costs vary from one Member State to another.

To obtain detailed information on costs of proceedings in the Member States, as well as on several case studies carried out on behalf of the European Commission, please select one of the flags listed on the right hand side.

If you do not have sufficient financial resources to meet the costs of a court case you can apply for legal aid.

Additional information can be obtained from the attached study (available in English and French only) undertaken to identify the sources of costs of civil judicial proceedings in each Member State by:

  • defining the proportion of each identified source of cost on the overall cost of civil judicial proceedings,
  • comparing the costs incurred by litigants in different Member States,
  • identifying variations in sources of costs and costs amounts,
  • identifying how transparency of the costs of judicial proceedings and the limitation of differences in sources of costs and costs amounts can foster greater access to justice,
  • making recommendations for possible actions at the EU level, possibly through the establishment of minimum standards, to facilitate access to justice by improving the transparency of costs of civil justice,
  • generally, identifying links, where appropriate and relevant, between costs of justice and access to justice for the citizens, and
  • identifying specific issues pertaining to cross-border disputes.

The study provides a snapshot of the situation in the European Union at a precise moment in time - December 2007.

Related Attachments

Study on the Transparency of Costs of Civil Judicial Proceedings in the EU PDF (2615 Kb) en – English version

Study on the Transparency of Costs of Civil Judicial Proceedings in the EU PDF (2665 Kb) fr – French version

Annex 1: Results of the public questionnaire PDF (1700 Kb) en

National report - Belgium PDF (829 Kb) en

National report - Bulgaria PDF (566 Kb) en

National report - Czech Republic PDF (703 Kb) en

National report - Denmark PDF (560 Kb) en

National report - Germany PDF (565 Kb) en

National report - Estonia PDF (872 Kb) en

National report - Ireland PDF (400 Kb) en

National report - Greece PDF (849 Kb) en

National report - Spain PDF (640 Kb) en

National report - France PDF (1312 Kb) en

National report - Italy PDF (772 Kb) en

National report - Cyprus PDF (555 Kb) en

National report - Latvia PDF (742 Kb) en

National report - Lithuania PDF (950 Kb) en

National report - Luxembourg PDF (551 Kb) en

National report - Hungary PDF (533 Kb) en

National report - Malta PDF (742 Kb) en

National report - Netherlands PDF (702 Kb) en

National report - Austria PDF (829 Kb) en

National report - Poland PDF (396 Kb) en

National report - Portugal PDF (781 Kb) en

National report - Romania PDF (544 Kb) en

National report - Slovenia PDF (723 Kb) en

National report - Slovakia PDF (872 Kb) en

National report - Finland PDF (504 Kb) en

National report - Sweden PDF (457 Kb) en

National report - United Kingdom PDF (448 Kb) en

Last update: 18/01/2019

This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.

L-ispiża tal-proċedimenti - Belġju

Din il-paġna tipprovdi informazzjoni dwar l-ispejjeż legali fil-Belġju. Għal analiżi aktar fid-dettall dwar l-ispejjeż tal-proċedimenti, jekk jogħġbok ikkonsulta dawn l-istudji ta' każijiet:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi tal-Familja - Divorzju

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi tal-Familja – Ħarsien tat-tfal

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi tal-Familja - Manteniment

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi kummerċjali – Kuntratti

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi kummerċjali – Responsabbiltà

Dispożizzjonijiet li jirrigwardaw id-drittijiet tal-professjonijiet legali

Il-marixxalli (huissiers de justice)

Fil-qasam ċivili

Id-drittijiet tal-huissiers de justice fil-proċeduri ċivili u kummerċjali huma rregolati minn Digriet Irjali tat-30 ta’ Novembru 1976. It-tariffi għall-2009 ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Belġju tal-31 ta’ Diċembru 2008.

Id-dokumenti u t-tariffi jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra Nazzjonali tal-Marixxalli tal-Ġustizzja tal-Belġju (sezzjoni “Tariffi u rati ta’ interess” imbagħad “Il-Każijiet kollha”) jew fuq is-sit tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPortal tal-Ġudikatura tal-Belġju (sezzjoni “Leġiżlazzjoni”).

Fil-qasam kriminali

Id-drittijiet tal-marixxalli tal-ġustizzja fil-proċedimenti kriminali huma rregolati minn Digriet Irjali tat-28 ta’ Diċembru 1950 u minn ċirkolari ministerjali tat-22 ta’ Jannar 2009. It-tariffi għall-2009 ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Belġju tat-12 ta’ Jannar 2009.

Id-dokumenti u t-tariffi jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra Nazzjonali tal-Marixxalli tal-Ġustizzja tal-Belġju (sezzjoni “Tariffi u rati ta’ interessi” imbagħad “Il-Kawżi kriminali”) jew fuq is-sit tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPortal tal-Ġudikatura tal-Belġju (sezzjoni “Leġiżlazzjoni”).

Avukati

Id-drittijiet tal-avukati m’humiex irregolati. L-avukat jistabbilixxi d-drittijiet b’mod liberu u jistgħu jiġu nnegozjati bejn il-klijent u l-avukat, iżda xorta waħda għandu jistabbilixxihom f’limiti moderati. L-Organizzazzjoni tal-avukati tista’ tikkontrolla li l-avukat ma jaqbiżx dawn il-limiti.

Hemm diversi modi kif dawn jiġu kkalkulati: ħlas bis-siegħa, ħlas skont il-prestazzjoni, ħlas skont il-valur tal-kawża (persentaġġ tal-valur tal-kawża)… Ftehim fuq id-drittijiet marbut esklussivament mar-riżultat tal-kawża mhuwiex permess mill-Artikolu 446b tal-Kodiċi legali tal-Belġju. L-avukat għandu jinforma lill-klijent minn qabel dwar il-metodu ta’ kalkolu tad-drittijiet tiegħu. Id-drittijiet tal-avukati m’humiex soġġetti għall-VAT fil-Belġju.

L-ispejjeż legali fissi

L-ispejjeż fissi fil-proċedimenti ċivili

Spejjeż fissi għal-litiganti fil-proċedimenti ċivili

L-ispejjeż tat-tribunali fil-Belġju huma fissi. L-ammonti jvarjaw skont il-qorti li quddiemha jitressaq il-proċediment u skont il-fażi tal-proċediment (prim’istanza jew appell).

L-ispejjeż ta’ proċedimenti ġudizzjarji jissejjħu “spejjeż legali”, u huma soġġetti għall-Artikolu 1017 et sequitur tal-Kodiċi Ġudizzjarju.. L-Artikolu 1018 jagħti dettalji dwar l-ispejjeż li jagħmlu parti mill-ispejjeż legali. L-ispejjeż legali jinkludu:

  • diversi spejjeż, tar-reġistru u tar-reġistrazzjoni. L-ispejjeż tar-reġistru jinkludu spejjeż tal-istruttura, kitba u spedizzjoni, u d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Kodiċi tad-drittijiet ta’ reġistrazzjoni, tal-ipoteka u tar-reġistru, fl-Artikoli 268 et sequitur;
  • l-ispiża u l-ħlasijiet u s-salarji tad-dokumenti ġudizzjarji;
  • l-ispiża biex tintbagħat sentenza;
  • l-ispejjeż ta’ kull miżura istruttorja, l-aktar it-taxxa fuq ix-xhieda u l-esperti. Fil-każ tax-xhieda, digriet irjali tas-27 ta’ Lulju 1972 jiddetermina l-ammonti tat-taxxa u tal-ħlasijiet
  • l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni tal-imħallfin, tal-iskrivani u tal-partijiet, meta l-ispostament tagħhom ikun ġie ordnat mill-imħallef, u l-ispejjeż tad-dokumenti, meta dawn ikunu saru biss għall-proċedimenti;
  • il-kumpens għad-danni tal-proċedura previst fl-Artikolu 1022;
  • id-drittijiet, l-onorarji u l-ispejjeż tal-medjatur magħżul skont l-Artikolu 1734.

L-Artikolu 1019 jispeċifika li l-ispejjeż tar-reġistrazzjoni kklassifikati bħala spejjeż legali jinkludu:

  • l-ispiża fissa ġenerali,
  • l-ispejjeż fissi speċifiċi, u
  • l-ispejjeż dovuti fuq is-sentenzi ta’ kundanna, likwidazzjoni jew kollokazzjoni ta’ somom jew titoli.

F’ċerti każijiet, meta r-rikorrent jew l-intervenjenti fil-proċedura ma jkunx Belġjan u l-konvenut ikun Belġjan, dan tal-aħħar jista’ jitlob, ħlief jekk teżisti konvenzjoni internazzjonali li tipprevedi eżenzjoni u ħlief f’każijiet partikolari, li l-applikant jew l-intervenjenti jipprovdi garanzija sabiex jiggarantixxi l-ħlas tad-danni u l-interessi li jirriżultaw mill-proċess. Dan huwa previst fl-Artikolu 851 tal-Code judiciaire (Kodiċi ġudizzjarju).

Wieħed għandu jikkunsidra wkoll l-ispejjeż tal-marixxall, tal-avukati (ara hawn fuq), tat-tradutturi u tal-interpreti (ara hawn taħt), jekk ikunu meħtieġa.

Il-mument fi proċedimenti ċivili fejn parti għandha tħallas spejjeż fissi

Ċerti spejjeż ikollhom jitħallsu qabel ma tibda l-azzjoni. Dan huwa l-każ tal-ħlas tar-reġistru li għandu jsir mal-iskedar.

L-ispejjeż li jinqalgħu matul il-proċedimenti ġeneralment jinġabru waqt il-proċedimenti.

Fil-każ ta’ ċerti spejjeż, ikun meħtieġ li jingħata depożitu. Għaldaqstant, l-esperti jitħallsu permezz ta’ depożitu stabbilit mill-parti li tkun talbet il-miżura istruttorja. Bl-istess mod, l-Artikolu 953 jipprevedi li l-parti li titlob is-smigħ ta’ xhud għandha  tħalli depożitu mal-iskrivan, qabel dan is-smigħ, li jirrappreżenta l-ammont tat-taxxa u r-rimborż tal-ispejjeż (vjaġġar,...).

Jista’ jiġri li l-ħlasijiet tal-qorti jitħallsu mill-avukat, u li dawn imbagħad jiġu inklużi mat-tariffi u d-drittijiet tiegħu.

Il-ħlasijiet fissi fil-proċedimenti kriminali

Ħlasijiet fissi dovuti mill-partijiet kollha fi proċedimenti kriminali

Il-kwistjoni tal-ħlasijiet fissi fil-proċedimenti kriminali hija rregolata fl-Artikoli 91 et sequitur tad-Digriet Irjali tat-28 ta’ Diċembru 1950.

Il-mument fi proċedimenti kriminali fejn parti għandha tħallas spejjeż fissi

Il-kwistjoni tal-ħlasijiet fissi fil-proċedimenti kriminali hija rregolata fl-Artikoli 91 et sequitur tad-Digriet Irjali tat-28 ta’ Diċembru 1950.

L-ispejjeż legali tal-proċedimenti ta' natura kostituzzjonali

Ħlasijiet fissi għall-individwi fi proċedimenti kostituzzjonali

L-uniċi ħlasijiet li għandhom isiru mill-partijiet fi proċediment kostituzzjonali huma l-ispejjeż tal-posta rreġistrata.

Liema informazzjoni minn qabel wieħed għandu jistenna mingħand ir-rappreżentant legali tiegħu (l-avukat)?

Informazzjoni rigward id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet

Ir-regoli tal-etika jimponu fuq l-avukati d-dmir ta’ informazzjoni u parir fir-rigward tal-klijenti tagħhom. Dan jimplika li l-avukat għandu jagħti lill-klijent tiegħu tagħrif rigward id-drittijiet u l-obbligi tiegħu.

L-avukat għandu, inter alia, jinforma lill-klijenti tiegħu rigward il-metodu ta’ kalkolu tad-drittijiet tiegħu.

Sorsi ta’ informazzjoni rigward l-ispejjeż tal-proċedimenti legali

Fejn nista’ nsib tagħrif dwar l-ispejjeż tal-proċedimenti legali fil-Belġju?

Wieħed jista’ jsib informazzjoni rigward dan is-suġġett fuq is-sit ta’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSPF Justice, fuq is-sit tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCommission de Modernisation de l’Ordre Judiciaire (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKummissjoni għall-Immodernizzar tas-Sistema Ġudizzjarja) (sezzjoni “Info juridique”) jew fuq is-siti elettroniċi tad-diversi professjonijiet legali.

Informazzjoni simili tista’ tinstab ukoll fid-dokumenti regolatorji, jew billi ssaqsi f’uffiċċju jew lil xi avukat.

F’liema lingwi nista’ nsib tagħrif dwar l-ispejjeż tal-proċedimenti legali fil-Belġju?

Din l-informazzjoni hija disponibbli bl-Olandiż u bil-Franċiż.

Fejn nista’ nsib tagħrif dwar il-medjazzjoni?

Informazzjoni dwar il-medjazzjoni hija disponibbli fuq is-sit tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSPF Justice (sezzjoni pubblikazzjonijiet) kif ukoll fuq is-sit tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKummissjoni Federali għall-Meditazzjoni.

Fejn insib tagħrif ieħor dwar l-ispejjeż?

Sit elettroniku li jitratta l-ispejjeż tal-proċedimenti legali

Ara hawn fuq.

Fejn insib tagħrif dwar it-tul medju ta’ proċediment?

Avukat jista’ jagħtik xi tagħrif rigward stima tat-tul tal-proċedimenti tiegħek. Dan ikun ivarja skont it-tip ta’ proċedimenti li tixtieq tibda u skont it-Tribunal li tixtieq tidher quddiemu.

Fejn nista’ nsib tagħrif dwar l-ispiża totali medja ta’ proċediment partikolari?

Avukat jista’ jagħtik xi tagħrif rigward stima tal-ispiża tal-proċedimenti tiegħek. Din tkun tvarja skont it-tip ta’ proċedimenti li tixtieq tibda u skont it-Tribunal li tixtieq tidher quddiemu.

Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT)

Fejn nista’ nsib tagħrif dwar dan is-suġġett? X’inhuma r-rati applikabbli?

Fejn it-tagħrif dwar l-ispejjeż huwa ppubblikat, l-ispejjeż imsemmija ma jinkludux il-VAT. Ir-rata tal-VAT applikabbli titla’ għal 21%.

Għajnuna legali

X’inhuma l-limiti ta’ dħul biex wieħed ikun jista’ jiksibha, fi kwistjonijiet ċivili?

Dan huwa suġġett irregolat mill-Artikoli 508/1 et sequitur tal-Kodiċi Ġudizzjarju Belġjan.

L-għajnuna legali inizjali hija bla ħlas għal kulħadd. Dan huwa parir legali inizjali, u b'mod aktar speċifiku:

  • tagħrif prattiku,
  • tagħrif legali,
  • parir inizjali jew riferiment għal organizzazzjoni speċjalizzata.

Dan l-ewwel parir jingħata minn professjonisti tal-liġi u huwa kompletament bla ħlas, hu x’inhu d-dħul tiegħek.

L-għajnuna legali sekondarja tippermetti lil dawk li minħabba li jkollhom dħul baxx ma jkunux jistgħu jħallsu għas-servizz ta’ avukat biex jiksbu s-servizz ta’ avukat jew parti minnu bla ħlas. Avukat jgħinek billi jagħtik parir u jiddefendik. Digriet Irjali tat-18 ta’ Diċembru 2003 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għas-servizz bla ħlas kollu jew parzjali ta’ għajnuna legali sekondarja u tal-għajnuna legali.

Il-benefiċjarji tal-għajnuna legali kompletament bla ħlas minħabba s-sitwazzjoni soċjali tagħhom:

  • kull persuna waħedha li d-dħul nett ta’ kull xahar tagħha ma jaqbiżx it-944 Euro;
  • kull persuna ma’ dipendenti li d-dħul nett ta’ kull xahar tagħha ma jaqbiżx l-1.213 Euro (+ 163,47 Euro għal kull persuna dipendenti);
  • kull persuna li tifforma familja (miżżewġa jew li tgħix ma’ xi ħadd ieħor) u li d-dħul nett ta’ kull xahar tagħha ma jaqbiżx l-1.213 Eur (+ 163,47 Euro għal kull persuna dipendenti);
  • kull persuna li tibbenefika minn dħul tal-integrazzjoni soċjali jew tal-għajnuna soċjali;
  • kull persuna li tibbenefika mid-dħul garantit għall-anzjani (GRAPA);
  • kull persuna li tibbenefika minn allowances ta’ sostituzzjoni ta’ dħul lil persuni b’diżabilità li ma jingħatawx allowance ta’ integrazzjoni;
  • kull persuna li għandha tfal dipendenti li tirċievi benefiċċji tal-familja;
  • kull kerrej soċjali li, fir-Reġjuni Fjamming u ta’ Bruxelles-Capitale, iħallas kera ugwali għal nofs il-kera bażi jew li, fir-Reġjun tal-Vallonja, iħallas kera minima;
  • kull minorenni;
  • kull barrani, għall-introduzzjoni ta’ talba ta’ permess ta’ residenza jew ta’ appell amministrattiv jew legali kontra deċiżjoni meħuda fl-applikazzjoni tal-liġijiet dwar l-aċċess għat-territorju, ir-residenza, l-istabbiliment u t-tkeċċija tal-barranin;
  • kull min jitlob ażil, kull persuna li tindirizza dikjarazzjoni jew titlob li tiġi rikonoxxuta bħala refuġjat jew li tressaq talba ta’ status ta’ persuna spostata;
  • persuna involuta fi proċedimenti ta’ ftehim kollettiv ta’ djun jew li tixtieq tressaq talba għal ftehim kollettiv ta’ djun.

Dawk li jibbenefikaw minn għajnuna legali bla ħlas minħabba preżunzjoni ta’ nuqqas ta’ dħul (il-preżunzjoni tista’ tiġi ribattuta) :

  • kull detenut jew kull konvenut imsejjaħ mil-liġi sabiex jidher immedjatament quddiem il-qorti li huwa preżunt, sakemm ma jiġix ippruvat mod ieħor, li huwa persuna li m’għandhiex riżorsi biżżejjed;
  • kull persuna marida mentalment soġġetta għal miżura prevista mill-Att tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-protezzjoni ta’ persuni morda mentalment li hija preżunta, sakemm ma jiġix ippruvat mod ieħor, li hija  persuna li m’għandhiex riżorsi biżżejjed;
  • id-difensur imsejjaħ mil-liġi sabiex jidher immedjatament.

L-intervent ikun parzjalment bla ħlas (l-avukat jista’ f’dan il-każ jitlob intervent moderat sabiex ikopri s-servizzi tiegħu) għal:

  • kull persuna waħedha li d-dħul nett ta’ kull xahar tagħha huwa bejn 944 Euro u 1.213 Euro
  • kull persuna waħedha ma’ dipendenti li d-dħul nett ta’ kull xahar tagħha huwa bejn 1213 Euro u 1.480 Euro (+ 163,47 Euro għal kull persuna dipendenti)
  • kull persuna li tgħix mas-sieħeb/sieħba tagħha fiż-żwieġ jew ma’ persuna oħra li magħha tifforma familja u li d-dħul nett ta’ kull xahar tagħha huwa bejn 1.213 Euro u 1.480Euro (+ 163,47 EUR għal kull persuna dipendenti)

L-ammonti ppreżentati hawn fuq jiġu adattati kull sena skont kif jinbidel l-indiċi tal-prezzijiet tal-konsum.

L-għajnuna legali tirrigwarda l-ispejjeż tal-proċedimenti legali. Jekk il-klijent ma jkollux biżżejjed mezzi sabiex ikopri l-ispejjeż tal-qorti, jista’ jressaq talba, huwa stess jew permezz tal-avukat tiegħu, fl-uffiċċju tal-għajnuna legali. Huwa jista’, skont il-grad ta’ falliment tiegħu, ikun eżentat, b’mod sħiħ jew parzjalment, milli jħallas l-ispejjeż tal-marixxall, tal-esperti, eċċ. Dan il-qasam huwa rregolat mill-Artikoli 664 et sequitur tal-Kodiċi Ġudizzjarju.

X’inhuma l-kondizzjonijiet sabiex wieħed jiksibha, meta dan ikun akkużat fi proċess kriminali jew inkella jkun vittma ta’ reat jew ikun akkużat?

Il-kundizzjonijiet biex wieħed jikseb l-għajnuna legali bħala akkużat fi proċess kriminali, jew inkella bħala vittma jew bħala akkużat huma l-istess bħal dawk imsemmija hawn fuq.

Hemm proċedimenti mingħajr spejjeż?

Iva, pereżempju l-proċedimenti sabiex tikseb ftehim kollettiv ta’ djun jew sabiex tikseb il-possibbiltà li tidħol il-qorti mingħajr spejjeż.

L-ispejjeż legali meta għandhom jitħallsu minn min ikun tilef il-kawża lil min ikun rebaħha?

Fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali

Skont l-Artikoli 1017 et sequitur, l-ispejjeż li jiffurmaw l-ispejjeż legali (spejjeż tal-marixxall, tal-esperti, tat-tribunali,…) fil-prinċipju, jitħallsu mill-parti telliefa ladarba tingħata s-sentenza.

Kontribut ta' darba għall-ispejjeż u d-drittijiet tal-avukat mill-parti li tkun rebħet il-kawża jagħmel parti mill-ispejjeż legali li għandhom jitħallsu mill-parti telliefa. Dan il-kontribut jissejjaħ “ħlas għall-preparazzjoni tal-kawża” u jikkonsisti f’kontribuzzjoni ta' darba kkalkulat skont skeda stabbilita skont l-ammonti involuti fil-każ. Din ma tkoprix neċessarjament l-ispejjeż tad-drittijiet kollha. Digriet Irjali tas-26 ta’ Ottubru 2007 jiddetermina l-ammonti ta’ dan il-“ħlas għall-preparazzjoni tal-kawża”. Dawn l-ammonti jikkonsistu f’ammonti minimi u massimi, u huwa l-imħallef li jevalwa l-ammont tal-ħlas għad-danni  f’din il-medda.

F’ċerti każi, huwa possibbli li t-Tribunal ma jikkundannax lill-parti telliefa li tħallas iżda jirregola l-kwistjoni mod ieħor (qsim tal-ispejjeż,…).

Fi kwistjonijiet kriminali

Meta l-akkużat u l-persuni ċivilment responsabbli jiġu kkundannati, l-ispejjeż tal-proċedimenti, normalment, jiġu mħallsa minnhom, flimkien ma’ ħlas għall-preparazzjoni tal-kawża (kontribut ta' darba għall-ispejjeż u d-drittijiet tal-avukat tal-parti li tkun rebħet il-kawża - ara hawn fuq fil-kwistjonijiet ċivili u kummerċjali). Għall-kuntrarju, jekk l-akkużat u l-persuni ċivilment responsabbli ma jiġux ikkundannati u l-parti ċivili titlef, din tal-aħħar tista’ jew għandha tkun ikkundannata li tħallas l-ispejjeż kollha tal-proċediment jew parti minnhom lill-Istat u lill-akkużat, kif ukoll ħlas għall-preparazzjoni tal-kawża. F’ċerti każi l-ispejjeż tal-proċediment jitħallsu mill-Istat. Dawn ir-regoli jinstabu fil-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali.

Drittijiet tal-esperti

Fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali

L-ispejjeż tal-esperti m’humiex irregolati u dawn jiffissaw b’mod liberu l-ammont tal-ispejjeż tagħhom. L-imħallef jikkontrolla dawn id-drittijiet b’mod marġinali (jista’ jintervjeni f’każ ta’ nuqqas ta’ ftehim bejn il-partijiet u l-espert) iżda m’hemmx dokument legali li jiffissa l-ammonti li magħhom għandhom jaqblu d-drittijiet tal-esperti. Dan il-qasam huwa rregolat mill-Artikoli 987 et sequitur tal-Kodiċi Ġudizzjarju kif ukoll minn Digriet Irjali tal-24 ta’ Mejju 1933.

Digriet Irjali tal-14 ta’ Novembru 2003 jistabbilixxi madankollu t-tariffi tad-drittijiet u l-ispejjeż dovuti lill-esperti maħtura mill-qrati tax-xogħol għal rapporti mediċi li jirrigwardaw:

  • tilwim dwar benefiċċji għal persuni b’diżabilità,
  • benefiċċji tal-familja għall-ħaddiema b’salarju u l-ħaddiema indipendenti,
  • l-assigurazzjoni tal-qgħad, u
  • l-iskema ta’ assigurazzjoni obbligatorja għall-kura tas-saħħa u benefiċċji.

Fi kwistjonijiet kriminali

Id-drittijiet tal-esperti fil-proċedimenti kriminali huma rregolati minn Digriet Irjali tat-28  ta’ Diċembru 1950 u permezz ta’ ċirkolari ministerjali tat-22 ta’ Jannar 2009. It-tariffi għall-2009 ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Belġju tat-12 ta’ Jannar 2009.

Dokumenti disponibbli għall-konsultazzjoni fuq is-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCommission de Modernisation de l'Ordre Judiciaire (sezzjoni “infos juridique” (informazzjoni legali) – “professionnels” (professjonisti) – “tarifs”  (tariffi) – “frais de justice” (spejjeż tal-proċedimenti legali)) jew fuq is-sit tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPortal tal-Awtorità Ġudizzjarja tal-Belġju (sezzjoni “Législation” (Leġislazzjoni)).

Drittijiet tat-tradutturi u l-interpreti

Jista’ jkun il-każ li ikun jeħtieġ l-użu ta’ traduttur jew ta’ interpretu waqt kawża. Dan ikun il-każ meta jiġu ppreżentati dokumenti f’lingwa differenti minn dik użata għall-kawża jew meta xhud jitkellem b’lingwa oħra. Huwa wkoll il-każ meta parti tkun titkellem lingwa differenti minn dik użata waqt il-proċedura u ma tkunx tifhem il-lingwa tal-proċedura jew meta l-imħallef ma jifhimx il-lingwa użata minn din il-parti. Ir-regoli applikabbli jinsabu fl-Att tal-15 ta’ Ġunju 1935 rigward l-użu tal-lingwi fi kwistjonijiet ġudizzjarji.

Fi kwistjonijiet kriminali

Id-drittijiet tat-tradutturi u tal-interpreti fil-proċedimenti kriminali huma rregolati minn Digriet Irjali tat-28  ta’ Diċembru 1950 u permezz ta’ ċirkolari ministerjali tat-22 ta’ Jannar 2009. It-tariffi għall-2009 ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Belġju tat-12 ta’ Jannar 2009.

Dokumenti disponibbli għall-konsultazzjoni fuq is-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCommission de Modernisation de l'Ordre Judiciaire (sezzjoni “infos juridique” (informazzjoni legali) – “professionnels” (professjonisti) – “tarifs” (tariffi) – “frais de justice” (spejjeż tal-proċedimenti legali)) jew fuq is-sit tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPortal tal-Awtorità Ġudizzjarja tal-Belġju (sezzjoni “Législation” (Leġislazzjoni)).

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaService Public Fédéral Justice (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz Pubbliku Federali tal-Ġustizzja)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCommission de Modernisation de l’Ordre Judiciaire (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKummissjoni għall-Immodernizzar tas-Sistema Ġudizzjarja)

Dokumenti relatati

Rapport tal-Belġju dwar l-Istudju fuq it-trasparenza tal-ispejjeżPDF(829 Kb)en

L-aħħar aġġornament: 20/09/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Studju ta’ każ 1 – liġi tal-familja – divorzju - Il-Belġju

F’dan l-istudju dwar il-liġi tal-familja – divorzju, l-Istati Membri ntalbu biex jinfurmaw lill-parti li tressaq it-talba għad-divorzju dwar l-ispejjeż tal-kawża sabiex jitqiesu s-sitwazzjonijiet li ġejjin:

Każ A – Sitwazzjoni nazzjonali: koppja tiżżewweġ. Wara jisseparaw u jaqblu li għandhom jiddivorzjaw.

Każ B – Sitwazzjoni transnazzjonali: Żewġ ċittadini mill-istess Stat Membru (Stat Membru A) jiżżewwġu. Iż-żwieġ jiġi ċċelebrat fi Stat Membru A. Wara ż-żwieġ, il-koppja tmur tirresjedi u taħdem fi Stat Membru ieħor (Stat Membru B), fejn huma jistabbilixxu residenza. Ftit wara, il-koppja tissepara, bil-mara tmur lura lejn l-Istat Membru A u r-raġel jibqa’ fl-Istat Membru B. Il-koppja jaqblu li għandhom jiddivorzjaw. Hekk kif tasal lura fi Stat Membru A, il-mara mal-ewwel tiftaħ kawża ta’ divorzju quddiem il-qrati ta’ Stat Membru B.


Nota preliminari importanti:  L-ispejjeż u d-drittijiet tal-avukati m’humiex irregolati fil-Belġju (dawn l-ispejjeż u d-drittijiet jiddependu mid-diffikultà u l-importanza tal-każ, mill-isem u r-reputazzjoni tal-avukat, mill-urġenza tal-każ, mir-riżultat tal-każ,…).  Madankollu, fil-Belġju, l-avukati huma marbuta b’regoli tal-etika u huma legalment obbligati li jistmaw l-ispejjeż u l-prezzijiet fil-limiti moderati ġusti (ara hawn fuq).

L-istima tal-ispejjeż u l-prezzijiet qiegħda tingħata sempliċement bħala indikazzjoni.


Spejjeż fil-Belġju

Spejjeż tal-proċess, tal-proċedura tal-appell u tar-Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim (Mode Alternatif de Résolution des Conflits - MARC)


Każ prattiku:

Proċess

Proċedura ta' appell

Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim (MARC)

Spejjeż tal-proċess inizjali

Spejjeż ta’ traskrizzjoni

Spejjeż oħra

Spejjeż tal-proċess inizjali

Spejjeż ta’ traskrizzjoni

Spejjeż oħra

Din l-għażla hija disponibbli f’dan it-tip ta’ każijiet ?

Spejjeż

Każ A

82Euro

bejn 7.57 Euro u 34.48 Euro kull paġna

186Euro

bejn 7.57 Euro u 34.48 Euro kull paġna

le

Każ B

82Euro

bejn 7.57 Euro u 34.48 Euro kull paġna

186Euro

bejn 7.57 Euro u 34.48 Euro kull paġna

le



Spejjeż tal-avukat, tal-marixxall u tal-esperti


Każ prattiku

Avukat

Marixxall

Espert

Ir-rappreżentanza hija obbligatorja?

Spiża medja

Ir-rappreżentanza hija obbligatorja?

L-ispejjeż qabel il-kawża

L-ispejjeż wara l-kawża

L-intervent tagħhom huwa obbligatorju?

Spejjeż

Każ A

le

madwar 2500Euro

le

madwar 250Euro

madwar 250Euro

le

Każ B

le

madwar 3500Euro

le

madwar 350Euro

madwar 350Euro

le



Spejjeż ta’ ħlas tax-xhieda, rahan jew garanziji oħrajn u spejjeż oħrajn


Każ prattiku:

Ħlas tax-xhieda

Rahan jew garanziji oħrajn

Spejjeż oħra

Ix-xhieda jitħallsu?

Spiża

Dan jeżisti u meta u kif jiġi implimentat?

Spiża

Deskrizzjoni

Spiża

Każ A

iva

bejn 15.65 Euro u 48.24 Euro

Fil-proċeduri ċivili, b'regola ġenerali, l-obbligu li wieħed jipprovdi garanzija fl-introduzzjoni ta' proċedura tista' tinqala' fil-każ previst fl-Artikolu 851 tal-Kodiċi ġudizzjarju.            Dan jittratta dwar l-ipotesi ta' eċċezzjoni tal-garanzija tal-persuna barranija li qed tagħmel it-talba.   Konvenut Belġjan jista' jitlob li dak li jagħmel it-talba jew l-intervenjent barrani jipprovdi garanzija.               L-Artikolu 852 jippreċiża l-forma li l-garanzija tista' tieħu (somma ta' flus, garanti,...).   Ara d-dokument dwar it-trasparenza tal-ispejjeż.

Każ B

iva

bejn 15.65 Euro u 48.24 Euro

Fil-proċeduri ċivili, b'regola ġenerali, l-obbligu li wieħed jipprovdi garanzija fl-introduzzjoni ta' proċedura tista' tinqala' fil-każ previst fl-Artikolu 851 tal-Kodiċi ġudizzjarju.            Dan jittratta dwar l-ipotesi ta' eċċezzjoni tal-garanzija tal-persuna barranija li qed tagħmel it-talba.   Konvenut Belġjan jista' jitlob li dak li jagħmel it-talba jew l-intervenjent barrani jipprovdi garanzija.               L-Artikolu 852 jippreċiża l-forma li l-garanzija tista' tieħu (somma ta' flus, garanti,...).   Ara d-dokument dwar it-trasparenza tal-ispejjeż.



Spejjeż ta’ għajnuna legali u ħlasijiet oħrajn

Ara l-parti “Għajnuna legali” tal-paġna dwar l-ispejjeż tal-proċeduri.

Attivitajiet ta' traduzzjoni u interpretazzjoni


Każ prattiku:

Traduzzjoni

Interpretazzjoni

Spejjeż oħra relatati mat-tilwim transnazzjonali ?

Meta u taħt liema kondizzjonijiet hija meħtieġa?

Spiża approssimattiva?

Meta u taħt liema kondizzjonijiet hija meħtieġa?

Spiża approssimattiva?

Deskrizzjoni

Spiża approssimattiva?

Każ A

meta d-dokumenti jkunu meħtieġa għall-proċedura

bejn 7.57 Euro u 34.48 Euro kull paġna

meta l-konvenut ma jkunx jifhem il-lingwa tal-proċedimenti

bejn 31.61 Euro u 54.62 Euro fis-siegħa

Każ B

meta d-dokumenti jkunu meħtieġa għall-proċedura

bejn 7.57 Euro u 34.48 Euro kull paġna

meta l-konvenut ma jkunx jifhem il-lingwa tal-proċedimenti

bejn 31.61 Euro u 54.62 Euro fis-siegħa

spejjeż tal-infurzar

madwar 100Euro


L-aħħar aġġornament: 20/09/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Studju ta’ każ 2 – liġi tal-familja – kustodja tat-tfal - Il-Belġju

F’dan l-istudju dwar il-liġi tal-familja – kustodja tat-tfal, l-Istati Membri ntalbu biex jinfurmaw lill-parti li tiftaħ il-kawża dwar l-ispejjeż tal-kawża sabiex jitqiesu s-sitwazzjonijiet li ġejjin:

Każ A – Sitwazzjoni nazzjonali: Żewġ persuni ilhom jgħixu flimkien għal għadd ta’ snin, mingħajr ma żżewwġu. Għandhom wild ta’ tliet snin meta jisseparaw. Deċiżjoni tal-qorti tagħti l-kustodja tal-wild lill-omm u dritt ta’ aċċess għall-missier. L-omm tiftaħ kawża biex tillimita d-dritt tal-missier għall-aċċess.

Każ B – Sitwazzjoni transnazzjonali fejn inti avukat fi Stat Membru A: Żewġ persuni ilhom jgħixu flimkien għal għadd ta’ snin fi Stat Membru (Stat Membru B), mingħajr ma żżewwġu, għal għadd ta’ snin. Għandhom wild flimkien iżda jisseparaw immedjatament wara li l-wild jitwieled. Deċiżjoni tal-qorti fi Stat Membru B tagħti l-kustodja tal-wild lill-omm bi dritt ta’ aċċess għall-missier. L-omm u l-wild imorru jgħixu fi Stat Membru ieħor (Stat Membru A) kif huma awtorizzati biex jagħmlu permezz tad-deċiżjoni tal-Qorti u l-missier jibqa’ fi Stat Membru B. Wara ftit snin, l-omm tiftaħ kawża fi Stat Membru A biex tbiddel id-dritt tal-missier għall-aċċess.

Nota preliminari importanti:  L-ispejjeż u d-drittijiet tal-avukati m’humiex irregolati fil-Belġju (dawn l-ispejjeż u l-miżati jiddependu mid-diffikultà u l-importanza tal-każ, mill-isem u r-reputazzjoni tal-avukat, mill-urġenza tal-każ, mir-riżultat tal-każ,…).  Madankollu, fil-Belġju, l-avukati huma marbuta b’regoli tal-etika u huma legalment obbligati li jistmaw l-ispejjeż fil-limiti moderati ġusti (ara hawn fuq).

L-istima tal-ispejjeż qiegħda tingħata sempliċement bħala indikazzjoni.  


Spejjeż fil-Belġju

Spejjeż tal-proċess, tal-proċedura tal-appell u tar-Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim (Mode Alternatif de Résolution des Conflits - MARC)


Każ prattiku

Proċess

Proċedura ta'  appell

Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim (MARC)

Spejjeż tal-proċess inizjali

Spejjeż ta’ traskrizzjoni

Spejjeż oħra

Spejjeż tal-proċess inizjali

Spejjeż ta’ traskrizzjoni

Spejjeż oħra

Din l-għażla hija disponibbli f’dan it-tip ta’ każijiet?

Spejjeż

Każ A

52 Euro

bejn 7.57 Euro u 34.48 Euro kull paġna

186Euro

bejn 7.57 Euro u 34.48 Euro kull paġna

le

Każ B

52 Euro

bejn 7.57 Euro u 34.48 Euro kull paġna

186Euro

bejn 7.57 Euro u 34.48 Euro kull paġna

le



Spejjeż tal-avukat, tal-marixxall u tal-esperti


Każ prattiku

Avukat

Marixxall

Espert

Ir-rappreżentanza hija obbligatorja?

Spiża medja

Ir-rappreżentanza hija obbligatorja?

L-ispejjeż qabel il-kawża

L-ispejjeż wara l-kawża

L-intervent tagħhom huwa obbligatorju?

Spejjeż

Każ A

le

madwar 1500Euro

le

52 Euro

madwar 100 Euro

le

Każ B

le

madwar 1000 Euro

le

52 Euro

madwar 100 Euro

le



Spejjeż ta' ħlas tax-xhieda, rahan jew garanziji oħrajn u spejjeż oħrajn


Każ prattiku

Ħlas tax-xhieda

Rahan jew garanziji oħrajn

Ix-xhieda jitħallsu?

Spiża

Dan jeżisti u meta u kif jiġi implimentat?

Każ A

iva

bejn 15.65 Euro u 48.24 Euro

Fil-proċeduri ċivili, b'regola ġenerali, l-obbligu li wieħed jipprovdi garanzija fl-introduzzjoni ta' proċedura tista' tinqala' fil-każ previst fl-Artikolu 851 tal-Kodiċi ġudizzjarju.      Dan jittratta dwar l-ipotesi ta' eċċezzjoni tal-garanzija tal-persuna barranija li qed tagħmel it-talba.  Konvenut Belġjan jista' jitlob li dak li jagħmel it-talba jew l-intervenjent barrani jipprovdi garanzija.  L-Artikolu 852 jippreċiża l-forma li l-garanzija tista' tieħu (somma ta' flus, garanti,...).  Ara d-dokument dwar it-trasparenza tal-ispejjeż.

Każ B

iva

bejn 15.65 Euro u 48.24 Euro

Fil-proċeduri ċivili, b'regola ġenerali, l-obbligu li wieħed jipprovdi garanzija fl-introduzzjoni ta' proċedura tista' tinqala' fil-każ previst fl-Artikolu 851 tal-Kodiċi ġudizzjarju.      Dan jittratta dwar l-ipotesi ta' eċċezzjoni tal-garanzija tal-persuna barranija li qed tagħmel it-talba.  Konvenut Belġjan jista' jitlob li dak li jagħmel it-talba jew l-intervenjent barrani jipprovdi garanzija.  L-Artikolu 852 jippreċiża l-forma li l-garanzija tista' tieħu (somma ta' flus, garanti,...).  Ara d-dokument dwar it-trasparenza tal-ispejjeż.



Spejjeż ta’ għajnuna legali u ħlasijiet oħrajn

Ara l-parti “Għajnuna legali” tal-paġna dwar l-ispejjeż tal-proċedimenti.

Attivitajiet ta' traduzzjoni u interpretazzjoni


Każ prattiku

Traduzzjoni

Interpretazzjoni

Spejjeż oħra relatati mat-tilwim transnazzjonali ?

Meta u taħt liema kondizzjonijiet hija meħtieġa?

Spiża approssimattiva?

Meta u taħt liema kondizzjonijiet hija meħtieġa?

Spiża approssimattiva?

Deskrizzjoni

Spiża approssimattiva?

Każ A

meta d-dokumenti jkunu meħtieġa għall-proċedimenti

bejn 7.57 Euro u 34.48 Euro kull paġna

meta l-konvenut ma jkunx jifhem il-lingwa tal-proċedimenti

bejn 31.61 Euro u 54.62 Euro fis-siegħa

Każ B

meta d-dokumenti jkunu meħtieġa għall-proċedimenti

bejn 7.57 Euro u 34.48 Euro kull paġna

meta l-konvenut ma jkunx jifhem il-lingwa tal-proċedimenti

bejn 31.61 Euro u 54.62 Euro fis-siegħa

spejjeż tal-ordni għall-eżekuzzjoni

madwar 100 Euro


L-aħħar aġġornament: 20/09/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Studju ta’ każ 3 – liġi tal-familja – manteniment - Il-Belġju

F’dan l-istudju dwar il-liġi tal-familja – manteniment, l-Istati Membri ntalbu biex jinfurmaw lill-parti li tiftaħ il-kawża dwar l-ispejjeż tal-kawża sabiex jitqiesu s-sitwazzjonijiet li ġejjin:

Każ A – Sitwazzjoni nazzjonali: Żewġ persuni ilhom jgħixu flimkien għal għadd ta’ snin, mingħajr ma żżewwġu.  Għandhom wild ta’ tliet snin meta jisseparaw. Deċiżjoni tal-qorti tagħti l-kustodja tal-wild lill-omm. L-unika kwistjoni pendenti hija dwar l-ammont ta’ manteniment li għandha tieħu l-omm mingħand il-missier għas-sostenn u l-edukazzjoni tal-wild. L-omm tiftaħ kawża dwar dan.

Każ B – Sitwazzjoni transnazzjonali fejn inti avukat fi Stat Membru A: Żewġ persuni kienu qed jgħixu flimkien fi Stat Membru (Stat Membru B). Għandhom wild ta’ tliet snin. Jisseparaw. Deċiżjoni tal-qorti fi Stat Membru B tagħti l-kustodja tal-wild lill-omm. Bi qbil mal-missier, l-omm u l-wild imorru jgħixu fi Stat Membru ieħor (Stat Membru A), fejn jistabbilixxu r-reżidenza tagħhom.

Għad hemm kwistjoni pendenti.  Din hija dwar l-ammont ta’ manteniment li għandha tieħu l-omm mingħand il-missier għas-sostenn u l-edukazzjoni tal-wild. L-omm tiftaħ kawża dwar dan fi Stat Membru A.

Nota preliminari importanti: L-ispejjeż u d-drittijiet tal-avukati m’humiex irregolati fil-Belġju (dawn l-ispejjeż u d-drittijiet jiddependu mid-diffikultà u l-importanza tal-każ, mill-isem u r-reputazzjoni tal-avukat, mill-urġenza tal-każ, mir-riżultat tal-kawża,…).  Madankollu, fil-Belġju, l-avukati huma marbuta b’regoli tal-etika u huma legalment obbligati li jistmaw l-ispejjeż fil-limiti moderati ġusti (ara hawn fuq).

L-istima tal-ispejjeż qiegħda tingħata sempliċiment bħala indikazzjoni.

Spejjeż fil-Belġju

Spejjeż tal-proċess, tal-proċedura tal-appell u tar-Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim (Mode Alternatif de Résolution des Conflits - MARC)


Każ prattiku:

Proċess

Proċeduri tal-appelli

Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim (MARC)

Spejjeż tal-proċess inizjali

Spejjeż ta’ traskrizzjoni

Spejjeż oħra

Spejjeż tal-proċess inizjali

Spejjeż ta’ traskrizzjoni

Spejjeż oħra

Din l-għażla hija disponibbli f’dan it-tip ta’ każijiet ?

Spejjeż

Każ A

27 Euro

bejn 7.57 Euro u 34.48 Euro kull paġna

82 Euro

bejn 7.57 Euro u 34.48 Euro kull paġna

 le

Każ B

27 Euro

bejn 7.57 Euro u 34.48 Euro kull paġna

82 Euro

bejn 7.57 Euro u 34.48 Euro kull paġna

 le



Spejjeż tal-avukat, tal-marixxall u tal-esperti


Każ prattiku:

Avukat

Marixxall

Espert

Ir-rappreżentanza hija obbligatorja?

Spiża medja

Ir-rappreżentanza hija obbligatorja?

L-ispejjeż qabel il-kawża

L-ispejjeż wara l-kawża

L-intervent tagħhom huwa obbligatorju?

Spejjeż

Każ A

 le

madwar 1000 Euro

 le

madwar 27 Euro

madwar 60 Euro

 le

Każ B

 le

madwar 1000 Euro

 le

madwar 27 Euro

madwar 60 Euro

 le



Spejjeż ta’ ħlas tax-xhieda, rahan jew garanziji oħrajn u spejjeż oħrajn


Każ prattiku:

Ħlas għax-xhieda

Rahan jew garanziji oħrajn

Ix-xhieda jitħallsu?

Spiża

Dan jeżisti u meta u kif jiġi implimentat?

Każ A

iva

bejn 15.65 Euro u 48.24 Euro

Fil-proċeduri ċivili, b'regola ġenerali, l-obbligu li wieħed jipprovdi garanzija fl-introduzzjoni ta' proċedura tista' tinqala' fil-każ previst fl-Artikolu 851 tal-Kodiċi Ġudizzjarju. Dan jittratta dwar l-ipotesi ta' eċċezzjoni tal-garanzija tal-persuna barranija li qed tagħmel it-talba. Konvenut Belġjan jista' jitlob li dak li jagħmel it-talba jew l-intervenjent barrani jipprovdi garanzija. L-Artikolu 852 jippreċiża l-forma li l-garanzija tista' tieħu (somma ta' flus, garanti,...). Ara d-dokument dwar it-trasparenza tal-ispejjeż.

Każ B

iva

bejn 15.65 Euro u 48.24 Euro

Fil-proċeduri ċivili, b'regola ġenerali, l-obbligu li wieħed jipprovdi garanzija fl-introduzzjoni ta' proċedura tista' tinqala' fil-każ previst fl-Artikolu 851 tal-Kodiċi Ġudizzjarju. Dan jittratta dwar l-ipotesi ta' eċċezzjoni tal-garanzija tal-persuna barranija li qed tagħmel it-talba. Konvenut Belġjan jista' jitlob li dak li jagħmel it-talba jew l-intervenjent barrani jipprovdi garanzija. L-Artikolu 852 jippreċiża l-forma li l-garanzija tista' tieħu (somma ta' flus, garanti,...). Ara d-dokument dwar it-trasparenza tal-ispejjeż.



Spejjeż ta’ għajnuna legali u ħlasijiet oħrajn

Ara l-parti “Għajnuna legali” tal-paġna dwar l-ispejjeż tal-proċedimenti.

Spejjeż ta' traduzzjoni u interpretazzjoni


Każ prattiku:

Traduzzjoni

Interpretazzjoni

Spejjeż oħra relatati mat-tilwim transnazzjonali ?

Meta u taħt liema kondizzjonijiet hija meħtieġa?

Spiża approssimattiva?

Meta u taħt liema kondizzjonijiet hija meħtieġa?

Spiża approssimattiva?

Deskrizzjoni

Spiża approssimattiva?

Każ A

meta d-dokumenti jkunu meħtieġa għall-proċedimenti

bejn 7.57 Euro u 34.48 Euro kull paġna

meta l-konvenut ma jkunx jifhem il-lingwa tal-proċedimenti

bejn 31.61 Euro u 54.62 Euro fis-siegħa

Każ B

meta d-dokumenti jkunu meħtieġa għall-proċedimenti

bejn 7.57 Euro u 34.48 Euro kull paġna

meta l-konvenut ma jkunx jifhem il-lingwa tal-proċedimenti

bejn 31.61 Euro u 54.62 Euro fis-siegħa

spejjeż tal-ordni ta' eżekuzzjoni

madwar 1000 Euro


L-aħħar aġġornament: 20/09/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Studju ta’ każ 4 – liġi kummerċjali – kuntratt - Il-Belġju

F’dan l-istudju dwar id-dritt kummerċjali – kuntratti, l-Istati Membri ntalbu biex jinfurmaw lill-bejjiegħ dwar l-ispejjeż tal-kawża sabiex jitqiesu s-sitwazzjonijiet li ġejjin:

Każ A – Sitwazzjoni nazzjonali: Kumpanija wasslet prodotti li jiswew 20,000 euros. Il-bejjiegħ ma tħallasx għaliex ix-xerrej iqis li l-prodotti mhumiex konformi mal-qbil li kien sar.

Il-bejjiegħ jiddeċiedi li jiftaħ kawża biex jikseb il-ħlas kollu tal-prezz.

Każ B – Sitwazzjoni transnazzjonali: Kumpanija li għandha l-uffiċċju ewlieni tagħha fi Stat Membru B twassal prodotti li jiswew 20,000 euro lil xerrej fi Stat Membru A. Il-kuntratt jaqa’ taħt il-liġi ta’ Stat Membru B u miktub bil-lingwa ta' Stat Membru B. Dan il-bejjiegħ ma tħallasx għaliex ix-xerrej, li jinsab fi Stat Membru A, iqis li l-prodotti mhumiex konformi mal-qbil li kien sar. Il-bejjiegħ jiddeċiedi li jiftaħ kawża biex jikseb il-ħlas kollu tal-prezz kif stipulat fil-kuntratt max-xerrej.

Nota preliminari importanti: L-ispejjeż u d-drittijiet tal-avukati m’humiex irregolati fil-Belġju (dawn l-ispejjeż u d-drittijiet jiddependu mid-diffikultà u l-importanza tal-każ, mill-isem u r-reputazzjoni tal-avukat, mill-urġenza tal-każ, mir-riżultat tal-każ,…).  Madankollu, fil-Belġju, l-avukati huma marbuta b’regoli tal-etika u huma legalment obbligati li jistmaw l-ispejjeż fil-limiti moderati ġusti (ara hawn fuq).

L-istima tal-ispejjeż qiegħda tingħata sempliċement bħala indikazzjoni.


Spejjeż fil-Belġju

Spejjeż tal-proċess, tal-proċedura tal-appell u tar-Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim (Mode Alternatif de Résolution des Conflits – MARC)


Każ prattiku

Proċess

Proċedura tal-appell

Riżoluzzjoni  Alternattiva tat-Tilwim (MARC)

Spejjeż tal-proċess inizjali

Spejjeż ta’ traskrizzjoni

Spejjeż tal-proċess inizjali

Spejjeż ta’ traskrizzjoni

Din l-għażla hija disponibbli f’dan it-tip ta’ każijiet?

Spejjeż

Każ A

82EURO

bejn 7.57 Euro u 34.48 Euro kull paġna

186EURO

bejn 7.57 Euro u 34.48 Euro kull paġna

Iva

Ara l-parti  "Spejjeż tal-medjazzjoni" tal-paġna dwar il-Medjazzjoni fil-Belġju

Każ B

52EUR (Ordni Ewropea tal-Ħlas)

bejn 7.57 Euro u 34.48 Euro kull paġna

186EURO

bejn 7.57 Euro u 34.48 Euro kull paġna

Iva

Ara l-parti  "Spejjeż tal-medjazzjoni" tal-paġna dwar il-Medjazzjoni fil-Belġju



Spejjeż tal-avukat, tal-marixxall u tal-esperti


Każ prattiku

Avukat

Marixxal

Espert

Ir-rappreżentanza hija obbligatorja?

Spiża medja

Ir-rappreżentanza hija obbligatorja?

L-ispejjeż qabel il-kawża

L-ispejjeż wara il-kawża

L-intervent tagħhom huwa obbligatorju?

Każ A

le

madwar 2000EUR

le

madwar 250EUR

madwar 250EUR

le

Każ B

le

madwar 2000EURO

le

madwar 52EURO

madwar 100EURO

le



Spejjeż ta’ ħlas tax-xhieda, rahan jew garanziji oħrajn u spejjeż oħrajn


Każ prattiku

Ħlas tax-xhieda

Rahan jew garanziji oħrajn

Ix-xhieda jitħallsu?

Spiża

Dan jeżisti u meta u kif jiġi implimentat?

Każ A

iva

bejn 15.65 Euro u 48.24 Euro

Fil-proċedimenti ċivili, b'regola ġenerali, l-obbligu li wieħed jipprovdi garanzija fil-mument tal-introduzzjoni ta' proċedura jista'  iseħħ fil-każ previst fl-Artikolu 851 tal-Kodiċi ġudizzjarju.  Dan jirrigwarda l-ipoteżi tal-eċċezzjoni tal-garanzija ta' barrani li qed jagħmel ir-rikjesta.   Konvenut Belġjan jista' jitlob li dak li qed jagħmel it-talba jew l-intervenjent barrani jipprovdi garanzija.   L-Artikolu 852 jippreċiża l-forma li l-garanzija tista' tieħu (somma ta' flus, garanti, eċċ.).   Ara d-dokument dwar it-trasparenza tal-ispejjeż.

Każ B

iva

bejn 15.65 Euro u 48.24 Euro

Fil-proċedimenti ċivili, b'regola ġenerali, l-obbligu li wieħed jipprovdi garanzija fil-mument tal-introduzzjoni ta' proċedura jista'  iseħħ fil-każ previst fl-Artikolu 851 tal-Kodiċi ġudizzjarju.  Dan jirrigwarda l-ipoteżi tal-eċċezzjoni tal-garanzija ta' barrani li qed jagħmel ir-rikjesta.   Konvenut Belġjan jista' jitlob li dak li qed jagħmel it-talba jew l-intervenjent barrani jipprovdi garanzija.   L-Artikolu 852 jippreċiża l-forma li l-garanzija tista' tieħu (somma ta' flus, garanti, eċċ.).   Ara d-dokument dwar it-trasparenza tal-ispejjeż.



Spejjeż ta’ għajnuna legali u ħlasijiet oħrajn

Ara l-parti “Għajnuna legali” tal-paġna dwar l-ispejjeż tal-proċedimenti.  


Attivitajiet ta' traduzzjoni u interpretazzjoni


Każ prattiku

Traduzzjoni

Interpretazzjoni

Spejjeż oħra relatati mat-tilwim transnazzjonali ?

Meta u taħt liema kondizzjonijiet hija meħtieġa?

Spiża approssimattiva?

Meta u taħt liema kondizzjonijiet hija meħtieġa?

Spiża approssimattiva?

Deskrizzjoni

Spiża approssimattiva?

Każ A

meta d-dokumenti jkunu meħtieġa għall-proċedimenti

bejn 7.57 Euro u 34.48 Euro kull paġna

meta l-konvenut ma jkunx jifhem il-lingwa tal-proċedimenti

bejn 31.61 Euro u 54.62 Euro fis-siegħa

Każ B

meta d-dokumenti jkunu meħtieġa għall-proċedimenti

bejn 7.57 Euro u 34.48 Euro kull paġna

meta l-konvenut ma jkunx jifhem il-lingwa tal-proċedimenti

bejn 31.61 Euro u 54.62 Euro fis-siegħa

spejjeż tal-ordni għall-eżekuzzjoni

madwar 100EURO


L-aħħar aġġornament: 20/09/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Studju ta’ każ 5 – liġi kummerċjali – responsabbiltà - Il-Belġju

F’dan l-istudju dwar id-dritt kummerċjali – responsabbiltà, l-Istati Membri ntalbu biex jinfurmaw lill-klijent dwar l-ispejjeż tal-kawża sabiex jitqiesu s-sitwazzjonijiet li ġejjin:

Każ A – Sitwazzjoni nazzjonali: Manifattur ta’ apparat li jsaħħan iwassal ħiter lil installatur. L-installatur min-naħa tiegħu jbiegħ (u jinstalla) l-heater lil klijenti biex dan jarma daru. Id-dar tieħu n-nar ftit wara. Kull parteċipant (manifattur tal-apparat tat-tisħin, l-installatur, il-klijent aħħari) għandu assikurazzjoni. L-oriġini tan-nar hija kkontestata. Ħadd ma jrid jagħti kumpens lill-klijent.

Il-klijent jiddeċiedi li jiftaħ kawża għal kumpens sħiħ kontra l-manifattur tal-apparat li jsaħħan, kontra l-installatur tal-apparat li jsaħħan u l-kontra l-kumpaniji tal-assikurazzjoni.

Każ B – Sitwazzjoni transnazzjonali: Manifattur ta’ apparat li jsaħħan fi Stat Membru B iwassal heater lil installatur fi Stat Membru C. L-installatur min-naħa tiegħu jbiegħ il-heater (u jinstallah) lil klijent fi Stat Membru A biex dan jarma daru. Id-dar tieħu n-nar ftit wara. Kull parteċipant (manifattur tal-apparat tat-tisħin, l-installatur, il-klijent aħħari) għandu assikurazzjoni ta’ kumpanija tal-assikurazzjoni fl-Istat Membru tiegħu stess. L-oriġini tan-nar hija kkontestata. Ħadd ma jrid jagħti kumpens lill-klijent.

Il-klijent jiddeċiedi li jiftaħ kawża għal kumpens sħiħ fi Stat Membru A kontra l-manifattur tal-apparat li jsaħħan, kontra l-installatur tal-apparat li jsaħħan u l-kontra l-kumpaniji tal-assikurazzjoni fi Stat Membru A.


Nota preliminari importanti:  L-ispejjeż u d-drittijiet tal-avukati m’humiex irregolati fil-Belġju (dawn l-ispejjeż u d-drittijiet jiddependu mid-diffikultà u l-importanza tal-każ, mill-isem u r-reputazzjoni tal-avukat, mill-urġenza tal-każ, mir-riżultat tal-każ,...). Madankollu, fil-Belġju, l-avukati huma marbuta b’regoli tal-etika u huma legalment obbligati li jistmaw l-ispejjeż fil-limiti moderati ġusti (ara hawn fuq).

L-istima tal-ispejjeż qiegħda tingħata sempliċement bħala indikazzjoni.  


 Spejjeż fil-Belġju

Spejjeż tal-proċess, tal-proċedura tal-appell u tar-Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim (Mode Alternatif de Résolution des Conflits - MARC)


Każ prattiku:

Proċess

Proċedura tal-appell

Riżoluzzjoni Alternattiva  tat-Tilwim (MARC)

Spejjeż tal-proċess inizjali

Spejjeż ta’ traskrizzjoni

Spejjeż tal-proċess inizjali

Spejjeż ta’ traskrizzjoni

Din l-għażla hija disponibbli f’dan it-tip ta’ każijiet?

Spejjeż

Każ A

82EURO

bejn 7.57 Euro u 34.48 Euro kull paġna

186EURO

bejn 7.57 Euro u 34.48 Euro kull paġna

iva

Ara l-parti  "Spejjeż tal-medjazzjoni" tal-paġna dwar il-Medjazzjoni fil-Belġju

Każ B

82EURO

bejn 7.57 EURO u 34.48 EURO kull paġna

186EURO

bejn 7.57 EURO u 34.48 EURO kull paġna

iva

Ara l-parti  "Spejjeż tal-medjazzjoni" tal-paġna dwar il-Medjazzjoni fil-Belġju



Spejjeż tal-avukat, tal-marixxall u tal-esperti


Każ prattiku:

Avukat

Marixxall

Espert

Ir-rappreżentanza hija obbligatorja?

Spiża medja

Ir-rappreżentanza hija obbligatorja?

L-ispejjeż qabel il-kawża

L-ispejjeż wara il-kawża

L-intervent tagħhom huwa obbligatorju?

Każ A

le

madwar 3000EURO

le

madwar 500EURO

madwar 250EURO

le

Każ B

le

madwar 3000EURO

le

madwar 500EURO

madwar 250EURO

le



Spejjeż ta’ ħlas tax-xhieda, rahan jew garanziji oħrajn


Każ prattiku:

Ħlas tax-xhieda

Rahan jew garanziji oħrajn

Ix-xhieda jitħallsu?

Spiża

Dan jeżisti u meta u kif jiġi implimentat?

Każ A

iva

bejn 15.65 Euro u 48.24 Euro

Fil-proċedimenti ċivili, b'regola ġenerali, l-obbligu li wieħed jipprovdi garanzija fil-mument tal-introduzzjoni ta' proċedura jista'  iseħħ fil-każijiet previsti fl-Artikolu 851 tal-Kodiċi ġudizzjarju.  Dan jirrigwarda l-ipoteżi tal-eċċezzjoni tal-garanzija ta' barrani li qed jagħmel ir-rikjesta.  Konvenut Belġjan jista' jitlob li dak li qed jagħmel it-talba jew l-intervenjent barrani jipprovdi depożitu bħala garanzija.  L-Artikolu 852 jippreċiża l-forma li l-garanzija tista' tieħu (somma ta' flus, garanti, eċċ.).  Ara d-dokument dwar it-trasparenza tal-ispejjeż.

Każ B

iva

bejn 15.65 Euro u 48.24 Euro

Fil-proċedimenti ċivili, b'regola ġenerali, l-obbligu li wieħed jipprovdi garanzija fil-mument tal-introduzzjoni ta' proċedura jista'  iseħħ fil-każijiet previsti fl-artikolu 851 tal-Kodiċi ġudizzjarju.  Dan jirrigwarda l-ipoteżi tal-eċċezzjoni tal-garanzija ta' barrani li qed jagħmel ir-rikjesta.  Konvenut Belġjan jista' jitlob li dak li qed jagħmel it-talba jew l-intervenjent barrani jipprovdi depożitu bħala garanzija.  L-Artikolu 852 jippreċiża l-forma li l-garanzija tista' tieħu (somma ta' flus, garanti, eċċ.).  Ara d-dokument dwar it-trasparenza tal-ispejjeż.



Spejjeż ta’ għajnuna legali u ħlasijiet oħrajn

Ara l-parti « Għajnuna Legali » tal-paġna dwar l-ispejjeż tal-proċedimenti.


Attivitajiet ta' traduzzjoni u interpretazzjoni


Każ prattiku:

Traduzzjoni

Interpretazzjoni

Spejjeż oħra relatati mat-tilwim transnazzjonali ?

Meta u taħt liema kondizzjonijiet hija meħtieġa?

Spiża approssimattiva?

Meta u taħt liema kondizzjonijiet hija meħtieġa?

Spiża approssimattiva?

Deskrizzjoni

Spiża approssimattiva?

Każ A

meta d-dokumenti jkunu meħtieġa għall-proċedimenti

bejn 7.57 EURO u 34.48 EURO kull paġna

meta l-konvenut ma jkunx jifhem il-lingwa tal-proċedimenti

bejn 31.61 Euro u 54.62 Euro fis-siegħa

Każ B

meta d-dokumenti jkunu meħtieġa għall-proċedimenti

bejn 7.57 EURO u 34.48 EURO kull paġna

meta l-konvenut ma jkunx jifhem il-lingwa tal-proċedimenti

bejn 31.61 Euro u 54.62 Euro fis-siegħa

spejjeż tal-ordni għall-eżekuzzjoni

madwar 100EURO


L-aħħar aġġornament: 20/09/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Bulgaru ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

L-ispiża tal-proċedimenti - Bulgarija

Din il-paġna toffrilek informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-ġustizzja fil-Bulgarija.

Qafas regolatorju għat-tariffi tal-professjonijiet legali

Avukati

Skont l-Att Bulgaru dwar l-Avukatura (emendat l-aħħar SG 69/05.08.2008):

L-Artikolu 36 jiddikjara li:

  1. L-avukati għandhom id-dritt li jitħallsu ta' xogħolhom.
  2. L-ammont tar-rimunerazzjoni għandu jkun maqbul f'kuntratt bejn l-avukat u l-klijent tiegħu. L-ammont tal-kuntratt għandu jkun ġust u ġġustifikat, u ma jistax ikun aktar baxx minn dak previst għat-tip ta' xogħol li jitwettaq (Ordinanza tal-Kunsill Suprem tal-Avukatura).
  3. Fin-nuqqas ta' kuntratt, fuq talba mill-avukat jew mill-klijent, il-Kunsill tal-Avukatura għandu jistabbilixxi r-rimunerazzjoni (Ordinanza tal-Kunsill Suprem tal-Avukatura).
  4. Ir-rimunerazzjoni tista' tkun stabbilita f'termini assoluti u/jew bħala perċentwal ta' ammont li jista', skont l-eżitu tal-proċediment, jiġi aġġudikat mill-qorti. Din teskludi r-rimunerazzjoni f'każijiet kriminali u f'każijiet ċivili fejn ikun involut interess non-materjali.

L-Artikolu 38 jiddikjara li:

  1. L-avukati jistgħu jipprovdu assistenza legali u kooperazzjoni lil:
  • Individwi li jkunu intitolati għal manteniment
  • Persuni f'diffikultà finanzjarja
  • Ġenituri, ħbieb u avukati oħrajn
  1. F'tali każijiet, fejn il-kontro-parti fil-proċedimenti rispettivi tkun ikkundannata tħallas l-ispejjeż, l-avukat ikollu d-dritt għal rimunerazzjoni. Il-qorti għandha tistabbilixxi tali rimunerazzjoni f'ammont mhux anqas minn dak previst (fl-Ordinanza taħt l-Artikolu 36(3) u għandha tikkundanna lill-parti l-oħra biex tħallasha.

Ir-rimunerazzjoni (tariffa) hija rregolata skont l-Ordinanza Nru 1 tal-Kunsill Suprem tal-Avukatura mill-2004. It-tariffi minimi huma kif ġej:

  1. Tariffi għal konsulenza, informazzjoni, tħejjija ta' dokumenti u kuntratti:
  • Tariffi fissi - minn madwar Eur 10 sa Eur 300
  • Skont l-interess materjali tal-każ, tariffa fissa (minn madwar Eur 75 sa Eur 350) + perċentwal tal-interess materjali (minn 0.1 sa 1%)
  1. It-tariffi għal proċedimenti ċivili u amministrattivi f'istanza waħda:
  • Tariffi fissi (minn madwar Eur 50 sa Eur 250)
  • Skont l-interess materjali tal-każ, tariffa fissa (minn madwar Eur 50 sa Eur 325) + perċentwal tal-interess materjali (minn 2 sa 6%)
  1. Għal proċedimenti dwar l-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti
  • nofs it-tariffi stabbiliti fit-taqsima 2.
  1. It-tariffi għal proċedimenti ta' sanzjonijiet kriminali u amministrattivi f'istanza waħda huma biss tariffi fissi:
  • Għall-fażi ta' qabel il-proċess, madwar Eur 150
  • Għall-fażi tal-proċess - minn madwar Eur 150 sa Eur 900, skont il-gravità tar-reat allegat
  • F'każijiet ta' sanzjonijiet amministrattivi, Eur 75
  1. Tariffi għal proċediment taħt liġijiet speċjali (protezzjoni tat-tfal, kodiċi tal-familja, vjolenza domestika, estradizzjoni u Mandat ta' Arrest Ewropew eċċ):
  • Tariffi fissi biss, minn madwar Eur 75 sa Eur 125

Marixxalli

Sa mill-2006, il-marixxalli fil-Bulgarija huma aġenti tal-infurzar privati u uffiċjali tal-istat. Tariffi statutorji japplikaw għalihom it-tnejn.

  1. It-tariffi tal-funzjonarji tal-istat huma regolati (fit-taqsima II rigward it-tariffa għall-miżati tal-istat miġbura mill-qrati taħt il-kodiċi tal-proċedura ċivili mill-2008).
  2. It-tariffi għall-aġenti tal-infurzar privati huma regolati (Artikolu 78 tal-Liġi dwar l-aġenti tal-infurzar privati u fit-tariffa għall-ispejjeż u l-infiq dwar l-infurzar, fil-liġi dwar l-aġenti tal-infurzar privati).

L-ispejjeż stabbiliti biż-żewġ tariffi huma l-istess.

Aġent ta' infurzar privat jitlob ħlas addizzjonali ta' 50 fil-mija tat-tariffa standard biex jinnotifika dokumenti f'jiem mhux tax-xogħol u btajjel, talli jibgħat taħrikiet bil-posta u talli jagħmel kopji tal-kwerela, in-notifika u d-dokumenti.

Spejjeż fissi

Spejjeż fissi fi proċedimenti ċivili

Spejjeż fissi fi għall-partijiet fil-kawża fi proċedimenti ċivili

It-tariffi għall-proċedimenti ċivili huma previsti (fit-taqsima I rigward il-miżata għat-tariffi tal-istat miġbura mill-qrati taħt il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili mill-2008), kif ġej. It-tariffa għal:

  • Talba ċivili hija 4 fil-mija tal-ammont mitlub, iżda mhux anqas minn Eur 25
  • Talba għal dannu morali hija ta' mhux aktar minn Eur 40, iżda mhux anqas minn Eur 15
  • Każijiet ta' divorzju (inkluż dawk risolti bi qbil reċiproku) huma 2 fil-mija tat-total ta' tliet snin tas-sehem ta' kull parti (skont il-qbil għad-diviżjoni tal-proprjetà matrimonjali u l-manteniment)
  • Ordni ta' infurzar hija 2 fil-mija tal-interess materjali, iżda mhux anqas minn Eur 12.5
  • Għal każijiet ta' adozzjoni hija Eur 12.5
  • Għall-garanzija għall-proprjetà mitluba hija Eur 20
  • Għall-garanzija għall-provi hija Eur 10
  • Għal każijiet ta' insolvenza hija ta' Eur 25 għal kummerċjant ta' proprjetà privat, Eur 125 għal kumpannija kummerċjali

Stadju tal-proċediment ċivili li fih għandhom jitħallsu l-ispejjeż fissi

It-tariffi jitħallsu qabel ma jibdew il-proċedimenti jew qabel ma jitwettqu l-azzjonijiet meħtieġa (Artikolu 76 tal-Kodiċi tal-proċedura Ċivili).

Spejjeż fissi fi proċedimenti kriminali

Spejjeż fissi għall-partijiet fil-kawża fi proċedimenti kriminali

Il-kopertura tal-ispejjeż u r-rimunerazzjoni fi proċedimenti kriminali hija regolata mill-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali:

Artikolu 187: Kopertura tal-ispejjeż

  1. Spejjeż għall-proċedimenti kriminali għandhom ikunu koperti minn ammont speċifikat fil-baġit tal-istituzzjoni rispettiva, ħlief f'każijiet speċifikati mil-liġi.
  2. F'każijiet kriminali li jirriżultaw mill-kwerela tal-vittma u mressqa quddiem il-qorti, il-kwerelant privat għandu jiddepożita l-ammont tal-ispejjeż bil-quddiem.  Jekk ma jkunux depożitati, il-kwerelant privat għandu jingħata terminu ta' sebat ijiem biex jiddepożitahom.
  3. F'każijiet li jirriżultaw mill-kwerela tal-vittma u mressqa quddiem il-qorti, l-ispejjeż għal talbiet evidenzjarji mressqa fil-qorti mill-kwerelat għandhom jiġu koperti bil-baġit tal-qorti.

L-ispejjeż fiss għal proċediment kriminali huma previsti (fit-Tariffa № 1 tal-liġi dwar it-tariffi tal-istat miġbura mill-qrati, l-uffiċċji tal-prosekuturi, is-serizzi ta' investigazzjoni u l-Ministeru tal-Ġustizzja, emendata l-aħħar fl-2005) kif ġej:

  • Għal kwereli li jirriżultaw fi proċedimenti kriminali ta' natura privata - Eur 6
  • Għal kwereli privati fi proċedimenti kriminali ta' natura privata - Eur 2.5
  • Għal talbiet għal riabilitazzjoni meta każ jibqa' miftuħ - Eur 3

Stadju tal-proċediment kriminali li fih għandhom jitħallsu l-ispejjeż fissi

L-ispejjeż deskritti hawn fuq għandhom ikunu depożitati bil-quddiem mill-kwerelant privat (skont il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali). Jekk ma jkunux depożitati, huwa għandu jingħata terminu ta' sebat ijiem biex jiddepożitahom.

Spejjeż fissi fi proċedimenti kostituzzjonali

Spejjeż fissi għall-partijiet fil-kawża fi proċedimenti kostituzzjonali

Fis-sistema legali Bulgara m'hemmx proċedimenti kostituzzjonali.

Informazzjoni minn qabel li għandha tingħata mir-rappreżentanti legali

Drittijiet u obbligi tal-partijiet

L-Artikolu 40(3) tal-Att dwar l-Avukatura jipprevedi li "l-avukati għandhom ikunu obbligati jinfurmaw bi preċiżjoni lill-klijenti tagħhom bid-drittijiet u l-obbligi tagħhom". [traduzzjoni mhix uffiċjali] Ma hemm ebda obbligu espliċitu li jipprovdu informazzjoni lill-klijenti tagħhom dwar spejjeż antiċipati matul il-proċedimenti legali. Madankollu l-kodiċi tal-etika tal-avukati jimplika tali obbligu.

Sorsi tal-ispejjeż

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fil-Bulgarija?

Persuna fiżika jew entità ġuridika li jkunu interessati jressqu każ quddiem qorti mhu ser ikunu jistgħu jsibu ebda informazzjoni pubblika li tispjega dan kemm ser jiswihom, peress li ma hemm ebda sit elettroniku uffiċjali jew mhux uffiċjali jew korp pubbliku li jipprovdi tali informazzjoni sintetizzata. Għaldaqstant, il-klijenti jiddependu prinċipalment fuq l-avukati tagħhom biex jinfurmawhom dwar l-ispejjeż.

Madankollu, mis-siti elettroniċi pubbliċi li ġejjin, iċ-ċittadini jistgħu jsibu r-regolamenti legali dwar it-tariffi u l-ispejjeż tal-proċedimenti lokali u jistgħu jagħmlu l-kalkoli tagħhom.  Dawn huma: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaleġislazzjoni nazzjonali, is-sit tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill Suprem tal-Avukatura, is-sit tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill Ġudizzjarju Suprem u s-sit tas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz Nazzjonali għall-Għajnuna Legali. Dawn is-siti elettroniċi kollha attwalment huma disponibbli bil-Bulgaru biss.

F'liem lingwi nista' nikseb informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fil-Bulgarija?

Is-siti elettroniċi kollha elenkati hawn fuq huma disponibbli biss bil-lingwa Bulgara.

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar il-medjazzjoni?

Tali informazzjoni hija disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja Bulgaru.

Fejn nista' nsib informazzjoni addizzjonali dwar l-ispejjeż?

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar it-tul ta' żmien medju li jieħdu proċeduri differenti?

Fuq is-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill Ġudizzjarju Suprem, inti tista' ssib ir-rapporti annwali u biennali tal-attivitajiet tal-qorti fil-livelli kollha. Hemm informazzjoni dwar l-għadd ta' każijiet finalizzati fl-aħħar 3 xhur, 6 xhur, sena, sentejn jew aktar. Id-dipartiment tal-istatistika tal-Kunsill Ġudizzjarju Suprem jipprovdi analiżi u informazzjoni dwar it-tul medju tal-proċedimenti tal-qorti f'każijiet ċivili, kriminali u amministrattivi.

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar in-nefqa kumulattiva medja għal proċediment partikolari?

Tali informazzjoni pubblika uffiċjali mhix disponsibbli.

Taxxa fuq il-Valur Miżjud

Kif tingħata din l-informazzjoni? X'inhuma r-rati applikabbli?

Il-VAT hija inkluża fl-ispejjeż (skont it-tariffi u r-regolamenti ta' hawn fuq).

Għajnuna legali

Limitu ta' dħul applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja ċivili

Skont l-Att dwar l-Għajnuna Legali, il-kondizzjonijiet kemm għall-każijiet ċivili kif ukoll kriminali huma l-istess (ara hawn taħt):

L-Artikolu 22:

  • L-għajnuna legali (skont il-Punti 1 u 2 tal-Artikolu 21) tingħata lil nies li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' eliġibbiltà għall-benefiċċji tal-assistenza soċjali ta' kull xahar (skont il-proċedura stabbilita fir-Regolamenti għall-Applikazzjoni tal-Att dwar l-Assistenza Soċjali), u għan-nies li jkunu tqiegħdu f'istituzzjonijiet speċjalizzati fejn jingħataw servizzi soċjali. [traduzzjoni mhix uffiċjali]
  • L-għajnuna legali (skont il-Punti 1 u 2 tal-Artikolu 21) għandha tingħata lil familja għall-fostering jew lil ħbieb u qraba li magħhom jitqiegħed it-tifel (skont il-proċeduri stabbiliti fl-Att dwar il-Protezzjoni tat-Tfal) [traduzzjoni mhix uffiċjali]
  • Id-deċiżjoni dwar it-tqegħid ta' tifel għandha tkun iċċertifikata mid-direttur tad-Direttorat tal-Assistenza Soċjali, jew b'sentenza tal-qorti, skont il-każ. Kwalunkwe persuna li ma tkunx talbet il-benefiċċju soċjali ta' kull xahar li tkun intitolata għalih (skont il-proċedura stabbilita bir-Regolamenti għall-Applikazzjoni tal-Att dwar l-Assistenza Soċjali) għandha tippreżenta lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Għajnuna Legali (NLAO) ċertifikat maħruġ mid-Direttur tad-Direttorat tal-Assistenza Soċjali, li jirrikonoxxi li l-persuna kkonċernata tissodisfa r-rekwiżiti ta' eliġibbiltà għall-benefiċċji ta' assistenza soċjali ta' kull xahar. [traduzzjoni mhix uffiċjali]

F'każijiet ċivili u amministrattivi, hemm rekwiżiti addizzjonali.

L-Artikolu 23:

  1. F'materji ċivili u amministrattivi, l-għajnuna legali tingħata fejn - abbażi ta' evidenza ppreżentata mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti - il-qorti tiddetermina li l-parti ma tkunx tista tħallas għall-assistenza ta' avukat. Biex tiddetermina dan, il-qorti ser tikkunsidra:
  • Id-dħul tal-persuna jew tal-familja
  • L-istatus tal-proprjetà, kif iċċertifikat b'dikjarazzjoni
  • Is-sitwazzjoni familjari
  • L-istatus tas-saħħa
  • L-istatus tal-impjieg
  • L-età
  • Ċirkostanzi oħrajn aċċertati.

Limitu ta' dħul applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-kwerelati

Flimkien mal-kriterji stabbiliti għal każijiet kriminali (Artikolu 22 tal-Att dwar l-Għajnuna Legali, deskritt hawn fuq) japplikaw il-kriterji li ġejjin:

Artikolu 23:

  1. Is-sistema ta' għajnuna legali (imsemmija fil-punt 3 tal-Artikolu 21) tkopri każijiet li fihom difiża jew rappreżentanza legali huma obbligatorji.
  2. Barra minn hekk, is-sistema tal-għajnuna legali għandha tkopri każijiet fejn suspettat, akkużat, persuna inkriminata, kwerelat jew parti f'każ kriminali, ċivili jew amministrattiv ma tistax tħallas biex tkun assistita minn avukat, tixtieq jkollha din l-assistenza, u l-interessi tal-ġustizzja jitolbu dan.
  3. F'materji kriminali, tali valutazzjoni tista' titwettaq mill-awtorità rilevanti abbażi tal-istatus tal-proprjetà tal-persuna/kwerelat li ma jistax iħallas għas-servizzi ta' avukat.

Limitu ta' dħul applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-vittmi

Il-limitu applikabbli huwa l-istess kif inhu għal partijiet oħra fi proċedimenti kriminali (ara hawn fuq).

Kondizzjonijiet oħra marbutin mal-għoti tal-għajnuna legali għall-vittmi

M'hemm l-ebda kondizzjoni speċifika fil-liġi li tapplika għall-vittmi tal-kriminalità. Ir-regoli ġenerali għall-għajnuna legali f'każijiet kriminali huma applikabbli (Artikoli 22 u 23 tal-Att dwar l-Għajnuna Legali).

Kondizzjonijiet oħra marbutin mal-għoti tal-għajnuna legali għall-kwerelati

M'hemm l-ebda kondizzjoni speċifika fil-liġi li tapplika għall-kwerelati. Ir-regoli ġenerali għall-għajnuna legali f'każijiet kriminali huma applikabbli (Artikoli 22 u 23 tal-Att dwar l-Għajnuna Legali).

Proċedimenti tal-qorti mingħajr ħlas

Artikolu 83:Eżenzjoni minn tariffi u spejjeż

  1. It-tariffi u l-ispejjeż għat-trattament ta' kawżi legali m'għandhomx jiġu depożitati:
  • Minn dawk li jagħmlu t-talba - ħaddiema, impjegati u membri ta' talbiet kollettivi, li joriġinaw minn relazzjonijiet legali ta' xogħol
  • Fil-każ ta' min jagħmel it-talba f'talbiet għall-manteniment
  • Għal talbiet ippreżentati minn prosekutur
  • Minn dawk li jagħmlu t-talba - għal talbiet għal danni li jirriżultaw minn delitt minn reat, li dwaru jeżisti verdett li jkun daħal fis-seħħ
  • Minn rappreżentanti speċjali maħtura ta' parti li l-indirizz tagħha mhuwiex magħruf
  1. It-tariffi u l-ispejjeż għal proċedimenti ma jistgħux jiġu destitwiti minn persuni fiżiċi, fejn il-qorti tirrikonoxxi li m'għandhomx riżorsi biżżejjed biex iħallsuhom. Mal-applikazzjoni għal eżenzjoni, il-qorti ser tikkunsidra:
  • Id-dħul tal-persuna u l-familja tal-persuna
  • L-istat tal-proprjetà, kif iċċertifikat b'dikjarazzjoni
  • L-istat tal-familja
  • L-istat tas-saħħa
  • L-istat tal-impjieg
  • L-età
  • Ċirkostanzi oħra rilevanti
  1. Fil-każijiet skont il-paragrafu 1 u 2, l-ispejjeż għall-proċedimenti għandhom jitħallsu mill-ammont previst fil-baġit tal-qorti.

Artikolu 84: Eżenzjoni f'każijiet pekuljari

Dawk eżentanti mill-ħlas ta' tariffa statali, iżda mhux mill-ispejjeż tal-qorti huma:

  1. L-Istat u l-istituzzjonijiet tal-Istat, minbarra f'każijiet ta' proprjetà statali privata u f'talbiet għal oġġetti riċevuti u drittijiet statali (emenda – SG 50/08, fis-seħħ mill-01.03.2008; emendata bid-deċiżjoni tal-qorti kostituzzjonali, każ Nru 3 tal-2008 - SG 63/08)
  2. Is-Salib l-Aħmar tal-Bulgarija
  3. Il-muniċipalitajiet, bl-eċċezzjoni ta' talbiet għal oġġetti riċevuti muniċipali privati u drittijiet ta' proprjetà - sjieda muniċipali privata

Il-parti li titlef il-kawża meta għandha tħallas l-ispejjeż tal-parti rebbieħa?

Każijiet Ċivili

Artikolu 78: Aġġudikazzjoni tal-ispejjeż

  1. It-tariffi mħallsa minn dak li jagħmel it-talba (inklużi l-ispejjeż għall-proċedimenti u r-rimunerazzjoni għal avukat wieħed (jekk il-parti kellha wieħed għandhom jitħallsu mill-konvenut fi proporzjon għall-ammont aġġudikat tat-talba.
  2. Jekk il-konvenut ma ta l-ebda raġuni għall-kawża, l-ispejjeż għandhom jiġu aġġudikati lil min jagħmel it-talba.
  3. Il-konvenut għandu wkoll id-dritt li jitlob l-ispejjeż li tħallsu fi proporzjon mal-parti miċħuda tat-talba.
  4. Il-konvenut huwa intitolat ukoll għal spejjeż jekk il-kawża tiġi terminata.
  5. Jekk it-talba mħallsa mill-parti għar-rimunerazzjoni ta' avukat hija eċċessivament għolja, fir-rigward tad-diffikultà reali legali u fattwali tal-każ, il-qorti tista', fuq talba tal-parti opposta, taġġudika ammont iżgħar, iżda mhux anqas mill-ammont minimu (skont l-Artikolu 36 tal-liġi tal-avukati).
  6. Fejn il-każ jiġi deċiż favur persuna li hija eżenti mit-tariffi tal-istati jew l-ispejjeż għall-proċedimenti, il-persuna mħarrka għandha tħallas it-tariffi u l-ispejjeż dovuti kollha.  L-ammonti rispettivi għandhom jiġu aġġudikati lill-qorti.
  7. Jekk it-talba ta' persuna li użat għajnuna legali hija rikonoxxuta, ir-rimunerazzjoni mħallsa tal-avukat tiġi aġġudikata lill-Uffiċju Nazzjonali tal-Għajnuna Legali, fi proporzjon għall-parti rikonoxxuta tat-talba. F'każijiet ta' deċiżjonijiet li joriġinaw minn taħrikiet, il-persuna li użat l-għajnuna legali għandha tħallas l-ispejjeż fi proporzjon tal-parti miċħuda tat-talba.
  8. Ir-rimunerazzjoni tal-avukat tiġi wkoll aġġudikata favur persuni ġuridiċi u imprendituri uniċi, jekk jkunu ngħataw difiża minn impjegat – konsulent legali.
  9. Jekk il-każ jiġi finalizzat bi qbil, nofs it-tariffa ddepożitata tal-istat għandha titħallas lura lil min jagħmel it-talba. L-ispejjeż tal-proċedimenti u l-qbil jibqgħu, sakemm ma jsirx qbil mod ieħor.
  10. Persuna terza li tassisti* mhux ser tiġi aġġudikata spejjeż, iżda għandha tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti mwettqa minnu jew minnha.
  11. Fejn prosekutur jipparteċipa fil-kawża, l-ispejjeż dovuti għandhom jiġu aġġudikati lill-istat, jew jitħallsu mill-istat.

*Persuna terza li tassisti hija parti separata fil-proċedimenti ċivili bi drittijiet u obbligi speċifiċi rregolati fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

Każijiet Kriminali

Kodiċi tal-Proċedura Kriminali - Spejjeż u rimunerazzjonijiet

Artikolu 187: Spejjeż koprenti

  1. Spejjeż għall-proċedimenti kriminali għandhom jiġu koperti minn ammonti speċifikati fil-baġit tal-istituzzjoni rispettiva, ħlief f'każijiet speċifikati mil-liġi.
  2. F'każijiet ta' reati bbażati fuq il-kwerela tal-vittma u mressqa quddiem il-qorti, l-ispejjeż għandhom jiġu depożitati bil-quddiem mill-kwerelat privat. Jekk ma jkunux depożitati, il-kwerelat privat għandu jingħata terminu ta' sebat ijiem biex jiddepożitahom.
  3. F'każijiet ibbażati fuq il-kwerela tal-vittma u mressqa quddiem il-qorti, l-ispejjeż għal talbiet evidenzjaraji mressqa fil-qorti mill-kwerelat għandhom jiġu koperti bil-baġit tal-qorti.

Artikolu 188: Determinazzjoni tal-ispejjeż

  1. L-ammont tal-ispejjeż għandu jiġi determinat mill-qorti jew il-korp tal-proċedimenti ta' qabel is-smigħ.
  2. Ir-rimunerazzjoni tax-xhieda - ħaddiema jew impjegati - għandha tiġi determinata mill-qorti.

Artikolu 189: Deċiżjoni dwar spejjeż

  1. Il-qorti għandha tiddeċiedi dwar il-kwistjoni tal-ispejjeż magħmula meta tagħti s-sentenza.
  2. L-ispejjez għat-traduzzjoni matul il-proċedimenti ta' qabel is-smigħ għandhom jiġu sostnuti mill-korp rispettiv; dawk magħmula matul il-proċedimenti tal-qorti ser jaqgħu fuq il-qorti.
  3. Fil-każ li l-parti akkużata tinstab ħatja, il-qorti tikkundannah/tikkundannaha biex tħallas l-ispejjeż tal-kawża, inkluż it-tariffi tal-avukat u spejjeż oħra għall-avukat tad-difiża maħtur ex officio. Dawn ser jinkludu l-ispejjeż magħmula mill-prosekutur privat u l-parti privata li tagħmel it-talba, fejn din tal-aħħar tkun għamlet talba għan dan il-għan. Fil-preżenza ta' diversi persuni kkundannati, il-qorti ser tapporzjona l-ispejjeż pagabbli minn kull waħda minnhom.
  4. Fejn il-parti akkużata ma tinstabx ħatja għal xi kapijiet ta' akkuża, il-qorti tikundanna lill-akkużat biex iħallas biss l-ispejjeż sostnuti f'konnessjoni mal-kap tal-akkuża li għalih huwa/hija instab ħati.

Artikolu 190: Aġġudikazzjoni tal-ispejjeż

  1. Fejn l-akkużat jinħeles jew il-proċedimenti kriminali jiġu terminati, l-ispejjeż kollha f'każijiet miftuħa għall-pubbliku jibqgħu jaqgħu fuq l-istat, u rikors mressaq fuq talba tal-vittma jkun għall-parti privata li tagħmel it-talba.
  2. Għandu jinħareġ mandat ta' eżekuzzjoni għall-ispejjeż aġġudikati mill-Qorti ta' Prim' Istanza.

Tariffi tal-esperti

Teżisti regola ġenerali għat-tariffi tal-esperti fi proċedimenti ċivili fil-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili:

Artikolu 75: Determinazzjoni tal-ispejjeż

”….ir-rimunerazzjoni tal-esperti għandha tiġi determinata mill-qorti, b'kont meħud tal-ħidma u l-ispejjeż magħmula."

L-Ordinanza Nru 1 tal-2008 għar-reġistrazzjoni, il-kwalifika u r-rimunerazzjoni ta' esperti inħarġet mill-Kunsill Ġudizzjarju Suprem u tapplika għall-każijiet ċivili, kriminali u amministrattivi. L-Artikolu 29 jistipula li t-tariffi tal-esperti għandhom jiġu determinati mill-awtoritajiet li jassenjaw il-kompetenzi f'konformità ma':

  1. Il-kompliċità tal-kompitu
  2. Il-kompetenza u l-kwalifika tal-espert
  3. Id-durata tal-issodisfar tal-kompitu
  4. Il-kwantità tal-ħidma magħmula
  5. L-Ispejjeż neċessarji, bħall-materjali użati, l-oġġetti ta' konsum, l-għodod, it-tagħmir, eċċ
  6. Il-kondizzjonijiet oħra li jinfluwenzaw il-ħidma magħmula - bħall-iskadenzi tal-laqgħat, ħidma addizzjonali wara l-ħin tax-xogħol u l-btajjel nazzjonali, eċċ

Tariffi ta' tradutturi u interpreti

Każijiet Ċivili

Ir-regoli dwar l-esperti japplikaw ukoll għat-tradutturi - ara hawn fuq.

Każijiet Kriminali

Kodiċi tal-Proċedura Kriminali: Artikolu 189(2)

L-ispejjeż ta' traduzzjoni matul il-proċedimenti ta' qabel il-proċess jkunu għall-korp rispettiv, u dawk matul il-proċedimenti tal-qorti jkunu għall-qorti.

Dokumenti relatati

Rapport tal-Bulgarija dwar l-Istudju dwar it-Trasparenza tal-ispejjeżPDF(566 Kb)en

L-aħħar aġġornament: 17/12/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-ispiża tal-proċedimenti - Repubblika Ċeka

Tista’ ssib informazzjoni dwar l-ispejjeż ġudizzjarji fir-Repubblika Ċeka f’din il-paġna. Għal analiżi aktar fid-dettall dwar l-ispejjeż tal-proċedimenti, jekk jogħġbok ikkonsulta dawn l-istudji ta' każijiet:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi tal-familja - Divorzju

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi tal-familja - kustodja tat-tfal u manteniment

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi kummerċjali - kuntratt

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi kummerċjali - responsabbilta

Qafas regolatorju li jirregola d-drittijiet tal-professjonijiet legali

L-avukati

Hemm tip wieħed biss ta’ avukat fir-Repubblika Ċeka, m’hemmx avukati li jirrapreżentaw il-klijenti l-qorti (barristers) jew konsulenti legali (solicitors).Regolament tal-Ministeru tal-Ġustizzja Nru. 177/1996 Sb. tal-4 ta’ Ġunju 1996

Ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegolament tal-Ministeru tal-Ġustizzja Nru. 177/1996 Sb. tal-4 ta’ Ġunju 1996 jittratta d-drittijiet u r-remunerazzjoni li jitħallsu lill-avukati għall-proviżżjoni ta’ servizzi legali (id-drittijiet tal-avukati). Huwa disponibbli bl-Ingliż fuq is-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni tal-Avukati Ċeka.

Id-drittijiet tal-avukati jistgħu jiġu miftehma wkoll privatament bejn il-partijiet involuti.

F’bosta każijiet tal-liġi ċivili (inklużi kwistjonijiet tal-familja u kummerċjali), ir-rappreżentazzjoni legali m’hijiex mandatorja.

Spejjeż fissi

Spejjeż fissi fil-proċedimenti ċivili

Spejjeż fissi għal-litiganti fi proċedimenti ċivili

L-Att. Nru 549/1991 Koll. dwar il-ħlasijiet ġudizzjarji (mhux disponibbli verżjoni bil-lingwa Ingliża) jirregola l-ispejjeż li jitħallsu fir-rigward ta’ proċedimenti ċivili. Dawn ivarjaw skont it-tip ta’ proċediment. Drittijiet fissi japplikaw f’ċertu każijiet; f’oħrajn, id-dritt li jitħallas jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta’ perċentwali.

Fil-każijiet kollha, l-ispejjeż iridu jitħallsu bil-munita Ċeka (CZK) u jistgħu jintbagħtu bi trasferiment bankarju fil-kont tal-istat (jew qorti). Spejjeż sa CZK 5000 jistgħu jitħallsu bil-bolla fiskali tal-gvern (kolek), li tista’ tinxtara fl-uffiċċji postali u ċerti postijiet oħra.

Il-qorti għandha tinnotifika lill-individwu li jagħmel it-talba bl-ammont speċifiku li hi jew hu għandu jħallas.

Stadju tal-proċediment ċivili li fih l-ispejjeż fissi jridu jitħallsu

L-ispejjeż iridu jitħallsu fi żmien tliet ijiem mid-data tan-notifikazzjoni, qabel isir l-ewwel smiegħ.

Spejjeż fissi fi proċedimenti kriminali

Spejjeż fissi għal-litiganti fi proċedimenti kriminali

Il-proċedimenti kriminali jibdew dejjem ex officio (mill-uffiċċju tal-prosekuzzjoi tal-istat), u l-akkużat iħallas biss l-ispejjeż tar-rappreżentazzjoni legali.

Stadju tal-proċediment kriminali li fih l-ispejjeż fissi jridu jitħallsu

M’hemmx spejjeż ġudizzjarji fi proċedimenti kriminali.

Spejjeż fissi fi proċedimenti kostituzzjonali

Spejjeż fissi għal-litiganti fi proċedimenti kostituzzjonali

M’hemmx spejjeż ġudizzjarji fissi għal kawżi miġjuba quddiem il-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika Ċeka, imma r-rappreżentazzjoni minn avukat hija mandatorja.

Stadju tal-proċediment kostituzzjonali li fih l-ispejjeż fissi jridu jitħallsu

M’hemmx spejjeż ġudizzjarji fissi.

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn qabel mir-rappreżentanti legali

Drittijiet u obbligi tal-partijiet

M’hemm l-ebda obbligu impost fuq ir-rappreżentanti legali biex jipprovdu informazzjoni minn qabel.

Id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet jistgħu jiġu miftehma bejn l-avukat u l-klijent tiegħu/tagħha.

Sorsi tal-ispejjeż

Fejn nista’ nsib informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fir-Repubblika Ċeka?

Huwa kunsiljabbli li jiġi kkonsultat avukat dwar kull każ speċifiku. Meta tinbeda kawża, il-qorti ssir responsabbli min-notifikazzjoni tal-ispejjeż tal-qorti li jridu jitħallsu.

F’liema lingwi nista’ nakkwista informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fir-Repubblika Ċeka?

Billi l-unika lingwa uffiċjali fir-Repubblika Ċeka hija ċ-Ċek, m’hemm l-ebda obbligu legali biex tiġi pprovduta l-informazzjoni f’lingwi oħra. Il-kwalità tal-informazzjoni għalhekk tiddependi fuq ir-rieda u l-kompetenzi tal-individwu li jipprovdi l-informazzjoni.

Fejn nista’ nsib informazzjoni dwar il-medjazzjoni?

L-informazzjoni dwar il-medjazzjoni tista’ tinstab fuq is-sit elettroniku ta’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Assoċjazzjoni tal-Medjaturi tar-Repubblika Ċeka (AMČR)

Fejn nista’ nsib informazzjoni addizzjonali dwar l-ispejjeż?

Sit elettroniku disponibbli dwar informazzjoni dwar l-ispejjeż

M’hemm l-ebda sit elettroniku uffiċjali li jipprovdi informazzjoni dwar l-ispejjeż.

Fejn nista’ nsib informazzjoni dwar it-tul ta’ żmien medju li jieħdu l-proċeduri differenti?

Statistiċi varji huma pprovduti fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja; madankollu, jiddependi ħafna mill-każ partikolari kkonċernat. Xi regoli legali jistipulaw limiti ta’ żmien biss fir-rigward ta’ atti speċifiċi mill-qorti (eż. deċiżjonijiet preliminari).

Fejn nista’ nsib informazzjoni dwar l-ispiża medja aggregata għal proċedura partikolari?

L-ispejjeż li jitħallsu jiddependu fuq iċ-ċirkostanzi ta’ kull każ; mhuwiex, għalhekk, possibbli li tiġi pprovduta din it-tip ta’ informazzjoni minn qabel.

Taxxa fuq il-valur miżjud

Kif inhi pprovduta din l-informazzjoni?

L-ispejjeż ġudizzjarji huma eżenti mit-taxxa fuq il-valur miżjud, u l-ammont tagħhom huwa finali. Id-dritttijiet tal-avukat ma jinkludux it-taxxa fuq il-valur miżjud. Madankollu, ċerti kumpaniji ta’ avukati, li jħallsu t-taxxa fuq il-valur miżjud, iżidu t-taxxa fuq il-valur miżjud (19%).

Liema huma r-rati applikabbli?

Ara l-punt aktar ‘il fuq dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud.

Għajnuna legali

Limitu tad-dħul applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja ċivili

L-ebda limitu tad-dħul speċifiku m’hu stabbilit. Madankollu, fuq talba, l-imħallfin jistgħu jirreviżjonaw kull sitwazzjoni individwalment. Eżenzjoni mill-ħlas parzjali jew totali tal-ispejjeż tal-qorti tista’ tingħata, sakemm l-attur ma jkunx beda kawża irraġonevoli. Il-qorti tista’ tassenja assistent legali lill-attur fejn ir-rappreżentazzjoni legali tkun mandatorja.

Għajnuna legali mingħajr ħlas hija pprovduta minn NGOs speċjalizzati (skont il-suġġett) jew mill-Assoċjazzjoni tal-Avukati Ċeka. F’każijiet speċifiċi, l-Assoċjazzjoni tal-Avukati Ċeka tista’ taħtar avukat biex jipprovdi servizzi legali mingħajr ħlas. Il-kwalifikazzjoni għall-għajnuna legali mingħajr ħlas ma tikkunsidrax biss id-dħul tal-persuna, imma wkoll is-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali tal-familja tagħha jew tiegħu.

Limitu tad-dħul applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-akkużati

L-ebda livell tad-dħul speċifiku m’hu stabbilit. Il-qorti tista’ tassenja avukat lil akkużat fis-sitwazzjonijiet kollha fejn ir-rappreżentazzjoni legali hija mandatorja u l-akkużat ma jkollux avukat tiegħu/tagħha.

Limitu tad-dħul applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-vittmi

Ċerti NGOs biss jipprovdu għajnuna legali mingħajr ħlas lill-vittmi. Il-vittmi huma parti mill-proċedimenti kriminali fi ftit każi speċifiċi biss; f’oħrajn, huma obbligati li jiftħu kawża (l-informazzjoni mogħtija aktar ‘il fuq dwar il-limitu ta’ dħul applikabbli għall-għajnuna legali fil-qasam tal-ġustizzja ċivili hija relevanti).

Kondizzjonijiet oħra marbuta mal-għotja tal-għajnuna legali lill-vittmi

Il-vittmi jistgħu jitolbu kumpens mill-Ministeru tal-Ġustizzja (skont Att Nru. 209/1997 Koll.).

Kondizzjonijiet oħra marbuta mal-għoti tal-għajnuna legali għall-akkużati

L-informazzjoni mogħtija aktar ‘il fuq dwar il-limitu tad-dħul applikabbli għall-għajnuna legali għall-akkużati fil-qasam tal-ġustizzja kriminali hija relevanti.

Proċedimenti ġudizzjarji mingħajr spejjeż

Talbiet miġjuba quddiem il-Qorti Kostituzzjonali huma bla spejjeż. L-ispejjeż tal-qorti huma wkoll mhux mitluba f’ċerti tipi ta’ proċedimenti (speċifikati f’ § 11 Att Nru. 549/1991 Koll. dwar l-ispejjeż ġudizzjarji) –- per eżempju, fejn l-attur ikun minuri u f’ċertu każijiet oħra (eż., fejn l-istat jew l-organi tiegħu jkunu parti fil-proċedimenti; fejn barrani jkun qiegħed jitlob ażil, jew f’każijiet oħra li jinvolvu partijiet ‘aktar dgħajfa’).

Meta għandha l-parti li titlef tħallas lill-parti li tirbaħ?

Huwa f’idejn l-imħallef li jiddeċiedi (fid-deċiżjoni finali tiegħu/tagħha) f’kull każ speċifiku; l-imħallef jista’ jordna lill-parti li titlef biex tħallas l-ispejjeż kollha jew parti minnhom. Madankollu, dan ma japplikax fi proċedimenti ta’ divorzju. L-ordnijiet dwar l-ispejjeż jistgħu jkopru wkoll l-ispejjeż tal-avukat.

Drittijiet tal-esperti

Il-qorti tħallas id-drittijiet tal-esperti li taħtar. Il-partijiet kontendenti huma responsabbli mid-drittijiet ta’ espert biss meta jitolbu huma stess is-servizzi ta’ espert. F’ċerti każijiet speċifiċi, il-qorti tista’ tiddeċiedi li l-parti li titlef għandha tħallas id-drittijiet ta’ espert.

Drittijiet tat-tradutturi u l-interpreti

Il-qorti hija responsabbli mill-ħlas tad-drittijiet tat-tradutturi jew interpreti fi proċedimenti ġudizzjarji; fejn il-parti tkun barranija li ma tifhimx iċ-Ċek, huwa jew hija għandu/għandha d-dritt li jindirizza/tindirizza l-qorti bil-lingwa nattiva tiegħu jew tagħha.

Dokumenti relatati

Rapport tar-Repubblika Ċeka fl-Istudju dwar it-Trasparenza tal-IspejjeżPDF(703 Kb)en

L-aħħar aġġornament: 20/09/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Studju ta’ każ 1 – liġi tal-familja – divorzju - Ir-Repubblika Ċeka

F’dan l-istudju dwar il-liġi tal-familja – divorzju, l-Istati Membri ntalbu biex jinfurmaw lill-parti li tressaq it-talba għad-divorzju dwar l-ispejjeż tal-kawża sabiex jitqiesu s-sitwazzjonijiet li ġejjin:

Każ A – Sitwazzjoni nazzjonali: koppja tiżżewweġ. Wara jisseparaw u jaqblu li għandhom jiddivorzjaw.

Każ B – Sitwazzjoni transnazzjonali: Żewġ ċittadini mill-istess Stat Membru (Stat Membru A) jiżżewwġu. Iż-żwieġ jiġi ċċelebrat fi Stat Membru A. Wara ż-żwieġ, il-koppja tmur tirresjedi u taħdem fi Stat Membru ieħor (Stat Membru B), fejn huma jistabbilixxu residenza. Ftit wara, il-koppja tissepara, bil-mara tmur lura lejn l-Istat Membru A u r-raġel jibqa’ fl-Istat Membru B. Il-koppja jaqblu li għandhom jiddivorzjaw. Hekk kif tasal lura fi Stat Membru A, il-mara mal-ewwel tiftaħ kawża ta’ divorzju quddiem il-qrati ta’ Stat Membru B.

Spejjeż fir-Repubblika Ċeka

Spejjeż għall-Qorti, Appelli u Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim

Studju ta’ Każ

Qorti

Appelli

Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim

Drittijiet inizjali tal-qorti

Drittijiet ta’ traskrizzjoni

Drittijiet oħra

Drittijiet inizjali tal-qorti

Drittijiet ta’ traskrizzjoni

Drittijiet oħra

Din l-għażla hija disponibbli għal dan it-tip ta’ każ?

Spejjeż

Każ A

CZK 1000

Mhux applikabbli (N/A)

N/A

CZK 1000

N/A

N/A

Iva (mhux obbligatorju)

Kuntrattwali (normalment CZK 1000 kull siegħa, 3 sigħat)

Każ B

CZK 1000

N/A

N/A

CZK 1000

N/A

N/A

Iva (mhux obbligatorju)

Kuntrattwali



Spejjeż tal-avukat, tal-bailiff u tal-espert


Studju ta’ Każ

Avukat

Bailiff

Espert

Ir-rappreżentazzjoni hija mandatorja?

Spejjeż medji

Ir-rappreżentazzjoni hija mandatorja?

Spejjeż ta’ qabel is-sentenza

Spejjeż ta’ wara s-sentenza

L-użu huwa mandatorju?

Spiża

Każ A

Le.

Kuntrattwali, imma skont l-avukati drittijiet ta’ CZK 1500 għal kull stadju (normalment 5)

Le (bil-posta)

-

-

Le.

CZK 350K kull siegħa

Każ B

Le.

Kuntrattwali

Le (jiddependi fuq il-pajjiż l-ieħor involut)

-

-

Le.

CZK 350 kull siegħa



L-ispejjeż għall-kumpens tax-xhieda, għal rahan jew garanzija u drittijiet oħrajn relevanti


Studju ta’ Każ

Kumpens għax-xhieda

Rahan jew garanzija

Drittijiet oħra

Ix-xhieda jiġu kkumpensati?

Spiża

Dan jeżisti u meta jeżisti kif jintuża?

Spiża

Deskrizzjoni

Spiża

Każ A

Iva. L-ammont attwali tal-ispejjeż li jirriżultaw jitħallsu.

Differenti f’kull sitwazzjoni

Le.

-

-

-

Każ B

Iva. L-ammont attwali ta’ l-ispejjeż li jirriżultaw jitħallsu.

Differenti f’kull sitwazzjoni

Le.

-

-

-


Spejjeż għall-għajnuna legali u rifużjonijiet oħra



Studju ta’ każ

Għajnuna legali

Rifużjoni

Meta u taħt liema kundizzjonijiet hija applikabbli?

Meta huwa totali s-sostenn?

Kundizzjonijiet?

Tista’ l-parti rebbieħa tikseb rifużjoni tal-ispejjeż tal-kawża?

Jekk ir-rifużjoni mhix totali x’perċentwali tkun inġenerali?

Liema spejjeż qatt ma jiġu rifużi?

Hemm xi drabi fejn l-għajnuna legali għandha tiġi rifuża lil xi organizzazzjoni li tagħti għajnuna legali?

Każ A

NGO biss

-

-

Le.

-

L-ispejjeż kollha fi kwistjonijiet ta’ divorzju

Le.

Każ B

Ara d-direttiva dwar l-għajnuna legali f’tilwim transkonfinali

-

-

Le.

-

L-ispejjeż kollha fi kwistjonijiet ta’ divorzju

Le.



Spejjeż għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni


Studju ta’ każ

Traduzzjoni

Interpretazzjoni

Spejjeż oħra speċifiċi għal tilwim transkonfinali?

Meta u taħt liema kundizzjonijiet huma neċessarji?

Spiża approssimattiva?

Meta u taħt liema kundizzjonijiet huma neċessarji?

Spiża approssimattiva?

Deskrizzjoni

Spiża approssimattiva?

Każ A

Id-dokumenti oriġinali f’lingwa barranija, neċessarji għall-proċedimenti

Minn CZK 350 kull paġna (jiddependi mil-lingwa)

-

-

-

-

Każ B

Id-dokumenti oriġinali f’lingwa barranija, neċessarji għall-proċedimenti

Minimu ta’ CZK 350 kull paġna (jiddependi mil-lingwa)

Meta parti jew xhud tkun barranija jew ma tifhimx iċ-Ċek

CZK 350 kull siegħa

-

-


L-aħħar aġġornament: 20/09/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Studju ta’ każ 2 – liġi tal-familja – kustodja tat-tfal - Ir-Repubblika Ċeka

F’dan l-istudju dwar il-liġi tal-familja – kustodja tat-tfal, l-Istati Membri ntalbu biex jinfurmaw lill-parti li tiftaħ il-kawża dwar l-ispejjeż tal-kawża sabiex jitqiesu s-sitwazzjonijiet li ġejjin:

Każ A – Sitwazzjoni nazzjonali: Żewġ persuni ilhom jgħixu flimkien għal għadd ta’ snin, mingħajr ma żżewwġu. Għandhom wild ta’ tliet snin meta jisseparaw. Deċiżjoni tal-qorti tagħti l-kustodja tal-wild lill-omm u dritt ta’ aċċess għall-missier. L-omm tiftaħ kawża biex tillimita d-dritt tal-missier għall-aċċess.

Każ B – Sitwazzjoni transnazzjonali fejn inti avukat fi Stat Membru A: Żewġ persuni ilhom jgħixu flimkien għal għadd ta’ snin fi Stat Membru (Stat Membru B), mingħajr ma żżewwġu, għal għadd ta’ snin. Għandhom wild flimkien iżda jisseparaw immedjatament wara li l-wild jitwieled. Deċiżjoni tal-qorti fi Stat Membru B tagħti l-kustodja tal-wild lill-omm bi dritt ta’ aċċess għall-missier. L-omm u l-wild imorru jgħixu fi Stat Membru ieħor (Stat Membru A) kif huma awtorizzati biex jagħmlu permezz tad-deċiżjoni tal-Qorti u l-missier jibqa’ fi Stat Membru B. Wara ftit snin, l-omm tiftaħ kawża fi Stat Membru A biex tbiddel id-dritt tal-missier għall-aċċess.

Spejjeż fir-Repubblika Ċeka

Spejjeż għall-Qorti, Appelli u Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim


Studju ta’ każ

Qorti

Appelli

Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim

Drittijiet inizjali tal-qorti

Drittijiet ta’ traskrizzjoni

Drittijiet oħra

Drittijiet inizjali tal-qorti

Drittijiet ta’ traskrizzjoni

Drittijiet oħra

Din l-għażla hija disponibbli għal dan it-tip ta’ każ?

Spejjeż

Każ A

CZK 0

Mhux applikabbli (N/A)

N/A

CZK 0

N/A

N/A

Iva

CZK 500 – 1000 kull siegħa

Każ B

CZK 0

Mhux applikabbli  (N/A)

N/A

CZK 0

N/A

N/A

Iva

CZK 500 – 1000 kull siegħa



Spejjeż tal-avukat, tal-bailiff u l-perit


Studju ta’ Każ

Avukat

Bailiff

Espert

Ir-rappreżentazzjoni hija mandatorja?

Spejjeż medji

Ir-rappreżentazzjoni hija mandatorja?

Spejjeż ta’ qabel is-sentenza

Spejjeż ta’ wara s-sentenza

L-użu huwa mandatorju?

Spiża

Każ A

Le

Normalment kuntrattwali, jiddependi fuq in-numru ta’ seduti tal-qorti.

(minn CZK 5000)

Le

-

-

Le

CZK 350 kull siegħa

Każ B

Le

Normalment kuntrattwali, skont iċ-ċirkustanzi

Le (jiddependi mill-pajjiż l-ieħor)

-

-

Le

CZK 350 kull siegħa


L-ispejjeż għall-kumpens tax-xhieda, għal rahan jew garanzija u drittijiet oħrajn relevanti


Studju ta’ Każ

Kumpens għax-xhieda

Rahan jew garanzija

Drittijiet oħra

Ix-xhieda jiġu kkumpensati?

Spiża

Dan jeżisti u meta jeżisti kif jintuża?

Spiża

Deskrizzjoni

Spiża

Każ A

Iva. L-ammont attwali tal-ispejjeż li jirriżultaw jitħallsu.

Differenti f’kull sitwazzjoni

Mhux f’dan it-tip ta’ proċedimenti

-

-

-

Każ B

Iva. L-ammont attwali ta’ l-ispejjeż li jirriżultaw jitħallsu.

Differenti f’kull sitwazzjoni

Mhux f’dan it-tip ta’ proċedimenti

-

-

-



Spejjeż għall-għajnuna legali u rifużjonijiet oħra



Studju ta’ każ

Għajnuna legali

Rifużjoni

Meta u taħt liema kundizzjonijiet hija applikabbli?

Meta huwa totali s-sostenn?

Kundizzjonijiet?

Tista’ l-parti rebbieħa tikseb rifużjoni ta’ l-ispejjeż tal-kawża?

Jekk ir-rifużjoni mhix totali x’perċentwali tkun inġenerali?

Liema spejjeż qatt ma jiġu rifużi?

Hemm xi drabi fejn l-għajnuna legali għandha tiġi rifuża lil xi organizzazzjoni li tagħti għajnuna legali?

Każ A

NGO biss

-

-

Mhux b’mod ġenerali (f’każijiet partikolari biss fejn id-dħul tal-parti li tirbaħ ikun baxx ħafna)

-

M’hemmx spejjeż tal-qorti, allura r-rifużjoni tirrigwarda biss id-drittijiet ta’ l-avukati.

Le

Każ B

Ara d-direttiva dwar l-għajnuna legali f’tilwim transkonfinali

-

-

Le

-

-

Le


Spejjeż għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni


Studju ta’ każ

Traduzzjoni

Interpretazzjoni

Spejjeż oħra speċifiċi għal tilwim transkonfinali?

Meta u taħt liema kundizzjonijiet huma neċessarji?

Spiża approssimattiva?

Meta u taħt liema kundizzjonijiet huma neċessarji?

Spiża approssimattiva?

Deskrizzjoni

Spiża approssimattiva?

Każ A

Id-dokumenti oriġinali f’lingwa barranija, neċessarji għall-proċedimenti

Minimu ta’ CZK 350 kull paġna

-

-

-

-

Każ B

Id-dokumenti oriġinali f’lingwa barranija, neċessarji għall-proċedimenti

Minimu ta’ CZK 350 kull paġna

Meta parti jew xhud tkun barranija jew ma tifhimx iċ-Ċek

CZK 350 kull siegħa

-

-


L-aħħar aġġornament: 20/09/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Studju ta’ każ 4 – liġi kummerċjali – kuntratt - Ir-Repubblika Ċeka

F’dan l-istudju dwar id-dritt kummerċjali – kuntratti, l-Istati Membri ntalbu biex jinfurmaw lill-bejjiegħ dwar l-ispejjeż tal-kawża sabiex jitqiesu s-sitwazzjonijiet li ġejjin:

Każ A – Sitwazzjoni nazzjonali: Kumpanija wasslet prodotti li jiswew 20,000 euros. Il-bejjiegħ ma tħallasx għaliex ix-xerrej iqis li l-prodotti mhumiex konformi mal-qbil li kien sar.

Il-bejjiegħ jiddeċiedi li jiftaħ kawża biex jikseb il-ħlas kollu tal-prezz.

Każ B – Sitwazzjoni transnazzjonali: Kumpanija li għandha l-uffiċċju ewlieni tagħha fi Stat Membru B twassal prodotti li jiswew 20,000 euro lil xerrej fi Stat Membru A. Il-kuntratt jaqa’ taħt il-liġi ta’ Stat Membru B u miktub bil-lingwa ta' Stat Membru B. Dan il-bejjiegħ ma tħallasx għaliex ix-xerrej, li jinsab fi Stat Membru A, iqis li l-prodotti mhumiex konformi mal-qbil li kien sar. Il-bejjiegħ jiddeċiedi li jiftaħ kawża biex jikseb il-ħlas kollu tal-prezz kif stipulat fil-kuntratt max-xerrej.


Spejjeż fir-Repubblika Ċeka

Spejjeż għall-Qorti, Appelli u Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim

Studju ta’ Każ

Qorti

Appelli

Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim

Drittijiet inizjali tal-qorti

Drittijiet ta’ traskrizzjoni

Drittijiet oħra

Drittijiet inizjali tal-qorti

Drittijiet ta’ traskrizzjoni

Drittijiet oħra

Din l-għażla hija disponibbli għal dan it-tip ta’ każ?

Spejjeż

Każ A

4% ta’ l-ammont (ekwivalenti għal 800€ f’CZK)

Mhux applikabbli (N/A)

Le.

4% tal-ammont (ekwivalenti għal 800€ f’CZK)

Mhux applikabbli (N/A)

Le.

Iva (mhux obbligatorju)

Kuntrattwali (normalment 1000 CZK kull siegħa, 3 sigħat)

Każ B

4% tal-ammont (ekwivalenti għal 800€ f’CZK)

Mhux applikabbli (N/A)

Le.

4% tal-ammont (ekwivalenti għal 800€ f’CZK)

Mhux applikabbli (N/A)

Le.

Iva (mhux obbligatorju)

Kuntrattwali



Spejjeż tal-avukat, tal-Bailiff u tal-espert


Studju ta’ Każ

Avukat

Bailiff

Espert

Ir-rappreżentazzjoni hija mandatorja?

Spejjeż medji

Ir-rappreżentazzjoni hija mandatorja?

Spejjeż ta’ qabel is-sentenza

Spejjeż ta’ wara s-sentenza

L-użu huwa mandatorju?

Spiża

Każ A

Le.

Kuntrattwali

Le.

-

-

Le.

Kuntrattwali (min. CZK 350 kull siegħa)

Każ B

Le.

Kuntrattwali

Le.

-

-

Le.

Kuntrattwali (min. CZK 350 kull siegħa



L-ispejjeż għall-kumpens tax-xhieda, għal rahan jew garanzija u drittijiet oħrajn relevanti


Studju ta’ Każ

Kumpens għax-xhieda

Rahan jew garanzija

Drittijiet oħra

Ix-xhieda jiġu kkumpensati?

Spiża

Dan jeżisti u meta jeżisti kif jintuża?

Spiża

Deskrizzjoni

Spiża

Każ A

Iva. L-ammont attwali ta’ l-ispejjeż li jirriżultaw jitħallsu.

Differenti f’kull sitwazzjoni

Fi kwistjonijiet kummerċjali meta tiġi mitluba miżura interim.

100,000 CZK

-

-

Każ B

Iva. L-ammont attwali ta’ l-ispejjeż li jirriżultaw jitħallsu.

Differenti f’kull sitwazzjoni

Fi kwistjonijiet kummerċjali meta tiġi mitluba miżura interim.

100,000 CZK

-

-



Spejjeż għall-għajnuna legali u rifużjonijiet oħra



Studju ta’ każ

Għajnuna legali

Rifużjoni

Meta u taħt liema kundizzjonijiet hija applikabbli?

Meta huwa totali s-sostenn?

Kundizzjonijiet?

Tista’ l-parti rebbieħa tikseb rifużjoni ta’ l-ispejjeż tal-kawża?

Jekk ir-rifużjoni mhix totali x’perċentwali tkun inġenerali?

Liema spejjeż qatt ma jiġu rifużi?

Hemm xi drabi fejn l-għajnuna legali għandha tiġi rifuża lil xi organizzazzjoni li tagħti għajnuna legali?

Każ A

NGO biss

-

-

Iva.

Jiddependi miċ-ċirkustanzi tal-każ.

L-ispejjeż kollha jistgħu jiġu rifużi.

Le.

Każ B

Ara d-direttiva dwar l-għajnuna legali f’tilwim transkonfinali

-

-

Iva.

Jiddependi miċ-ċirkustanzi tal-każ.

L-ispejjeż kollha jistgħu jiġu rifużi.

Le.



Spejjeż għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni


Studju ta’ każ

Traduzzjoni

Interpretazzjoni

Meta u taħt liema kundizzjonijiet huma neċessarji?

Spiża approssimattiva?

Meta u taħt liema kundizzjonijiet huma neċessarji?

Spiża approssimattiva?

Każ A

Id-dokumenti oriġinali f’lingwa barranija, neċessarji għall-proċedimenti

Minimu ta’ CZK 350 kull paġna

-

-

Każ B

Id-dokumenti oriġinali f’lingwa barranija, neċessarji għall-proċedimenti

Minimu ta’ CZK 350 kull paġna

Meta parti jew xhud tkun barranija jew ma tifhimx iċ-Ċek

CZK 350 kull siegħa


L-aħħar aġġornament: 20/09/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Studju ta’ każ 5 – liġi kummerċjali – responsabbiltà - Ir-Repubblika Ċeka

F’dan l-istudju dwar id-dritt kummerċjali – responsabbiltà, l-Istati Membri ntalbu biex jinfurmaw lill-klijent dwar l-ispejjeż tal-kawża sabiex jitqiesu s-sitwazzjonijiet li ġejjin:

Każ A – Sitwazzjoni nazzjonali: Manifattur ta’ apparat li jsaħħan iwassal ħiter lil installatur. L-installatur min-naħa tiegħu jbiegħ (u jinstalla) l-heater lil klijenti biex dan jarma daru. Id-dar tieħu n-nar ftit wara. Kull parteċipant (manifattur tal-apparat tat-tisħin, l-installatur, il-klijent aħħari) għandu assikurazzjoni. L-oriġini tan-nar hija kkontestata. Ħadd ma jrid jagħti kumpens lill-klijent.

Il-klijent jiddeċiedi li jiftaħ kawża għal kumpens sħiħ kontra l-manifattur tal-apparat li jsaħħan, kontra l-installatur tal-apparat li jsaħħan u l-kontra l-kumpaniji tal-assikurazzjoni.

Każ B – Sitwazzjoni transnazzjonali: Manifattur ta’ apparat li jsaħħan fi Stat Membru B iwassal heater lil installatur fi Stat Membru C. L-installatur min-naħa tiegħu jbiegħ il-heater (u jinstallah) lil klijent fi Stat Membru A biex dan jarma daru. Id-dar tieħu n-nar ftit wara. Kull parteċipant (manifattur tal-apparat tat-tisħin, l-installatur, il-klijent aħħari) għandu assikurazzjoni ta’ kumpanija tal-assikurazzjoni fl-Istat Membru tiegħu stess. L-oriġini tan-nar hija kkontestata. Ħadd ma jrid jagħti kumpens lill-klijent.

Il-klijent jiddeċiedi li jiftaħ kawża għal kumpens sħiħ fi Stat Membru A kontra l-manifattur tal-apparat li jsaħħan, kontra l-installatur tal-apparat li jsaħħan u l-kontra l-kumpaniji tal-assikurazzjoni fi Stat Membru A.


Spejjeż fir-Repubblika Ċeka

Spejjeż għall-Qorti, Appelli u Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim

Studju ta’ Każ

Qorti

Appelli

Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim

Drittijiet inizjali tal-qorti

Drittijiet ta’ traskrizzjoni

Drittijiet oħra

Drittijiet inizjali tal-qorti

Drittijiet ta’ traskrizzjoni

Drittijiet oħra

Din l-għażla hija disponibbli għal dan it-tip ta’ każ?

Spejjeż

Każ A

4% tal-ammont (assigurazzjoni mitluba)

Mhux applikabbli (N/A)

Le.

4% tal-ammont

Mhux applikabbli (N/A)

Le.

Iva (mhux obbligatorju)

Kuntrattwali (normalment 1000 CZK kull siegħa, 3 sigħat)

Każ B

4% tal-ammont (assigurazzjoni mitluba)

Mhux applikabbli (N/A)

Le.

4% tal-ammont

Mhux applikabbli (N/A)

Le.

Iva (mhux obbligatorju)

Kuntrattwali



Spejjeż tal-avukat, tal-bailiff u tal-espert


Studju ta’ Każ

Avukat

Bailiff

Espert

Ir-rappreżentazzjoni hija mandatorja?

Spejjeż medji

Ir-rappreżentazzjoni hija mandatorja?

Spejjeż ta’ qabel is-sentenza

Spejjeż ta’ wara s-sentenza

L-użu huwa mandatorju?

Spiża

Każ A

Le.

Kuntrattwali

Le.

-

-

Le.

Kuntrattwali (min. CZK 350 kull siegħa)

Każ B

Le.

Kuntrattwali

Le.

-

-

Le.

Kuntrattwali (min. CZK 350 kull siegħa)



L-ispejjeż għall-kumpens tax-xhieda, għal rahan jew garanzija u drittijiet oħrajn relevanti


Studju ta’ Każ

Kumpens għax-xhieda

Rahan jew garanzija

Drittijiet oħra

Ix-xhieda jiġu kkumpensati?

Spiża

Dan jeżisti u meta jeżisti kif jintuża?

Spiża

Deskrizzjoni

Spiża

Każ A

Iva. L-ammont attwali ta’ l-ispejjeż li jirriżultaw jitħallsu.

Differenti f’kull sitwazzjoni

Jekk tiġi mitluba miżura interim.

50,000 CZK

-

-

Każ B

Iva. L-ammont attwali ta’ l-ispejjeż li jirriżultaw jitħallsu.

Differenti f’kull sitwazzjoni

Jekk tiġi mitluba miżura interim.

50,000 CZK

-

-



Spejjeż għall-għajnuna legali u rifużjonijiet oħra



Studju ta’ każ

Għajnuna legali

Rifużjoni

Meta u taħt liema kundizzjonijiet hija applikabbli?

Meta huwa totali s-sostenn?

Kundizzjonijiet?

Tista’ l-parti rebbieħa tikseb rifużjoni tal-ispejjeż tal-kawża?

Jekk ir-rifużjoni mhix totali x’perċentwali tkun inġenerali?

Liema spejjeż qatt ma jiġu rifużi?

Hemm xi drabi fejn l-għajnuna legali għandha tiġi rifuża lil xi organizzazzjoni li tagħti għajnuna legali?

Każ A

Ċentri għall-protezzjoni tal-konsumatur, NGOs oħra

-

Iva.

Jiddependi miċ-ċirkustanzi tal-każ.

L-ispejjeż kollha jistgħu jiġu rifużi.

Le.

Każ B

Ara d-direttiva dwar l-għajnuna legali f’tilwim transkonfinali; ukoll ċentru tal-konsumatur Ewropew

-

-

Iva.

Jiddependi miċ-ċirkustanzi tal-każ.

L-ispejjeż kollha jistgħu jiġu rifużi.

Le.



Spejjeż għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni


Studju ta’ każ

Traduzzjoni

Interpretazzjoni

Meta u taħt liema kundizzjonijiet huma neċessarji?

Spiża approssimattiva?

Meta u taħt liema kundizzjonijiet huma neċessarji?

Spiża approssimattiva?

Każ A

Id-dokumenti oriġinali f’lingwa barranija, neċessarji għall-proċedimenti

Minimu ta’ CZK 350 kull paġna

-

-

Każ B

Id-dokumenti oriġinali f’lingwa barranija, neċessarji għall-proċedimenti

Minimu ta’ CZK 350 kull paġna

Meta parti jew xhud tkun barranija jew ma tifhimx iċ-Ċek

CZK 350 kull siegħa


L-aħħar aġġornament: 20/09/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-ispiża tal-proċedimenti - Danimarka

Fuq din il-paġna wieħed isib informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-qrati fid-Danimarka.

Qafas regolatorju li jirregola d-drittijiet legali tal-professjonijiet legali

Fil-prinċipju ma hemmx qafas regolatorju li jirregola d-drittijiet imposti mill-professjonijiet legali. Madankollu, il-Qorti Superjuri (landsret) stabbilixxiet rati ta’ gwida li huma aċċessibbli għall-pubbliku. Kulħadd jista’ jressaq ilment rigward id-drittijiet ta’ avukat quddiem il-Bord Dixxiplinarju tal-Avukati Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAdvokatnævnet.

Spejjeż fissi

Spejjeż fissi fi proċedimenti ċivili

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti ċivili

Il-liġi Daniża titlob li r-rikorrent iħallas id-drittijiet tal-qorti meta jressaq l-ilment. Bħala punt ta’ tluq, id-dritt huwa wieħed fiss ta’ DKK 500. Meta s-somma mitluba tinvolvi aktar minn DKK 50 000, id-dritt ikun ta’ DKK 750, kif ukoll 1,2 % tal-ammont li bih is-somma mitluba tkun aktar minn DKK 50 000.

Meta s-somma mitluba tinvolvi aktar minn DKK50 000, jitħallas dritt tas-smigħ addizzjonali għas-seduta tal-qorti. Dan id-dritt huwa l-istess bħad-dritt imħallas meta jiġi sottomess ilment. Għaldaqstant, anki għas-seduta tal-qorti, ir-rikorrent irid iħallas DKK 750 kif ukoll 1,2 % tal-ammont li bih is-somma mitluba tinvolvi aktar minn DKK 50 000.

L-ogħla limitu ta’ DKK 75 000 ġie stabbilit fir-rigward taż-żewġ tipi ta’ drittijiet tal-qorti (id-dritt għas-sottomissjoni tal-ilment u għas-seduta tal-qorti). Madankollu, f’ċerti kawżi (pereżempju, dawk relatati mal-eżerċizzju tal-awtorità pubblika), l-ogħla limitu huwa biss ta’ DKK 2 000.

F’ċerti kawżi ċivili inklużi dawk relatati mal-liġi tal-familja, ma hemmx drittijiet li għandhom jitħallsu lill-qorti.

L-istadju tal-proċedimenti ċivili fejn il-partijiet iridu jħallsu l-ispejjez fissi

Kif osservat aktar ’il fuq, ir-rikorrent irid iħallas dritt tal-qorti meta jressaq l-ilment.

Id-dritt għas-seduta tal-qorti jrid jitħallas sa meta tiġi stabbilita d-data tas-seduta, iżda mhux qabel tliet xhur qabel ma tibda s-seduta.

Spejjeż fissi fi proċedimenti kriminali

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kriminali

Il-kawżi kriminali normalment ma jinvolvux drittijiet tal-qorti. Madankollu, numru żgħir ta’ kawżi kriminali jitressqu minn prosekuzzjoni privata, fejn f’dan il-każ japplikaw ir-regoli dwar id-drittijiet tal-qorti f’każijiet ċivili.

Spejjeż fissi fi proċedimenti kostituzzjonali

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kostituzzjonali

Kawżi kostituzzjonali jistgħu jinstemgħu bħala kawżi ċivili jew inkella bħala każijiet kriminali. Fid-Danimarka ma hemmx regoli separati fir-rigward ta' proċedimenti kostituzzjonali.

Informazzjoni minn qabel dwar l-ispejjeż tal-qorti li għandha tiġi pprovduta minn rappreżentanti legali

Drittijiet u obbligi tal-partijiet

It-Taqsima 3.7.16.8 tal-Kodiċi tal-Kondotta tal-Avukati Daniżi u l-Għaqda tal-Liġi (Advokatsamfundets advokatetiske regler) tiddikjara:

"Avukat għandu jagħmel kull sforz biex isib soluzzjoni għall-każ tal-klijent tiegħu bl-inqas spejjeż possibbli, filwaqt li jqis ix-xewqat u l-istruzzjonijiet tal-klijent."

Sorsi tal-ispejjeż

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fid-Danimarka?

Informazzjoni dwar l-ispejjeż tinsab fil-paġna ewlenija tal-Assoċjazzjoni tal-Avukati Daniżi u l-Għaqda tal-Liġi Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAdvokatsamfundet u l-qrati Daniżi Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDanmarks Domstole.

F’liema lingwi nista’ nikseb informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fid-Danimarka?

Informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-qorti hija disponibbli bid-Daniż u bl-Ingliż.

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar il-medjazzjoni?

Informazzjoni dwar il-medjazzjoni (retsmægling) tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Qrati Daniżi Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDanmarks Domstole.

Fejn nista' nsib informazzjoni addizzjonali dwar l-ispejjeż?

Siti elettroniċi b'informazzjoni dwar l-ispejjeż

Is-sit elettroniku uffiċjali tal-Amministrazzjoni tal-Qrati Daniża Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDomstolsstyrelsen jipprovdi informazzjoni ġenerali dwar is-sistema ġudizzjarja Daniża u informazzjoni ta’ kuntatt.

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar il-medja tat-tul ta' żmien li jieħdu proċeduri differenti?

Informazzjoni dwar il-medja tat-tul ta’ żmien li jieħdu proċeduri ta' tipi differenti tinsab fuq is-sit elettroniku tal-qrati Daniżi Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDanmarks Domstole.

Taxxa fuq il-Valur Miżjud

Fejn nista' nsib din l-informazzjoni?

Normalment ir-rati ppubblikati jinkludu l-VAT.

Għajnuna legali

Il-limitu ta’ dħul li japplika fil-qasam tal-ġustizzja ċivili

Il-limitu ta’ dħul fir-rigward ta’ għajnuna legali jiġi aġġustat darba fis-sena. Fl-2019 applikaw il-limiti ta’ dħul li ġejjin:

  • Persuna waħedha: DKK 329 000
  • Applikant miżżewweġ jew f’relazzjoni simili: DKK 418 000
  • Somma addizzjonali għal kull tifel jew tifla: DKK 57 000.

Kulħadd, irrispettivament mid-dħul, għandu d-dritt li jirċievi għajnuna legali bażika bil-fomm u mingħajr ħlas mill-istituzzjonijiet tal-għajnuna legali (advokatvagten and retshjælpen).

Il-limitu ta’ dħul li japplika fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-akkużati

Id-dritt tal-akkużat għal rappreżentanza legali ma jiddependix fuq id-dħul, iżda fuq in-natura tal-kawża. Inġenerali, id-dritt tal-avukat difensur irid jitħallas mill-akkużat jekk dan jinstab ħati, irrispettivament mil-livell tad-dħul tiegħu.

Il-limitu tad-dħul li japplika fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-vittmi

Id-dritt tal-vittma għal rappreżentanza legali ma jiddependix fuq id-dħul, iżda fuq in-natura tal-kawża. Skont it-Taqsima 741(a) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, is-sitwazzjoni prinċipali li fiha l-vittmi jkunu intitolati għal rappreżentanza legali jkunu kawżi li jinvolvu vjolenza u reati sesswali . F'każijiet bħal dawn, id-dritt tal-avukat irid jitħallas mill-Istat.

Kundizzjonijiet oħra marbuta mal-għoti ta’ għajnuna legali lill-vittmi

Ara t-tweġiba mogħtija aktar ’il fuq dwar il-limitu ta’ dħul li japplika fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-vittmi.

Kundizzjonijiet oħra marbuta mal-għoti ta’ għajnuna legali lill-akkużati

Ara t-tweġiba mogħtija aktar ’il fuq dwar il-limitu ta’ dħul li japplika fil-qasam tal-ġustizzja kriminali lill-akkużati.

Hemm proċedimenti tal-qorti li huma mingħajr ħlas?

Kif issemma aktar ’il fuq (ara t-tweġiba mogħtija dwar l-ispejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti ċivili), ċerti kawżi ċivili huma ħielsa mid-drittijiet tal-qorti. Madankollu, spejjeż oħra (pereżempju, id-drittijiet tal-avukati) jista’ jkollhom jitħallsu matul il-proċedimenti.

Il-parti telliefa meta jkollha tħallas l-ispejjeż lill-parti rebbieħa?

Ir-regoli dwar il-kumpens tal-ispejjeż f’kawżi ċivili jinsabu fil-Kapitolu 30 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja (retsplejeloven).

Bħala punt tat-tluq, il-parti telliefa trid tħallas l-ispejjeż tal-parti rebbieħa. Madankollu, jekk ċirkostanzi speċjali jkunu jeħtieġu hekk, il-qorti tista’ tiddeċiedi jew li l-parti telliefa ma għandhiex tħallas l-ispejjeż tal-parti rebbieħa jew inkella din ikollha tħallas biss proporzjon ta’ dawn l-ispejjeż.

Jistgħu jingħataw biss l-ispejjeż li huma meħtieġa għat-trattament proprju tal-kawża.

Drittijiet tal-esperti

Ir-rikorrent huwa responsabbli sabiex iħallas id-drittijiet tal-espert jekk dan ikun talab għall-opinjoni tal-espert dwar kwistjoni speċifika.

Meta tintemm il-kawża, il-qorti tiddeċiedi jekk il-konvenut għandux iħallas l-ispejjeż tal-espert jew le. Dan jiddependi mill-eżitu tal-kawża.

Drittijiet tat-tradutturi u tal-interpreti

Ir-regola ġenerali hija li f'kawżi ċivili d-drittijiet tal-interpreti jitħallsu mill-partijiet.
F'kawżi kriminali, id-drittijiet tal-interpreti jitħallsu mit-Teżor.

Dokumenti rilevanti

Rapport mid-Danimarka dwar it-trasparenza fl-ispejjeż tal-qratiPDF(560 Kb)en

L-aħħar aġġornament: 27/08/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-ispiża tal-proċedimenti - Ġermanja

Din il-paġna tagħtik informazzjoni dwar l-ispejjeż ġudizzjarji fil-Ġermanja.

Qafas regolatorju li jirregola d-drittijiet tal-professjonijiet legali

Avukati

Fil-Ġermanja ma ssirx distinzjoni bejn avukati, solicitors, barristers jew kwalunkwe tip ieħor ta’ avukat.

Fil-Ġermanja, id-drittijiet tal-avukati jiġu kkalkulati jew skont l-Att dwar ir-Remunerazzjoni tal-Avukati (Rechtsanwaltsvergütungsgesetz - RVG) jew fuq il-bażi ta’ ftehimiet dwar id-drittijiet. Fil-prinċipju, il-ftehimiet dwar id-drittijiet huma dejjem alternattiva possibbli għad-drittijiet statutorji. Madankollu, iridu jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 49b tal-Kodiċi Federali tal-Avukati (Bundesrechtsanwaltsordnung - BRAO) u tal-Artikoli 3a sa 4b tal-Att dwar ir-Remunerazzjoni tal-Avukati. B’mod partikolari, jekk l-avukat jirrappreżenta lill-klijent fil-qorti, id-drittijiet miftiehma ma jistgħux ikunu inqas minn dawk stabbiliti mil-liġi. Jista’ jintlaħaq ftehim fi kwalunkwe ħin rigward remunerazzjoni ogħla minn dik preskritta bil-liġi.

L-iskeda ta’ remunerazzjoni annessa mal-RVG (l-Anness 1 għar-RVG) tippreskrivi jew drittijiet fissi jew meded ta’ drittijiet applikabbli għal attivitajiet individwali. Il-livell tad-drittijiet jiġi normalment iddeterminat b’referenza għall-valur tat-talba. Il-meded ta’ drittijiet ibbażati fuq il-valur tat-talba jistipulaw ir-rata massima u dik minima tad-dritt li jistgħu jitħallsu. Il-livelli effettivi tad-drittijiet ibbażati fuq il-valur tat-talba huma stabbiliti fit-tabella tad-drittijiet (l-Anness 2 għar-RVG). F’kull każ, id-dritt xieraq mill-medda preskritta jrid ikun iddeterminata ex aequo et bono, billi jiġu kkunsidrati ċ-ċirkustanzi kollha, b’mod partikolari l-kamp ta’ applikazzjoni u d-diffikultà tax-xogħol involut, l-importanza tal-kawża u d-dħul u ċ-ċirkustanzi finanzjarji tal-klijent. Jekk l-avukat jidħol għal livell partikolari ta’ responsabbiltà, dan jista’ jiġu kkunsidrat ukoll meta jkun qed jikkalkula d-drittijiet tiegħu. Il-meded tad-drittijiet b’ammonti statutorji massimi u minimi japplikaw f’numru ta’ oqsma speċjali, partikolarment il-kawżi kriminali u l-kwistjonijiet tal-liġi soċjali.

Marixxalli

Il-marixxalli (Gerichtsvollzieher) jitolbu biss l-ispejjeż stipulati fl-Att dwar l-Ispejjeż tal-Marixxalli (Gerichtsvollzieherkostengesetz - GvKostG). Fl-att jiġi preskritt dritt fiss għal kull attività individwali mwettqa mill-marixxall.

Spejjeż fissi

Spejjeż fissi fi proċedimenti ċivili

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti ċivili

Normalment, il-qorti tirċievi dritt proċedurali, ikkalkolat skont il-valur tal-pretensjoni. Fil-każijiet ċivili dan jiġi ddeterminat mill-Att dwar l-Ispejjeż tal-Qorti [Gerichtskostengesetz] (GKG] u l-Att dwar l-Ispejjeż tal-Qorti (Materji familjari) [Gesetz über Gerichtskosten in Familiensachen] (FamGKG). Ir-rati tad-drittijiet huma stabbiliti fl-iskeda tal-ispejjeż (l-Anness 1 mal-Att rilevanti). Id-drittijiet jiġu stabbiliti skont il-valur tal-pretensjoni fil-tabella tad-drittijiet (l-Anness 2 mal-Att rilevanti). Għall-proċedimenti ċivili ġenerali u dawk li jirrigwardaw il-kunflitti familjari, partikolarment fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mal-manteniment, ir-rata tad-dritt hija ta’ 3.0. Għall-kwistjonijiet maritali hija ta’ 2.0 u għal kwistjonijiet marbutin mat-tfal, inklużi l-kustodja u l-aċċess tal-ġenituri, ir-rata tad-dritt hija ta' 0.5. Il-valur tal-proċedimenti jiġi ddeterminat kif ġej:

  • Għall-kwistjonijiet maritali, il-valur tal-proċedimenti jiġi ddeterminat skont id-diskrezzjoni tal-qorti abbażi taċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull każ individwali, b’mod partikolari l-iskala u l-importanza tal-kwistjoni, u d-dħul u l-ġid relattivi tal-konjuġi. Id-dħul jiġi kkalkolat abbażi ta’ tliet darbiet id-dħul nett taż-żewġ konjuġi. Ġeneralment, il-qorti tistabbilixxi l-valur tal-proċedimenti f’livell ta’ tliet darbiet id-dħul nett.
  • Għal kwistjonijiet marbutin ma’ kunflitti familjari, il-valur ġeneralment jiddependi fuq il-valur tal-pretensjoni. Għal kwistjonijiet marbutin mal-manteniment, il-valur jiġi bbażat fuq il-pagamenti futuri għall-manteniment mitlubin, l-aktar l-ammont għal sena. L-arretrati mġarrbin sa meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni jiġu inklużi fil-kalkolu.
  • Għal kwistjonijiet relatati mat-tfal, inklużi l-kustodja u l-aċċess tal-ġenituri, ir-rata tad-dritt hija ta’ EUR 3 000.

Jekk ma jintlaħaqx ftehim, id-drittijiet għal rappreżentazzjoni fil-qorti minn avukat jiġu kkalkolati abbażi tal-valur tal-pretensjoni. Il-valur tat-talba normalment jikkorrispondi għall-valur tal-proċedimenti, li jiġi stabbilit sabiex jiġu determinati d-drittijiet tal-qorti. L-Att dwar ir-Rimunerazzjoni tal-Avukati [Rechtsanwaltsvergütungsgesetz] (RVG) jistabbilixxi preċiżament liema drittijiet jistgħu jiġu kkalkolati u b’liema rata għal liema tip ta’ proċedura. L-Anness 2 mal-RVG jistabbilixxi d-drittijiet skont il-valur tal-pretensjoni. Għall-ewwel istanza tal-materji ċivili, normalment l-avukati jirċievi dritt tal qorti ta’ 1.3 darbiet ir-rata u dritt tal-konsultazzjoni ta' 1.2 darbiet ir-rata. Għal ftehim ta’ riżoluzzjoni fl-ewwel istanza, l-avukat jirċievi wkoll dritt ta’ riżoluzzjoni bir-rata ta’ 1.0.

L-istadju tal-proċediment ċivili fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż fissi

Għal materji ċivili ġenerali, materji ta’ manteniment u materji maritali, id-drittijiet tal-qorti jitħallsu meta tittieħed azzjoni jew meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni. Għall-materji familjari, dawn jitħallsu fi tmiem il-proċedimenti. Sakemm ma jkunx hemm ftehim ieħor, l-avukati jiġu rimunerati għas-servizzi mogħtija meta dawn ilestu s-sommarju tal-fatti. Madankollu, huma għandhom id-dritt statutorju għal ħlas bil-quddiem.

Spejjeż fissi fi proċedimenti kriminali

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kriminali

F’kawżi kriminali, l-ispejjeż tal-qorti jiġu imposti biss meta l-akkużat tinqatgħalu s-sentenza finali. Il-livell tad-dritt jiġi ddeterminat b’referenza għall-piena imposta u jvarja bejn EUR 120 u EUR 900. Jekk ma jkun ġie konkluż l-ebda ftehim dwar drittijiet, l-avukat, kemm bħala avukat tad-difiża kif ukoll bħala rappreżentant ta’ koprosekutur, jirċievi drittijiet għal fażijiet partikolari ddefiniti f’qafas li l-liġi teħtieġ li jiġi ppreparat għal dan il-għan f’kull kawża. L-ammont ta’ kull stadju huwa preskritt mil-liġi għal kull każ.

L-istadju tal-proċediment kriminali fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż fissi

L-ispejjeż tal-qorti jkunu jridu jitħallsu wara li tingħata s-sentenza. Sakemm ma jkunx hemm ftehim ieħor, l-avukati jiġu rimunerati għas-servizzi mogħtija fi tmien il-mandat tagħhom. Madankollu, huma għandhom id-dritt statutorju għal ħlas bil-quddiem.

Spejjeż fissi fi proċedimenti kostituzzjonali

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kostituzzjonali

Bl-eċċezzjoni ta’ kwalunkwe dritt applikabbli għal rikors vessatorju, m’hemm l-ebda spiża tal-qorti għal proċedimenti quddiem il-Qorti Federali Kostituzzjonali (Bundesverfassungsgericht – l-Artikolu 34 tal-Att dwar il-Qorti Kostituzzjonali Federali (Bundesverfassungsgerichtsgesetzes)). Is-servizzi ta’ avukat li jmexxi l-kawża (Rechtsanwalt), għandhom jinżammu biss jekk ikun hemm seduta (l-Artikolu 22 tal-Att dwar il-Qorti Kostituzzjonali Federali).

L-istadju tal-proċediment kostituzzjonali fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż fissi

Sakemm ma jkunx hemm ftehim li jgħid mod ieħor, ir-remunerazzjoni tal-avukat, fil-prinċipju, titħallas malli jikkompleta l-istruzzjonijiet. Madankollu, l-avukat għandu dritt statutorju għal ħlas bil-quddiem.

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn qabel mir-rappreżentanti legali

Drittijiet u obbligi tal-partijiet

L-avukat huwa obbligat jagħti lill-klijent informazzjoni sħiħa u pariri, u għandu jissuġġerixxi lill-klijenti l-iktar mezzi sikuri u l-inqas perikolużi sabiex jintlaħaq l-għan mixtieq. L-avukat irid anki jiġbed l-attenzjoni tal-klijent għal kwalunkwe riskju involut fil-kwistjoni, sabiex il-klijent ikun f’pożizzjoni li jagħmel deċiżjoni informata. L-ammont ta’ informazzjoni li għandha tingħata tiddependi mill-perċezzjoni tal-avukat ta’ dak li l-klijent jeħtieġ li jkun jaf. L-avukat irid iwieġeb il-mistoqsijiet tal-klijent b’mod sħiħ u veritier. Qabel ma l-kawża titla’ l-qorti, l-avukat irid jispjega b’mod ċar x’inhuma l-prospetti u r-riskji involuti meta ssir kawża fil-qorti. L-avukat irid isemmi kemm ir-riskji fl-ispejjeż kif ukoll il-prospetti ta’ suċċess.

L-avukat għandu obbligi speċjali sabiex jagħti informazzjoni f’ċerti każijiet:

  • Jekk id-drittijiet tal-avukat ikunu bbażati fuq il-valur tat-talba, huwa obbligat jiġbed l-attenzjoni tal-klijent għal dan il-fatt qabel ma jingħata struzzjonijiet biex jaġixxi (l-Artikolu 49b (5) tal-Kodiċi Federali tal-Avukati).
  • Jekk jintlaħaq ftehim dwar ir-remunerazzjoni tal-avukat, huwa jrid jiġbed l-attenzjoni tal-klijent li, jekk jingħataw l-ispejjeż, id-drittijiet statutorji biss jiġu rrifondati (it-tielet sentenza tal-Artikolu 3a (1) tal-Att dwar ir-Remunerazzjoni tal-Avukati).
  • Jekk l-avukat jiftiehem mal-klijent li huwa se jitħallas dritt ta’ kontinġenza, l-avukat irid jiġbed l-attenzjoni tal-klijent għall-fatt li l-ftehim m’għandu l-ebda effett fuq kwalunkwe spiża oħra li l-klijent jista’ jkollu jħallas (it-tieni sentenza tal-Artikolu 4a(3) tal-Att dwar ir-Remunerazzjoni tal-Avukati).
  • Qabel ma jikkonkludi ftehim biex jirrappreżenta lil klijent fi proċedimenti tal-ewwel istanza quddiem qorti tax-xogħol, l-avukat irid jiġbed l-attenzjoni tal-klijent għall-fatt li l-ispejjeż tal-avukat ma jistgħux jiġu rrifondati (it-tieni sentenza tal-Artikolu 12a(1) tal-Att dwar il-Qrati tax-Xogħol - Arbeitsgerichtsgesetz).

Kif jiġu stabbiliti l-ispejjeż – Bażi Legali

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fil-Ġermanja?

Tista’ tikseb it-testi tal-liġijiet li jikkonċernaw l-ispejjeż mill-ħwienet tal-kotba jew minn fuq l-Internet, fejn huma disponibbli l-verżjonijiet l-iktar reċenti u mingħajr ħlas.

B’liema ilsna nista’ nikseb informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fil-Ġermanja?

L-informazzjoni tkun bil-Ġermaniż

Fejn nista’ nsib informazzjoni addizzjonali dwar l-ispejjeż?

Informazzjoni onlajn dwar l-ispejjeż

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaiktar verżjonijiet reċenti tal-liġijiet huma aċċessibbli mis-sit elettroniku uffiċjali tal-Ministeru Federali tal-Ġustizzja. Id-diversi liġijiet dwar l-ispejjeż jistgħu jitniżżlu (downloaded) billi titniżżel l-abbrevjazzjoni rilevanti (GKG, FamGKG, GvKostG u RVG).

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar it-tul ta' żmien medju li jieħdu l-proċeduri differenti?

L-Uffiċċju Federali tal-Istatistika (Statistisches Bundesamt) jipproduċi serje annwali ta’ pubblikazzjonijiet statistiċi dwar l-amministrazzjoni tal-ġustizzja. Is-Sottoserje 2.1 tas-Serje 10, pereżempju, tinkludi dejta dwar it-tul tal-proċedimenti ċivili mal-Ġermanja kollha, analizzata skont id-distrett individwali tal-Land u tal-Oberlandesgericht (Qorti Reġjonali Superjuri). Tiġi pprovduta dejta separata għall-Qrati Lokali (Amtsgerichte) u għall-Qrati Reġjonali (Landgerichte), minn naħa waħda, u għall-Oberlandesgerichte, min-naħa l-oħra, kif ukoll għall-proċedimenti fl-ewwel u fit-tieni istanza. Is-serje ma tinkludix statistika dwar it-tul ta’ żmien li jieħdu l-proċedimenti f’tipi differenti ta’ kwistjonijiet.

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar l-ispiża medja aggregata għal proċedura partikolari?

Tista’ tixtri kotba li fihom tabelli li juru r-riskju tal-ispiża medja għall-proċedimenti ċivili.

Taxxa fuq il-Valur Miżjud

Fejn nista’ nsib informazzjoni dwar ir-Taxxa fuq il-Valur Miżjud? X’inhuma r-rati?

Il-qrati u l-marixxalli tal-qrati mhumiex suġġetti għat-taxxa fuq il-fatturat. Ir-rata tat-taxxa li japplikaw l-avukati hija ta’ 19 % u mhix inkluża fid-drittijiet tagħhom. Din tintalab separatament bħala spiża.

Għajnuna Legali

Limitu tad-dħul applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja ċivili

L-għajnuna legali tkun disponibbli meta wieħed japplika għaliha għal kull persuna li, minħabba ċ-ċirkostanzi personali u finanzjarji tagħha, ma tkunx tista’ tkopri l-ispejjeż tal-proċedimenti jew tkun tista’ tkoprihom biss parzjalment jew inkella bi ħlasijiet parzjali. L-azzjoni legali prevista jew id-difiża jridu jippreżentaw ċansijiet raġonevoli ta’ suċċess u ma jridux ikunu frivoli. Madankollu, il-partijiet fil-kawża għandhom jużaw ir-riżorsi tagħhom stess sakemm dan ikun raġonevoli. Abbażi tad-dħul tagħha, parti tista' tingħata għajnuna legali li ma tridx titħallas lura jew li trid titħallas lura f'pagamenti parzjali. Il-Ministeru Federali tal-Ġustizzja [Bundesministerium der Justiz] (BMJ) ħareġ fuljett jismu Pariri Legali u Għajnuna Legali [Beratungshilfe und Prozesskostenhilfe], li jwieġeb il-mistoqsijiet li jsiru l-aktar spiss bl-użu ta’ eżempji.

Limitu tad-dħul applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-akkużati

Il-limiti tad-dħul mhumiex applikabbli għas-suspettati jew għall-akkużati. L-għajnuna legali hija rregolata minn kriterji oħrajn.

Limitu tad-dħul applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-vittmi

L-għotja tal-għajnuna legali hija suġġetta għal limiti tad-dħul. Dawn huma flessibbli u jiġu ddeterminati b’referenza għall-ispejjeż antiċipati tal-kawża u għas-sitwazzjoni soċjali tar-rikorrent (obbligi ta’ manteniment, spejjez tad-dar). L-għajnuna legali hija disponibbli wkoll fuq bażi ta’ pagamenti parzjali.

Kundizzjonijiet oħrajn sabiex tingħata l-għajnuna legali għall-vittmi

Il-vittmi ta’ ċerti delitti serji jistgħu japplikaw biex ikollhom konsulent legali assenjat lilhom mingħajr ħlas, irrispettivament miċ-ċirkustanzi finanzjarji tagħhom.

Kundizzjonijiet oħrajn sabiex tingħata l-għajnuna legali għall-akkużati

L-għajnuna legali lis-suspettati/lill-akkużati (assenjazzjoni ta’ avukat tad-difiża maħtur mill-qorti) mhix suġġetta għal limiti tad-dħul imma għal kundizzjonijiet legali. Dawn huma marbuta primarjament mas-serjetà tar-reat, mat-theddida ta’ ċerti konsegwenzi legali (bħal meta l-akkużat ma jitħalliex jipprattika professjoni jew ikun ikkonfinat fi sptar psikjatriku u newroloġiku), irrispettivament mill-fatt jekk l-akkużat jerġax jintbagħat il-ħabs jew ikunx suġġett għal proċedimenti ta’ kustodja preventiva, mill-fatt jekk l-avukat tad-difiża preċedenti ġiex sospiż, mill-kumplessità tas-sitwazzjoni fattwali u legali, jew mill-fatt jekk l-akkużat ikunx jista’ jew le jiddefendi lilu nnifsu.

Proċedimenti tal-qorti mingħajr spejjeż

Skont l-Artikolu 183 tal-Att dwar il-Qrati Soċjali (SGG), il-proċedimenti quddiem qrati ta’ din ix-xorta ma jinvolvu l-ebda spiża għall-persuni intitolati għal benefiċċji (jiġifieri persuni assigurati, persuni fuq benefiċċji inklużi dawk li jieħdu l-benefiċċju tas-superstiti, persuni b’diżabbiltà u d-dipendenti tagħhom, sakemm ikunu involuti fil-kapaċitajiet rispettivi tagħhom fi proċedimenti tal-qorti bħala rikorrenti jew bħala konvenuti). Ir-rikorrenti u l-konvenuti fi proċedimenti quddiem il-qrati soċjali li ma jaqgħux f’dawn il-kategoriji jridu jħallsu dritt skont l-Artikolu 184 tal-SGG (EUR 150 għal proċedimenti quddiem il-Qrati Soċjali (Sozialgerichte), EUR 225 għal proċedimenti quddiem il-Qrati Soċjali Reġjonali (Landessozialgerichte), EUR 300 għal proċedimenti quddiem il-Qorti Federali Soċjali (Bundessozialgericht)). L-Artikolu 197a tal-SGG jipprovdi għal deroga minn dawn ir-regoli speċjali fejn l-ispejjeż li s-soltu jitħallsu taħt l-Att dwar l-Ispejjeż tal-Qorti jkunu applikabbli wkoll fi proċedimenti quddiem il-qrati soċjali, jekk, la r-rikorrent u lanqas il-konvenut f’kawża ma jkunu fost il-persuni msemmija fl-Artikolu 183 tal-SGG.

L-arranġamenti li ġejjin japplikaw fil-proċedimenti kriminali: jekk l-akkużat ma jinstabx ħati, jew jekk il-kawża ma titlax quddiem il-qorti, jew jekk il-proċedimenti kontra l-akkużat jiġu tterminati, l-ispejjeż (in-nefqa pubblika) u l-ispejjeż li bilfors jagħmel l-akkużat, fil-prinċipju, jitħallsu mill-fondi pubbiċi.

Meta għandha l-parti li titlef tħallas l-ispejjeż tal-parti li tirbaħ?

Il-parti li titlef trid tħallas l-ispejjeż tal-parti l-oħra sa fejn dawn kienu meħtieġa biex il-kawża tkompli b’mod xieraq, jiġifieri, id-drittijiet statutorji tal-avukat u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-parti l-oħra, inkluż kwalunkwe telf ta’ dħul minħabba l-attendenza fil-qorti.

Drittijiet tal-esperti

L-esperti li jissejħu mill-qorti jirċievu dritt fuq bażi tar-rata fis-siegħa, li hija stabbilita mil-liġi fl-Att dwar ir-Rimunerazzjoni u l-Kumpens Ġudizzjarji [Justizvergütungs- und –entschädigungsgesetz] (JVEG) u li titħallas mill-partijiet fil-proċediment.

L-ispejjeż ta’ espert imqabbad privatament minn parti biex jipprepara għall-kawża ma jagħmlux parti mill-ispejjeż proċedurali li s-sentenza tiddeċiedi r-rifużjoni tagħhom. Għalhekk, dawn l-ispejjeż iridu jintalbu separatament. Jekk il-parti qabbdet espert biex jagħtiha pariri waqt il-kawża, ir-rifużjoni tiddependi minn kemm dan kien meħtieġ fil-każ inkwistjoni. L-ispejjeż ta’ espert imqabbad mill-qorti biex jixhed jitħallsu mill-parti li titlef jew, jekk il-partijiet jirbħu biss parzjalment il-kawża, iż-żewġ partijiet iridu jħallsu sehemhom mill-ispejjeż fuq il-bażi tal-grad sa fejn rebħu u tilfu.

Drittijiet tat-tradutturi u tal-interpreti

L-interpreti u t-tradutturi li jissejħu mill-qorti jirċievu dritt li wkoll huwa stabbilit fl-Att dwar ir-Rimunerazzjoni u l-Kumpens Ġudizzjarji [Justizvergütungs- und –entschädigungsgesetz] (JVEG) u li titħallas mill-partijiet fil-proċedimenti. L-interpreti jitħallsu b’rata fis-siegħa u t-tradutturi jitħallsu skont il-linja tagħhom.

Fi proċedimenti kriminali, l-ispejjeż ta’ interpretazzjoni u ta’ traduzzjoni għall-akkużati jew għall-partijiet interessati, sakemm ikunu meħtieġa għad-difiża jew għall-eżerċizzju tad-drittijiet proċedurali, normalment jitħallsu mill-fondi pubbliċi.

Ħoloq RelatatiRelated Links

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru Federali tal-Ġustizzja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTim ta’ Medjazzjoni tal-Assoċjazzjoni tal-Avukati Ġermaniżi

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni Federali tal-Medjazzjoni Familjari

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni Federali tal-Medjazzjoni

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni Federali għall-Medjazzjoni fid-Dinja tan-Negozju u tax-Xogħol

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCFM

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOmbudsman tas-settur bankarju privat

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOmbudsman tas-settur bankarju pubbliku

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBord ta’ Konċiljazzjoni tal-Bank Ċentrali Ġermaniż

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOmbudsman tal-Grupp Bankarju Kooperattiv Ġermaniż

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOmbudswoman tal-Impriżi Privati li Jisilfu l-Flus għall-Bini

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOmbudsman tal-Impriżi Reġjonali li Jisilfu l-Flus għall-Bini

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz Onlajn ta’ Konċiljazzjoni għat-Tilwim fil-Qasam tal-Kummerċ fuq l-Internet

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKumitati konsultattivi u bordijiet ta’ konċiljazzjoni tal-kmamar tat-tobba

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBord ta' Konċiljazzjoni fil-Qasam tal-Mobbiltà

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBord ta’ Konċiljazzjoni għat-Turisti

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBord ta’ Konċiljazzjoni għat-Trasport Lokali tan-North Rhine Westphalia

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOmbudsman tal-Assigurazzjonijiet Privati tas-Saħħa u tad-Dipendenza

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBord ta’ Konċiljazzjoni tal-Assoċjazzjoni Federali Ġermaniża tal-Kummissjonanti tal-Funerali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBord ta’ Konċiljazzjoni tal-Aġenzija Federali tan-Netwerks

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOmbudsman tal-Proprjetà fl-Assoċjazzjoni tal-Proprjetà Ġermaniża

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBordijiet ta’ Arbitraġġ tal-Kmamar tal-Kummerċ u tax-Xirek

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBord ta’ Kunsens għad-Drittijiet u għall-Għotjiet

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni Ċentrali Ġermaniża tal-Kummerċ fil-Vetturi

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-iktar verżjonijiet reċenti tal-liġijiet

L-aħħar aġġornament: 29/08/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Estonjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

L-ispiża tal-proċedimenti - Estonja

Din il-paġna tagħtik informazzjoni dwar l-ispejjeż ġudizzjarji tal-Estonjani.

Qafas regolatorju li jirregola d-drittijiet tal-professjonijiet legali

Konsulenti legali

Fl-Estonja, id-drittijiet ta' ħlas tal-konsulenti legali mhumiex irregolati.

Avukati

Fl-Estonja, id-drittijiet ta' ħlas tal-avukati mhumiex irregolati.

Avukati li jipprattikaw fil-qrati

Fl-Estonja, id-drittijiet ta' ħlas ta' avukati li jipprattikaw fil-qrati mhumiex irregolati.

Bailiffs

Fl-Estonja, id-drittijiet ta' ħlas tal-bailiffs huma regolati permezz tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar il-Bailiffs. Dritt ta’ bailiff jista’ jikkonsisti fi dritt biex jinbdew il-proċedimenti, id-dritt prinċipali għall-proċedimenti u dritt addizzjonali għal attivitajiet eżekuttivi. Bailiff għandu wkoll id-dritt li jitlob ħlas għall-provvediment ta' servizz professjonali.

Avukati

Fl-Estonja, id-drittijiet ta' ħlas tal-avukati mhumiex irregolati iżda jiġu ddeterminati fil-ftehim mal-klijent. Issir offerta inizjali tal-prezz mill-persuna li tmexxi uffiċċju legali jew minn avukat lill-klijent u jiġi spjegat kif ġiet ikkalkulata ċ-ċifra. Il-klijent jirrimborża l-ispejjeż meħtieġa li jkunu saru mill-avukat jew mill-persuna li tmexxi d-ditta tal-avukati sabiex ikun ġew ipprovduti s-servizzi legali.

Spejjeż fissi

Spejjeż fissi fi proċedimenti ċivili

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti ċivili

L-ispejjeż fissi li jġarrbu l-partijiet fil-proċedimenti ċivili huma:

  • id-dritt tal-Istat;
  • garanzija fuq il-kassazzjoni;
  • garanzija għal petizzjoni biex tiġi annullata sentenza mogħtija f’kontumaċja;
  • garanzija għall-ftuħ mill-ġdid tal-proċedimenti jew sabiex jerġa’ jiġi ffissat it-terminu;
  • l-ispejjeż tal-bailiffs biex jinnotifikaw dokumenti proċedurali;
  • l-ispejjeż tal-pubblikazzjoni ta’ taħrikiet jew ta’ avviżi fil-pubblikazzjoni uffiċjali Ametlikud Teadaanded (Avviżi Uffiċjali) jew f’gazzetta;
  • rimunerazzjoni għall-esperti, għall-interpreti u għat-tradutturi;
  • spejjeż oħrajn tas-smigħ ta’ kawża u spejjeż extraġudizzjarji.

L-istadju tal-proċedimenti ċivili li fih iridu jitħallsu spejjeż fissi

L-ispejjeż li ġejjin għandhom jitħallsu bil-quddiem mill-parti li tressaq rikors għal biex jinfetħu proċedimenti jew biex jitwettqu atti proċedurali:

  • id-dritt tal-Istat;
  • garanzija fuq il-kassazzjoni;
  • garanzija għal petizzjoni biex tiġi annullata sentenza mogħtija f’kontumaċja;
  • garanzija għall-ftuħ mill-ġdid tal-proċedimenti jew sabiex jerġa’ jiġi ffissat it-terminu;
  • l-ispejjeż tal-bailiffs biex jibagħtu dokumenti proċedurali;
  • l-ispejjeż tal-pubblikazzjoni ta’ taħrikiet jew ta’ avviżi fil-pubblikazzjoni uffiċjali Ametlikud Teadaanded (Avviżi Uffiċjali) jew f’gazzetta;
  • l-ispejjeż ta' rieżami ta' każ, safejn ikun determinat minn qorti.

Sakemm il-qorti ma tiddeċidix mod ieħor, id-drittijiet ta' ħlas tal-esperti, interpreti u tradutturi għandhom jitħallsu minn qabel mill-parti fil-proċedimenti li ressqet it-talba li tirriżulta fl-ispejjeż.

Spejjeż fissi fi proċedimenti kriminali

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kriminali

L-ispejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kriminali huma stabbiliti fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi tal-Proċedura Kriminali u huma maqsuma fi spejjeż proċedurali, spejjeż speċifiċi u spejjeż addizzjonali.

L-ispejjeż tal-proċedura huma:

  • rimunerazzjoni raġonevoli għall-konsulent jew rappreżentant magħżul u spejjeż neċessarji oħra li ġġarrab parti għall-proċedimenti b'rabta mal-proċedimenti kriminali;
  • somom ta' flus imħallsa lill-vittmi, xhieda, esperti u persuni kwalifikati skont l-Artikolu 178 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, ħlief għall-ispejjeż msemmija fl-Artikolu 176(1)(1) tal-Kodiċi;
  • spejjeż imġarrba minn istituzzjoni forensika tal-Istat jew kull korp jew entità ġuridika tal-gvern b'rabta mal-istħarriġ ta' evalwazzjonijiet mill-esperti jew is-sejba tal-intossikazzjoni;
  • rimunerazzjoni stabbilita għal konsulent maħtur u l-ispejjeż tiegħu sakemm ikunu ġustifikati u xierqa;
  • l-ispejjeż għall-kopji ta' materjal fil-fajl kriminali għall-avukat difensur skont l-Artikolu 224(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali;
  • l-ispejjeż għall-ħażna, il-konsenja u l-qirda tal-provi;
  • l-ispejjeż marbuta mal-ħażna, it-trasferiment u l-qirda tal-propjetà sekwestrata;
  • l-ispejjeż imġarrba minħabba r-rebħ ta' kawża ċivili;
  • il-kumpens wara kundanna ta' ħtija;
  • spejjeż oħra mġarrba minn korp li jmexxi proċedimenti kriminali matul dawk il-proċedimenti, ħlief spejjeż ikkunsidrati speċifiċi jew addizzjonali skont il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali.

Jekk parti għall-proċedimenti jkollha diversi konsulenti jew rappreżentanti, ir-rimunerazzjoni mħallsa lilhom tiġi inkluża fl-ispejjeż proċedurali sakemm dan ma jaqbiżx livell raġonevoli ta' rimunerazzjoni li titħallas normalment lil konsulent jew rappreżentant.

Jekk suspettat jew l-akkużat jiddefendi lilu nnifsu mingħajr avukat, l-ispejjeż neċessarji tad-difiża jiġu inklużi fl-ispejjeż proċedurali. L-ispejjeż żejda li ma kinux ikunu meħtieġa li kieku ħa sehem konsulent ma jiġux inklużi fl-ispejjeż proċedurali.

L-ispejjeż li jinġarrbu mill-persuni li mhumiex parti għall-proċedimenti u li huma marbuta mal-istħarriġ ta' analiżi esperti jiġu rifużi skont il-kundizzjonijiet u r-regoli stabbiliti fl-Att dwar l-Eżaminazzjoni Forensika.

Spejjeż speċifiċi huma - spejjeż relatati mal-posponiment ta’ seduta tal-qorti minħabba li parti fil-proċedimenti ma tkuns dehret fil-qorti u l-ispejjeż ta’ attendenza obbligatorja.

L-ispejjeż addizzjonali huma:

  • it-tariffa mħallsa lil persuna li mhix parti fil-proċedimenti għal informazzjoni dwar fatti marbuta mal-qasam tal-provi;
  • l-ispejjeż involuti biex jinżamm il-ħabs suspettat jew l-akkużat;
  • is-somom imħallsa lil interpreti jew tradutturi skont l-Artikolu 178 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali;
  • is-somom imħallsa fi proċedimenti kriminali skont l-Att dwar il-Kumpens għad-Danni Kaġunati mill-Istat lil Persuna Minħabba Nuqqas Inġust ta' Libertà;
  • spejjeż tal-Istat u l-korpi tal-gvern lokali b'rabta ma' proċedimenti kriminali u li mhumiex imsemmija fl-Artikolu 175(1)(1) jew (10) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali;
  • is-somom imħallsa lir-rappreżentanti tax-xhieda skont l-Artikolu 671 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali.

L-istadju tal-proċedimenti kriminali meta jeħtieġ li jitħallsu l-ispejjeż fissi għall-partijiet

  • Fil-każ ta' liberazzjoni, l-ispejjeż proċedurali huma rimborżati mill-Istat. Fil-każ ta’ kundanna, l-ispejjeż proċedurali jiġu rifużi mill-ħati li jkun ġie kkundannat. Fil-każ ta' liberazzjoni parzjali, l-ispejjeż jiġu rifużi mill-Istat skont il-grad ta' liberazzjoni tal-akkużat. L-obbligu għar-rimborż tal-ispejjeż proċedurali jseħħ meta tidħol fis-seħħ is-sentenza finali.
  • Jekk azzjoni ċivili tiġi miċħuda, l-ispejjeż proċedurali relatati mal-miżuri meħuda sabiex tiġi żgurata l-azzjoni ċivili jiġu rifużi mill-parti offiża. Jekk azzjoni ċivili tirnexxi b’mod sħiħ, l-ispejjeż proċedurali relatati mal-miżuri meħuda sabiex tiġi żgurata l-azzjoni ċivili jiġu rrimborżati mill-persuna li wettqet ir-reat u li ġiet ikkundannata jew mill-konvenut. Jekk azzjoni ċivili tirnexxi parzjalment, il-qorti taqsam l-ispejjeż proċedurali relatati mal-miżuri meħuda sabiex tiġi żgurata l-azzjoni ċivili bejn il-parti offiża u l-persuna li wettqet ir-reat u li ġiet ikkundannata jew il-konvenut, filwaqt li tikkunsidra ċ-ċirkustanzi kollha. Fil-każ ta’ rifjut li tiġi riveduta azzjoni ċivili, l-ispejjeż proċedurali relatati mal-miżuri meħuda sabiex tiġi żgurata l-azzjoni ċivili jiġu rrimborżati mill-Istat.

Spejjeż fissi fi proċedimenti kostituzzjonali

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kostituzzjonali

Fl-Estonja, l-invididwi ma jitħallewx jagħmlu talbiet għal reviżjoni konstituzzjonali. L-ispejjeż ta’ reviżjoni huma koperti mill-baġit tal-Istat. L-ispejjeż biex jiġu involuti speċjalisti fil-proċedimenti tal-qorti huma koperti mill-baġit tal-Istat bl-istess kundizzjonijiet tal-ħlas tad-drittijiet tal-esperti fi proċedimenti ċivili.

L-istadju fil-proċedimenti kostituzzjonali meta jridu jitħallsu l-ispejjeż fissi għall-partijiet

Il-partijiet ma jġarrbux spejjeż fissi fi proċedimenti kostituzzjonali.

L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn qabel mir-rappreżentanti legali

Drittijiet u obbligi tal-partijiet

L-avukati għandhom jinnotifikaw lill-klijenti tagħhom bil-firxa sħiħa tal-attivitajiet relatati mal-provvista ta’ servizzi legali u bl-ispejjeż kollha involuti. Issir offerta inizjali tal-prezz mill-persuna li tmexxi uffiċċju legali jew minn avukat lill-klijent u jiġi spjegat kif ġiet ikkalkulata l-figura.

Spejjeż tal-parteċipazzjoni fil-proċedimenti

Spejjeż li għandhom jiġġarrbu mill-parti rebbieħa

Il-parti rebbieħa tħallas l-ispejjeż tar-rappreżentant jew il-konsulent legali li l-qorti tqis raġonevoli u li m'għandhomx jitħallsu mill-parti telliefa.

Spejjeż li għandhom jiġġarrbu mill-parti telliefa

Skont id-deċiżjoni dwar id-determinazzjoni tal-ispejjeż proċedurali, il-parti telliefa trid tirrimborża l-ispejjeż proċedurali mġarrba mill-parti rebbieħa, li jistgħu jinkludu:

  • id-dritt tal-Istat;
  • il-garanzija;
  • spejjeż relatati ma' xhieda, esperti, interpreti u tradutturi, u l-ispejjeż ta' analiżi esperta mwettqa minn persuna li ma tkunx parti tal-proċedimenti u li għandhom jitħallsu taħt l-Att dwar l-Eżaminazzjoni Forensika;
  • spejjeż tal-kisba ta’ provi dokumentarji u fiżiċi;
  • spejjeż ta’ spezzjonijiet, inklużi l-ispejjeż meħtieġa tal-ivvjaġġar magħmula mill-qorti;
  • spejjeż tal-konsenja, tal-bgħit u tal-ħruġ ta’ dokumenti proċedurali;
  • spejjeż tad-determinazzjoni tal-valur tal-kawża ċivili;
  • spejjeż relatati mar-rappreżentanti u mal-konsulenti tal-partijiet għall-proċedimenti;
  • spejjeż tal-ivvjaġġar, spejjeż postali, tal-komunikazzjonijiet, tal-akkomodazzjoni u spejjeż oħrajn simili mġarrba mill-partijiet fil-proċedimenti b’konnessjoni mal-proċedimenti;
  • qligħ jew dħul permanenti ieħor li ma rċevewx il-partijiet għall-proċedimenti;
  • spejjeż tal-proċedimenti ta’ qabel il-proċess stabbiliti bil-liġi sakemm l-azzjoni ma tkunx ġiet ippreżentata aktar tard minn sitt xhur wara t-tmiem tal-proċedimenti ta’ qabel il-proċess;
  • id-dritt tal-bailiff biex jassigura li azzjoni titwettaq u l-ispejjeż tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni dwar l-assigurazzjoni li azzjoni titwettaq;
  • id-dritt tal-bailiff għall-konsenja ta' dokumenti proċedurali;
  • spejjeż tal-ipproċessar ta’ applikazzjoni għal assistenza proċedurali biex ikunu sostnuti l-ispejjeż proċedurali;
  • spejjeż ta' proċedura għal ordni ta' ħlas aċċellerat;
  • spejjeż ta’ parteċipazzjoni fi proċedimenti ta' konċiljazzjoni jekk il-qorti tkun obbligat lill-partijiet biex jipparteċipaw taħt l-Artikolu 4(4) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili jew, jekk il-proċedimenti huma obbligatorji, il-proċedimenti ta' konċiljazzjoni qabel il-proċess taħt l-Artikolu 1(4) tal-Att dwar il-Konċiljazzjoni .

Jekk skont deċiżjoni tal-qorti dwar il-qsim tal-ispejjeż proċedurali parti waħda fil-proċedimenti tkun mitluba ġġarrab l-ispejjeż li saru minn parti oħra relatati mar-rappreżentant jew mal-konsulent legali, l-ispejjeż li għandhom jiġu ddeterminati mill-qorti jridu jkunu ġġustifikati u ma għandhomx jaqbżu l-livell mitlub. Spejjeż magħmula għall-ingaġġ ta' diversi rappreżentanti jitħallsu lura biss jekk jirriżultaw minħabba l-kumplessità tal-każ jew ikun hemm il-bżonn li jinbidel rappreżentant.

Is-sorsi tal-ispejjeż

Fejn nista’ nsib informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fl-Estonja?

Is-sorsi tal-ispejjeż huma kif ġej:

  • il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili;
  • l-Att dwar il-Bailiffs;
  • l-Att dwar id-Drittijiet tal-Istat;
  • l-istrumenti legali maħruġa fuq il-bażi tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili.

B’liema lingwi nista’ nikseb informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fl-Estonja?

L-informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż hija disponibbli bl-Estonjan.

Traduzzjonijiet bl-Ingliż ta' strumenti legali Estonjani li jistipulaw informazzjoni dwar l-ispejjeż u s-sorsi tagħhom huma disponibbli fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidawebsajt tar-Riigi Teataja (il-Gazzetta tal-Istat).

Fejn nista’ nsib informazzjoni dwar il-medjazzjoni?

Il-Ministeru tal-Ġustizzja huwa responsabbli mill-implimentazzjoni tad-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDirettiva 2008/52/KEdwar ċerti aspetti ta’ medjazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali. Mistoqsijiet ġenerali dwar il-medjazzjoni jistgħu jintbagħtu fl-indirizz tal-posta elettronika tal-Ministeru tal-Ġustizzja: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@just.ee.

Il-proċedimenti ta' konċiljazzjoni f'materji ċivili huma rregolati permezz tal-Att dwar il-Konċiljazzjoni, li jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-medjaturi u jipprovdi wkoll linji gwida għall-implimentazzjoni u l-infurzar tal-ftehimiet konklużi bl-għajnuna ta' medjatur. Dawn li ġejjin huma intitolati li jmexxu l-proċedimenti tal-konċiljazzjoni taħt l-Att:

  • persuna fiżika li l-partijiet għall-proċedimenti jkunu fdawlha x-xogħol tat-tmexxija tal-proċedimenti;
  • avukati li jipprattikaw fil-qrati;
  • nutara;
  • fil-każ stipulat fl-Att, korp tal-konċiljazzjoni tal-Istat jew tal-gvern lokali.

Il-proċedimenti ta' konċiljazzjoni f'kawżi amministrattivi huma regolati permezz tal-Kodiċi ta’ Proċedura ta' Qorti Amministrattiva u f'kawżi kriminali u ta' reati mill-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali.

Rigward l-użu tal-medjazzjoni fil-liġi tal-familja, il-Ministeru tal-Affarijiet Soċjali qed iħeġġeġ l-iżvilupp tal-attivitajiet tal-medjaturi tal-familja. Is-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni Estonjana tal-Medjaturi fih informazzjoni kemm bl-Estonjan kif ukoll bl-Ingliż. B’mod simili, l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUnjoni Estonjana għall-Benessri tat-Tfal — assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ li tagħti appoġġ lid-drittijiet tat-tfal — toffri pariri lill-ġenituri li jixtiequ jisseparaw jew jiddivorzjaw u tħeġġiġhom jagħmlu użu mis-servizzi tal-konċiljaturi sabiex jipproteġu l-interessi ta’ wliedhom. L-Unjoni torganizza anki taħriġ fil-qasam tal-medjazzjoni tal-familja.

Fejn nista’ nsib informazzjoni addizzjonali dwar l-ispejjeż?

Sit elettroniku dwar l-ispejjeż

L-ispejjeż relatati mal-proċedimenti tal-qorti u l-ammonti involuti jiddependu fuq it-tul u n-natura tal-każ tal-qorti. Is-sorsi primarji ta’ informazzjoni dwar l-ispejjeż relatati mal-proċedimenti tal-qorti huma l-kodiċijiet li jirregolaw il-proċedimenti tal-qorti u l-Att dwar id-drittijiet ta' ħlas tal-Istat. Il-Ministeru tal-Ġustizzja jippubblika u jamministra l-pubblikazzjoni uffiċjali Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRiigi Teataja (il-Gazzetta tal-Istat), li tipprovdi aċċess għal:

  • Atti u Regolamenti;
  • Digrieti tal-President tar-Repubblika;
  • Deċiżjonijiet tal-Qorti Suprema u ftehimiet internazzjonali;
  • Regolamenti tal-gvern lokali.

Ir-Riigi Teataja fiha verżjonijiet uffiċjali kkonsolidati ta' Atti, Regolamenti tal-Gvern u Ordnijiet , Regolamenti ministerjali, Regolamenti tal-President tal-Eesti Pank (il- Bank tal- Estonja), ir-Regolament tal-Kumitat Elettorali Nazzjonali, id-Deċiżjonijiet tal-Parlament, ir-Regolamenti tal-kunsill muniċipali u tal-belt u r-Regolamenti tal-gvern muniċipali u tal-belt. Il-leġiżlazzjoni u dokumenti oħrajn ippubblikati fir-Riigi Teataja ilhom disponibbli sa mill-1990.

Fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidawebsajt tal-Qorti Suprema ġiet ippubblikata analiżi tal-prattika tad-determinazzjoni tal-ispejjeż legali fi proċedimenti ċivili.

Fejn nista’ nsib informazzjoni dwar it-tul ta’ żmien medju li jieħdu l-proċeduri differenti?

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidawebsajt tal-Qrati tagħti statistiċi dwar il-proċedimenti fil-qrati tal-prim'istanza u t-tieni istanza mill-1996.

Fejn nista’ nsib informazzjoni dwar l-ispiża medja totali għal tip ta’ proċedura partikolari?

• Id-dritt tal-Istat li għandu jitħallas għal tip partikolari ta’ proċediment hija stabbilita fl- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar id-Drittijiet tal-Istat.

• Id-drittijiet tal-bailiffs huma stabbiliti fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida Att dwar il-Bailiffs.

• Mhija disponibbli l-ebda statistika dwar l-ispiża medja totali għal tipi partikolari ta’ proċedimenti.

Taxxa fuq il-Valur Miżjud

Kif inhi pprovduta din l-informazzjoni?

Id-drittijiet tal-bailiffs ukoll huma soġġetti għall-VAT, b’rata ta’ 20 %.

Sabiex jirċievi rimborż tal-VAT miżjuda mal-ispejjeż proċedurali, id-dikjarant irid jikkonferma li huwa mhuwiex irreġistrat għall-VAT jew li huwa ma jista’ jirkupra l-VAT bl-ebda mod ieħor.

X’inhuma r-rati applikabbli?

Mill-1 ta’ Lulju 2009 r-rata tal-VAT fl-Estonja hija ta’ 20 %.

Għajnuna Legali

Il-limitu applikabbli ta'dħul fil-qasam tal-ġustizzja ċivili

L-għajnuna legali tkun disponibbli jekk l-ispejjeż tas-servizzi legali jkunu iktar mid-doppju tad-dħul medju fix-xahar tal-applikant, ikkalkulat fuq il-bażi tad-dħul medju fix-xahar għall-erba’ xhur qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni.

It-taxxi u l-ħlasijiet obbligatorji tal-assigurazzjoni, l-ispejjeż sabiex jiġu sodisfatti l-obbligi legali ta’ manteniment, u l-ispejjeż raġonevoli relatati mad-dar u mat-trasport jitnaqqsu mir-riżultat ikkalkulat.

Kundizzjonijiet oħrajn biex tingħata l-għajnuna legali għall-partijiet offiżi

L-Istat jista' jagħti għajnuna proċedurali skont il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. It-tipi ta' għajnuna legali garantiti mill-Istat u l-kondizzjonijiet u r-regoli sabiex tinkiseb l-għajnuna legali ta’din in-natura huma rregolati permezz tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar l-Għajnuna Legali mill-Istat.

L-għajnuna legali tista’ tingħata lil persuna fiżika li, fiż-żmien meta tissottometti l-applikazzjoni tagħha tkun residenti jew ċittadina tal-Estonja jew ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea. Residenza ta’ persuna hija stabbilita fuq il-bażi tal-Artikolu 59 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 dwar il-ġuriżdizzjoni u rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali. Persuni fiżiċi oħrajn jistgħu jingħataw l-għajnuna legali biss fejn dan id-dritt jirriżulta minn ftehim internazzjonali.

L-għajnuna legali tal-Istat ma tingħatax jekk:

  • l-applikant kapaċi jiddefendi d-drittijiet tiegħu huwa stess;
  • l-applikant ma jkollux id-dritt li qed japplika għal għajnuna legali biex jipproteġih;
  • l-applikant jista’ jsostni l-ispejjeż tas-servizzi legali billi juża l-assi eżistenti tiegħu, li jistgħu jinbigħu mingħajr diffikultajiet kbar;
  • l-ispejjeż tas-servizzi legali mhumiex mistennija li jkunu aktar minn darbtejn id-dħul medju ta’ kull xahar tal-applikant, ikkalkulati fuq il-bażi tad-dħul medju ta' kull xahar għall-erba' xhur qabel ma l-applikazzjoni tiġi sottomessa, li minnhom jitnaqqsu t-taxxi u ħlasijiet obbligatorji tal-assigurazzjoni, l-ispejjeż biex jissodisfaw obbligi legali ta’ manteniment u l-ispejjeż raġjonevoli relatati mad-djar u trasport;
  • huwa ċar miċ-ċirkostanzi li hemm ftit ċans li l-applikant ikun jista' jiddefendi d-drittijiet tiegħu jew tagħha;
  • l-applikazzjoni ssir sabiex tippreżenta talba għal kumpens ta' ħsara mhux materjali u ma hemmx interess pubbliku fil-każ;
  • it-tilwima tikkonċerna l-attivitajiet ekonomiċi tal-applikant u ma għandha l-ebda impatt fuq id-drittijiet tiegħu li mhumiex relatati ma’ dawk l-attivitajiet ekonomiċi;
  • l-applikazzjoni qed issir sabiex tkun protetta trade mark, privattiva, mudelli ta’ utilità, diżinn industrijali, topografiji ta’ ċirkwiti integrati jew xi forma oħra ta’ proprjetà intelletwali, bl-eċċezzjoni tad-drittijiet li jirriżultaw mill-Att dwar id-Drittijiet tal-Awtur;
  • l-applikant għandu interessi konġunti ċari ma’ persuna li mhijiex intitolata għall-għajnuna legali; f’dan il-każ hemm ir-riskju li l-għajnuna legali rċevuta tista’ tiġi ttrasferita lill-persuna li mhijiex‑eliġibbli;
  • l-applikazzjoni ssir biex tiddefendi dritt trasferit lill-applikant u hemm raġuni li wieħed jemmen li d-dritt ġie trasferit lill-applikant sabiex jikseb l-għajnuna legali mill-Istat;
  • il-provvista ta’ servizzi legali hija ggarantita minn kuntratt ta’ assigurazzjoni tal-ispejjeż legali li ġie konkluż mill-applikant jew fuq il-bażi ta’ assigurazzjoni obbligatorja;
  • il-qligħ potenzjali għall-applikant mill-kawża huwa irraġonevolment żgħir meta pparagunat mal-ispiża mistennija li għandha tiġġarrab mill-Istat sabiex tkun ipprovduta l-għajnuna legali.

Tista' taqra aktar dwar l-Għajnuna Legali mill-Istat fil- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidawebsajt tal-Kamra tal-Avukati Estonjani.

Kundizzjonijiet oħrajn relatati mal-għoti tal-għajnuna legali lill-persuni suspettati u lill-konvenuti

Il-kundizzjonijiet applikabbli għall-għoti tal-għajnuna legali lill-persuni suspettati jew lill-konvenuti huma l-istess bħal dawk għall-partijiet offiżi.

Proċedimenti tal-qorti mingħajr spejjeż

L-Att dwar id-Drittijiet tal-Istat jistabbilixxi ċ-ċirkustanzi fejn l-eżenzjonijiet mid-drittiijet tal-Istat huma possibbli. F’kawża tal-qorti, l-atti li ġejjin huma eżentati mill-ħlas ta’ dritt tal-Istat:

  • ir-reviżjoni ta’ appell jew ta’ lment biex tintalab rimunerazzjoni jew jintalab salarju, biex tkun stabbilita n-nullità tat-terminazzjoni ta’ kuntratt ta’ impjieg, biex terġa’ tiġi stabbilita jew titbiddel id-diċitura tal-bażi għar-rilaxx mis-servizz;
  • ir-reviżjoni ta’ appell li qed jitlob il-manteniment u, f’talba għal manteniment għal tfal, rikors għal proċedura aċċellerata ta’ ordni għall-ħlas;
  • ir-reviżjoni ta’ talba għad-danni minħabba kundanna illegali, prosekuzzjoni kriminali illegali, żamma taħt arrest preventiv illegali u ċaħda oħra mhux ġustifikata mil-libertà, kif ukoll ir-reviżjoni ta’ talba għal kumpens għad-danni fi proprjetà kkawżati mill-impożizzjoni illegali ta’ piena għal reat minuri (misdemeanour);
  • l-ewwel ħruġ ta’ dokumenti tal-qorti relatati ma’ kawża kriminali;
  • it-twettiq ta’ proċedimenti biex persuna titqiegħed f’istituzzjoni minn fejn ma tkunx tista' toħroġ;
  • ir-reviżjoni ta’ talba biex jintraddu lura assi kkonfiskati jew abbandunati flimkien ma’ ripressjoni illegali u għal kumpens għad-danni;
  • ir-reviżjoni ta’ kawża sabiex ikun ipprovat it-tul ta’ servizz pensjonabbli;
  • ir-reviżjoni ta’ protest f’kawża amministrattiva;
  • ir-reviżjoni ta' rikors għal eżenzjoni mill-ħlas ta' drittijiet tan-nutara, u s-sottomissjoni ta' oġġezzjoni skont id-deċiżjoni tal-qorti f'każ bħal dan;
  • ir-reviżjoni ta’ rikors għal assistenza proċedurali, u s-sottomissjoni ta’ oġġezzjoni għad-deċiżjoni tal-qorti f’każ bħal dan;
  • ir-reviżjoni ta’ appell jew ta' lment rigward danni kkawżati minn offiża fuq il-persuna jew disturb ieħor jew minħabba l-mewt tal-persuna prinċipali b’paga.
  • kopji sa ħames paġni ta' dokumenti proċedurali f'kawża amministrattiva.

Dawn li ġejjin huma eżentati mid-drittijiet tal-Istat:

  • il-preżentata ta’ oġġezzjoni minn minorenni għal deċiżjoni tal-qorti f’kawża fejn jiġi kkonferit lilu bil-liġi dritt ta’ appell indipendenti;
  • kawża mressqa minn applikant għal pensjoni jew sostenn dwar ħlas inkorrett jew nuqqas ta’ ħlas ta’ pensjoni jew ta’ sostenn;
  • it-tressiq ta' lment minn persuna fiżika kontra deċiżjoni ta’ kumitat elettorali;
  • il-preżentata ta’ rikors minn istituzzjoni ta’ tutela biex tispiċċa l-awtorità tal-ġenituri jew biex jinħatar tutur għal minorenni jew ta’ kwalunkwe rikors ieħor ippreżentat fl-interessi ta’ tifel jew ta’ tifla li l-istituzzjoni tkun responsabbli għaliha ;
  • il-preżentata ta’ petizzjoni mill-awtoritajiet fiskali għal petizzjoni ta’ falliment jew ta’ petizzjoni oħra relatata ma’ proċedimenti ta’ insolvenza, u f’każ għad-determinazzjoni tal-ammont ta’ taxxa;
  • il-preżentata ta’ appell minn gvern ta’ kontea skont ir-regoli li jirriżultaw mill-Att dwar ir-Riforma tal-Artijiet għat-twettiq tad-dmirijiet ta’ persuna li tkun issellfet il-flus f'kuntratt b'ipoteka f’każ relatat ma’ ipoteka favur l-Istat;
  • il-preżentata ta’ rikors minn bailiff lil qorti relatata mat-twettiq ta’ proċedimenti eżekuttivi fuq il-bażi tal-Kodiċi tal-Proċedura Eżekuttiva u ta’ oġġezzjoni għal deċiżjoni tal-qorti relatata ma’ proċedimenti ta’ eżekuzzjoni skont l-Artikolu 599 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili.

Meta għandha l-parti li titlef tħallas l-ispejjeż tal-parti li tirbaħ?

Il-qorti li tagħti deċiżjoni dwar kawża tistabbilixxi, fid-deċiżjoni tal-qorti jew fid-deċiżjoni għat-terminazzjoni tal-proċedimenti, kif għandhom jinqasmu l-ispejjeż proċedurali bejn il-partijiet. Il-qorti trid tindika liema spejjeż proċedurali jew, fejn dan ikun meħtieġ, liema proporzjon tal-ispejjeż proċedurali għandhom jiġġarrbu minn kull parti. Jekk qorti superjuri temenda sentenza jew tagħti sentenza ġdida mingħajr ma tirreferi l-kwistjoni għal smigħ ġdid, il-qorti, jekk meħtieġ, għandha temenda l-qsim tal-ispejjeż proċedurali fid-dawl tas-sentenza l-ġdida.

Parti għal proċedimenti tal-qorti hija intitolata li titlob lill-Qorti tal-Prim’Istanza li aġġudikat il-kwistjoni biex tiddetermina l-ispejjeż proċedurali f’termini monetarji fuq il-bażi tal-qsim proporzjonali tal-ispejjeż stabbilita f’sentenza tal-qorti. Hija tista’ tagħmel dan fi żmien 30 jum mid-data li fiha d-deċiżjoni tal-qorti dwar id-diviżjoni tal-ispejjeż tidħol fis-seħħ. Lista tal-ispejjeż proċedurali, li tipprovdi wkoll dettalji dwar il-kompożizzjoni tal-ispejjeż, trid tkun mehmuża mal-petizzjoni. Il-qorti tista' tistabbilixxi d-data sa meta l-parti fil-proċedimenti għandha tipprovdi aktar dettalji dwar l-ispejjeż proċedurali li għandhom jiġu rimborżati, jew tista' tobbliga lill-parti biex tipprovdi dokumenti li jixhdu dawk l-ispejjeż. Il-qorti fil-pront tibgħat lill-kontroparti l-petizzjoni għad-determinazzjoni tal-ispejjeż proċedurali flimkien mal-lista tal-ispejjeż proċedurali u tad-dokumenti ta’ sostenn.

Il-parti avversarja tista’ toġġezzjona fiż-żmien stabbilit mill-qorti wara li tiġi nnotifikata l-petizzjoni. Il-perjodu biex tingħata tweġiba għandu jkun mhux inqas minn sebat ijiem. L-għoti tal-għajnuna legali xorta tippermetti jew ma tillimitax l-obbligu fuq il-benefiċjarju tal-għajnuna legali, skont sentenza tal-qorti, biex iħallas lura l-ispejjeż tal-parti avversarja. Il-parti li tittieħed id-deċiżjoni kontra tagħha ssostni l-ispejjeż proċedurali tagħha kollha anki jekk il-parti tkun eżentata mill-obbligu li tħallas l-ispejjeż proċedurali jew jekk il-parti tkun ingħatat l-għajnuna legali sabiex tħallas dawk l-ispejjeż.

Jekk azzjoni tkun solvuta, il-qorti tordna lill-konvenut biex iħallas proporzjon tal-ispejjeż proċedurali li l-attur ikun eżentat minnhom jew li l-attur jista’ jħallas f’rati. Dak l-ammont għandu jitħallas fil-fondi pubbliċi u huwa proporzjonat mal-parti tal-azzjoni li tkun ġiet riżolta.

Drittijiet tal-esperti

Sakemm il-qorti ma tiddeċidix mod ieħor, l-ispejjeż li huma essenzjali għall-proċedimenti għandhom jitħallsu, sa fejn dan jiġi ordnat mill-qorti, mill-parti li tkun ippreżentat ir-rikors li fir-rigward tiegħu jkunu saru l-ispejjeż. Jekk iż-żewġ partijiet jissottomettu rikors jew jekk il-qorti tħarrek espert, l-ispejjeż jinqasmu bin-nofs bejn il-partijiet.

Id-drittijiet jitħallsu lill-esperti fuq il-bażi tat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom. Ir-rati fis-siegħa għandhom jitħallsu fil-limiti tar-rati fis-siegħa minimi u massimi stabbiliti f’Regolament tal-Gvern. Id-dritt tal-espert għal analiżi esperta huwa minn 10 sa 40 darba r-rata minima fis-siegħa. Meta tiddetermina r-rata fis-siegħa li għandha titħallas, il-qorti tikkunsidra dawn li ġejjin:

  • il-kwalifiki tal-espert;
  • il-livell ta’ kumplessità tax-xogħol;
  • kwalunkwe spiża inevitabbli li tkun saret meta ntużaw il-mezzi meħtieġa;
  • kwalunkwe ċirkustanza speċjali li fiha l-espert ikun wettaq ix-xogħol meħtieġ.

L-ispejjeż relatati mat-tħejjija u tfassil tar-rapport tal-opinjoni tal-espert, inkluż spejjeż għal persunal ta' appoġġ u għal materjali u mezzi użati għall-investigazzjoni, u kwalunkwe spejjeż neċessarji li jkunu saru bħala riżultat tal-proċedimenti tal-qorti, fuq kollox għall-alloġġ u l-ikel, għandhom jiġu rimborżati wkoll.

Id-dritt li għandu jitħallas lil espert u l-ispejjeż li jkun għamel l-espert li għandhom jiġu rrimborżati jiġu ddeterminati b’deċiżjoni tal-istess qorti li tkun involviet lill-espert.

L-esperti jiġu rrimunerati biss fuq it-talba tagħhom. Jekk espert ikun wettaq l-obbligu tiegħu, il-qorti tħallas id-dritt dovut irrispettivament minn jekk il-partijiet għall-proċedimenti jkunux ħallsu l-ispejjeż bil-quddiem jew jekk ikunx ġie ordnat l-irkupru tal-ispejjeż mingħand il-partijiet.

Id-drittijiet u l-ispejjeż tal-esperti relatati mat-twettiq ta’ valutazzjoni esperta minn istituzzjoni forensika pubblika huma parti mill-ispejjeż proċedurali u jiġu rrimborżati mill-parti li titlef lill-parti li tirbaħ bl-istess mod kif jiġu rrimborżati l-ispejjeż proċedurali.

Drittijiet tat-tradutturi u tal-interpreti

L-interpreti mhux impjegati mill-qrati li jipparteċipaw fi proċedimenti tal-qorti jitħallsu dritt fis-siegħa għall-interpretazzjoni li jvarja minn darbtejn sa 40 darba l-paga minima nazzjonali fis-siegħa. It-tradutturi jitħallsu dritt għal kull paġna ta’ traduzzjoni li huwa sa 20 darba l-paga minima fis-siegħa.

Id-dritt li għandu jitħallas lill-interpreti jew lit-tradutturi u l-ispejjeż li għandhom jiġu rrimborżati jiġu ddeterminati b’deċiżjoni tal-istess qorti li tkun involviet lill-interpretu jew lit-traduttur.

Meta tkun qed tiddetermina r-rati fis-siegħa li għandhom jitħallsu, il-qorti tikkunsidra l-kwalifiki tal-interpretu jew tat-traduttur, il-kumplessità tax-xogħol, kwalunkwe spiża inevitabbli li tkun inqalgħet u l-kundizzjonijiet partikolari li fihom kienet mitluba l-interpretazzjoni jew it-traduzzjoni.

L-interpreti u t-tradutturi jitħallsu biss fuq it-talba tagħhom. Il-qorti tħallas id-dritt dovut lill-interpretu jew lit-traduttur irrispettivament minn jekk il-partijiet għall-proċedimenti jkunux ħallsu l-ispejjeż bil-quddiem jew jekk ikunx ġie ordnat l-irkupru tal-ispejjeż mingħand il-partijiet.

Id-drittijiet tal-interpreti u tat-tradutturi huma parti mill-ispejjeż proċedurali u jiġu rrimborżati mill-parti li titlef lill-parti li tirbaħ bl-istess mod kif jiġu rrimborżati l-ispejjeż proċedurali.

L-aħħar aġġornament: 08/08/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-ispiża tal-proċedimenti - Irlanda

Din il-paġna tagħtik informazzjoni dwar l-ispejjeż ġudizzjarji fl-Irlanda.

Qafas regolatorju li jirregola d-drittijiet tal-professjonijiet legali

Avukati fil-Qrati Inferjuri

Il-bażi li fuqhom jitħallsu d-drittijiet lill-avukati fil-qrati inferjuri jistgħu jiġu kategorizzati f’termini ta’ proċedimenti kontenjużi (jiġifieri parir u rapprezentazzjoni fir-rigward ta’ litigazzjoni quddiem qorti, tribunal jew arbitru) u proċedimenti mhux kontenjużi. Fir-rigward ta’ proċedimenti kontenjużi, l-ispejjeż jistgħu jerġgħu jiġu kkategorizzati fi spejjeż ta’ avukati fil-qrati inferjuri u tal-klijent (jiġifieri l-ispejjeż li jridu jitħallsu mill-parti lill-avukati fil-qrati inferjuri tiegħu jew tagħha) u spejjeż ta’ parti u parti (jiġifieri spejjeż mogħtija lill-parti fil-proċeduri kontra parti oħra f’dawk il-proċeduri).

Proċedimenti kontenjużi

Leġiżlazzjoni prinċipali primarja*

  • L-Att tal-1849 dwar l-Avukati u l-Avukati fil-qrati inferjuri;
  • L-Att tal-1870 dwar l-Avukati u l-Avukati fil-qrati inferjuri;
  • L-artikolu 68 tal-Att tal-1994 li jemenda l-Att dwar Avukati fil-qrati inferjuri;
  • L-artikolu 94 tal-Att tal-1924 dwar il-Qrati tal-Ġustizzja;
  • L-artikolu 78 tal-Att tal-1936 dwar il-Qrati tal-Ġustizzja;
  • Il-Paragrafu 8 tat-Tmien Skeda tal-Att tal-1961 dwar id-Dispożizzjonijiet Supplimentari tal-Qrati;
  • L-artikolu 17 tal-Att tal-1981 dwar il-Qrati;
  • L-artikolu 14 tal-Att tal-1991 dwar il-Qrati;
  • L-artikolu 68 tal-Att tal-1994 li jemenda l-Att dwar l-Avukati fil-qrati inferjuri;
  • L-artikoli 27 u 46 tal-Att tal-1995 dwar il-Qrati u l-Uffiċjali tal-Qorti.

Leġiżlazzjoni prinċipali sekondarja*

  • Regoli 4, 6 u 14(3) tal-Ordni 22; regola 1A tal-Ordni 27, Ordni 99 u Appendiċi W tar-Regoli tal-Qrati Superjuri;
  • Regoli 14, 15 u 21 tal-Ordni 15 u Ordni 66 tar-Regoli tas-Circuit Court;
  • Ordnijiet 51 u 52 u Skeda E tar-Regoli tal-Qorti Distrettwali;

Ġurisprudenza

  • Deċiżjonijiet tal-qrati li jinterpretaw il-leġiżlazzjoni konċernata

Proċedimenti mhux kontenjużi

Leġiżlazzjoni prinċipali primarja*

Att tal-1881 dwar ir-Remunerazzjoni tal-Avukati fil-qrati inferjuri.

Leġiżlazzjoni prinċipali sekondarja*:

  • Ordni Ġenerali tal-1884 dwar ir-Remunerazzjoni tal- Avukati fil-qrati inferjuri;
  • Ordni Ġenerali tal-1960 dwar ir-Remunerazzjoni tal- Avukati fil-qrati inferjuri;
  • Ordni Ġenerali tal-1964 dwar ir-Remunerazzjoni tal- Avukati fil-qrati inferjuri;
  • Ordni Ġenerali tal-1970 dwar ir-Remunerazzjoni tal- Avukati fil-qrati inferjuri;
  • Ordni Ġenerali tal-1972 dwar ir-Remunerazzjoni tal- Avukati fil-qrati inferjuri;
  • Ordni Ġenerali tal-1978 dwar ir-Remunerazzjoni tal- Avukati fil-qrati inferjuri;
  • Ordni Ġenerali tal-1982 dwar ir-Remunerazzjoni tal- Avukati fil-qrati inferjuri;
  • Ordni Ġenerali tal-1984 dwar ir-Remunerazzjoni tal- Avukati fil-qrati inferjuri;
  • Ordni Ġenerali tal-1986 dwar ir-Remunerazzjoni tal- Avukati fil-qrati inferjuri;
  • Regoli 210 u 239, Regoli tal-1972 dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Artijiet.

Ġurisprudenza

  • Deċiżjonijiet tal-qrati li jinterpretaw il-leġiżlazzjoni konċernata

* Referenzi għal-leġiżlazzjoni huma għall-Att, Ordni jew Regoli konċernati kif emendati. Wieħed jista’ jara l-leġiżlazzjoni ta’ wara l-1922 fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Istatuti Irlandiżi Elettroniċi onlajn u mis-sit elettroniku ta’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaHouses of the Oireachtas.

Avukati

“Avukati” tiddeskrivi kollettivament iż-żewġ kategoriji ta’ avukat fis-sistema legali Irlandiża, jiġifieri avukati fil-qrati inferjuri u avukati fil-qrati superjuri.

Avukati fil-Qrati Superjuri

Id-drittijiet tal-avukati fil-qrati superjuri huma meqjusa bħala spejjeż magħmula mill-avukati fil-qrati inferjuri li dwarhom tinħariġlu fattura, u b’hekk huma meqjusa bħala spejjeż magħmula mill-avukati fil-qrati inferjuri u huma regolati bil-leġiżlazzjoni li tirregola d-drittijiet tal-avukati fil-qrati inferjuri u deċiżjonijiet tal-qrati li jirrigwardaw il-konċessjonijiet li għandhom isiru għad-drittijiet tal-konsulenti legali: ara, b’mod partikolari l-Artikolu 27 tal-Att tal-1995 dwar l-Qrati u l-Uffiċjali tal-Qorti u Kelly v. Breen [1978] I.L.R.M. 63; Stat (Gallagher Shatter u Co.) v. de Valera [1991] 2 I.R. 198; f’Superquinn v. Bray U.D.C. (Nru. 2) [2001] 1 I.R. 459

Bailiffs

Id-drittijiet tax-sheriff, messaġġier tal-qorti u bailiffs għall-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet ta’ eżekuzzjoni tal-qorti huma regolati bl-Ordni tal-2005 dwar l-Ispejjeż u d-Drittijiet tax-Sheriff u jipprovdu wkoll għal drittijiet li għandhom jitħallsu fuq il-preżentata tal-mandat ta' eżekuzzjoni u tat-taxxa, spejjeż tal-ivvjaġġar, tneħħija u ħażna/ żamma fiż-żgur ta’ oġġetti jew bhejjem maqbuda.

Avukati

M’hemmx kategorija separata ta’ konsulent legali magħrufa bħala “avukat” fis-sistema legali Irlandiża.

Spejjeż fissi

Spejjeż fissi fil-proċedimenti ċivili

Spejjeż fissi għall-partijiet fil-proċedimenti ċivili

Bl-eċċezzjoni tal-punti stabbiliti fir-regoli 1A(3) u 9 tal-Ordni 27 (spejjeż li jridu jitħallsu minn parti li tippreżenta sottomissjoni wara li l-parti l-oħra tkun ressqet rikors biex tingħata sentenza f’każ li ma tiġix ippreżentata dik is-sottomissjoni) u Appendiċi W tar-Regoli tal-Qrati Superjuri u Skeda E tar-Regoli tal-Qorti Distrettwali, punti tal-ispejjeż huma ġeneralment diskrezzjonali.

L-ispejjeż li jridu jitħallsu jinkludu wkoll ħlasijiet bħal drittijiet tal-qorti, li huma ffissati bl-ordnijiet tad-Drittijiet tal-Qorti Suprema u tal-High Court, tas-Circuit Court u tal-Qorti Distrettwali, rispettivament.

Jekk jogħġbok għal aktar informazzjoni fittex fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidarati tad-drittijiet tal-qorti.

L-istadju tal-proċeduri ċivili meta jridu jitħallsu l-ispejjeż fissi

Fil-każ tar-regoli 1A(3) u 9 tal-Ordni 27 (spejjeż li jridu jitħallsu minn parti li tippreżenta sottomissjoni wara li l-parti l-oħra tkun ressqet rikors biex tingħata sentenza f’każ li ma tiġix ippreżentata dik is-sottomissjoni), l-ispejjeż iridu jitħallsu malli jinċaħad r-rikors biex tingħata sentenza f’każ li ma tiġix ippreżentata s-sottomissjoni konċernata.

Il-punti tal-ispejjeż imniżżla f’Appendiċi W tar-Regoli tal-Qrati Superjuri, huma rkuprabbli:

  • mill-avukati fil-qrati inferjuri mingħand il-klijent malli jirċievi t-taxxa tal-ispejjeż xahar wara li jirċievi l-kont jekk il-klijent ma jkunx sa dak iż-żmien talab l-intaxxar (stima) tal-ispejjeż (l-artikolu 2 tal-Att tal-1849 dwar l-Avukati u Avukati fil-qrati inferjuri). Iżda, l-klijent għandu fi kwalunkwe każ perjodu ta’ tnax-il xahar minn meta jirċievi l-kont biex jitlob u jikseb l-intaxxar. Kif jiskadu t-tnax–il xahar jew wara li jsir il-ħlas tal-kont, il-Qorti tista’, jekk iċ-ċirkustanzi speċjali tal-każ juru li jkun meħtieġ, tirreferi l-kont għall-intaxxar, sakemm ir-rikors ikun sar lill-Qorti fi żmien tnax–il xahar kalendarju wara l-ħlas;
  • meta parti trid tħallas l-ispejjeż tal-parti l-oħra, kif jinħareġ ċertifikat ta’ intaxxar tal-ispejjeż jew skont kwalunkwe ftehim li jkun intlaħaq bejn il-partijiet dwar il-ħlas.

Il-punti tal-ispejjeż mniżżla fl-Iskeda E tar-Regoli tal-Qorti Distrettwali, għandhom jitħallsu:

  • meta tingħata sentenza fil-kontumaċja, mill-parti kontumaċi malli tingħata s-sentenza fil-kontumaċja.
  • f’każ ta’ spejjeż oħra, mill-parti li tkun ordnata mill-qorti biex tħallas l-ispejjeż, malli jinħareġ digriet dwar dawk l-ispejjeż mill-qorti.

Spejjeż fissi fil-proċedimenti kriminali

Spejjeż fissi għall-partijiet fil-proċedimenti kriminali

M’hemm l-ebda spejjeż fissi fil-proċedimenti kriminali. M’huma imposti l-ebda drittijiet tal-qorti fil-proċedimenti kriminali.

(Il-Qorti Distrettwali, fi proċedimenti kriminali sommarji, tista’ tordna li l-ispejjeż jitħallsu minn parti ħlief jekk ikun id-Direttur tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi jew uffiċjal prosekutur tal-pulizija. Is-Circuit Court u l-Qorti Kriminali Ċentrali (il-qrati li għandhom ġurisdizzjoni li jisimgħu kawżi li jibdew b’att tal-akkuża) għandhom diskrezzjoni li jiddeċiedu fuq l-ispejjeż:

  • f’każ ta’ liberazzjoni (liema deċiżjoni tista’ tiġi appellata quddiem il-Qorti tal-Appell kriminali);
  • meta l-att tal-akkuża jkun fih materjal li ma jkunx meħtieġ, jew ikun twil iż-żejjed, jew inkella materjalment difettuż,
  • meta s-smigħ jiġi differit minħabba emenda fl-att tal-akkuża; jew
  • meta jiġi ordnat smigħ separat fuq kap fl-att tal-akkuża).

Spejjeż fissi fil-proċedimenti kostituzzjonali

Spejjeż fissi għall- partijiet fil-proċedimenti kostituzzjonali

Il-ġurisdizzjoni fil-proċeduri kostituzzjonali hija ristretta għall-Qorti Suprema u l-High Court. L-ebda spejjeż jew reġim ta’ drittijiet speċjali ma japplikaw għal dawn il-proċeduri. L-ispejjeż fissi permissibbli għal dawn il-proċedimenti huma dawk provduti f’Appendiċi W tar-Regoli tal-Qrati Superjuri. Id-drittijiet tal-Qorti li jridu jitħallsu huma dawk iffissati fl-Ordni tad-drittijiet tal-Qorti Suprema u tal-High Court.

Jekk jogħġbok għal aktar informazzjoni fittex fuq ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidarati ta' drittijiet tal-qorti.

L-istadju fil-proċedimenti kostituzzjonali meta jridu jitħallsu l-ispejjeż fissi

Id-drittijiet tal-Qorti ġeneralment iridi jitħallsu kif jiġi preżentat id-dokument ikkonċernat.

Informazzjoni li trid tingħata minn qabel mir-rappreżentanti legali

Drittijiet u obbligi tal-partijiet

L-artikolu 68 tal-Att tal-1994 li jemenda l-Att dwar l-Avukati fil-qrati inferjuri jipprovdi:

  1. “68.—(1) Kif klijent jagħti l-istruzzjonijiet biex jingħata servizzi legali, jew wara iżda malajr kemm jista’ jkun, avukati fil-qrati inferjuri għandu jipprovdi lill-klijent bil-miktub id-dettalji dwar:
    1. il-ħlasijiet attwali, or
    2. meta fiċ-ċirkustanzi ma jkunx possibbli jew prattiku illi jingħataw dettalji fuq il-ħlasijiet attwali, tingħata stima (preċiża kemm jista’ jkun) tal-ħlasijiet, jew
    3. fejn l-għoti ta’ partikularitajiet tal-ħlasijiet attwali jew stima ta’ dawn il-ħlasijiet ma jkunx, fiċ-ċirkustanzi, jistgħu jsiru jew ma jkunx prattikabbli, il-bażi li fuqha l-ħlasijiet għandhom isiru, minn dak l-avukat fil-qrati inferjuri jew mid-ditta tiegħu għall-għoti ta’ servizzi legali bħal dawk u, fejn dawk is-servizzi legali jkollhom x’jaqsmu ma proċedimenti kontenzjużi, b’dettalji bil-miktub taċ-ċirkustanzi li fihom il-klijent jista’ jkun meħtieġ iħallas l-ispejjeż lill-parti jew partijiet l-oħra u ċ-ċirkustanzi, jekk ikun hemm, li fihom ir-responsabbiltà tal-klijent biex iħallas il-ħlasijiet imposti mill-avukat fil-qrati inferjuri ta’ dak il-klijent għas-servizzi ma jkunux tħallsu kollha b’dak l-ammont, jekk ikun hemm, tal-ispejjeż li ġew irkuprati fil-proċedimenti kontezjużi minn xi parti jew partijiet oħra (jew mill-assiguraturi ta’ dik il-parti jew dawk il-partijiet).
  2. Avukat fil-qrati inferjuri ma jistax jaġixxi għal klijent b’konnessjoni ma’ xi proċedimenti kontenjużi (li ma jkunux konnessi ma’ proċeduri li jkunu saru biss biex jiġi rkuprat xi dejn jew ammont likwidat) fuq il-bażi li l-ħlasijiet kollha jew parti minnhom imposti fuq il-klijent għandhom jiġu ikkalkulati bħala persentaġġ speċifiku jew proporzjon ta’ kwalunkwe danni jew flejjes oħra li jistgħu jew li jkollhom jitħallsu lill-klijent, u kwalunkwe ħlasijiet oħra li jkunu saru bi ksur ta’ dan is-subartikolu mhumiex infurzabbli fi kwalunkwe azzjoni li tkun saret kontra l-klijent biex jiġu rkuprati dawk il-ħlasijiet.
  3. Avukat fil-qrati inferjuri m’għandux inaqqas jew japproprja xi ammont, bħala pagament parzjali jew intjier tad-drittijiet dovuti lilu, mill-ammont ta’ kwalunkwe danni jew flejjes oħra li jistgħu jew li jkollhom jitħallsu lil klijent ta’ dak l-avukati fil-qrati inferjuri li jistgħu jinqalgħu minn proċedimenti kontenjużi li jkun saru f’isem dak il-klijent minn dak l-avukati fil-qrati inferjuri.
  4. Is-subartikolu (3) ta’ dan l-artikolu ma jipprekludix lill-avukat fil-qrati inferjuri milli jiftiehem ma’ klijent fi kwalunkwe żmien illi ammont akkont tad-drittijiet għandu jitħallas lilu mid-danni jew flus oħra li jistgħu ikunu jew jistgħu jiġu pagabbli lil dak il-klijent bħala riżultat ta’ proċedimenti kontenjużi li jkunu sar f’isem il-klijent minn dak l-avukat fil-qrati inferjuri jew mid-ditta tiegħu.
  5. Kull ftehim taħt is-subartikolu (4) ta’ dan l-artikolu mhux infurzabbli kontra klijent ta’ avukat fil-qrati inferjuri sakemm dak il-ftehim ma jkunx sar bil-miktub u jinkludi stima (preċiża kemm jista’ jkun) ta’ dak li l-avukat fil-qrati inferjuri raġonevolment jaħseb li jista’ jiġi rkuprat minn kwalunkwe parti jew partijiet (jew xi assiguraturi ta’ dik il-parti jew partijiet) fir-rigward tad-drittijiet ta’ dak l-avukati fil-qrati inferjuri f’każ li l-klijent jirkupra kwalunkwe danni jew flejjes minn xi proċedimenti kontenjużi.
  6. Minkejja kwalunkwe dispożizzjoni legali oħra avukat fil-qrati inferjuri irid juri f’taxxa tal-ispejjeż li tingħata lill-klijent, kemm jista’ jkun malajr wara l-konklużjoni ta’ xi proċedimenti kontenjużi li jkunu saru minnu għal dak il-klijent—
    1. sommarju tas-servizzi legali li ngħataw lill-klijent in konnessjoni ma’ dawk il-proċedimenti kontenjużi,
    2. l-ammont totali ta’ danni jew flejjes oħra rkuprati mill-klijent li jinqalghu minn dawk il-proċedimenti kontenjużi, u
    3. dettalji tal-ħlasijiet kollha jew parti minnhom li ġew rkuprati mill-avukat fil-qrati inferjuri għall-klijent minn kwalunkwe parti jew partijiet (jew assiguraturi ta’ dik il-parti jew partijiet),
    4. u dik it-taxxa tal-ispejjeż għandha turi separatament l-ammonti fir-rigward tad-drittijiet, l-infiq, ir-ammonti żborsati u spejjeż li ntnefqu jew li jirriżultaw servizzi legali li jkunu ngħataw
  7. Xejn f’dan l-artikolu m’għandu jipprekludi persuna milli teżerċita kwalunke dritt li jeżisti fil-liġi li teħtieġ avukati fil-qrati inferjuri jippreżenta taxxa ta’ l-ispejjeż biex tiġi ntaxxata, kemm jekk fuq bażi ta’ kull parti għaliha u kemm fuq bażi ta’ avukati fil-qrati inferjuri u l-klijent tiegħu stess, jew għandu jillimita id-drittijiet ta’ kwalunkwe persuna jew is-Society taħt l-artikolu 9 ta’ dan l-Att.
  8. Meta avukati fil-qrati inferjuri ikun ħareġ taxxa ta’ spejjeż lill-klijent fir-rigward tas-servizzi legali li jingħatawlu u l-klijent ma jaqbilx mal-ammont (jew parti minnu) ta’ dik it- taxxa tal-ispejjeż, l-avukat fil-qrati inferjuri għandu—
    1. jieħu l-passi meħtieġa biex jirrisolvi l-kwistjoni bi ftehim mal-klijent, u
    2. jinforma l-klijent bil-miktub dwar -

i)  id-dritt tal-klijent li jitlob lis-Avukati fil-qrati inferjuri biex jippreżenta it-taxxa tal-ispejjeż jew kwalunkwe parti minnha lill-Kap tal-Intaxxar tal-High Court biex jiġi intaxxat fuq bażi ta’ avukati fil-qrati inferjuri u klijent tiegħu, u

ii) id-dritt tal-klijent taħt l-artikolu 9 ta’ dan l-Att li jagħmel l-ilment tiegħu lis-Soċjeta’ li huwa ingħata taxxa ta’ spejjeż illi huwa jaħseb illi hija eċċessiva.

  1. F’dan l-artikolu "ħlasijiet" jinkludi drittijiet, infiq, ammonti żborsati u spejjeż.
  2. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom japplikaw minkejja id-dispżizzjonijiet tal-Att tal-1849 dwar l-Avukati u l-Avukati fil-qrati inferjuri tal-Irlanda u tal-Att tal-1870 dwar l-Avukati u l-Avukati fil-qrati inferjuri.”

Par. 12.6 tal-Kodiċi ta’ Mġieba tal-Kunsill Ġenerali tal-Avukatura tal-Irlanda jipprovdi:

“12.6 Fuq struzzjonijiet biex jingħataw servizzi legali, jew wara kemm jista’ jkun malajr, avukat fil-qrati superjuri għandu fuq talba, jipprovdi lill-avukat fil-qrati inferjuri li tah l-istruzzjonijiet, jew lill-klijent f’każ ta’ aċċess skont l-Iskema ta’ Aċċess Professjonali Dirett, b’dettalji bil-miktub li jikkonfermaw:

    1. il-ħlasijiet attwali, jew
    2. meta ma jkunx possibbli jew prattiku illi jingħataw dettalji dwar l-ħlasijiet attwali għandha tingħata stima (preċiża kemm jista’ jkun) tal-iħlasijiet, jew
    3. meta ma jkunx possibli jew prattiku illi jingħataw dettalji dwar il-ħlasijiet attwali jew stima ta’ dawk il-ħlasijiet, għandha tiġi spjegata l-bażi li fuqħom jiġu kkalkulati l-ħlasijiet,

Il-format ta’ kwalunkwe dettalji bħal dawn għandha tkun fid-diskrezzjoni ta’ kull barrister.”

Sorsi tal-ispejjeż

Minn fejn nista’ insib inofrmazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fl-Irlanda?

Jekk jogħġbok fittex l-informazzjoni minn fuq is-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju tal-Kap tal-Intaxxar u fil-letteratura li tista’ titniżżel.

B’liema lingwi nista’ nikseb informazzjoni fuq is-sorsi tal-ispejjeż tal-Irlanda?

Informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż huwa provdut bl-Ingliż.

Minn fejn nista’ insib informazzjoni dwar il-Medjazzjoni?

  • L-Artikolu 7(1) tal-Att tal-1989 dwar ir-Riforma fil-Liġi tal-Familja u Separazzjoni Ġudizzjarja jgħid illi, jekk jiġi ppreżentat rikors lill-qorti biex jinħareġ digriet ta’ separazzjoni ġudizzjarja, il-qorti għandha tikkunsidra jekk ikunx hemm possibbiltà għal rikonċiljazzjoni bejn il-konjuġi konċernati, u, għaldaqstant, tista’ tiddifferixxi l-proċeduri fi kwalunkwe żmien sabiex il-konjuġi jingħataw l-opportunità, jekk ikunu jridu, biex jikkunsidraw il-possibbiltà ta’ rikonċiljazzjoni bejniethom bi jew mingħajr l-assistenza ta’ terza persuna. L-artikolu 7(3) jagħti l-possibbiltà lill-qorti biex tiddifferixxi l-proċeduri biex tagħti l-konjuġi l-opportunità, jekk ikunu jridu, biex jilħqu ftehim, bi jew mingħajr l-assistenza ta’ terza persuna, fuq it-termini, kemm jista’ jkun possibbli tas-separazzjoni.
  • Is-subartikoli (1) u (3) tal-artikolu 8 tal-Att tal-1996 dwar il-Liġi tal-Familja fuq id-Divorzju fihom dispożizzjonijiet simili fir-rigward ta’ proċeduri ta’ divorzju.
  • L-Artikoli 15 u 16, Att tal-2004 dwar ir-Responsabbiltajiet Ċivili u l-Qrati, jirregolaw il-proċeduri ta’ medjazzjoni fir-rigward ta’ litigazzjoni f’każ ta’ korrimenti.
  • Ir-Regola 6(1)(xiii) tal-Ordni 63A u r-Regola 6(1)(xiii) tal-Ordni 63B jawtorizzaw imħallef mill-Lista Kummerċjali kif ukoll imħallef fil-proċeduri tal-kompetizzjoni tal-High Court, rispettivament, fuq rikors minn kwalunkwe mill-partijiet minn jeddhom, li l-proċeduri jew kwalunkwe kwistjoni f’dawn il-proċeduri jiġu differiti għal tul ta’ żmien, li ma jaqbisx it-tmienja u għoxrin ġurnata, kif l-imħallef iqis li jkun meħtieġ biex jagħti ċans lill-partijiet jikkunsidraw il-possibbiltà li jirreferu il-proċeduri jew il-kwistjoni għal proċess ta’ medjazzjoni, konċiljazzjoni jew arbitraġġ, u meta l-partiiet jiddeċiedu biex jirreferu il-proċeduri jew il-kwistjoni, li jtawwlu iż-żmien biex kwalunkwe parti tkun tista’ tiġi konformi ma kwalunkwe dipożizzjoni tar-regoli tal-qorti jew ma’ kwalunkwe ordni tal-qorti.

Għal aktar informazzjoni dwar il-medjazzjoni jekk jogħġbok irreferi għas-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAġenzija tal-Appoġġ għall-Familja.

Minn fej nista’ nsib informazzoni addizjonali dwar l-ispejjeż?

Hemm provdut sit elettroniku bl-informazzjoni dwar l-ispejjeż

Minn fejn nista’ nsib informazzjoni dwar il-medja ta’ tul ta’ żmien li jieħdu proċeduri differenti?

Jekk jogħġbok sib iktar informazzjoni Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRapport Annwali tas-Servizz tal-Qrati.

Taxxa fuq il-Valur Miżjud

Kif tinkiseb din l-informazzjoni? Liema huma r-rati li japplikaw?

Jekk jogħġbok irreferi għas-sit elettroniku tas-servizz tat-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTaxxa u Dwana Irlandiża

Għajnuna legali

Il-limitu tad-dħul applikabbli fil-kamp tal-ġustizzja ċivili

Il-limitu ta’ introjtu li jista’ jintuża f’kawżi ċivili hu ta’ €18,000, wara li jingħataw konċessjonijiet monetarji fissi fir-rigward ta’ dipendenti, akkomodazzjoni, ħlasijiet ta’ taxxa u assikurazzjoni soċjali.

Għal iktar informazzjoni jekk jogħġbok idħol fis-sit elettroniku tad-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDipartiment tal-Ġustizzja, Ugwaljanza u Rifoma tal-Liġi u s-sit elettroniku Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBord tal-Għajnuna Legali.

Il-limitu tad-dħul applikabbli fil-kamp tal-ġustizzja kriminali għall-konvenuti

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIskema ta' Għajnuna Legali Kriminali li hija amministrata mid-Dipartiment tal-Ġustizzja, Ugwaljanza u Riforma tal-Liġi tipprovdi li tista’ tingħata għajnuna legali b’xejn, f’ċerti ċirkustanzi, għad-difiża ta’ persuni li m’għandhomx biżżejjed mezzi fil-proċedimenti kriminali. M’hemmx limitu ta’ dħul. Persuna akkużata għandha dritt li tiġi infurmata mill-qorti li qed tidher jew jidher quddiemha bid-dritt tal-possibbiltà li tingħata għajnuna legali. L-għotja ta’ għajnuna legali tintitola lir-rikorrent għas-servizzi ta’ avukati fil-qrati inferjuri u, f’ċerti ċirkustanzi, sa żewġ avukati, fil-preparazzjoni u t-tmexxija tad-difiża jew tal-appell tiegħu jew tagħha. Il-qrati, permezz tal-ġudikatura, huma responsabbli għall-għoti tal-għajnuna legali. Applikazzjoni għall-għajnuna legali tista’ issir lill-qorti jew (a) mill-applikant personalment jew (b) mir-rappreżentant legali tal-applikant jew (ċ) permezz ta’ ittra lir-Reġistratur tal-Qorti.

Il-qorti trid tkun sodisfatta illi applikant għall-għajnuna legali juri illi l-mezzi ta’ għajxien tiegħu jew tagħha mhumiex suffiċjenti tant li ma jkunx jista’ jħallas għall-għajnuna legali huwa jew hija stess. Din hija kwistjoni purament diskrezzjonali għal kull qorti u mhijiex regolata minn linji gwida ta’ eliġibbiltà finanzjarja. Il-qorti trid tkun sodisfatta wkoll li minħabba “l-gravità tal-akkuża” jew minħabba “ċirkustanzi eċċezzjonali” ikun meħtieġ fl-interessi tal-ġustizzja li l-applikant jingħata għajnuna legali. Iżda, meta l-akkuża tkun ta’ omiċidju jew meta l-appell huwa wieħed mill-Qorti tal-Appell Kriminali għall-Qorti Suprema, l-għajnuna legali tingħata biss fuq il-bażi ta’ mezzi finanzjarji insuffiċjenti.

Applikant għall-għajnuna legali b’xejn jista’ jintalab mill-qorti biex jagħmel dikjarazzjoni tal-mezzi tiegħu. Huwa reat jekk applikant xjentement jagħmel dikjarazzjoni falza jew jaħbi xi fatti materjali bl-għan li jingħata l-għajnuna legali. Dan ir-reat iġorr miegħu piena ta’ multa jew priġunerija jew it-tnejn.

Il-limitu tad-dħul applikabbli fil-kamp tal-ġustizzja kriminali għall-vittmi

Ma hemmx limitu ta’ dħul fir-rigward ta’ kwerelanti f’certi każijiet ta’ vjolenza sesswali li japplikaw għall-għajnuna legali mingħand il-Bord tal-Għajnuna Legali f’każijiet kriminali meta l-istorja sesswali preċedenti tal-kwerelant titqajjem quddiem il-qorti mid-difiża.

Kundizzjonijiet oħra marbuta mal-għajnuna legali tal-vittmi

L-għajnuna legali tingħata awtomatikament lill-kwerelanti f’ċerti każijiet ta’ vjolenza sesswali. Kull vittma oħra trid tissodisfa l-istess kriterji li japplikaw għall-popolazzjoni ġenerali.

Kundizzjonijiet oħra marbuta mal-għoti ta’ għajnuna legali lill-konvenuti

M’hemmx iktar kundizzjonijiet u arranġamenti speċjali għall-minuri.

Proċeduri tal-qorti mingħajr ħlas

Hemm eċċezzjonijiet għall-ħlas tad-drittijeit tal-qorti f’ċertu ċirkustanzi inklużi fi proċedimenti tal-liġi tal-familja u f’ċerti każijiet marbuta mal-minuri. Għad-dettalji kollha taċ-ċirkustanzi meta d-drittijiet tal-qorti m’għandhomx jitħallsu jekk jogħġbok ara l-ordnijiet tad-drittijiet fis-sit elettroniku tas-servizz tal-qorti.

Jekk jogħġbok fittex għal dettalji fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaordnijiet u eżenzjonijiet ta' drittijiet fuq is-sit elettroniku tas-Servizz tal-Qorti.

Meta trid tħallas l-ispejjeż il-parti li titlef lill-parti li tirbaħ?

Id-deċiżjoni tal-ispejjeż hija fid-diskrezzjoni tal-qrati. Dik id-diskrezzjoni trid tiġi eżerċitata skont regoli u prinċipji li huma stabbiliti sew derivati mill-ġurisprudenza tal-qrati. Pereżempju, l-ewwel regola hi li l-ispejjeż isegwu l-ġrajja, jiġifieri il-parti li titlef tħallas l-ispejjeż tal-parti li tirbaħ. Iżda dan hu mingħajr ħsara għall-eċċezzjonijiet li jiddependu miċ-ċirkustanzi tal-kawża. Per eżempju il-parti li tirbaħ tista’ ma ġġibx lura l-ispejjeż kollha tagħħa jekk il-qorti tkun tal-fehma illi hija dewmet jew tawlet il-proċeduri mingħajr bżonn jew avolja tkun rebħet il-kawża tilfet dwar ċerti kwistjonijiet diskreti tal-kawża. F’ċerti kawżi bħal kawżi li jirrigwardaw kwistjonijiet kostituzzjonali u li jqajjmu kwistjonijet li jkunu ta’ interess pubbliku l-parti li titlef tista’ tirkupra l-ispejjeż kollha tagħha jew parti minnhom.

Drittijiet tal-esperti

F’każ ta’ għajnuna legal fil-kamp ċivili, il-Bord jistabbilixxi skala ta’ drittijiet li juża għal kategoriji diversi ta’ esperti. Ukoll, il-Bord għandu d-diskrezzjoni li juża dritt speċjali meta r-rekwiżiti partikolari tal-każ jeħtiegu li jitqabbad espert partikolari jew speċjalizzat. F’dawk iċ-cirkustanzi, id-dritt jiġi miftiehem individwalment mal-espert filwaqt li jitqiesu x-xogħol involut, il-livell ta’ kompetenza meħtieġa u l-valur tal-każ għall-persuna li qed tirċievi l-għajnuna legali.

F’kawżi kriminali meta jingħata ċertifikat tal-għajnuna legali l-Iskema tal-Għajnuna Legali Kriminali testendi għall-ispejjeż xierqa u raġonevoli minfuqa mill-avukat fil-qrati inferjuri tad-difiża inklużi drittijiet ta’ xhieda esperti.

Drittijiet tat-tradutturi u tal-esperti

Fil-litigazzjoni ċivili b’mod ġenerali, id-drittijiet tat-tradutturi u tal-interpreti hija kwistjoni li tiġi miftiehma fl-ewwel istanza bejn it-tradutturi/interpreti u l-parti fil-litigazzjoni in kwistjoni. Iżda, meta deċiżjoni tal-qorti tordna li l-ispejjeż ta’ dik il-parti jridu jitħallsu minn parti oħra id-drittijiet li jitħallsu lill-traduttur/interpretu jkunu soġġetti għall-intaxxar (stima) minn kap tal-intaxxar (jiġifieri stimatur tal-ispejjeż legali).

F’kull każ li jinvolvi l-għajnuna legali fil-kamp ċivili, il-Bord iniedi kompetizzjoni ta’ offerti u jagħżel minn fost l-organizzazzjonijiet li jagħmlu offerta.

F’kawżi kriminali meta jingħata ċertifikat ta’ għajnuna legali l-Iskema ta’ Għajnuna Legali Kriminali testendi għall-ispejjeż xierqa u raġonevoli minfuqa mill-Avukat fil-qrati inferjuri tad-difiża inklużi drittijiet għat-traduzzjoni u għall-interpretazzjoni.

Dokumenti relatati

Rapport tal-Irlanda fl-Istudju dwar it-Trasparenza tal-ispejjeżPDF(400 Kb)en

L-aħħar aġġornament: 21/11/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.

L-ispiża tal-proċedimenti - Greċja

Din il-paġna tagħtik informazzjoni dwar l-ispejjeż ġudizzjarji fil-Greċja.

Qafas regolatorju dwar it-tariffi tal-professjonijiet legali

L-Avukati

It-tariffi tal-avukati huma ġeneralment stabbiliti bl-Artikoli minn 91 sa 180 tad-Digriet Leġiżlattiv 3026/1954 kif emendat mil-Liġi 3919/2011. Skont dawn l-Artikoli, l-avukati issa jistgħu jifthemu fuq it-tariffi mal-klijenti tagħhom bil-miktub, għaliex il-liġi ma tistabbilixxi l-ebda tariffi minimi jew massimi.

Fin-nuqqas ta' ftehim bil-miktub, sistema ta' tariffi stabbilita bil-liġi (għal dehra quddiem il-qorti u skont l-ammont tal-kawża) tiddetermina l-ispejjeż tal-qorti, it-tariffi tal-avukati għall-għajnuna legali, eċċ.

Huwa mportanti li wieħed jinnota li, skont il-liġi Griega, l-avukati huma ħielsa li jiffissaw it-tariffi tagħhom bi ftehim mal-klijenti tagħhom, iżda dawn it-tariffi fl-ebda mument ma jistgħu jkunu inqas mit-tariffi minimi stabbiliti bil-liġi.

L-avukati jistgħu jiffissaw tariffa minima aktar għolja skont: ix-xogħol xjentifiku li sar, il-valur u n-natura tal-kawża, il-ħin iddedikat għall-kawża, id-diffikultà tat-tilwima, ċirkostanzi speċjali, u skont il-proċeduri ġudizzjarji ġenerali u extra ġudizzjarji meħuda.

Fil-prattika, dan ifisser li t-tariffa minima qatt ma tiġi applikata u l-ħlas tal-avukat huwa dejjem soġġett għal ftehim mar-rikorrent. Fir-rigward tat-tariffi tal-avukati f'każ ta' kawża, il-ġurisprudenza tikkunsidra t-tariffa minima, iżda r-regola hija li t-tariffi jistgħu jogħlew skont il-kriterji msemmija hawn qabel.

Barristers (Avukati li jidhru quddiem il-Qorti) - Avukati - Solicitors (Avukati li jagħtu pariri legali iżda ma jidhrux quddiem il-Qorti)

Ma hemmx distinzjoni bejn il-membri ta' dawn il-professjonijiet u l-avukati. L-Assoċjazzjoni tal-Avukati hija responsabbli għar-regolamentazzjoni ta' dawn il-professjonijiet.

Il-Marixxalli

It-tariffi tal-marixxalli huma speċifiċi. Madankollu, jistgħu jogħlew bi ftehim, skont id-diffikultà tal-każ. Skont l-Artikolu  50 tal-Liġi 2318/1995, it-tariffi tal-marixxalli jiġu ddeterminati permezz ta' Deċiżjoni Ministerjali Konġunta tal-Ministru tal-Finanzi u l-Ministru tal-Ġustizzja. Id-Deċiżjoni attwalment fis-seħħ hija n-Nru 2/54638/2008 (B 1716 kif emendata minn B 1916).

In-Nutara

It-tariffi tan-Nutara huma stabbiliti f'leġiżlazzjoni speċifika - l-Artikolu 40 tal-Liġi 2830/2000.

Spejjeż fissi

Spejjeż fissi fil-proċeduri ċivili

Spejjeż fissi għall-partijiet f'proċeduri ċivili

F'kawżi dwar il-familja, it-tariffi tal-avukati huma regolati kif imsemmija hawn qabel. F'kawżi dwar il-manteniment, il-livell ta' ħlas minimu huwa ta' 2 fil-mija tal-ammont tal-benefiċċju għal għaxar darbiet, minħabba li l-pagamenti huma perjodiċi.

Għall-kawżi li fuqhom jista' jiġi ffissat valur (pereż. kawżi kummerċjali), it-tariffi tal-avukati huma ffissati kif ġej: 2 fil-mija tal-kapital għall-bidu tal-proċeduri ġudizzjarji; 1 fil-mija għall-preżentata tar-rikors tar-rikorrent; 2 fil-mija għall-preżentata tar-risposta tal-konvenut (l-Artikoli 100 u 107).

Għat-tħejjija ta' dokumenti pubbliċi jew privati jew kuntratti, it-tariffi tal-avukati jiġu ffissati kif imsemmi hawn qabel. Il-ftehim jintlaħaq bejn l-avukat u l-klijent, skont it-tariffi minimi fuq il-valur tal-ftehim (l-Artikolu 161).

L-istadju tal-proċeduri ċivili fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż fissi

L-avukati jilħqu ftehim mal-klijenti tagħhom dwar meta għandhom jitħallsu t-tariffi tagħhom. Ġeneralment, dawn it-tariffi jiġu mħallsa bin-nifs matul l-istadji varji tal-proċeduri. It-tariffi tan-nutara u l-marixxalli jitħallsu wara li dawn ikunu qdew dmirijiethom.

Spejjeż fissi fil-proċeduri kriminali

Spejjeż fissi għall-partijiet fil-proċeduri kriminali

Ir-regolamentazzjoni tat-tariffi tal-professjonisti legali ssir kif imsemmi hawn qabel.

L-istadju tal-proċeduri kriminali fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż fissi

Ir-regolamentazzjoni tat-tariffi tal-professjonisti legali ssir kif imsemmi hawn qabel.

Spejjeż fissi fil-proċeduri kostituzzjonali

Spejjeż fissi għall-partijiet fil-proċeduri kostituzzjonali

Ir-regolamentazzjoni tat-tariffi tal-professjonisti legali li ssir kif imsemmi hawn qabel japplika wkoll għall-kawżi amministrattivi.

L-istadju tal-proċeduri kostituzzjonali fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż fissi tal-partijiet

It-tariffi tal-professjonisti legali huma regolati bl-istess bħal dak tal-kawżi ċivili.

L-informazzjoni li trid tingħata minn qabel mir-rappreżentanti legali

Id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet

Il-kodiċi tal-kondotta tal-avukati fih obbligi speċifiċi ta' kif l-avukati għandhom jaqdu dmirijiethom lejn il-klijenti tagħhom. Kull ksur ta' dawn l-obbligi jikkostitwixxi reat dixxiplinarju. It-tariffi mhumiex imsemmija b'mod espliċitu fost dawn l-obbligi.

Sorsi tal-ispejjeż

Minn fejn nista' nsib informazzjoni dwar is-sors tal-ispejjeż fil-Greċja?

Informazzjoni dwar it-tariffi tal-avukati tista' tinġieb mill-Kodiċi tal-Avukati jew mill-assoċjazzjoni tal-avukati jew minn ftehim speċifiku; l-unika informazzjoni disponibbli hija dwar it-tariffi minimi fil-bażijiet tad-dejta.

Informazzjoni dwar it-tariffi tan-Nutara tista' tinġieb mid-Dipartiment tas-Servizzi Nutarili (Τμήμα Συμβολαιογράφων) tal-Ministeru tal-Ġustizzja jew mill-assoċjazzjonijiet tan-nutara (Συμβολαιογραφικοί Σύλλογοι) (skont id-dritt pubbliku).

B'liema lingwi nista' nsib informazzjoni dwar is-sors tal-ispejjeż fil-Greċja?

L-unika informazzjoni disponibbli dwar is-sorsi tal-ispejjeż hija bil-Grieg.

Minn fejn nista' nsib informazzjoni dwar il-medjazzjoni?

Mhix disponibbli proċedura ġudizzjarja ta' medjazzjoni. L-unika proċedura kumparabbli hija dik stabbilita mill-Artikolu 214A tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. L-Artikolu 214A jistabbilixxi tentattiiv sabiex tinstab soluzzjoni alternattiva extra ġudizzjarja għat-tilwim bejn il-partijiet f'kawżi li jkunu fil-ġurisdizzjoni tal-qorti plenarja tal-prim'istanza. Ara informazzjoni speċifika dwar il-medjazzjoni fil-Greċja.

Minn fejn nista' nsib aktar informazzjoni dwar l-ispejjeż?

Sit elettroniku disponibbli b'informazzjoni dwar l-ispejjeż

Ma hemmx sit elettroniku b'din l-informazzjoni.

Minn fejn nista' nsib informazzjoni dwar kemm jieħdu żmien bejn wieħed u ieħor il-proċeduri?

Din it-tip ta' informazzjoni mhix disponnibli fil-Greċja.

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar l-ispiża totali medja għal proċedura partikolari?

Mhix disponibbli informazzjoni ta' dan it-tip dwar l-ispiża totali ta' proċedura fil-Greċja.

Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT)

Kif tiġi provvduta din l-informazzjoni?

Ma hemmx VAT fuq it-tariffi tal-avukati. Tapplika biss it-taxxa fuq l-introjtu. L-informazzjoni rilevanti tista' tinġieb mid-Dipartiment tat-Taxxa (Τμήμα Φορολογίας) tal-Ministeru tal-Finanzi u mill-assoċjazzjonijiet tal-avukati.

Liema rati japplikaw?

Mhix disponibbli informazzjoni dwar ir-rati tal-VAT fil-Greċja.

L-għajnuna legali

Il-livell limitu għall-introjtu applikabbli għall-għajnuna legali fil-qasam tal-kawżi ċivili

Skont l-Artikolu 194 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, l-għajnuna legali tingħata lill-persuni li juru li ma jistgħux iħallsu l-ispejjeż tal-kawża mingħajr ma jqiegħdu fil-periklu l-mezzi ta' għajxien tagħhom jew tal-familji tagħhom.

L-għajnuna legali tista' tingħata wkoll lill-persuni ta' nazzjonalità barranija, soġġetta għar-reċiproċità, u lill-persuni apolidi.

Skont il-Liġi 3226/2004, l-għajnuna legali tingħata liċ-ċittadini b'introjtu baxx f'kawżi ċivili (jekk l-introjtu annwali tal-familja tagħhom mhux aktar minn 2/3 l-introjtu minimu annwali stabbilit fil-ftehim kollettiv ġenerali nazzjonali).

L-għajnuna legali tinkludi l-ispejjeż tal-proċeduri, it-tariffi tan-nutara, il-marixxalli u tal-avukati (l-Artikolu 199 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Il-livell limitu tal-introjtu applikabbli għall-għajnuna legali fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-imputati

Skont l-Artikolu 340 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, meta l-imputat ma jkollux assistenza legali, jiġi assenjat avukat mil-lista tal-assoċjazzjoni lokali tal-avukati.

Skont il-Liġi 3226/2004, l-għajnuna legali tingħata liċ-ċittadini b'introjtu baxx fil-kawżi kriminali kif imsemmi hawn qabel.

Il-livell limitu tal-introjtu applikabbli għall-għajnuna legali fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-vittmi

Abbozz ta' liġi li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE tad-29 ta' April 2004 dwar kumpens għall-vittmi ta' delitti ġie ppreżentat lill-Parlament Grieg għall-adozzjoni.

Kundizzjonijiet oħra marbuta mal-għoti ta' għajnuna legali lill-vittmi

Il-kumpens għall-avukati, nutara u marixxalli li joffru s-servizzi tagħhom fil-qasam tal-għajnuna legali huwa stabbilit mid-Deċiżjoni Ministerjali (l-Artikolu  14 tal-Liġi 3226/2004).

L-għajuna legali fil-kawżi kriminali tinvolvi l-ħatra ta' avukat.

L-għajnuna legali fil-kawżi kriminali tinvolvi l-eżenzjoni parzjali jew sħiħa mill-ispejjeż tal-proċess kriminal.

Kundizzjonijiet oħra marbuta mal-għoti tal-għajnuna legali lill-konvenuti

Xejn

Proċeduri ġudizzjarji mingħajr ħlas

Xejn

Il-parti li titlef il-kawża, meta trid tħallas l-ispejjeż tal-parti li tkun rebbħet il-kawża?

Meta l-qorti tkun waslet għal deċiżjoni, l-ispejjeż legali li tkun ġarrbet il-parti rebbieħa ġeneralment iridu jitħallsu mill-parti t-telliefa, skont l-ammont tar-rebħa jew telfa ta' kull waħda mill-partijiet. Din il-parti tad-deċiżjoni trid issir infurzabbli mill-qorti. L-ispejjeż jiġu kkalkulati skont ir-regoli msemmija hawn qabel, b'mod partikolari kkunsidrati d-dispożizzjonijiet dwar ir-regolament tat-tariffi tal-professjonisti legali u l-ispejjeż fissi tal-partijiet fil-proċeduri ċivili. Normalment, l-ammont ikkalkulat ikun inqas minn dak tal-ispiża reali.

It-tariffi tal-esperti

L-esperti jistabbilixxu t-tariffi tagħhom, li, jekk meħtieġa, ikunu inklużi fl-ispejjeż legali li jkunu jridu jitħallsu mill-parti telliefa.

It-tariffi tat-tradutturi u l-interpreti

It-tradutturi u l-interpreti jistabbilixxu t-tariffi tagħhom, li, jekk meħtieġa, ikunu inklużi fl-ispejjeż legali li jkunu jridu jitħallsu mill-parti telliefa.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni tal-Avukati ta' Ateni

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni tal-Avukati ta' Piraeus

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni Nutarili ta' Salonika

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni Nutarili Griega

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni tal-Avukati ta' Salonika

Dokumenti relatati

Rapport fuq il-Greċja dwar l-Istudju fuq it-Trasparenza tal-IspejjeżPDF(849 Kb)en

L-aħħar aġġornament: 25/06/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-ispiża tal-proċedimenti - Spanja

Din il-paġna tagħti informazzjoni dwar il-prezz tal-proċeduri fi Spanja.

Qafas regolatorju li jirregola t-tariffi tal-professjonisti tal-ġustizzja.

L-Avukati

Fi Spanja teżisti biss kategorija waħda ta' avukati, li jistgħu jieħdu sehem, ladarba jsiru parti mill-Kamra tal-Avukati, f'kull tip ta' proċediment u quddiem kull tip ta' Tribunal.

L-Avukati jiffissaw it-tariffi tagħhom skont linji gwida ppubblikati mill-Kamra tal-Avukati. Dawn isegwu kriterji ġenerali biex jinħareġ il-kont tal-avukat bħall-kumplessità tal-kawża. il-proporzjonalità, eċċ., u huma segwiti mill-avukati kollha meta joħorġu l-kont tagħhom.

Dawn in-normi jagħmlu dejjem distinzjoni skont il-qasam ġuriżdizzjonali li l-kawża tkun taqa' taħtu.

Spejjeż fissi

Spejjeż fissi fi proċedimenti ċivili

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti ċivili

L-Artikolu 241(1)(1) tal-Liġi ta' Proċedura Ċivili jkopri espressament it-tariffi tal-avukati f'kawżi fejn l-intervent ta' avukat bħala entrata li għandha tkun inkluża fid-dikjrazzjoni tal-ispejjeż.

Il-Liġi ta' Proċedura Ċivili tistabbilixxi li l-avukati jiffissaw it-tariffi tagħhom suġġetti għan-normi regolatorji tal-professjoni tagħhom.

Fażi tal-proċediment ċivili fejn għandek spejjeż fissi.

Il-klijent huwa dejjem obbligat iħallas it-tariffi tal-avukat tiegħu. Huwa ikollu idea mill-bidu kemm se tiġih imma ladarba tispiċċa l-kawża jkun jaf l-ammont preċiż. L-avukat jista' jesiġi l-ħlas mill-klijent, anke permezz ta' proċedimenti privileġġati bħal ħlas ta' parti mill-kont bil-quddiem (waqt li tkun għaddejja l-kawża) jew b'dikjarazzjoni tal-kontijiet (ladarba tingħalaq il-kawża).

Normalment li jiġri hu li l-klijent iħallas parti mill-kont bil-quddiem u mbagħad jistenna d-deċiżjoni dwar l-ispejjeż. F'każ fejn l-ispejjeż ikollhom jitħallsu mill-parti l-oħra, l-Avukat u l-Prokuratur jippreżentaw il-kontijiet lill-qorti, u ladarba jiġu approvati jitħallsu mill-parti l-oħra.

Minn meta daħlet fis-seħħ il-Liġi 10/2012 ġiet imposta taxxa tal-qorti.

X'inhi taxxa tal-qorti?

Din hija imposta statali li trid titħallas f'ċerti każijet mill-utenti, kemm persuni fiżiċi u kemm ġuridiċi, biex jużaw is-servizzi tat-Tribunali u s-servizz pubbliku tal-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja. Il-liġi tagħti l-ġestjoni ta' din l-imposta f'idejn il-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Pubblika. Il-possibilità li jintalab il-ħlas ta' dawn it-taxxi daħlet fis-seħħ fl-1 ta' April 2003, u attwalment hija rregolata mil-Liġi 10/2012 tal-20 ta' Novembru, emendata mil-Liġi b'Digriet Irjali 3/2013, tat-22 ta' Frar, li tirregola ċerti taxxi fl-ambitu tal-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja u tal-Istitut Nazzjonali tat-Tossikoloġija u x-Xjenzi Forensiċi.

Kawżi fejn din it-taxxa hija obbligatorja (Att Taxxabbli)

L-Artikolu 1 tal-Liġi 10/2012 jistabbilixxi li t-taxxa għall-eżerċizzju tas-setgħa ġudizzjarja f'kawżi ċivili, amministrattivi u industrijali hija imponibbli fit-territorju nazzjonali kollu fiċ-ċirkostanzi stipulati minn din il-Liġi, bla preġudizzju għat-taxxi u imposti oħra li jistgħu jkunu mitluba mill-Komunitajiet Awtonomi fl-eżerċizzju tas-setgħat finanzjarji rispettivi tagħhom li madankollu ma jistgħux jintaxxaw l-istess atti taxxabbli.

Skont l-Artikolu 2, l-att taxxabbli huwa l-eżerċizzju tas-setgħa ġudizzjarja li tkun ġejja mill-eżerċizzju tal-passi proċedurali li ġejjin:

  • Rikors fi kwalunkwe tip ta' proċediment dikjaratorju u l-eżekuzzjoni ta' titoli eżekuttivi ekstraġudizzjarji fil-qasam ġuriżdizzjonali ċivili, it-tressiq ta' kontrotalba u r-rikors inizjali għall-proċedura għal ordni ta' ħlas u l-proċedura Ewropea għal ordni ta' ħlas.
  • Rikors għal insolvenza obbligatorja u talbiet inċidentali fi proċedimenti ta' falliment.
  • It-tressiq ta' appell amministrattiv.
  • It-tressiq ta' appell straordinarju għal infrazzjoni proċedurali fl-ambitu ċivili.
  • It-tressiq ta' appell (apelación jew casación) kontra sentenzi fil-qasam ċivili jew amministrattiv.
  • It-tressiq ta' appell (suplicación jew casación) kontra sentenzi fil-qasam industrijali.
  • Oġġezzjoni għall-eżekuzzjoni ta' titoli ġudizzjarji.

Min hu obbligat iħallas it-taxxa ġudizzjarja?

L-Artikolu 3 jindika li t-taxxa trid titħallas minn min jiftaħ il-kawża li tipproduċi l-att taxxabbli.

Għall-finijiet tal-paragrafu preċedenti, jitqies li seħħ att taxxabbli wieħed biss meta d-dokument li jwassal għall-pass proċedurali li jikkostitwixxi att taxxabbli jkopri bosta azzjonijiet ewlenin li ma joriġinawx mill-istess titolu. F'dak il-każ, l-ammont tat-taxxa jiġi kkalkulat billi l-ammonti għal kull waħda mill-azzjonijiet konġunti jingħaddu flimkien.

Il-ħlas tat-taxxa jista' jsir mir-rappreżentant proċedurali jew avukat f'isem il-persuna suġġetta li tħallas, speċjalment meta din ma tkunx tirrisjedi fi Spanja u mingħajr ma jkollha tikseb numru ta' identifikazzjoni fiskali għall-awtovalutazzjoni tat-taxxa. Il-prokuratur jew l-avukat ma jkollhomx responsabilità ta' kontribut minħabba dan il-ħlas.

Eżenzjonijiet:

  • Eżenzjonijiet skont l-azzjoni:
    • Rikors għal talba jew appell fir-rigward ta' proċedimenti dwar kapaċità, filjazzjoni, żwieġ u minuri koperti mit-Titolu 1 tal-Ktieb IV tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili. Madankollu, proċedimenti koperti mill-Kapitolu IV tat-Titolu u l-Ktieb msemmija hawn fuq tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili li ma jinfetħux bi qbil reċiproku jew minn waħda mill-partijiet għall-ftehim bi qbil mal-oħra, anke fejn ikunu involuti minuri (sakemm il-miżuri mitluba ma jkunux jikkonċernaw minuri biss) huma taxxabbli.
    • Rikors għal talba jew appell li jinvolvi proċedimenti speċifikament stabbiliti biex jitħarsu d-drittijiet fundamentali u l-libertajiet pubbliċi kif ukolla azzjonijiet kontra l-imġiba tal-Amministrazzjoni elettorali.
    • Rikros għal insolvenza volontarja mid-debitur.
    • Appell amministrattiv minn uffiċjali pubbliċi biex jiddefendu d-drittijiet statutorji tagħhom.
    • Rikors għall-ftuħ ta' proċediment għall-ordni ta' ħlas u t-talba għal sentenza biex jintalab l-ammont pretiż meta dan ma jkunx jaqbeż l-elfejn euro. Din l-eżenzjoni ma tapplikax meta l-pretensjoni f'dawn il-proċeduri tkun ibbażata fuq dokument li jieħu l-forma ta' titolu eżekuttiv ekstraġudizzjarju konformi mad-dispożizzjoni tal-Artikolu 517 tal-Liġi 1/2000 tas-7 ta' Jannar, dwar il-Proċedura Ċivili.
    • Appelli amministrattivi fejn l-appell ikun kontra nuqqas ta' risposta jew azzjoni mill-Amministrazzjoni.
    • Rikors għal talba ta' eżekuzzjoni ta' pretensjonijiet deċiżi mill-Bordijiet ta' Arbitraġġ tal-Konsumaturi.
    • Azzjonijiet li, bil-kundizzjoni ta' awtorizzazzjoni mill-Qorti Kummerċjali, jinġiebu mill-amministraturi tal-insolvenza fl-interess tal-patrimonju insolventi.
    • Il-proċedimenti għall-partizzjoni ġudizzjarja tal-patrimonji, ħlief f'każ li jkun hemm oġġezzjoni jew ikun hemm tilwima dwar l-inklużjoni u l-esklużjoni tal-assi, it-taxxa titħallas għas-smigħ tal-kawża u għall-ammont ikkontestat jew l-ammont li jiġi mill-kontestazzjoni tal-għoti tal-patrimonju lill-parti avversarja, u jekk it-tnejn li huma joġġezzjonaw kull wieħed minnhom iħallas l-ammont rispettiv tiegħu.
  • Eżenzjonijiet skont il-persuna:
    • Persuni intitolati għall-għajnuna legali u li kien ippruvat li jissodisfaw ir-rekwiżiti statutorji.
    • Il-Prosekutur Pubbliku.
    • L-Amministrazzjoni Ġenerali tal-Istat u tal-Komunitajiet Awtonomi, l-awtoritajiet lokali u l-korpi pubbliċi kollha taħt l-awtorità tagħhom.
    • Il-Parlament u l-Assemblej Leġiżlattivi tal-Komunitajiet Awtonomi.

Fl-aħħar nett, fil-qasam industrijali, il-ħaddiema, kemm impjegati u kemm impjegati għal rashom, huma intitolati għal eżenzjoni ta' 60% tal-ammont tat-taxxa li trid titħallas biex iressqu appell. Fil-qasam amministrattiv, l-impjegati pubbliċi li jkunu qed jaġixxu biex jiddefendu d-drittijiet statutorji tagħhom igawdu minn eżenzjoni ta' 60% tal-ammont tat-taxxa li trid titħallas biex iressqu appell.

Spejjeż fissi fi proċeduri kriminali.

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kriminali.

Dan is-suġġett hu rregolat mil-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili.

Kull persuna mixlija b’reat punibbli tista teżerċita d-dritt għal difiża, waqt li taġixxi matul il-proċediment, ikun xi jkun, minn meta tkun infurmata bl-eżistenza tiegħu, kemm jekk tkun suġġetta għal arrest jew kwalunkwe miżura kawtelatorja oħra jew li tkun se tiġi proċessata, li minħabba f'hekk tkun infurmata b’dan id-dritt.

Biex jeżerċitaw id-dritt konċess lilhom, il-partijiet ikkonċernati jridu jkunu rrappreżentati minn Prokuratur u difiżi minn Avukat, li jinħatar mill-qorti nnifisha meta l-partijiet ikkonċernati ma jkunux qabbdu wieħed huma stess u jitolbu dan, u f'kull każ, meta ma jkollhom l-ebda kompetenza legali biex jivverifikaw dan.

Persuni li jkunu partijiet f’kawża, fejn id-dritt għall-għajnuna legali ma jkunx ġie rikonoxxut, ikunu obbligati li jħallsu t-tariffi tal-prokuraturi li jirrappreżentawhom, tal-avukati li jiddefenduhom, tal-esperti li jinfurmaw fuq talba tagħhom u l-kumpens għax-xhieda li jistgħu jidhru fil-qorti, fejn l-esperti u x-xhieda, minħabba l-fatt li jixhdu, ikunu ressqu t-talba tagħhom u l-Imħallef jew il-Qorti jippermettu dik it-talba.

Huma m’għandhomx ikunu obbligati jħallsu l-ispejjeż l-oħra tal-proċedimenti la waqt il-kawża u lanqas wara, sakemm ma jkunux ikkundannati jagħmlu dan.

Il-prokuratur, mqabbad mill-partijiet f’kawża, li jkun aċċetta li jirrappreżentanzahom ikun obbligat li jħallas it-tariffi lill-Avukati li l-klijenti jkunu qabbdu għad-difiża tagħhom.

Il-partijiet li kellhom id-dritt tagħhom għall-għajnuna legali rikonoxxut ikunu jistgħu jqabbdu avukat u prokuratur tal-għażla tagħhom; madankollu, f’dan il-każ huma jkunu obbligati jħallsu t-tariffi tagħhom, kif ipprovdut għal kwalunkwe parti li ma kellhiex dak id-dritt rikonoxxut, sakemm il-professjonisti legali magħżula b’mod liberu ma jirrinunzjawx għall-ġbir tat-tariffi kif stipulat fl-Artikolu 27 tal-Liġi dwar l-Għajnuna Legali.

Fażi tal-proċediment krimnali fejn għandek spejjeż fissi

Klijent dejjem ikun obbligat iħallas il-kont li jinħareġ malli jintemm il-proċess. Ma jsir l-ebda ħlas ta’ flus bil-quddiem f'każ ta' avukati maħtura mill-qorti minħabba li l-għajnuna legali ġeneralment tiġi pproċessata fl-istess ħin.

Wieħed irid iżomm f’moħħu li l-avukati maħtura mill-qorti jintużaw ħafna. Għaldaqstant, meta d-dritt tal-klijent għall-għajnuna legali jiġi rikonoxxut, huwa m’għandux iħallas il-kont tal-avukat peress li jħallsu l-Istat sakemm il-qagħda finanzjarja tal-klijent ma titjiebx fi żmien tliet snin (ħafna drabi huma ma jħallsu xejn).

Informazzjoni li trid tiġi pprovduta mir-rappreżentanti legali

Id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet

Bħala r-rappreżentant tal-parti, il-prokuratur ikollu d-dmir li jinforma lill-klijent dwar il-proċeduri kollha li jsiru.

Kemm l-avukat kif ukoll il-prokuratur għandhom id-dmir li jinfurmaw lill-klijent kull meta jkunu meħtieġa li jagħmlu dan.

Spejjeż

Fejn nista’ nsib informazzjoni dwar l-ispejjeż fi Spanja?

M’hemmx paġna speċifika fejn tista’ ssib informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-proċedimenti ġudizzjarji fi Spanja. Madankollu, jeżistu paġni fuq l-internet, bħal dawk tal-Kamra tal-Avukati, li jipprovdu informazzjoni dwar it-tariffi tal-membri tagħhom.

B’liema lingwi tista’ tinkiseb l-informazzjoni dwar l-ispejjeż fi Spanja?

L-informazzjoni pprovduta ġeneralment tkun bl-Ispanjol. Huwa possibbli wkoll li ssib informazzjoni bil-lingwi uffiċjali tal-Komunitajiet Awtonomi.

Barra minn hekk, xi paġni jipprovdu ċerta informazzjoni bl-Ingliż.

Fejn nista’ nsib informazzjoni dwar il-medjazzjoni?

Ara l-informazzjoni relatata mal-Medjazzjoni fi Spanja u Kif issib medjatur fi Spanja.

It-Taxxa fuq il-Valur Miżjud

Kif inhi pprovduta din l-informazzjoni?

L-Aġenzija tat-Taxxa Spanjola toffri din l-informazzjoni fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPaġna fuq l-internet tagħha.

Liema tariffi japplikaw?

L-Aġenzija tat-Taxxa Spanjola toffri din l-informazzjoni fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPaġna fuq l-internet tagħha.

L-Għajnuna Legali

Xi tkun?

L-Għajnuna Legali hija proċedura fejn, bl-implimentazzjoni tal-Artikolu 119 tal-Kostituzzjoni Spanjola, dawk li jistgħu juru nuqqas ta’ mezzi finanzjarji suffiċjenti jingħataw sensiela ta’ benefiċċji li jikkonsistu prinċipalment mill-eżenzjoni mill-ħlas tat-tariffi tal-Avukati u tal-Prokuraturi u mill-ispejjeż li jirriżultaw mix-xhieda tal-esperti, garanziji, eċċ.

B’mod ġenerali, id-dritt għall-għajnuna legali jkopri l-prestazzjonijiet li ġejjin:

Parir u gwida b’xejn qabel ma jibda il-proċess.

Aċċess għal Avukat lill-persuna detenuta jew arrestata.

Difiża u rappreżentanza b’xejn minn Avukat u Prokuratur matul il-proċedimenti ġudizzjarji.

Pubblikazzjoni b’xejn ta’ avviżi u editti matul il-proċess, li jridu jiġu ppubblikati fil-gazzetti uffiċjali.

Eżenzjoni mill-ħlas ta’ depożiti għall-preżentazzjoni ta’ appelli.

Assistenza b’xejn minn esperti matul il-proċess.

Ksib b’xejn ta’ kopji, xhieda, strumenti u atti notarili.

Tnaqqis ta’ 80% fit-tariffi korrispondenti għal ċerti servizzi notarili.

Tnaqqis ta’ 80% fit-tariffi korrispondenti għal ċerti azzjonijiet imwettqa b’rabta mar-Reġistru tal-Artijiet u r-Reġistru Kummerċjali.

Għat-tilwim transfruntier biss jiżdiedu d-drittijiet li ġejjin mad-drittijiet imsemmija hawn fuq (wara r-riforma tal-Liġi dwar l-Għajnuna Legali permezz tal-Liġi 16/2005, tat-18 ta’ Lulju, li implimentat id-Direttiva 2002/8/KE):

  1. Servizzi ta’ Interpretazzjoni.
  2. Traduzzjoni ta’ Dokumenti.
  3. Spejjeż tal-ivvjaġġar meta l-persuna jkollha tidher personalment.
  4. Difiża minn avukat u rappreżentanza minn prokuratur anki fejn ma jkunx meħtieġ, biex tkun garantita l-ugwaljanza tal-partijiet, jekk il-qorti tiddeċiedi hekk.

Min jista’ jitlobha?

B’mod ġenerali, tista’ tintalab minn kwalunkwe ċittadin li jkun involut fi proċediment ġudizzjarju jew li jkun se jibda wieħed, u li ma jkollux mezzi finanzjarji suffiċenti biex jieħu sehem fil-kawża.

Jitqies li jeżisti nuqqas ta’ mezzi finanzjarji meta persuna fiżika tkun tista’ turi li r-riżorsi u d-dħul tagħha, ikkalkulati kull sena fuq il-bażi tal-kunċetti kollha u għal kull unità ta’ familja, ma jaqbżux id-doppju tal-Indiċi Pubbliku tad-Dħul għal Aktar minn Skop Wieħed (IPREM), li jkun fis-seħħ fiż-żmien li ssir l-applikazzjoni.

Biex persuni ġuridiċi jiksbu d-dritt għal din l-għajnuna, l-ammont taxxabbli tagħhom għat-Taxxa Korporattiva jrid ikun iżjed baxx mill-ammont ekwivalenti għal tliet darbiet il-kalkolu annwali tal-IPREM.

Fi kwalunkwe każ, għandhom jiġu kkunsidrati sinjali esterni oħra li juru l-kapaċità finanzjarja reali tal-applikant.

Hemm eċċezzjonijiet għall-persuni fiżiċi bbażati fuq diżabilitajiet u/jew ċirkustanzi familjari oħra li jippermettu li jinqabżu l-limiti tad-dħul imsemmija qabel. (Skont it-termini tat-tmienja u għoxrin Dispożizzjoni Addizzjonali tal-LPGE għall-2009, matul is-sena 2009 l-IPREM kien EUR 7 381,33 fis-sena).

B’mod speċifiku, dawn li ġejjin huma intitolati għall-għajnuna legali:

  1. Ċittadini Spanjoli, ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea jew l-barranin residenti fi Spanja, meta dawn ikunu jistgħu juru li ma għandhomx mezzi suffiċjenti biex jieħdu sehem f'kawża.
  2. Entitajiet ta’ Ġestjoni u Servizzi Komuni tas-Sigurtà Soċjali.
  3. Il-persuni ġuridiċi li ġejjin, meta jkunu jistgħu juru li ma għandhomx mezzi suffiċjenti biex jieħdu sehem f'kawża:

Organizzazzjonijiet bla skop ta' qligħ.

Fondazzjonijiet irreġistrati fir-Reġistru Amministrattiv Korrispondenti.

  1. Fil-qasam ġuriżdizzjonali industrijali: il-ħaddiema u l-benefiċjarji kollha tas-sistema tas-Sigurtà Soċjali.
  2. Fil-qasam ġuriżdizzjonali kriminali: iċ-ċittadini kollha, anki barranin, li jistgħu juru li m'għandhomx mezzi suffiċjenti biex jieħdu sehem f'kawża, anke meta dawn ma jkunux jgħixu legalment fit-territorju Spanjol, huma intitolati għall-għajnuna legali u difiża u rappreżentanza mingħajr ħlas.
  3. Fil-qasam ġuriżdizzjonali amministrattiv: iċ-ċittadini barranin lli m'għandhomx mezzi suffiċjenti biex jieħdu sehem f'kawża, anke meta dawn ma jkunux jgħixu legalment fit-territorju Spanjol, huma intitolati għall-għajnuna legali fil-kawżi kollha relatati mal-applikazzjoni tagħhom għall-ażil u l-Liġi dwar l-Istranġieri (inklużi l-proċeduri amministrattivi preliminari).

Aktar tagħrif

Rekwiżiti biex tapplika għall-benefiċċji tal-għajnuna legali

Persuni fiżiċi:

Meta r-riżorsi u d-dħul finanzjarju tagħhom, ikkalkulati kull sena fuq il-bażi tal-kunċetti kollha u għal kull unità familjari, ma jkunux jaqbżu d-doppju tal-IPREM, li jkun fis-seħħ fiż-żmien li ssir l-applikazzjoni.

Meta l-Kummissjoni tal-Għajnuna Legali b'eċċezzjoni tiddeċiedi li tagħti d-dritt ta' għajnuna legali meta r-riżorsi jkunu jaqbżu d-doppju tal-IPREM imma ma jaqbżux l-IPREM għal erba' darbiet u, abbażi taċ-ċirkostanzi tal-familja, l-għadd ta' tfal jew membri familjari dipendenti, l-istat tas-saħħa, id-diżabilità, l-obbligi finanzjarji, l-ispejjez biex tiftaħ kawża jew ċirkostanzi oħrajn tal-applikant u f'kull każ meta l-applikant ikollu l-istatus ta' axxendent ta' familja numeruża ta' kategorija speċjali.

Meta l-kawża ssir biex dik il-parti tiddefendi d-drittijiet u l-interessi tagħha.

Persuni ġuridiċi:

Meta dawn ikunu Organizzazzjonijiet bla Skop ta' Qligħ jew Fondazzjonijiet irreġistrati fir-Reġistru Amministrattiv korrispondenti.

Meta l-ammont taxxabbli tagħhom għat-Taxxa Korporattiva jkun inqas mill-ammont ekwivalenti għat-triplu tal-kalkolu annwali tal-IPREM.

Bid-dħul fis-seħħ tal-Liġi Organika 1/2004 għall-Protezzjoni Integrali kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa, in-nisa li jkunu vittmi ta’ din it-tip ta' vjolenza jingħataw għajnuna legali sħiħa mill-ewwel, mhux biss fil-proċessi ġudizzjarji kollha iżda wkoll fil-proċedimenti amministrattivi (inklużi għalhek l-inkjesti tal-pulizija) ibbażati fuq il-vjolenza fuq in-nisa, sakemm tingħata xi sentenza, mingħajr ma jkunu meħtieġa li japplikaw għall-għajnuna legali minn qabel. Dan ifisser li l-inċidenza tal-għajnuna legali ma xxekkel qatt id-dritt għad-difiża u għall-protezzjoni ġudizzjarja effettiva, li għandha tiġi offruta lill-vittma irrispettivament minn jekk tkunx ressqet applikazzjoni għall-għajnuna legali. Dan madankollu jkun bil-kundizzjoni li din l-għajnuna legali tingħata biss fejn il-parti kkonċernata tista’ turi, "a posteriori" jew matul il-proċedimenti ġudizzjarji, li fil-fatt jeżistu ċ-ċirkustanzi għad-dritt li tingħata l-għajnuna legali, kif meħtieġ mir-regoli ġenerali inkorporati fil-Liġi dwar l-Għajnuna Legali u r-Regolament tagħha, emendati għal dan l-għan mis-Sitt Dispożizzjoni Finali tal-Liġi Organika 1/2004, tat-28 ta’ Diċembru, għall-Protezzjoni Integrali kontra l-Vjolenza Fuq in-Nisa.

Meta trid tħallas l-ispejjeż tal-proċeduri l-parti telliefa?

Fi kwistjonijiet ċivili, il-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili tittratta l-ordni biex jitħallsu l-ispejjeż fl-Artikoli 394 sa 398.

F’azzjonijiet dikjaratorji, l-ispejjeż tal-ewwel istanza għandhom jiġu imposti fuq il-parti li jkollha l-pretensjonijiet tagħha kollha miċħuda, sakemm it-tribunal ma jħossx, u jargumenta hekk, li l-każ kien jippreżenta dubji serji fuq il-fatti jew fuq punti tal-liġi.

Meta l-pretensjonijiet ikunu permessi jew imwarrba b’mod parzjali, kull parti għandha tħallas l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż komuni, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet biex jiġu imposti fuq waħda mill-partijiet minħabba litigazzjoni traskurata.

Meta l-ispejjeż jiġu imposti fuq il-parti telliefa, hija tkun obbligata tħallas biss, għall-parti li tikkorrispondi ma’ avukati u professjonisti legali oħra li ma jkunux suġġetti għal ħlasijiet u tariffi, ammont totali ta’ mhux iżjed minn terz tal-ammont tal-proċess, għal kull wieħed mill-partijiet li jkunu rebħu dik id-deċiżjoni; għal dawn ir-raġunijiet biss, il-pretensjonijiet mhux stimabbli għandhom jiġu vvalutati għal EUR 18 000 sakemm, minħabba l-kumplessità tal-kawża, it-tribunal ma jiddeċidix mod ieħor.

Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu preċedenti ma japplikawx meta l-qorti tiddikjara li l-parti li tkun ġiet ordnata tħallas l-ispejjeż tkun aġixxiet b’mod traskurat.

Meta l-parti ordnata biex tħallas l-ispejjeż tibbenefika mid-dritt għall-għajnuna legali, hija għandha tkun obbligata tħallas biss l-ispejjeż ikkawżati mid-difiża tal-parti avversarja fil-każijiet indikati speċifikament fil-Liġi dwar l-Għajnuna Legali.

Fl-ebda ċirkustanza m’għandhom jiġu imposti spejjeż fuq l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku fi proċeduri li jkun parti fihom.

Spejjeż tal-esperti

L-esperti li jintużaw fil-qorti jissejħu "peritos". F’kull Tribunal Superjuri tal-Ġustizzja hemm Reġistru tal-Esperti Ġudizzjarji.

L-Artikolu 241(1)(4) tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili jkopri, bħala intestatura speċifika li għandha tiġi inkluża meta jiġi kkalkulat il-prezz, it-“tariffi tal-esperti u ħlasijiet oħra li jista’ jkun li jridu jitħallsu lil persuni li jintervjenu fil-proċess”. Huwa jirreferi għal spejjeż ikkawżati minn persuni li, għalkemm ma jkunux parti fil-proċess, jagħmlu xi spejjeż minħabba li jkunu preżenti biex jipprovdu servizz.

L-Artikolu 243 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili jistipula li f'kull tip ta' proċess u azzjoni, l-ispejjeż jiġu kkalkulati mill-Iskrivan tat-Tribunal li jkun familjari mal-proċess jew l-appell. Kull tariffa li tikkorrispondi għal ċitazzjonijiet u dokumenti li jkunu inutli, żejda jew mhux awtorizzati mil-liġi, jew elementi fil-kont tal-avukati li ma jkunux espressi fid-dettall jew li jirreferu għal tariffi li ma jkunux iġġarrbu fil-kawża, ma jiġux inklużi fil-kalkolu.

L-Iskrivan tal-Qorti jnaqqas l-ammont tal-ħlasijiet tal-avukati u ta’ professjonisti legali oħra li ma jkunux suġġetti għal rati jew tariffi, fejn il-ħlasijiet mitluba jaqbżu terz tal-ammont tal-proċess u fejn ma tkun ġiet iddikjarata l-ebda traskuraġni mill-parti li tkun ġiet ordnata tħallas l-ispejjeż.

Lanqas ma għandhom jiġu inklużi l-ispejjeż ta’ azzjonijiet jew kwistjonijiet li l-parti rebbieħa tkun ġiet ordnata speċifikament li tħallas bid-deċiżjoni dwar l-ispejjeż fil-kwistjoni prinċipali.

It-tariffi tal-interpreti u tat-tradutturi

Hemm tariffa uffiċjali li tapplika għat-traduzzjonijiet u l-interpretazzjonijiet ġuramentati. L-interpreti ġuramentati huma liberi li jistabbilixxu t-tariffi li għandhom jirċievu għat-traduzzjonijiet tagħhom, iżda huma obbligati javżaw lill-uffiċċju għall-interpretazzjoni tal-lingwi u lis-sottodelegazzjoni Governattiva korrispondenti bit-tariffi applikati. Din l-informazzjoni trid tkun ikkomunikata f’Jannar ta’ kull sena.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAġenzija Statali Spanjola għall-Amministrazzjoni tat-Taxxi/VAT

Dokumenti relatati

Rapport ta' Spanja dwar l-Istudju tat-Trasparenza tal-IspejjeżPDF(640 Kb)en

L-aħħar aġġornament: 07/06/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Franċiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

L-ispiża tal-proċedimenti - Franza

F’din it‑taqsima ssib ħarsa ġenerali lejn l‑ispejjeż tal‑proċeduri applikabbli għal Franza.

Dispożizzjonijiet relatati mal‑ħlasijiet lill‑professjonijiet legali

Ir‑rati huma magħmula minn ħlasijiet fissi u ħlasijiet varjabbli (ħafna drabi bħala perċentwal tal‑valur tad-disputa). Trid issir distinzjoni bejn:

  • uffiċjali tal‑qorti: (avukati u rappreżentanti legali), li l‑ħlas tagħhom huwa parzjalment fiss biss; fil‑parti l‑kbira, il‑ħlasijiet huma mifthiema b’mod liberu mal‑klijent.
  • uffiċjali tal‑qorti jew pubbliċi, li l‑ħlas tagħhom huwa ffissat mill‑qafas regolatorju tal‑Gvern Franċiż.

Avukati tal‑Qorti

Id-Digriet Nru. 80-608 tat‑30 ta’ Lulju 1980 jistabbilixxi r‑rati għall‑avukati tal‑qorti fil‑Qorti tal‑Appell. Uffiċjali tal‑Qorti / Avukati.

Regolamenti jistabbilixxu r‑rati għall‑avukati li jirrappreżentaw il‑partijiet fil‑Prim’Istanza. (Digriet Nru. 72-784 tal‑25 ta’ Awwissu 1972 u Nru. 75-785 tal‑21 ta’ Awwissu 1975).

Qaddejja tal‑proċess maħturin mill‑qorti

Ir‑rati għall‑qaddejja tal‑proċess maħturin mill‑qorti biex jipprovdu formoli tat‑talbiet, avviżi ta’ applikazzjoni u ordnijiet tal‑qorti huma indirizzati fid-Digriet Nru. 96-1080 tat‑12 ta’ Diċembru 1996.


Spejjeż Legali Fissi

Spejjeż Legali fi Proċeduri Ċivili

Spejjeż legali fissi għal‑litiganti fi proċeduri ċivili

Fi kwistjonijiet ċivili, hemm ħlasijiet li huma legalment indispensabbli għal teħid ta’ azzjoni, u l‑ammont tagħhom ġie stabbilit jew b’leġiżlazzjoni jew b’ordni tal‑qorti. Dawn il‑ħlasijiet huma magħrufin bħala spejjeż.

Huma jinkludu:

  1. Ħlasijiet, charges, taxi jew levies imħallsa lill‑uffiċċji tal‑qorti jew lill‑awtoritajiet tat‑taxxa (dawn il‑ħlasijiet jew levies huma rari minħabba li l‑Liġi Nru. 77-1468 tat‑30 ta’ Diċembru 1977 stabbilixxiet il‑prinċipju ta’ servizz pubbliku b’xejn fir‑rigward tal‑qrati ċivili u amministrattivi);
  2. L‑ispejjeż għat‑traduzzjoni tad‑dokumenti, fejn dan huwa meħtieġ bi statut jew bi ftehim internazzjonali;
  3. Spejjeż tax‑xhud;
  4. Remunerazzjoni lill‑ispeċjalisti tekniċi;
  5. Infiq fiss (ħlasijiet għall‑qaddejja tal‑proċess, avukati tal‑qorti, avukati);
  6. Emolumenti għal uffiċjali tal‑qorti jew pubbliċi;
  7. Remunerazzjoni lill‑avukati sakemm dan ikun regolat, inkluż drittijiet għall-akkużi u għall‑avukati;
  8. Spejjeż involuti biex jintbagħat dokument barra mill‑pajjiż;
  9. Spejjeż għal interpretazzjoni u traduzzjoni magħmula neċessarji minn talbiet evidenzjali li jsiru barra mill‑pajjiż fuq talba tal‑qrati skont ir‑Regolament tal‑Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat‑28 ta’ Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati ta' l-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali;
  10. Rapporti ta’ sigurtà soċjali ordnati fuq kwistjonijiet ta’ familja u proċeduri ta’ wardship għall‑adulti u l‑minuri;
  11. Remunerazzjoni tal‑persuna maħtura mill‑qrati biex tirrappreżenta d‑drittijiet tat‑tifel/tifla.

L‑istadju meta l‑ispejjeż fissi jridu jitħallsu fi proċeduri ċivili

Spejjeż ta’ proċeduri ċivili jinkludu s‑somom kollha mħallsa jew li għad iridu jingħataw mill‑partijiet qabel jew matul azzjoni.

Dawn huma per eżempju, qabel il‑ftuħ ta’ proċess, l‑ispejjeż ta’ konsultazzjonijiet ma’ konsulenti legali, speċjalisti tekniċi u spejjeż tal‑ivvjaġġar.

Matul l‑azzjoni, dawn l‑ispejjeż jistgħu jikkonċernaw l‑ispejjeż tal‑proċeduri mħallsa lill‑uffiċjali tal‑qorti, ħlasijiet imħallsa lill‑Istat u ħlasijiet ta’ konsulenza.

Wara l‑proċeduri, huma jistgħu jikkonċernaw l‑ispejjeż tal-infurzar tas‑sentenza.

Spejjeż legali fi kwistjonijiet kostituzzjonali

Spejjeż legali fissi għal litiganti fi proċeduri kostituzzjonali

Minħabba li m’hemmx dispożizzjonijiet għal individwi biex iressqu azzjoni quddiem il‑Kunsill Kostituzzjonali taħt regoli ta’ proċedura Franċiżi attwali, m’hemmx il-bżonn li din il‑mistoqsija tiġi mwieġba.

X’informazzjoni preliminari għandi nistenna mir‑rappreżentant legali tiegħi (l‑avukat tiegħi)?

Informazzjoni marbuta mad‑drittijiet u l‑obbligi tal‑partijiet

Hija kwistjoni ta’ imġiba professjonali għal uffiċjali tal‑qorti li jipprovdu lill‑klijenti tagħhom, b’informazzjoni marbuta mad‑drittijiet u l‑obbligi tal‑partijiet.

Sorsi ta’ informazzjoni relatati ma’ spejjeż legali

Fejn nista’ nsib informazzjoni fuq spejjeż legali fi Franza?

Fuq is‑siti elettroniċi tal‑Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaprofessjonijiet varji.

F’liema lingwi nista’ nsib informazzjoni dwar spejjeż legali fi Franza?

Din l‑informazzjoni hija disponibbli bil‑Franċiż.

Fejn nista’ nsib informazzjoni oħra dwar dawn l‑ispejjeż?

M’hemm l‑ebda sit elettroniku li jippubblika l‑ispejjeż tal‑proċeduri.

Taxxa fuq il‑Valur Miżjud (VAT)

Fejn nista’ nsib informazzjoni fuq din? X’inhuma r‑rati applikabbli?

Ir‑rati huma mogħtija b’taxxi esklużi. Ir‑rata applikabbli tal‑VAT għadha 19.6% bl‑eċċezzjoni ta’ servizzi mogħtija lil riċevituri ta’ għajnuna legali (5.5%).

Għajnuna Legali

X’inhuma l‑limiti tad‑dħul biex tirċievi għajnuna legali?

L‑għajnuna legali ma tagħmel l‑ebda distinzjoni bejn kwistjonijiet ċivili jew kriminali, jew in‑natura tad-disputa. Hija tiffoka biss fuq ir‑riżorsi tal‑applikant meta tiġi biex tagħti jew tirrifjuta l‑benefiċċju.

Għalhekk, kull persuna b’nazzjonalità Franċiża u kull nazzjonal minn Stat Membru tal‑Unjoni Ewropea, kif ukoll entitajiet legali li ma jagħmlux profitt li jixtiequ jasserixxu d‑drittijiet legali tagħhom iżda li m’għandhomx riżorsi biżżejjed jistgħu jitolbu għajnuna legali.

L‑istess, nazzjonali barranin, li huma abitwalment u legalment residenti fi Franza, huma intitolati li jibbenefikaw minn għajnuna legali fi kwistjonijiet ċivili. Din il‑kundizzjoni ta’ residenza legali mhijiex mitluba fi kwistjonijiet kriminali. Barra minn hekk, il‑benefiċċju ma jiġix imċaħħad lill‑minuri, irrespettivament mit‑tip ta’ proċeduri involuti (ċivili, amministrattivi jew kriminali).

Ir‑riżorsi meqjusin huma r‑riżorsi medji tal‑aħħar sena kalendarja tal‑applikant għal għajnuna legali, kif ukoll ir‑riżorsi tal‑persuni li joqogħdu abitwalment fid‑dar tal‑applikant, fejn applikabbli. Fil‑każ tal‑aħħar, il‑limiti aċċettabbli għall‑benefiċċju huma miżjudin b’aġġustamenti għad‑dipendenti.

Madankollu, riċevituri ta’ ċerti tipi ta’ dħul ta’ appoġġ (benefiċċju supplimentari mill‑Fond tas‑Solidarjetà Nazzjonali jew id‑dħul bażiku garantit) huma eżenti milli jagħtu prova li r‑riżorsi tagħhom huma insuffiċjenti.

Barra minn hekk, benefiċċji differenti ta’ ħarsien soċjali ma jitqiesux meta jiġu kkalkulati r‑riżorsi (benefiċċji tal‑familja, ħlasijiet tas‑sigurtà soċjali, benefiċċju tad‑djar).

L‑għajnuna legali tista’ tkun sħiħa jew parzjali jiddependi mir‑riżorsi tal‑applikant. Il‑limiti tad‑dħul għall-għoti tal‑għajnuna legali huma aġġornati kull sena mill‑att finanzjarju. Għall‑2009, id‑dħul medju fix‑xahar riċevut fl‑2008 għal persuna waħidha għandu jkun:

  • ugwali għal jew inqas minn 911 EWRO għal għajnuna legali sħiħa;
  • u bejn 912 u 1,367 EWRO għal għajnuna legali parzjali.

Dawn il‑limiti jiżdiedu b’164 EWRO għal kull wieħed mill‑ewwel 2 dipendenti li joqogħdu mal‑applikant (tfal, sieħeb/sieħba, koabitant, sieħeb ċivil, axxendent, eċċ.) u 104 EWRO għat‑tielet dipendenti u s‑sussegwenti.

Hemm xi kundizzjonijiet oħrajn biex tirċievi għajnuna legali bħala vittma?

Bħala regola ġenerali, l‑istejtus (eż. vittma jew akkużat) tal‑parti għall-proċedura ma jitqiesx. M’hemmx differenza fil‑mod kif il‑vittmi, l‑akkużati, ir-rikorrent jew l‑akkużat fi proċeduri kriminali jew ċivili jiġu ttrattati meta jkun se jiġi deċiż jekk tingħatax għajnuna legali jew le.

Madankollu, il‑qafas tas‑sistema tal‑ġustizzja u l‑liġi tal‑ippjanar tad‑9 ta’ Settembru 2002 tejbet il‑kundizzjonijiet għall‑aċċess għall‑ġustizzja għall‑vittmi tal‑iktar kriminalità serja, jiġifieri attakki intenzjonati kontra l‑ħajja u l‑integrità personali (kriminalità definita u kkastigata bl-Artikoli 221-1 sa 221-5, 222-1 sa 222-6, 222-8, 222-10, 222-14 (1° u 2°), 222‑23 sa 222-26, 421-1 (1°) u 421-3 (1° sa 4°) tal‑Kodiċi Kriminali), u d‑dipendenti tagħhom sabiex huma jkunu jistgħu jibdew azzjoni ċivili għad‑danni li sofrew wara attakk kontra l‑persuna. Biex jibbenefikaw minn għajnuna legali, il‑vittmi u d‑dipendenti tagħhom huma eżentati milli jkollhom għalfejn jagħtu prova tar‑riżorsi tagħhom. Din id‑dispożizzjoni tapplika speċifikament għall‑vittmi ta’ stupru jew abbuż fiżiku ta’ minuri taħt il‑15‑il sena jew persuni li huma partikolarment vulnerabbli, u li jwassal għall‑mewt jew diżabilità permanenti.

Barra minn hekk, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, il‑kundizzjoni tal‑mezzi tista’ tiġi rinunzjata, mingħajr ma jitqies l‑istejtus fil‑proċeduri tal‑applikant tal‑għajnuna legali (rikorrent/l‑akkużat, vittma/akkużat) fejn iċ‑ċirkustanzi tagħhom huma ta’ interess partikolari b’rabta mal‑oġġett tal‑litigazzjoni jew l‑ispejjeż imbassra tal‑proċeduri.

B’mod partikolari, din id‑dispożizzjoni tapplika għall‑vittma ta’ offiża kriminali bħala riżultat taċ‑ċirkustanzi li fihom saret dik l‑offiża.

Hemm kundizzjonijiet oħra biex tikseb għajnuna legali bħala akkużat?

Bħala regola ġenerali, m’hemm l‑ebda kundizzjoni partikolari li tirregola l‑għoti tal‑għajnuna legali lill‑akkużati fl‑azzjoni ewlenija. Madankollu, meta dawk l‑akkużati jfittxu xi forma ta’ riparazzjoni (appell, applikazzjoni biex iwarrbu sentenza, jew appell biex deċiżjoni titwarrab fuq punt ta’ liġi (kassazzjoni)), is‑sitwazzjoni ta’ min iwieġeb għall‑appell/applikazzjoni titjieb jekk diġà kellhom il‑benefiċċju tal‑għajnuna legali. Saħansitra, dawn l‑individwi awtomatikament iżommu l‑benefiċċju tal‑għajnuna legali biex jiddefendu ruħhom.

Madankollu, huwa importanti li wieħed jiftakar ir‑regola ġenerali li tapplika kemm għal min jagħmel it‑talba kif ukoll għall‑akkużat fl‑azzjoni ewlenija, dik li l‑għajnuna legali ma tingħatax jekk l‑ispejjeż koperti minn dan il‑benefiċċju huma mniżżla taħt polza tal‑assigurazzjoni għall‑ispejjeż legali jew sistema ekwivalenti ta’ protezzjoni.

Hemm xi proċeduri li huma eżenti minn akkużi legali?

Quddiem il‑qorti għal talbiet u offiżi żgħar u l‑qorti distrettwali, il‑partijiet mhumiex marbuta li jqabbdu avukat. Jekk il‑valur tal‑azzjoni huwa inqas minn 4,000 EWRO, il‑kwistjonijiet jistgħu jitressqu quddiem dawn il‑qrati bl‑użu ta’ proċedura simplifikata li tiddisponi mir‑rekwiżit tal‑partijiet li jużaw process server maħtur mill‑qorti.

Applikazzjonijiet għal reviżjoni tal‑miżuri relatati mal‑eżerċizzju ta’ responsabilità tal‑ġenituri, inkluż applikazzjonjiet b’rabta ma’ adozzjoni, fejn it‑tifel/tifla ġie/t adottat/a qabel l‑età ta’ 15‑il sena, jew miżuri li jittieħdu wara divorzju, jew applikazzjonijiet għal ħlasijiet ta’ manteniment jistgħu jsiru mingħajr avukat permezz ta’ applikazzjoni sempliċi.

Bħal fil‑proċeduri kollha quddiem il‑qorti ċivili, dawn il‑qrati ma jitolbux ħlasijiet biex jibdew proċeduri jew biex jingħataw sentenzi.

Il-parti telliefa meta għandha tħallas l‑ispejjeż tal‑parti rebbieħa?

Fi kwistjonijiet ċivili, kwalunkwe sentenza jew deċiżjoni li ġġib fi tmiem azzjoni għandha tieħu deċiżjoni fuq l‑ispejjeż li jkunu saru fil‑proċeduri.

Bħala regola ġenerali, spejjeż (ħlasijiet fissi – ara hawn fuq) għandhom jitħallsu mill‑parti telliefa. Madankollu, il‑qorti tista’ f’sentenza raġunata tordna lill‑parti l‑oħra sabiex tħallas xi ftit minn jew l‑ispejjeż kollha.

Parti waħda tista’ titlob ukoll li l‑opponent iħallas id-drittijiet kollha mħallsa jew parti minnhom u li mhumiex inklużi fl‑ispejjeż. Dawn jikkonċernaw, pereżempju, il‑ħlasijiet tal‑avukat, il‑ħlasijiet għar‑rapport tal‑process server u spejjeż tal‑ivvjaġġar. Jekk dan iseħħ, il‑qorti tista’ tordna lill‑parti mitluba li tħallas l‑ispejjeż, jew b’default lill‑parti telliefa, biex tħallas lill‑parti l‑oħra ammont stabbilit mill‑qorti biex tkopri l‑infiq li jkun sar u li ma kienx inkluż fl‑ispejjeż. Il‑qorti tqis il‑prinċipji tal‑ġustizzja u ċ‑ċirkustanzi finanzjarji tal‑parti li tkun ordnata tħallas. Il‑qorti tista’, fuq mozzjoni tagħha stess, tgħid li m’hemmx bażi biex tagħmel ordni bħal din għal raġunijiet ibbażati fuq l‑istess kunsiderazzjonijiet.

Drittijiet tal‑esperti

Fi kwistjonijiet ċivili, il‑ħlas mill‑esperti maħtura mill‑qorti huwa stabbilit b’ordni tal‑qorti.

Jekk il‑qorti tqabbad espert, hija tistabbilixxi retainer minn fejn ikun imnaqqas il‑ħlas. Ir‑retainer ikun qrib kemm jista’ jkun tal‑ħlas finali mistenni. Il‑qorti tinnomina l‑parti jew il‑partijiet li għandha/għandhom jippreżentaw ir‑retainer lill‑uffiċċju tal‑qorti.

Meta jiġi ppreżentat ir‑rapport tal‑espert, il‑qorti tistabbilixxi r-remunerazzjoni, filwaqt li tqis b’mod partikolari l-inkjesti li jkunu saru, ir-rispett għal‑limitazzjonijiet taż‑żmien u l‑kwalità tax‑xogħol li jkun sar. Il‑qorti tawtorizza lill‑espert biex irodd lura l‑ammonti x-xierqa mpoġġija fl‑uffiċċju tal‑qorti, jew kif meħtieġ, ħlas tal‑ammonti addizzjonali lill‑espert, u jindika l‑parti jew partijiet li għandhom ikunu responsabbli għal dan.

Is‑sentenza jew id‑deċiżjoni li ġġib l‑azzjoni fi tmiemha tagħti deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà għar-remunerazzjoni tal‑espert. Bħala regola ġenerali, din ir-responsabbiltà hija tal‑parti telliefa, sakemm il‑qorti, permezz ta’ sentenza raġunata, tagħmel il‑parti l‑oħra responsabbli għal parti minn jew għad-dritt kollu.

Min-naħa l‑oħra, id-drittijiet tal‑esperti mhux maħtura mill‑qorti huma mifthiema b’mod liberu bejn l‑espert u l‑klijent, u għalhekk mhumiex inklużi fl‑ispejjeż. Parti tista’ tapplika quddiem il‑qorti għal ordni lill‑parti t‑telliefa jew inkella lill‑parti ordnata li tħallas l‑ispejjeż, biex tħallas somma li tkopri l‑ħlasijiet li jkunu saru. Il-Qorti tieħu deċiżjoni wara li tkun qieset il-prinċipji ta’ ġustizzja u ċ-ċirkustanzi finanzjarji tal-parti ordnata tħallas.

Ħlasijiet lit‑tradutturi u lill‑interpreti

Dawn il‑ħlasijiet huma r‑responsabilità tal‑parti telliefa, sakemm il‑qorti, permezz ta’ sentenza raġunata, tagħmel lill‑parti l‑oħra obbligata għal parti minn jew għall‑ħlas kollu.

Dokumenti relatati

Studju dwar ir-rapport ta’ Franza dwar it-trasparenza tal-ispejjeżPDF(1312 Kb)en

L-aħħar aġġornament: 07/06/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-ispiża tal-proċedimenti - Ċipru

Qafas regolatorju li jirregola d-drittijiet tal-professjonijiet legali

Il-prattikanti legali mhumiex maqsumin f’kategoriji differenti fir-Repubblika ta’ Ċipru (jiġifieri avukati fil-qrati inferjuri, avukati fil-qrati superjuri, u tipi oħrajn ta’ avukati). Il-prattikanti legali kollha mniżżlin fir-Reġistru tal-Avukati għandhom jeddijiet indaqs li jidhru fil-qrati nazzjonali u li jipprattikaw il-liġi b’mod ġenerali. Dan japplika irrispettivament minn jekk avukat ikollux it-titolu ta’ avukat fil-qrati inferjuri jew ta’ avukat fil-qrati superjuri barra mill-pajjiż. It-terminu li jintuża għall-prattikanti legali kollha huwa dak ta’ “avukat”.

Avukati (Δικηγόροι)

Id-drittijiet għas-servizzi legali huma ffissati fuq il-bażi ta’ skala ta’ spejjeż tal-qrati approvata mill-Qorti Suprema (Ανώτατο Δικαστήριο).

Għas-servizzi ta’ barra mill-qrati, hemm skali li jiffissaw id-dritt legali minimu.

Fiż-żewġ każijiet, l-avukat jista’ jagħmel ftehim mal-klijent biex jingħata dritt ogħla.

Fil-każ tal-kawżi fil-qrati, dan irid jiġi ddikjarat b’mod uffiċjali.

Hemm żewġ kategoriji ta’ bailiffs f’Ċipru:

  1. Bailiffs tas-settur privat, li jikkonsenjaw dokumenti tal-qrati.
  2. Bailiffs tal-qrati, li jkunu impjegati maċ-Ċivil u jkunu inkarigati biex jikkompletaw il-proċeduri ħalli jkunu infurzati s-sentenzi tal-qrati (eż. ordnijiet għall-qbid u għall-bejgħ ta’ proprjetà mobbli).

Id-drittijiet għall-bailiffs tas-settur privat biex jikkonsenjaw id-dokumenti jiġu kkalkolati skont kemm ikun bogħod l-indirizz fejn trid issir il-konsenja.

Il-bailiffs tal-qrati huma impjegati maċ-Ċivil u jitħallsu b’salarju kull xahar. Il-partijiet għall-kawż li jippreżentaw applikazzjoni biex jittieħdu miżuri ta’ infurzar iħallsu t-taxxa tal-boll tal-Istat, li l-ammont tagħha huwa stabbilit fir-regoli tal-proċedura u li jiddependi mit-tip ta’ miżura ta’ infurzar u l-ammont li qed jipprovaw jiġbru.

Drittijiet preskritti

Drittijiet preskritti fi proċedimenti ċivili

Drittijiet preskritti għall-partijiet fi proċedimenti ċivili

L-ispejjeż inizjali għad-drittijiet tal-qrati huma preskritti fuq il-bażi tal-iskala tal-petizzjoni jew xi proċedura oħra u jitħallsu meta tiġi ppreżentata l-petizzjoni. Id-drittijiet tal-qrati mhumiex preskritti bħala somma speċifika; huma jiddependu minn kif tipproċedi l-kawża u jiġu kkalkolati fuq il-bażi ta’ skala approvata.

L-istadju tal-proċedimenti ċivili fejn iridu jitħallsu d-drittijiet preskritti

L-ispejjeż inizjali għad-drittijiet tal-qrati jitħallsu meta tiġi ppreżentata l-petizzjoni.

Drittijiet preskritti fi proċedimenti kriminali

Drittijiet preskritti għall-partijiet fi proċedimenti kriminali

Jekk l-akkużat jinstab ħati, jista’ jiġi ordnat iħallas l-ispiża tal-proċedimenti. Ġeneralment dan ikun evitat fejn tingħata sentenza ta’ ħabs, f’liema każ l-ispejjeż jitħallsu mill-Istat, l-istess kif jiġri meta l-akkużat ma jinstabx ħati.

L-istadju tal-proċedimenti kriminali fejn iridu jitħallsu d-drittijiet preskritti

L-ispejjeż, ħlief għall-ispejjeż inizjali li jkunu diġà tħallsu fil-forma ta’ taxxa tal-boll meta tressqet il-kawża, jitħallsu fi tmiem il-proċedimenti.

Drittijiet preskritti fi proċedimenti kostituzzjonali

Drittijiet preskritti għall-partijiet fi proċedimenti kostituzzjonali

L-ispejjeż jiġu kkalkolati fuq il-bażi tal-iskala rilevanti.

L-istadju tal-proċedimenti kostituzzjonali fejn iridu jitħallsu d-drittijiet preskritti

Id-drittijiet jitħallsu fi tmiem il-proċedimenti, ħlief għall-ispejjeż tal-qrati, li jitħallsu meta jitressaq ir-rikors.

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn qabel mir-rappreżentanti legali

Drittijiet u obbligi tal-partijiet

L-obbligi tal-avukati fil-konfront tal-klijenti huma elenkati fir-Regolamenti dwar il-Kodiċi ta’ Kondotta tal-Avukati tal-2002 (Οι περί Δεοντολογίας των Δικηγόρων Κανονισμοί του 2002) (Gazzetta tal-Gvern tar-Repubblika, Anness C(1) Nru 237 tas-17.5.2002 (Att Amministrattiv Regolatorju 237/2002).

Sorsi tal-ispejjeż

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż f’Ċipru?

L-iktar sorsi tal-ispejjeż importanti huma elenkati fuq is-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Suprema.

L-informazzjoni tingħata bil-Grieg.

Fejn nista' nsib informazzjoni addizzjonali dwar l-ispejjeż?

Sit elettroniku disponibbli dwar informazzjoni dwar l-ispejjeż:

Is-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Suprema.

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar it-tul ta' żmien medju li jieħdu l-proċeduri differenti?

Tista’ ssib statistiċi dwar ix-xogħol imwettaq mill-qrati tar-Repubblika ta’ Ċipru fuq is-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Suprema bil-Grieg u bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIngliż.

Taxxa fuq il-Valur Miżjud

Kif nista’ nikseb informazzjoni rilevanti?

Id-drittijiet tal-avukat huma suġġetti għal VAT ta’ 15%, sakemm l-avukat li jipprovdi s-servizzi jkun irreġistrat għall-finijiet tal-VAT.

X’inhi r-rata applikabbli?

Ir-rata tal-VAT hija ta’ 15%.

Għajnuna Legali

Limitu tad-dħul applikabbli fi proċedimenti ċivili

M’hemm l-ebda għajnuna legali fil-proċedimenti ċivili.

Limitu tad-dħul applikabbli fi proċedimenti kriminali għall-akkużati

L-akkużati fi proċedimenti kriminali huma intitolati għal għajnuna legali mingħajr ħlas jekk id-dħul tagħhom ma jkunx biżżejjed biex iħallsu s-servizzi ta’ avukat u l-qorti tikkunsidra li l-għajnuna legali mingħajr ħlas tkun fl-interessi tal-ġustizzja. M’hemm l-ebda limitu tad-dħul iddefinit minn qabel. Il-qorti teżamina l-applikazzjoni fuq il-bażi tal-evidenza kollha, inkluż rapport ippreparat mid-Dipartiment tas-Servizzi tal-Għajnuna Soċjali (Τμήμα Υπηρεσιών Κοινωνικής Ευημερίας) dwar id-dħul u r-rekwiżiti tal-akkużat.

Limitu tad-dħul applikabbli fi proċedimenti kriminali għall-vittmi

Ġeneralment, ma tkunx il-vittma tar-reat li tagħti bidu għal proċedimenti kriminali imma l-Istat, li jħallas l-ispejjeż rilevanti. Għalhekk, m’hemm l-ebda dispożizzjoni biex tkun ipprovduta għajnuna legali mingħajr ħlas lill-vittmi.

Kundizzjonijiet oħrajn sabiex tingħata l-għajnuna legali għall-vittmi

Ġeneralment, ma tkunx il-vittma tar-reat li tagħti bidu għal proċedimenti kriminali imma l-Istat, li jħallas l-ispejjeż rilevanti. Għalhekk, m’hemm l-ebda dispożizzjoni biex tkun ipprovduta għajnuna legali mingħajr ħlas lill-vittmi.

Kundizzjonijiet oħrajn sabiex tingħata l-għajnuna legali għall-akkużati

Skont il-leġiżlazzjoni rilevanti, ir-reat li jkun akkużat bih l-akkużat irid iġorr piena ta’ sentenza ħabs ta’ mill-inqas 12-il xahar sabiex l-akkużat jikkwalifika għall-għajnuna legali. Madankollu, id-dispożizzjoni inkwistjoni ġiet ikkunsidrata bħala antikostituzzjonali u, għaldaqstant, wieħed għandu jassumi li l-faċilità ta’ għajnuna legali mingħajr ħlas teżisti fil-każijiet kollha.

Meta għandha l-parti li titlef tħallas l-ispejjeż tal-parti li tirbaħ?

Ġeneralment, il-parti li titlef tħallas l-ispejjeż tal-parti l-oħra, għalkemm il-kwistjoni tal-ispejjeż taqa’ taħt id-diskrezzjoni tal-qorti, li tista’ tordna mod ieħor.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDrittijiet u spejjeż tal-qrati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDejta statistika (Grieg)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDejta statistika (Ingliż)

Dokumenti relatati

Ir-rapport ta’ Ċipru fuq l-Istudju dwar it-Trasparenza tal-IspejjeżPDF(555 Kb)en

L-aħħar aġġornament: 23/07/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-ispiża tal-proċedimenti - Latvja

Din il-paġna tagħtik informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-ġustizzja fil-Latvja.

Qafas regolatorju li jirregola t-tariffi tal-professjonisti legali

1. Bailiffs

It-tariffi għas-servizzi tal-bailiffs ċertifikati (zvērināti tiesu izpildītāji) jiġu stabbiliti skont ir- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidarati statutorji. Mhux permess li jintlaħaq ftehim dwar ħlas ta’ tariffi differenti mir-rata statutorja.

2. L-Avukati

Id-drittijiet għas-servizzi pprovduti minn avukati ċertifikati (zvērināti advokāti) fil-Latvja mhumiex fissi, ħlief f'każijiet meta l-istat jagħti l-għajnuna legali; l-avukat ċertifikat jiftiehem mal-klijent dwar id-drittijiet li għandhom jitħallsu.

Skont l-Artikolu 57 tal- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar l-Avukati (Advokatūras likums), l-avukati ċertifikati jridu jikkonkludu ftehim bil-miktub mal-klijent li jgħid li l-avukat se jidher għall-klijent fil-kawża u jistabbilixxi d-drittijiet dovuti.

F'każ ta' nuqqas ta' qbil fejn ma jkunx hemm ftehim miktub, l-ammont li jrid jitħallas fi drittijiet tal-avukati jista' jkun id-doppju tal-ammont stabbilit fil-leġiżlazzjoni dwar il-ħlas tal-għajnuna mill-Istat, u spejjeż oħra jistgħu jiġu determinati skont il-limiti imposti f'dik il-leġiżlazzjoni.

L-Artikolu 12 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar l-Avukati jistipula li f’każijiet stipulati mil-liġi, l-istat ikopri d-drittijiet li jitħallsu lill-avukati u spejjeż oħrajn relatati. Il-leġiżlazzjoni dwar l-għajnuna legali (l- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar l-Għajnuna mill-Istat (Valsts nodrošinātās juridiskās palidzības likums) u l- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar il-Proċedura Kriminali) (Kriminālprocesa likums)) jistabbilixxi ċ-ċirkostanzi li fihom tista' tingħata l-għajnuna legali, fil-kawżi ċivili, amministrattivi u kriminali l-għajnuna mogħtija titħallas mill-Istat.

L-ispejjeż u n-nefqa għall-għajnuna legali jiġu koperti mill-Istat skont ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegolament tal-Kabinett Nru 1493 tat-22 ta' Diċembru 2009 li jistipula l-kamp ta' applikazzjoni tal-għajnuna legali mill-istat, l-ammont li jitħallas, l-ispejjeż relatati u l-proċedura tal-ħlas. Ir-regolament jistipula rati fissi għad-drittijiet li jitħallsu (ammont fiss jew rata fis-siegħa) mill-istat lil min jipprovdi l-għajnuna legali f’konformità mal-proċedura stabbilita. Ara wkoll it-tweġibiet għall-mistoqsijiet ta' hawn taħt.

Spejjeż fissi

Spejjeż fissi fi proċedimenti ċivili

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti ċivili

L-ispejjeż fissi għall-partijiet jinkludu t-tariffi tal-Istat, tariffa tal-kanċellerija u l-ispejjeż assoċjati mal-eżaminazzjoni tal-każ.

L-istadju fil-proċedimenti ċivili fejn għandhom jitħallsu l-ispejjeż fissi

Ir-rikors irid jiġi akkumpanjat minn dokumenti li jiċċertifikaw li tħallsu t-tariffi tal-Istat u spejjeż oħra tal-qorti skont il-proċedura stabbilita mil-liġi.

It-tariffa għax-xogħol tal-qorti (it-tariffa tal-Istat) u t-tariffa tal-kanċellerija jridu jitħallsu lit-Teżor tal-Istat kif ġej:

  • Benefiċjarju: It-Teżor tal-Istat (Valsts kase)
  • Numru ta' reġistrazzjoni tat-taxxa tal-benefiċjarju: 90000050138
  • Numru tal-kont tal-benefiċjarju: LV55TREL1060190911200
  • Il-Bank tal-benefiċjarju: It-Teżor tal-Istat (Valsts kase)
  • Kodiċi għall-Identifikazzjoni tan-Negozju  TRELLV22
  • Messaġġ: hawnhekk trid tiddaħħal id-dejta li tidentifika l-kawża.

It-tariffi pagabbi għall-eżami tal-każ iridu jitħallsu qabel ma jibda jiġi trattat il-każ.

L-ammonti pagabbli lix-xhieda u lill-esperti (biex iwettqu spezzjonijiet jew jeżaminaw lix-xhieda fil-post) u l-ispejjeż tan-notifiki, il-pubblikazzjoni tal-avviżi fil-gazzetti u l-garanziji għat-talbiet jridu jitħallsu mill-parti li titlob għalihom qabel ma jibda l-każ.

Il-parti li titlob għal dawn il-miżuri trid tħallas l-ispejjeż li ġejjin qabel ma jibda l-każ:

  • l-ammonti pagabbli lix-xhieda u l-esperti;
  • l-ispejjeż marbuta max-xhieda jew l-ispezzjonijiet fuq il-post;
  • l-ispejjeż għan-notifiki tal-qorti;
  • l-ispejjeż marbuta mat-tfittxija għall-konvenut;
  • l-ispejjeż ta' pubblikazzjoni tal-avviżi fil-gazzetti;
  • l-ispejjeż involuti fl-għotja ta' garanzija minħabba t-talbiet.

Il-pagamenti marbuta mad-deċiżjoni tal-każ f'qorti distrettwali jew tal-belt (rajona (pilsētas) tiesa) jew qorti reġjonali (apgabaltiesa) jridu jitħallsu fil-kont tal-Uffiċċju tal-Qrati:

  • Benefiċjarju: L-Uffiċċju tal-Qrati (Tiesu administrācija)
  • Numru tal-kont tal-benefiċjarju: LV51TREL2190458019000
  • Numru ta' reġistrazzjoni tat-taxxa tal-benefiċjarju: 90001672316
  • Il-Bank tal-benefiċjarju: It-Teżor tal-Istat (Valsts kase)
  • Kodiċi għall-Identifikazzjoni tan-Negozju TRELLV22
  • Dettalji oħra li jridu jiġu nklużi: 21499 (kodiċi li jindika l-kategorija tal-pagament) u informazzjoni oħra neċessarja biex jiġi identifikat il-każ, bħan-numru tal-każ, l-isem tal-konvenut u indikazzjoni jekk huwiex persuna fiżika jew ġuridika.

Spejjeż fissi fil-proċedimenti kriminali

Spejjeż fissi għall-partijiet fil-proċedimenti kriminali

Il-konvenuti fil-proċedimenti kriminali ma jħallsux tariffi tal-qorti. Fl- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar il-Proċedura Kriminali (Kriminālprocesa likums) mhemmx tariffi għall-proċedimenti kriminali. Il-Paragrafu 8 tad-dispożizzjonijiet tranżitorji tal-att jistipula li t-talbiet ċivili li jitressqu fi proċeduri kriminali qabel ma l-liġi tkun daħlet fis-seħħ, jiġu trattati bħala talbiet għal danni. Meta r-rikorrent ċivili ma jkunx il-vittma, jew il-konvenut ċivili ma jkunx l-akkużat, it-talba ċivili issa għandha tiġi trattata skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Liġi tal-Proċedura Ċivili (Civilprocesa likums). Xahar wara d-dħul fis-seħħ tal-Att, l-uffiċjal li jkun beda l-proċedimenti (procesa virzītājs) għandu jinforma lill-partijiet skont il-każ.

Stadju tal-proċediment kriminali fejn għandhom jitħallsu l-ispejjeż fissi

Ara t-tweġiba mogħtija aktar 'il fuq għall-mistoqsija dwar l-ispejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kriminali.

Spejjeż fissi fi proċedimenti kostituzzjonali

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kostituzzjonali

Ma hemmx tariffi tal-qorti fl-ebda stadju tal-proċedimenti kostituzzjonali.

Stadju tal-proċediment kostituzzjonali fejn għandhom jitħallsu l-ispejjeż fissi

Ma hemmx tariffi tal-qorti fl-ebda stadju tal-proċedimenti kostituzzjonali.

Informazzjoni li trid tingħata minn qabel mir-rappreżentanti legali

Id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet

Skont il-Paragrafu 2.2 tal- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi ta' Etika tal-Avukati Ċertifikati Latvjani (Latvijas Zvērinātu advokātu Ētikas kodekss), l-avukati għandhom jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar il-każ ta’ klijent b’mod professjonali u bil-miftuħ u għandhom jipprovdu l-għajnuna legali rilevanti. Barra minn hekk, il-Paragrafu 3.1 tal-Kodiċi jistipula li l-avukati ma għandhomx jaħdmu f'każijiet li jinvolvu kwistjonijiet li ma jkunux kompetenti dwarhom jew li fir-rigward tagħhom ma jkunux kapaċi jaqdu dmirijiethom kif xieraq. Għaldaqstant, qabel jaċċetta każ, avukat għandu jiffamiljarizza ruħu maċ-ċirkostanzi tal-każ ikkonċernat u jipprovdi opinjoni. L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar l-Avukati jimponi wkoll dmirijiet fuq l-avukati ċertifikati: pereżempju, iridu jużaw kull mezz u metodu previsti bil-liġi meta jiddefendu u jirrappreżentaw id-drittijiet u l-interessi leġittimi tal-persuna li tkun talbet l-għajnuna legali.

Sorsi tal-ispejjeż

Minn fejn insib informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fil-Latvja?

L-informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż tinsab fil-liġijiet u r-regolamenti tal-Kabinett fuq l-internet u fil-fuljetti ta' tagħrif tal-qrati.

F'liema lingwi nista' nikseb informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fil-Latvja?

L-informazzjoni dwar is-sors tal-ispejjeż li jridu jitħallsu meta jsir ir-rikors (mingħajr indikazzjoni ta' ammonti speċifiċi) tinsab fil-lingwi kollha tal-UE fuq is-sit elettroniku tan-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaNetwerk Ġudizzjarju Ewropew fl-oqsma ċivili u kummerċjali (ara t-taqsima "Kif tressaq każ il-qorti").

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar il-medjazzjoni?

Tista' ssib informazzjoni dwar il-medjazzjoni fuq is-sit elettroniku Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMediācija.lv.

Minn fejn nista' nsib aktar informazzjoni dwar l-ispejjeż?

Is-sit elettroniku b'informazzjoni dwar l-ispejjeż

Informazzjoni dwar l-ispejjeż tinsab fuq il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPortal tal-Qrati tal-Latvja.

Hemm ukoll is-sit elettroniku uffiċċjali tal- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja. Is-sit jipprovdi aċċess għal informazzjoni dwar il-qrati, il-proċedimenti tal-qrati, is-sentenzi tal-qrati amministrattivi u oħrajn, u tagħrif mixxellanju ieħor.

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar it-tul medju li jieħdu proċeduri differenti?

Din l-informazzjoni tinsab fir-rapporti statistiċi fuq il-ħidma tal-qrati li jinsabu fuq is-sit elettroniku tas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSistema ta' Informazzjoni tal-Qrati (Tiesu informācijas sistēma).

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar l-ispiża medja totali għal proċedimenti partikolari?

Ma hemmx dejta dwar l-ispiża medja totali ta' proċediment partikolari.

It-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT)

Kif tingħata din l-informazzjoni?

It-tariffi tal-gvern u tal-qorti huma eżenti mill-VAT.

X'rati japplikaw?

It-tariffi tal-gvern u tal-qorti huma eżenti mill-VAT.

L-għajnuna legali

Il-limitu applikabbli ta'dħul fil-qasam tal-ġustizzja ċivili

Skont l- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar l-Għajnuna Legali (Valsts nodrošinātās juridiskās palidzības likums) l-Istat jagħti għajnuna legali lil persuni li:

  • ġew meqjusa bħala foqra jew f'diffikultà materjali skont ill-proċeduri rilevanti stabbiliti mil-liġi;
  • għall-għarrieda jsibu ruħhom f'sitwazzjonijiet u f'ċirkostanzi finanzjarji li ma jippermettulhomx li jiddefendu d-drittijiet tagħhom (pereżempju minħabba force majeure jew ċirkostanzi oħrajn lil hinn mill-kontroll tagħhom);
  • ikunu dipendenti għal kollox mill-Istat jew mill-awtoritajiet lokali

F’każijiet fejn minħabba s-sitwazzjoni partikolari, iċ-ċirkostanzi materjali jew il-livell tad-dħul, il-persuni ma jkunux jistgħu jipprovdu għad-difiża legali tagħhom, l-għajnuna legali tingħata wkoll lil persuni li:

  • għandhom dritt għall-għajnuna legali mir-Repubblika tal-Latvja bis-saħħa tal-obbligi internazzjonali tal-Latvja;
  • fil-każ ta’ tilwimiet transfruntiera, ikunu domiċiljati jew residenti abitwali fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.

L-għajnuna legali tingħata wkoll għal kawżi amministrattivi (appelli kontra deċiżjonijiet fuq l-ażil, deċiżjonijiet dwar ordnijiet ta' ripatrijazzjoni u deċiżjonijiet dwar ir-rieżami ta' ordnijiet ta' tkeċċija obbligatorja).

L-applikazzjonijiet għall-għajnuna legali jiġu evalwati mill- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju għall-Għajnuna Legali (Juridiskās palīdzības administrācija), li jagħti deċiżjonijiet fejn jilqa' jew jiċħad l-għajnuna legali u javża lill-applikant skont il-każ.

Il-limitu applikabbli ta'dħul fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-akkużati

Skont l-Artikoli 17 u 19 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar l-Għajnuna Legali, il-persuni li għandhom id-dritt għal avukat fi proċeduri kriminali jistgħu japplikaw għall-għajnuna legali qabel tidħol fis-seħħ is-sentenza finali tal-qorti. Fil-proċeduri kriminali, l-għajnuna legali mill-Istat tipprovdi għal konsultazzjoni, assistenza fit-tħejjija tad-dokumenti proċedurali u rappreżentazzjoni fil-proċeduri ta' qabel il-proċess u matul il-proċess. F'ċerti ċirkostanzi pprovduti fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar il-Proċedura Kriminali l-Istat jaħtar avukat biex jidher f'isem l-akkużat.

Skont l-Artikolu 20 tal- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar il-Proċedura Kriminali, persuni suspettati jew akkużati b'reat għandhom id-dritt li jiddefendu lilhom infushom, jiġifieri d-dritt li jkunu jafu b'liema reat huma suspettati jew akkużat bih, u d-dritt li jagħżlu kif għandha titmexxa d-difiża tagħhom. Dawn il-persuni jistgħu jeżerċitaw dan id-dritt billi jidhru f'isimhom jew billi jaħtru persuna tal-għażla tagħhom biex tidher f'isimhom. Il-persuna li tidher f'isimhom tista' tkun avukat bil-warrant. Il-liġi tispeċifika ċerti okkażjonijiet fejn ir-rappreżentazzjoni minn avukat bil-warrant hija obbligatorja. Jekk l-akkużat ma jkollux biżżejjed mezzi biex iqabbad avukat, u ma jilħaqx ftehim ma' avukat li huwa lest jidher għalih fil-proċess, l-Istat jassigura li jkollhom avukat, billi jordna l-ħlas tal-ispejjeż tad-difiża mill-fondi tal-Istat u jiddeċiedi liema parti, jekk ikun il-każ, minn dik is-somma trid titħallas mill-akkużat.

Skont l-Artikolu 80 tal- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar il-Proċedura Kriminali, l-akkużat innifsu jew persuna oħra f'ismu tista' jiftiehem ma' avukat. L-uffiċjali li beda l-proċedimenti (procesa virzītājs) ma jistax jidħol f'xi ftehim jew iqabbad avukat partikolari, iżda jrid jinforma lill-akkużat u jagħtih iċ-ċans iqabbad avukat huwa stess. Jekk l-akkużat ma jidħolx fi ftehim f'każ fejn il-preżenza ta' avukat hija obbligatorja, jew f'każijiet oħra fejn l-akkużat jixtieq ikollu avukat, l-uffiċjal jitlob lill-avukat anzjan biex jipprovdi avukat għall-akkużat. Fi żmien tlett ijiem minn meta jirċievi t-talba mingħand l-uffiċjal, l-avukat anzjan irid jinfurmah bl-isem tal-avukat li se jkun qed jassisti lill-akkużat.

L-Artikolu 81 tal- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar il-Proċedura Kriminali, li jirregola l-passi proċedurali speċjali, ikompli jgħid li jekk ma jkunx hemm ftehim dwar id-difiża, jew jekk l-avukat imqabbad ma jkunx jista' jattendi għad-diversi stadji tal-proċedura, il-prosekutur irid iqabbad avukat għall-akkużat f'kull stadju separat tal-proċedura (f'kull investigazzjoni li fihom huwa involut l-akkużat) mir-roster ta' avukati mħejjija mill-avukat anzjan għal qasam ta' ġurisdizzjoni tal-qorti.

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 84(2) tal- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar il-Proċedura Kriminali, meta persuna ma tkunx laħqet ftehim dwar id-difiża tagħha, l-ammont u l-proċedura tal-ħlas ta' drittijiet u spejjeż għas-servizzi tal-avukat tal-għajnuna legali jiġu ddeterminati mill-Kabinett (ara r- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegolament tal-Kabinett Nru 1493 tat-22 ta' Diċembru 2009 li jistipula l-kamp ta' applikazzjoni tal-għajnuna legali, l-ammont li jitħallas, l-ispejjeż relatati u l-proċedura tal-ħlas).

Il-limitu applikabbli ta' dħul fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-vittmi

Fil-proċeduri kriminali, il-vittmi jistgħu jirċievu għajnuna legali, pereżempju avukat biex jidher f'isimhom, li jiġu maħtur skont il-proċedura stabbilita fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar il-Proċedura Kriminali u fil-każijiet indikati hemmhekk.

Barra minn hekk, l-Artikolu 104(5) tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tal-Proċedura Kriminali jistipula li l-prosekutur jista’ jiddeċiedi li jaħtar avukat biex jirrappreżenta persuna minorenni fil-każijiet li ġejjin:

  • jekk il-ħarsien tad-drittjiet u l-interessi tal-minuri qed jiġu mxekkla jew mhux qed jiġu garantiti;
  • jekk issir talba raġonevoli mir-rappreżentant tal-familja tal-minuri (l-omm, il-misser jew it-tutur, in-nanniet, l-aħwa li għalqu 18-il sena) ma' min jgħix u min jieħu ħsieb il-minuri, jew minn rappreżentant ta' istituzzjoni tal-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal, jew minn rappreżentant ta' xi organizzazzjoni mhux governattiva li tipprovdi protezzjoni għad-drittijiet tat-tfal.

F'ċirkostanzi eċċezzjonali, jekk fi proċedimenti kriminali mhux possibbli xorta oħra li jiġu mħarsa d-drittijiet u l-interessi ta' vittma f'qagħda finanzjarja ħażina, il-prosekutur jista' jiddeċiedi li jqabbad avukat għal dik il-persuna. F'każijiet bħal dawn l-ammont u l-proċedura tal-ħlas għas-servizzi ta’ avukat huma stipulati mill-Kabinett tal-Ministri (ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidar-Regolament tal-Kabinett Nru 1493 tat-22 ta' Diċembru 2009 li jistipula l-kamp ta' applikazzjoni tal-għajnuna legali, l-ammont li jitħallas, l-ispejjeż relatati u l-proċedura tal-ħlas).

F'dawn iċ-ċirkostanzi, l-Istat jagħti l-għajnuna legali lill-persuna rikonoxxuta bħala vittma (għajnuna bit-tfassil tad-dokumenti għall-qorti u r-rappreżentazzjoni fil-proċedimenti ta' qabel u waqt il-proċess).

Kundizzjonijiet oħra marbuta mal-għoti ta' għajnuna legali lill-vittmi

Ara l-informazzjoni mogħtija hawn fuq dwar il-livell limitu ta' dħul għall-vittmi fil-qasam tal-ġustizzja kriminali.

Kundizzjonijiet oħra marbuta mal-għoti ta' għajnuna legali lill-akkużati.

Ara l-informazzjoni mogħtija hawn fuq dwar il-livell limitu ta' dħul għall-akkużati fil-qasam tal-ġustizzja kriminali.

Proċedimenti tal-qorti mingħajr ħlas

Dawn li ġejjin huma eżenti mill-ħlas tat-tariffi tal-qorti lill-Istat:

  • ir-rikorrenti fir-rigward ta' talbiet kontra min iħaddimhom għall-irkupru ta' ħlas għax-xogħol imwettaq u talbiet oħra marbuta ma' relazzjonijiet tax-xogħol skont il-liġi;
  • ir-rikorrenti fir-rigward ta' talbiet ġejjin minn kuntratti għat-twettiq ta' xogħol, jekk ir-rikorrent huwa persuna li qiegħda l-ħabs;
  • ir-rikorrenti fir-rigward ta' talbiet ġejjin minħabba korrimenti personali li wasslu għall-mutilazzjoni, jew ħsara oħra għas-saħħa, jew il-mewt;
  • ir-rikorrenti fir-rigward ta' talbiet għall-ikupru ta' ħlas ta' manteniment tat-tfal jew tal-ġenitur, u talbiet għad-determinazzjoni taċ-ċħid tal-paternità jekk it-talba ssir flimkien ma' talba għall-manteniment tat-tfal;
  • l-applikant fi kwistjonijiet marbuta mar-rikonoxximent, jew ir-rikonoxxment u l-eżekuzzjoni, ta' deċiżjoni barranija dwar l-irkupru ta' ħlas tal-manteniment tat-tfal jew tal-ġenitur;
  • ir-rikorrenti fir-rigward ta' talbiet għal kumpens għat-telf materjali u dannu morali minħabba reati kriminali;
  • il-prosekuturi, l-awtoritajiet tal-Istat jew lokali, u l-persuni li huma legalment intitolati jiddefendu fil-qorti d-drittijiet u l-interessi protetti bil-liġi ta' persuni oħra;
  • l-applikanti fi kwistjonijiet marbuta ma' deċiżjoni li ssib li persuna ma kellhiex il-kapaċità legali jew fejn ġie maħtur tutur;
  • l-applikanti fi kwistjonijiet marbuta mal-ħatra ta' kustodju għal persuna minħabba stil ta' ħajja b'infiq bla rażan jew nuqqas ta' għaqal jew użu eċċessiv ta' alkoħol jew drogi;
  • il-konvenuti fi kwistjonijiet marbuta mat-tnaqqis fil-manteniment ordnat minn qorti għat-tfal jew ġenitur u t-tnaqqis fil-ħlas tal-manteniment li l-qorti tordna li jingħata f'każ ta' talba minħabba korriment personali li jirriżulta f'mutilazzjoni jew dannu ieħor;
  • l-applikanti f'każ ta' minuri li jkun ġie trasferit illegalment f'pajjiż ieħor jew miżmum;
  • l-amministraturi fir-rigward ta' talbiet li jitressqu għall-benefiċċju tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi fi stat ta' falliment, u amministraturi li jressqu applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' falliment ta' persuni ġuridiċi fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 3 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaArtikolu 51 tal-Att dwar il-Fallimenti (Maksātnespējas likums);
  • il-parti li tkun rebħet il-kawża, f'kawża ta' eżekuzzjoni marbuta mal-irkupru ta' pagamenti għad-dħul tal-Istat;
  • il-parti li tkun rebħet il-kawża, f'kawża ta' eżekuzzjoni fejn l-irkupru jrid iseħħ permezz ta' dokument wieħed li jippermetti l-eżekuzzjoni tat-talba fl-Istat Membru rikjest;
  • id-dipartimenti tat-taxxa u tas-sisa, f'applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni tal-falliment ta' persuna ġuridika;
  • l-Uffiċċju taċ-Ċittadinanza u l-Affarijiet ta' Migrazzjoni ((Pilsonības un migrācijas lietu pārvalde), f'każijiet ta' ċaħda taċ-ċittadinanza Latvjana;
  • l-Aġenzija tal-Istat għas-Sigurtà Soċjali ((Valsts sociālās apdrošināšanas aģentūra), f'każijiet ta' rkupru tar-riżorsi finanzjarji għall-baġit tal-Istat fir-rigward tas-servizzi tas-sigurtà soċjali, jew ħlas żejjed tal-benefiċċji soċjali u servizzi tas-sigurtà soċjali, jew il-ħlas ta' benefiċċji tas-sigurtà soċjali marbuta ma' inċidenti tat-traffiku.

Il-partijiet jistgħu jiġu eżenti wkoll mill-ħlas tal-ispejjeż tal-qorti lill-Istat f'każijiet oħra previsti mil-liġi. Wara li jqis il-qagħda finanzjarja ta' persuna fiżika, qorti jew imħallef tista' teżentaha totalment jew parzjalment mill-ħlas tal-ispejjeż tal-qorti li jmur lil-Istat, jipposponi l-ħlas tagħhom jew jordna l-ħlas bin-nifs.

Il-parti telliefa meta trid tħallas l-ispejjeż tal-parti rebbieħa?

Il-parti rebbieħa ta' kawża tista' tirkupra mill-parti l-oħra l-ispejjeż tal-qorti kollha li tkun ħarġet. Jekk it-talba tagħha tkun ġiet milqugħa biss parzjalment, l-ispejjeż jiġu rkuprati proporzjonalment sa fejn ġiet milqugħa t-talba mill-qorti. Il-konvenut jingħata rimborż proporzjonalment skont il-parti tat-talba miċħuda fil-kawża. Meta s-sentenza tkun ingħatat b'kontumaċja, it-tariffi tal-Istat għal rikors għall-ftuħ mill-ġdid ta' proċedimenti tal-qorti u sentenza ġdida tal-kawża ma jingħatawx lura.

Jekk ir-rikors tar-rikorrent jiġi milqugħ kollu jew parzjalment, il-konvenut jintalab iħallas, sa fejn previst mil-liġi, l-ispejjeż li ġġarrab ir-rikorrent biex ippreżenta l-kawża l-qorti, pereżempju d-drittijiet tal-avukati, l-ispejjeż marbuta mad-dehriet il-qorti, jew l-ispejjeż marbuta mal-kumpilazzjoni tal-provi. Jekk ir-rikors jiġi miċħud, il-qorti tordna lir-rikorrent biex iħallas l-ispejjeż tal-konvenut biex iddefenda l-kawża.

It-tariffi tal-esperti

It-tariffi tal-esperti jridu jitħallsu, qabel tingħata s-sentenza, mill-parti li tkun talbet għas-servizzi tal-espert. Parti fil-kawża eżenti mill-ispejjeż tal-qorti ma tridx tħallas l-ispejjeż tal-espert. F'dan il-każ, it-tariffi għas-servizzi tal-esperti (iżda mhux għall-esperti fix-xjenza forensika tal-Istat) jitħallsu mir-Reġistru tal-Qorti.

It-tariffi tat-tradutturi u tal-esperti

Meta l-partijiet f'kawża ma jkollhomx għarfien tal-lingwa tal-proċedimenti - sakemm ma jkunux jirrappreżentaw persuni ġuridiċi - il-qorti trid tiżgura li jkunu familjari mad-dokumenti tal-kawża u jieħdu sehem fil-proċedimenti bl-għajnuna ta' interpretu.

Annessi relatati

Ir-Rapport tal-Latvja dwar l-Istudju dwar it-Trasparenza tal-IspejjeżPDF(742 Kb)en

L-aħħar aġġornament: 07/06/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-ispiża tal-proċedimenti - Litwanja

Din il-paġna tipprovdilek informazzjoni dwar l-ispejjeż ġudizzjarji fil-Litwanja.

Regolamentazzjoni tad-drittijiet tal-professjoni legali

  1. Solicitors(avukati li ma jidhrux il-qorti)

Ma hemmx din tip ta’ professjoni fil-Litwanja.

  1. Avukati

Id-drittijiet tal-avukati mhumiex regolati fil-Litwanja. Dawn ivarjaw skont il-livell tal-kumplessità tal-każ u tar-riżorsi involuti. Madankollu, id-drittijiet ma jistgħux ikunu ogħla mill-ammont massimu stabbilit b’rakkomandazzjonijiet approvati mill-Ministru tal-Ġustizzja u c-Chairman tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni tal-Avukati tal-Litwanja (Lietuvos advokatų tarybos pirmininkas).

  1. Barristers (avukati li jidhru l-qorti)

Ma hemmx din tip ta’ professjoni fil-Litwanja.

  1. Bailiffs (uffiċċjal ġudizzjarju)

Il-bailiffs għandhom rwol biss jekk id-debitur ma jikkonformax mas-sentenza u jridu jiġu prodotti dokumenti eżegwibbli bil-liġi. L-ammont, il-ħlas ta’ u l-eżenzjoni mill-ispejjeż tal-eżekuzzjoni huma regolati mill- Istruzzjonijiet għall-Eżekuzzjoni tas-sentenza. L-ispejjeż tal-eżekuzzjoni kollha jridu jitħallsu mill-kreditur skont is-sentenza. Id-drittijiet tal-bailiff jiġu rkuprati mid-debitur waqt jew wara l-eżekuzzjoni tas-sentenza.

L-ammont tad-drittijiet jiddependi fuq it-tip ta’ eżekuzzjoni mitluba u n-numru ta’ drabi li tiġi pprovduta. Xi spejjeż tal-infurzar huma fissi: uħud iqumu LTL 60 fis-siegħa u xi wħud huma determinati fuq bażi ta’ perċentwali tal-valur tal-assi taħt eżekuzzjoni.

Spejjeż fissi

Spejjeż fissi fi proċedimenti ċivili

Spejjeż fissi għal-litiganti fi proċedimenti ċivili

L-ispejjeż tal-litigazzjonijiet fi proċeduri ċivili jikkonsistu fil-boll u spejjeż oħra: rappreżentazzjoni, notifika ta’ dokumenti tal-qorti, drittijiet tal-esperti, attestaturi/xhieda, eżekuzzjoni, eċċ. Il-boll huwa, f’ċerti każi, definit fil-kodiċi ta’ proċedura ċivili u huwa fiss. L-ispejjeż tal-litigazzjonijiet huma definiti f’taqsima VIII tal-kodiċi ta’ proċedura ċivili (Civilinio proceso kodeksas).

Stadju tal-proċediment ċivili li fih l-ispejjeż fissi għal-litiganti jridu jitħallsu

Il-boll normalment jitħallas qabel ma tiġi ppreżentata t-talba l-qorti.

Spejjeż fissi fi proċedimenti kriminali

Spejjeż fissi għal-litiganti fi proċedimenti kriminali

M’hemmx spejjeż fissi għal-litiganti fi proċedimenti kriminali.

Spejjeż fissi fi proċedimenti kostituzzjonali

Spejjeż fissi għal-litiganti fi proċedimenti kostituzzjonali

Il-proċedimenti kostituzzjonali huma mingħajr ħlas, imma mhumiex disponibbli għall-pubbliku b’mod ġenerali.

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn qabel mir-rappreżentanti legali

M’hemmx din it-tip ta’ obbligazzjoni diretta taħt il-liġi.

Spejjeż involuti li jiġu mħallsa mill-parti rebbieħa

L-ispejjeż fi proċedimenti ċivili huma definiti f’taqsima VIII tal-kodiċi ta’ proċedura ċivili.

Sorsi tal-ispejjeż

Fejn nista’ nsib informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fil-Litwanja?

Aktar informazzjoni hija disponibbli fl-anness Studju dwar il-Litwanja fir-Rapport dwar it-Trasparenza tal-IspejjeżPDF(950 Kb)en.

F’liema lingwi nista’ nakkwista informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fil-Litwanja?

L-informazzjoni hija disponibbli bl-Ingliż.

Fejn nista’ nsib informazzjoni dwar il-medjazzjoni?

Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq is-sit-elettroniku: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaProċedura tal-medjazzjoni ġudizzjarja

Għajnuna legali

Kondizzjonijiet għall-għotja ta’ għajnuna legali

Skont il-leġiżlazzjoni Litwana, hemm żewġ tipi ta’ għajnuna legali garantita mill-istat:

  1. “Għajnuna legali primarja” (pirminė teisinė pagalba) tkopri il-proviżjoni ta’ għajnuna legali skont il-proċedura stabbilita mil-Liġi li tirregola l-għajnuna legali, l-parir legali u l-abbozzar ta’ dokumenti li għandhom jiġu sottomessi lil istituzzjonijiet statali u muniċipali, bl-eċċezzjoni ta’ dokumenti proċedurali, garantiti mill-istat. L-għajnuna legali tkopri ukoll parir għar-riżoluzzjoni ta’ tilwima barra mill-qorti, azzjonijiet għar-riżoluzzjoni amikevoli ta’ tilwim u l-abbozzar ta’ ftehim ta’ riżoluzzjoni.
  2. “Għajnuna legali sekondarja” (antrinė teisinė pagalba)  tkopri l-abbozzar ta’ dokumenti, difiża u rappreżentazzjoni fil-qorti. Din tinkludi l-proċess ta’ eżekuzzjoni u rappreżentazzjoni matul l-istadju preliminari extra-ġudizzjarju ta’ tilwima – fejn din it-tip ta’ proċedura tkun meħtieġa bil-liġi jew b’deċiżjoni tal-qorti. L-għajnuna legali tkopri ukoll l-ispejjeż tal-litigazzjoni li jirriżultaw minn proċedimenti ċivili, l-ispejjeż li jirriżultaw minn proċedimenti amministrattivi, u l-ispejjeż relatati mas-smiegħ ta’ kawża ċivili mqajma f’każ kriminali.

Iċ-ċittadini kollha tar-Repubblika tal-Litwanja, ċ-ċittadini ta’ stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea, persuni naturali oħra li joqgħodu legalment il-Litwanja jew stati membri, u persuni oħra speċifikati fi trattati internazzjonali li għalihom il-Litwanja hija firmatarja huma eliġibbli għall-għajnuna legali primarja irrispettivament mid-dħul tagħhom.

Iċ-ċittadini kollha tar-Repubblika tal-Litwanja, ċ-ċittadini ta’ stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea u persuni naturali oħra li joqgħodu legalment fir-Repubblika tal-Litwanja jew stati membri oħra jistgħu japplikaw għall-għajnuna legali sekondarja. Biex wieħed jirċievi l-għajnuna legali sekondarja, il-proprjetà u d-dħul annwali tal-persuna ma jridx jaqbeż il-livelli ta’ proprjetà u ta’ dħul stabbiliti mill-gvern fil-Liġi li tirregola l-għajnuna legali garantita mill-istat.

Għalhekk sistema ta’ limitu komuni hija użata meta tiġi eżaminata l-indiġenza (ammont massimu li taħtu applikant jitqies li huwa fil-bżonn).

Intitolament għall-għajnuna legali

Il-gvern stabbilixxa żewġ livelli ta’ proprjetà u dħul li japplikaw. Il-proprjetà u d-dħul tal-applikanti m’għandhomx jaqbżu l-ewwel jew it-tieni livell definiti mil-liġi. Barraminhekk, id-dħul nett annwali tal-applikanti (matul l-aħħar tnax-il xahar) m’għandux jaqbeż l-ewwel jew it-tieni livelli ta’ dħul definiti fil-liġi Litwana.

L-indiġenza m’hijiex l-uniku kriterju użat biex tiġi determinata l-abbiltà ta’ persuna li tirċievi l-għajnuna legali sekondarja.

L-ewwel livell ta’ intitolament għall-għajnuna legali huwa stabbilit meta d-dħul ta’ persuna kull sena ma jaqbiżx Litas 8,000 (€2,318.8) flimkien ma’ Litas 3,000 (€869.6) għall kull persuna dipendenti. It-tieni livell ta’ intitolament għall-għajnuna legali huwa stabbilit meta d-dħul ta’ persuna kull sena ma jaqbiżx Litas 12,000 (€3,478.2) flimkien ma’ Litas 4,400 (€1,275.3) għal kull persuna dipendenti. L-obbligazzjonijiet tal-applikant lejn il-persuni dipendenti tiegħu jew tagħha mhumiex meqjusa għall-iskop tal-eżaminazzjoni tal-indiġenza.

L-ammont ta’ għajnuna legali sekondarja, wara li jitqiesu l-proprjetà u d-dħul ta’ persuna, ikun garantit u kopert mill-istat kif ġej:

  1. 100 fil-mija – fejn l-ewwel livell ikun stabbilit fuq bażi tal-proprjetà u d-dħul tal-persuna
  2. 50 fil-mija – fejn it-tieni livell ikun stabbilit fuq bażi tal-proprjetà u d-dħul tal-persuna.

L-istat għandu jiggarantixxi u jkopri 100 fil-mija tal-ispejjeż tal-għajnuna legali sekondarja pprovduta lil nies speċifikati f’artikolu 12 ta’ din il-liġi (ara aktar ‘l isfel). Din titħallas mingħajr ma jitqiesu l-proprjetà u d-dħul tal-persuna. L-eċċezzjoni hija nies (imsemmija f’subparagrafu 6 ta' artikolu 12 tal-liġi) li jistgħu liberament jiddisponu mill-proprjetà u d-dħul. Dawn huma assenjati lit-tieni livell. Hawnhekk, l-istat jiggarantixxi u jkopri 50 fil-mija tal-ispejjeż tal-għajnuna legali sekondarja.

Xi gruppi ta’ persuni huma eliġibbli għall-għajnuna legali sekondarja irrispettivament mill-livelli ta’ proprjetà u ta’ dħul stabbiliti mill-gvern (taħt artikolu 12 tal-liġi dwar l-għajnuna legali garantita mill-istat):

  1. Persuni fi proċedimenti kriminali (skont l-artikolu 51 tal-Kodiċi ta’ proċedura kriminali), u f’każijiet oħra speċifikati bil-liġi meta l-preżenza fiżika ta’ avukat tad-difiża tkun obbligatorja
  2. Il-vittmi f’każijiet li jinvolvu l-kumpens għad-danni sofferti minħabba azzjonijiet kriminali, inklużi każijiet fejn jinstemgħu talbiet għall-kumpens għad-danni bħala parti minn kwistjoni kriminali
  3. Persuni li jirċievu l-assistenza soċjali għal familji bi dħul baxx (residenti waħedhom) taħt il-liġi Litwanjana
  4. Persuni li jgħixu f’istituzzjonijiet ta’ kura
  5. Persuni kkonfermati li jsofru minn diżabbiltà severa; persuni li l-inkapaċità tagħhom għax-xogħol tkun ġiet rikonoxxuta; persuni li jkunu laħqu l-età tal-pensjoni, u dawk li fir-rigward tagħhom ikun ġie stabbilit livell ta’ bżonnijiet speċjali konsiderevoli. Dan jinkludi il-gwardjani (kustodji) fejn l-għajnuna legali garantita mill-istat tkun meħtieġa għar-rappreżentazzjoni u difiża tad-drittijiet u l-interessi tal-persuna taħt kustodja (tifel/tifla taħt fostering)
  6. Persuni li jkunu ppreżentaw evidenza li turi li ma jkunux jistgħu jiddisponu mill-proprjetà u l-fondi tagħhom għal raġunijiet oġġettivi u li, għal dawn ir-raġunijiet, il-proprjetà u d-dħul annwali li jkunu jistgħu jiddisponu minnhom liberament ma jaqbżux il-livelli ta’ proprjetà u dħul stabbiliti fil-liġi li tirregola l-għajnuna legali
  7. Persuni li jsofru minn diżordni mentali, meta kwistjonijiet relatati mar-rikoveru tagħhom fi sptar u t-trattament sfurzat jkunu qiegħdin jiġu kkunsidrati taħt il-liġi li tirregola l-kura tas-saħħa mentali. Dan jinkludi l-gwardjani (kustodji) tagħhom, fejn l-għajnuna legali garantita mill-istat tkun meħtieġa biex jiġu rappreżentati d-drittijiet u l-interessi ta’ tifel/tifla taħt fostering (persuna taħt kustodja)
  8. Debituri fi proċedimenti ta’ eżekuzzjoni, fejn ikun ġie mfittex l-irkupru kontra l-aħħar post ta’ residenza
  9. Ġenituri jew rappreżentanti legali oħra ta’ tfal minuri, fejn il-kwistjoni ta’ żgumbrament tkun qiegħda tiġi kkunsidrata
  10. Tfal minuri, meta japplikaw indipendentement f’qorti għad-difiża tad-drittijiet jew l-interessi tagħhom protetti minn u speċifikati fil-liġi. Dawk li jkunu żżewġu skont il-proċedura stabbilita bil-liġi jew ikunu ġew rikonoxxuti mill-qorti li jkollhom kapaċità legali huma esklużi
  11. Persuni li jkunu legalment inkapaċitati fi kwistjonijiet li jinvolvu deċiżjoni dwar il-kapaċità ta’ persuna naturali
  12. Persuni involuti fi kwistjonijiet li jikkonċernaw ir-reġistrazzjoni tat-twelid
  13. Persuni oħra fi kwistjonijiet ipprovduti fit-trattati ffirmati mir-Repubblika tal-Litwanja.

Id-drittijiet tal-espert

Il-qorti trid tħallas lill-esperti għat-telf ta’ dħul – fuq ix-xogħol jew mill-okkupazzjoni abitwali tagħhom – għal kull ġurnata li jkunu meħtieġa li jqattgħu ‘l qorti. Huma jiġu mħallsa tat-twettiq ta’ eżaminazzjoni rilevanti, u rrimborżati għal kwalunkwe spejjeż relatati ma’ li jidhru l-qorti, transport u akkomodazzjoni, flimkien ma’ allowance għall-għajxien ta’ kuljum. Parti li tissottometti petizzjoni biex jiġu msejħa esperti trid tħallas garanzija għal ammont stabbilit mill-qorti minn qabel. Jekk iż-żewġ partijiet jissottomettu petizzjonijiet għal espert(i), huma jħallsu l-garanzija f’partijiet indaqs. Il-garanzija titħallas fil-kont speċjali tal-qorti.

Jekk, f’każijiet ipprovduti fil-kodiċi ċivili Litwan (Lietuvos Respublikos civilinis kodeksas) jew f’liġijiet oħra, il-qorti ssejjaħ xhieda (liudytojai) jew esperti (ekspertai) fuq inizjattiva tagħha stess , l-ispejjeż għandhom jiġu mħallsa mill-baġit tal-istat. Dan jista’ jinvolvi l-ordni ta’ eżaminazzjoni jew it-twettiq ta’ spezzjoni tax-xena ta’ avveniment.

Meta jkun qiegħed jiġi stabbilit id-daqs tal-garanzija, l-ammont ta’ spejjeż futuri għandu jiġi kkunsidrat. Il-qorti tħallas l-ammonti lill-esperti meta jkunu wettqu d-dmirijiet tagħhom. Il-qorti għandha ukoll tħallas lil istituzzjonijiet ta’ esperti għat-twettiq ta’ eżaminazzjoni skont fattura ippreżentata wara li l-eżaminazzjoni tkun twettqet. Dawn l-ammonti jitħallsu mill-kont speċjali tal-qorti, miftuħ f’bank skont il-lokalizzazzjoni tal-qorti. L-ammonti mħallsa lill-esperti jew lill-istituzzjonijiet ta’ esperti għandhom, meta ma tkun inġabret l-ebda garanzija, ikunu mħallsa mill-kont speċjali tal-qorti u mħallsa mill-parti li s-sentenza tkun ġiet deċiża kontriha, jew mill-partijiet proporzjonalment għad-daqs tat-talbiet sodisfatti jew rifjutati. Il-Ministeru tal-Ġustizzja jistabbilixxi d-daqsijiet massimi ta’ dawn l-ispejjeż.

Id-drittijiet tat-tradutturi u l-interpreti

Il-qorti tirrimborża t-tradutturi għat-telf ta’ dħul – li jirriżulta mill-assenza tagħhom mix-xogħol jew mill-okkupazzjoni abitwali tagħhom – għal kull ġurnata li jkunu meħtieġa li jqattgħu ‘l qorti. It-tradutturi għandhom jitħallsu għax-xogħol ta’ traduzzjoni tagħhom, u rrimborżati għal kwalunkwe spejjeż li jkollhom sabiex jidhru l-qorti, transport, akkomodazzjoni u allowance għall-għajxien ta’ kuljum. Parti li tissottometti dokumenti l-qorti u tkun teħtieġ li jiġi tradotti f’lingwa barranija għandha tħallas minn qabel garanzija tal-ammont stabbilit mill-qorti.

Il-qorti għandha tħallas lit-tradutturi mill-fondi tal-baġit tal-istat allokati għal dan, barra ammonti mħallsa lit-tradutturi għal traduzzjoni f’lingwa barranija ta’ dokumenti tal-qorti sottomessi mill-partijiet. L-ispiża ta’ servizzi ta’ interpretazzjoni/traduzzjoni matul is-seduta tal-qorti għandhom ikunu koperti mill-baġit tal-istat. Il-Ministeru tal-Ġustizzja stabbilixxa l-ammont massimu ta’ din l-ispiża.

Dokumenti relatati

Ir-rapport tal-Litwanja dwar l-Istudju dwar it-Trasparenza tal-ispejjeżPDF(950 Kb)en

L-aħħar aġġornament: 07/06/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.

L-ispiża tal-proċedimenti - Lussemburgu

Din il-paġna tagħti xi informazzjoni dwar l-ispejjeż ġudizzjarji fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu.

Dispożizzjonijiet li jirrigwardaw id-drittijiet tal-professjonijiet legali

Huissiers de justice (Uffiċjali tal-qrati)

Regolament tal-Gran Dukat jirregola d-drittijiet tal-uffiċjali tal-qrati. Dan huwa r-Regolament tal-Gran Dukat tal-24 ta' Jannar 1991 li jiddetermina t-tariffi tal-uffiċjali tal-qrati. Tistgħu ssibu informazzjoni fuq dan is-suġġett fis-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-uffiċjali tal-qrati tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu.

Avukati

Bis-saħħa tal-Artikolu 38 tal-liġi emendata tal-10 ta' Awwissu 1991 dwar il-professjoni ta' avukat, huwa l-avukat li jistabbilixxi l-ammont tad-drittijiet tiegħu u jikkalkula l-ispejjeż professjonali tiegħu. Fl-iffissar tad-drittijiet tiegħu, l-avukat jieħu inkunsiderazzjoni d-diversi karatteristiċi tal-każ, bħalma huma l-importanza tal-każ, il-grad ta' diffikultà, ir-riżultat miksub u s-sitwazzjoni finanzjarja tal-klijent. Fil-każijiet fejn l-ammont jaqbeż il-livelli raġonevoli, il-Conseil de l'Ordre (il-Kunsill tal-Kamra tal-Avukati) jnaqqas dak l-ammont, wara li jkun eżamina d-diversi elementi tal-każ li qed jiġi kkunsidrat. Tistgħu ssibu informazzjoni fuq dan is-suġġett fis-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-avukati tal-Lussemburgu

L-ispejjeż ġudizzjarji fissi

L-ispejjeż fissi fil-proċedimenti ċivili

Il-fatt li tinfetaħ kawża quddiem qorti ċivili (li tissejjaħ il-ftuħ ta' kawża quddiem qorti ċivili) mhuwiex marbut ma spejjeż fissi apparti l-ispiża tal-atti tal-uffiċjal tal-qorti u l-ispejjeż tal-avukat. Fil-prinċipju ma hemm l-ebda spejjeż fil-qrati ċivili. Wara li tingħata s-sentenza, jista' jkun hemm xi spejjeż sussegwenti, li jkunu jridu jintefqu minħabba l-infurzar tad-deċiżjoni u fuq it-talba tal-parti li tkun rebħet il-kawża.

L-ispejjeż ġudizzjarji fil-proċedimenti kriminali

Spejjeż fissi dovuti mill-partijiet kollha fi proċedimenti kriminali

L-ispejjeż għal kopja awtentika ta' deċiżjoni ta' qorti kriminali jammontaw għal 0.25 ċenteżmu tal-ewro għal kull paġna. Ma hemm l-ebda spejjeż oħra, ħlief għal kopji tal-proċess kriminali li, fil-prinċipju, jiġu ċċarġjati bl-istess ammont kull paġna b'kopja lill-avukat li jkun talab il-kopja.

L-istadju li fih il-parti tkun trid tħallas l-ispejjeż fissi

Skont l-Artikolu 59 tal-code d'instruction criminelle (CIC) (Kodiċi tal-Proċedura Kriminali) “Il-parti ċivili li twassal biex tinbeda kawża kriminali (jiġifieri dik li tagħmel il-kwerela) għandha, jekk hija ma tibbenefikax mis-servizz tal-għajnuna legali, tħallas lill-uffiċċju tar-reġistru s-somma li tkun meqjusa li hija meħtieġa għall-ispejjeż tal-proċedura.

Il-qorti istruttorja tikkostata, permezz ta' digriet, il-preżentazzjoni tal-kwerela. Fid-dawl tar-riżorsi tal-parti ċivili, hija tistabbilixxi l-ammont tad-depożitu u l-limitu ta' żmien li fih għandu jitħallas, fuq piena li l-kwerela ma tkunx ammissibbli. Madankollu, hija tista' teżenta mid-depożitu lil parti ċivili li ma jkollhiex biżżejjed mezzi. ”

Din il-proċedura hija madankollu speċifika għall-kwereli tal-parti ċivili ppreżentati quddiem il-qorti istruttorja. Il-kwereli u r-rapporti li jsiru mal-prosekuturi pubbliċi jew proċedimenti inċidentali tal-partijiet ċivili quddiem il-qorti tal-mertu (meta l-kwerela ssir matul il-proċedimenti, waqt is-seduta) huma mingħajr spejjeż ġudizzjarji.

L-ispejjeż ġudizzjarji għall-kawżi kostituzzjonali

F'dan il-kamp, m'hemmx spejjeż fissi partikolari.

X’informazzjoni għandha tiġi pprovduta minn qabel mir-rappreżentanti legali (l-avukat)?

Informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet

Skont il-prinċipji tar-“regolament intern modifikat tas-16 ta’ Marzu 2005 tal-Ordre des Avocats du Barreau de Luxembourg (Kamra tal-Avukati tal-Lussemburgu) ” ir-rappreżentanti legali (l-avukati) huma obbligati li jipprovdu informazzjoni minn qabel lill-partijiet li jkunu qegħdin jaħsbu li ser tinfetaħ kawża. Din l-informazzjoni għandha tippermettilhom li jifhmu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom, iċ-ċans ta’ suċċess tagħhom u l-ispejjeż li huma jistgħu jġarrbu, inkluż dawk li jistgħu jirriżultaw f’każ li jitilfu l-kawża.

Sorsi ta' informazzjoni dwar l-ispejjeż ġudizzjarji

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar l-ispejjeż ġudizzjarji fil-Lussemburgu?

  • Partikolarment fis-sorsi leġiżlattivi u tal-Internet imsemmija,
  • Fl-uffiċċju tal-informazzjoni u tal-informazzjoni ġuridika tal-Prosekutur Ġenerali,
  • Waqt konsultazzjonijiet speċjali bla ħlas relatati mad-drittijiet tan-nisa organizzati fl-uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali.

B'liema lingwi nista' nsib l-informazzjoni fuq l-ispejjeż ġudizzjarji fil-Lussemburgu?

  • Bil-Franċiż għas-sorsi leġiżlattivi;
  • Bl-Ingliż, il-Ġermaniż, il-Franċiż u l-Lussemburgiż għal informazzjoni oħra u b'mod partikolari għal informazzjoni orali mogħtija mis-servizzi tal-informazzjoni u l-korpi msemmija hawn fuq.

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar il-medjazzjoni?

Informazzjoni dwar il-medjazzjoni hija disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni Lussemburgiża tal-medjazzjoni u tal-medjazzjoni volontarja (Alma Asbl) fuq is-sit Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidataċ-Ċentru tal-Medjazzjoni tal-Kamra tal-Avukati tal-Lussemburgu (CMBL) u fuq is-sit tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja.

Għajnuna Legali

Xi jrid ikun il-limitu tad-dħul biex wieħed jikseb is-servizz tal-għajnuna legali fil-kwistjonijiet ċivili jew meta wieħed ikun akkużat fi proċedimenti kriminali?

X'inhuma l-każijiet fejn u taħt liema kundizzjonijiet tista' ssir talba għall-għajnuna legali?

Il-persuni fiżiċi li ma jkollhomx biżżejjed mezzi għandhom dritt għall-għajnuna legali biex jiddefendu l-interessi tagħhom fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu, bil-kundizzjoni li dawn ikunu ċittadini Lussemburgiżi, jew ċittadini barranin awtorizzati li jistabbilixxu ruħhom fil-pajjiż, jew ċittadini ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini barranin li minħabba xi trattat internazzjonali jitqiesu ċittadini Lussemburgiżi fil-qasam tal-għajnuna legali.

Iċ-ċittadini barranin li għandhom id-domiċilju jew ir-residenza tagħhom fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, ħlief għad-Danimarka, għandhom ukoll id-dritt għall-għajnuna legali f'kull proċediment fil-kwistjonijiet ċivili u kummerċjali fil-kawżi transfruntieri kkontemplati mid-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE, tas-27 ta' Jannar 2003 biex ittejjeb l-aċċess għal ġustizzja f'tilwimiet bejn il-konfini billi tistabbilixxi regoli komuni minimi konnessi ma' għajnuna legali għal tilwimiet bħal dawn.

L-għajnuna legali tista' tingħata wkoll, fil-kwistjonijiet ċivili u kriminali, lill-persuni msemmija fl-ewwel subparagrafu li għandhom id-domiċilju jew ir-residenza ordinarja tagħhom fil-Lussemburgu, għall-finijiet li jieħdu parir legali ta' avukat fil-Lussemburgu, inkluż il-preparazzjoni ta' rikors b'talba għall-għajnuna legali intiża li tiġi ppreżentata fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, sakemm it-talba għall-għajnuna legali tiġi rċevuta hemmhekk skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE, tas-27 ta' Jannar 2003, imsemmija iktar 'il fuq.

Il-benefiċċju tal-għajnuna legali jista' jingħata wkoll lil kull ċittadin barrani ieħor li m'għandux mezzi biżżejjed, fir-rigward ta' proċedimenti fil-qasam tad-dritt għall-asil, tal-aċċess fit-territorju, tar-residenza, tal-istabbiliment u tkeċċija ta' barranin. Fil-każ fejn dawn iċ-ċittadini barranin, permezz ta' dispożizzjonijiet legali oħra, ikunu jridu d-dritt li jitqabbdilhom avukat mill-President tal-Kamra tal-Avukati, huma jibbenefikaw minn għajnuna legali limitata għall-ammont tal-ispiża biex jitqabbad l-avukat minħabba biss l-insuffiċjenza tal-mezzi.

L-insuffiċjenza tal-mezzi tal-persuni fiżiċi li jitolbu li jingħataw l-għajnuna legali tiġi evalwata fid-dawl tad-dħul gross sħiħ u tal-ġid tar-rikorrent kif ukoll tal-persuni li joqogħdu miegħu f'komunjoni domestika, skont id-dispożizzjonijiet tal-artikoli 19(1) u 20 tal-Att emendat tad-29 ta' April 1999 li joħloq id-dritt għal dħul minimu garantit u fil-limitu tal-ammonti stabbiliti bl-Artikolu 5(1), (2), (3), (4) u (6) tal-Att emendat tad-29 ta' April 1999. Madankollu, il-mezzi tal-persuni li joqogħdu f'komunjoni domestika mar-rikorrenti ma jittiħdux inkunsiderazzjoni, jekk il-proċediment ikun bejniethom bħala konjuġi jew il-persuni li normalment joqogħdu fl-istess dar, jew jekk bejniethom, fid-dawl tas-suġġett tal-kawża, ikun hemm diverġenza fl-interessi li tkun teħtieġ li ssir evalwazzjoni separata tal-mezzi finanzjarji.

Jekk ir-rikorrent huwa ta’ età minuri u jkun involut fi proċediment ġudizzjarju, il-benefiċċju tal-għajnuna legali jingħatalu indipendentement mis-sitwazzjoni tal-mezzi finanzjarji tal-ġenituri tiegħu jew tal-persuni li joqogħdu f’komunjoni domestika mal-minuri, u dan bla preġudizzju għad-dritt tal-Istat li jitlob ir-rimborż tal-ispejjeż li huwa jkun nefaq għall-għajnuna legali tal-minuri kontra missieru jew ommu li jkollhom mezzi biżżejjed.

Il-benefiċċju tal-għajnuna legali jista' jingħata wkoll lil persuni li jkunu esklużi minnu minħabba li jkollhom mezzi biżżejjed, jekk ikun hemm raġunijiet serji marbutin mas-sitwazzjoni soċjali, familjari jew materjali tar-rikorrenti li jiġġustifikaw dan it-trattament.

Liema huma l-modi ta' kif tapplika l-għajnuna legali?

Regolament tal-Gran Dukat jistabbilixxi l-modi ta’ kif tapplika l-għajnuna ġudizzjarja.

L-għajnuna legali hija mogħtija fil-qasam extraġudizzjarju u fil-qasam ġudizzjarju, fil-qasam volontarju jew kontenzjuż, kemm lill-attur kif ukoll lill-konvenut.

Hija tapplika f'kull kawża quddiem qorti ta' natura ġudizzjarja jew ta' natura amministrattiva.

Hija tista' tintalab matul il-proċedimenti li għaliha tintalab u tista' tkun b'effett retroattiv milll-jum li fih ġie ppreżentat ir-rikors jew minn kwalunkwe data oħra li tiġi stabbilita mill-President tal-Kamra tal-Avukati.

Hija tista' tingħata wkoll għall-atti kawtelatorji kif ukoll għal dawk intiżi li jeżegwixxu d-deċiżjonijiet tal-qrati jew ta' kwalunkwe titolu eżekuttiv ieħor.

Madankollu hija ma tistax tingħata lill-proprjetarju, detentur jew sewwieq ta' vettura fil-kawżi li jirriżultaw minħabba tali vettura, lil kummerċjant, imprenditur, artiġjan jew membru ta' professjoni libera f'kawża li tirrigwarda l-attività kummerċjali jew professjonali tiegħu, ħlief f'każ ta' tbatija debitament ġustifikata, u lanqas, b'mod ġenerali, ma tista' tingħata għal tilwim dwar attività ta' natura spekulattiva mill-persuna li qed japplika għall-għajnuna legali.

Fil-kuntest tal-kwistjonijiet transfruntieri koperti bid-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE, tas-27 ta' Jannar 2003, imsemmija iktar 'il fuq, il-President tal-Kamra tal-Avukati jista' madankollu jippermetti l-għajnuna legali fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu preċedenti.

Fil-kwistjonijiet kriminali, l-għajnuna legali ma tkoprix l-ispejjeż u l-multi mogħtija lil persuna kkundannata.

Fil-kwistjonijiet ċivili, l-għajnuna legali la tkopri l-ispejjeż tal-kawża u lanqas il-kumpens minħabba xi proċeduri abbużivi u vessatorji.

L-għajnuna legali ma tingħatax lil persuna li l-kawża tiegħu tidher li hija manifestament inammissibbli, mhux ġustifikata, abbużiva jew sproporzjonata fid-dawl tal-għan tagħha fir-rigward tal-ispejjeż li jkunu jridu jintefqu.

L-għajnuna legali ma tingħatax jekk ir-rikorrent ikollu dritt li jikseb mingħand terzi persuni, bi kwalunkwe titolu, ir-rimborż tal-ispejjeż li jkopru l-għajnuna legali.

Il-benefiċjarju tal-għajnuna legali għandu dritt għall-assistenza minn avukat u mill-uffiċjali ġudizzjarji kollha li l-kawża, il-proċedimenti jew l-eżekuzzjoni tagħha jkunu jeħtieġu.

Id-deċiżjoni għall-għoti tal-għajnuna legali

Huwa l-President tal-Kamra tal-Avukati jew il-membru tal-Kunsill tal-Kamra delegat minnu għal dan il-għan mid-distrett tal-post tar-residenza tar-rikorrenti li jiddeċiedi fuq l-għoti tal-benefiċċju tal-għajnuna legali. Jekk il-persuna ma jkollhiex ir-residenza tagħha fil-Lussemburgu, huwa l-President tal-Kunsill tal-Kamra tal-Avukati tal-Lussemburgu jew il-membru tal-Kunsill tal-Kamra tal-Avukati delegat minnu għal dan il-għan li huwa kompetenti li jieħu din id-deċiżjoni.

Il-persuni li m'għandhomx mezzi biżżejjed għandhom jagħmlu t-talba tagħhom lill-President tal-Kamra tal-Avukati kemm waqt is-seduti tiegħu, kif ukoll bil-miktub.

Jekk xi persuna miżmuma mill-pulizija tafferma li hija għandha dritt tibbenefika mis-servizz tal-għajnuna legali u tagħmel talba f'dan is-sens, l-avukat li jassistiha matul id-detenzjoni tagħha għandu jibgħat talba lill-President tal-Kamra tal-Avukati.

Jekk il-ġudikant tal-istruttorja jaħtar avukat difensur lill-akkużat li jafferma li għandu dritt li jibbenefika mis-servizz tal-għajnuna legali u li jagħmel talba f'dan is-sens, hija l-qorti istruttorja li tibgħat it-talba lill-President tal-Kamra tal-Avukati.

L-istess President jivverifika l-insuffiċjenza tal-mezzi u, jekk din tkun pruvata, huwa jippermetti lir-rikorrent jibbenefika mis-servizz tal-għajnuna legali u jqabbad lill-avukat li r-rikorrent jagħżel b'mod liberu jew, fin-nuqqas li dan jagħżel jew meta l-President iħoss li l-għażla mhix xierqa, huwa jqabbad lill-avukat li jaħtar hu. Ħlief f'każ ta' impediment jew kunflitt ta' interess, l-avukat ikun obbligat li jassumi l-patroċinju li jkun ingħatalu.

Fil-każijiet kollha ta' urġenza, tista' tingħata għajnuna legali b'mod provviżorju, mingħajr ebda formalità oħra, mill-President tal-Kamra tal-Avukati, u dan fir-rigward tal-atti li huwa jistabbilixxi.

Talba għall-għajnuna legali ta' persuna ta' età minuri

Jekk il-President tal-Kamra tal-Avukati jilqa’ t-talba għall-għajnuna legali ta’ persuna ta’ età minuri li l-ġenituri tiegħu jkollhom mezzi b’mod li l-minuri ma jaqax fil-kategorija tal-persuni li m’għandhomx mezzi biżżejjed, id-deċiżjoni biex il-minuri jiġi aċċettat biex jibbenefika mill-għajnuna legali tintbagħtilhom flimkien ma’ avviż li l-Istat għandu dritt jeżiġi li l-ġenituri, responsabbli in solidum, jirrifondu l-ammonti maħruġa mill-Istat minħabba l-għajnuna legali tal-minuri.

Fi żmien għaxart ijiem mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-President, kull ġenitur imsemmi hawn fuq jista' jappella quddiem il-Conseil disciplinaire et administratif (Kunsill dixxiplinari u amministrattiv) li jiddeċiedi b'mod definittiv. Il-Kunsill dixxiplinari u amministrattiv jieħu deċiżjoni fi żmien erbgħin jum mill-preżentata tar-rikors.

Il-President jibgħat lill-Ministru tal-Ġustizzja kopja tad-deċiżjoni definittiva dwar id-dritt tal-minuri għas-servizz tal-għajnuna legali.

L'administration de l'enregistrement et des domaines (l-Awtorità tar-Reġistrazzjoni u tal-Artijiet), imqabbda mill-Ministru tal-Ġustizzja, hija responsabbli biex tirkupra mingħand il-ġenituri li jkollhom mezzi biżżejjed, il-flus minfuqa mill-Istat minħabba l-għajnuna legali lill-minuri.

Kundizzjonijiet għall-irtirar tal-għajnuna legali

Il-President tal-Kamra tal-Avukati jirtira l-benefiċċju tal-għajnuna legali mogħtija lir-rikorrent, anki wara l-proċedimenti jew it-twettiq tal-atti li għalihom l-għajnuna legali tkun ingħatat, jekk dak il-benefiċċju jkun inkiseb permezz ta’ dikjarazzjonijiet jew minħabba dokumenti mhux preċiżi. Il-President jista' jirtira l-benefiċċju tal-għajnuna legali jekk il-benefiċjarju, matul il-proċediment jew matul it-twettiq ta' dawk l-atti jew b'riżultat tagħhom, jirċievi riżorsi b'mod li li kieku dawn kienu jeżistu fil-mument tat-talba għall-għajnuna legali, din ma kinitx tingħata. Kwalunkwe tibdil ta' dan it-tip għandu jiġi ddikjarat lill-President mill-benefiċjarju jew mill-avukat appuntat.

L-irtirar tal-għajnuna trendi immedjatament eżiġibbli mingħand il-benefiċjarju l-ispejjeż, drittijiet, tariffi, kumpensi, pagamenti, emolumenti, depożiti u self ta' kull tip li huwa jkun ibbenefika minnhom.

Id-deċiżjoni tal-President li biha jirtira l-għajnuna legali tintbagħat immedjatament lill-Ministru tal-Ġustizzja. L-Awtorità tar-Reġsitrazzjoni u tal-Artijiet hija responsabbli biex tipproċedi għall-ikrupru mingħand il-benefiċjarju tal-ammonti li jkunu ġew minfuqa mill-Istat.

Appell kontra l-irtirar tal-għajnuna legali

Kontra d-deċiżjonijiet tal-President għar-rifjut jew irtirar tal-benefiċċju tal-għajnuna legali, ir-rikorrent jista’ jippreżenta appell quddiem il-Conseil disciplinaire et administratif (Kunsill dixxiplinari u amminstrattiv). L-appell irid jiġi ppreżentat quddiem il-President tal-Kunsill dixxiplinari u amministrattiv fil-forma ta' ittra reġistrata fi żmien għaxart ijiem mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-President. Il-Kunsill dixxiplinari u amministrattiv jew wieħed mill-membri tiegħu delegat għal dan il-għan jisma' l-ispjegazzjonijiet tar-rikorrent.

Id-deċiżjoni tal-Kunsill dixxiplinari u amministrattiv jista' jsir appell minnha quddiem il-Conseil disciplinaire et administratif d'appel (il-Kunsill dixxiplinari u amministrattiv tal-appell). B'deroga, l-iskadenza għad-dikjarazzjoni ta' appell hija ta' 15-il jum.

In-nutara u l-uffiċjali tal-qrati jitqabbdu ex officio mill-qorti li jkollha l-kawża quddiemha biex jassistu lill-persuni li jibbenefikaw mill-għajnuna legali. Fin-nuqqas li jiġu appuntati mill-qorti, in-nutara jiġu appuntati uffiċjalment mill-President tax-Chambre des Notaires (Kamra tan-Nutara) u l-uffiċjali tal-qrati jiġu appuntati mill-President tax-Chambre des Huissiers de Justice (Kamra tal-Uffiċjali tal-Qrati).

L-arranġamenti għall-għoti tal-għajnuna legali huma preskritti b'Regolament Gran Dukali; u l-istess japplika għall-ispejjeż koperti mill-għajnuna legali, iċ-ċirkustanzi u l-proċeduri għall-irkupru mill-Istat ta' somom maħruġa għall-għajnuna legali u l-proċeduri li skonthom l-avukati li jaqblu li jassistu persuni b'mezzi insuffiċjenti jiġu kkumpensati mill-Istat, mingħajr preġudizzju għad-dritt tagħhom għat-tariffi, jekk is-sitwazzjoni finanzjarja ta' dik il-persuna, minħabba l-eżitu tal-proċediment jew għal raġunijiet oħra, titjieb.

L-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha huma obbligati li jagħtu l-għajnuna tagħhom kemm biex jiġu ppreparati d-dokumenti meħtieġa biex tiġi ppreżentata talba għall-għajnuna legali kif ukoll biex dawn jiġu verifikati, mingħajr ma jinvokaw is-sigriet professjonali jew amministrattiv.

X'inhuma l-limiti tad-dħul biex wieħed jikseb l-għajnjuna legali, meta huwa jkun vittma tal-kriminalità?

L-insuffiċjenza tal-mezzi tal-persuni fiżiċi li jitolbu li jingħataw l-għajnuna legali tiġi evalwata fid-dawl tad-dħul gross sħiħ u tal-ġid tar-rikorrent kif ukoll tal-persuni li joqogħdu miegħu f'komunjoni domestika, skont id-dispożizzjonijiet tal-artikoli 19(1) u 20 tal-Att emendat tad-29 ta' April 1999 li joħloq id-dritt għal dħul minimu garantit u fil-limitu tal-ammonti stabbiliti bl-Artikolu 5(1), (2), (3), (4) u (6) tal-Att emendat tad-29 ta' April 1999 imsemmi aktar 'il fuq. Madankollu, il-mezzi tal-persuni li joqogħdu f'komunjoni domestika mar-rikorrenti ma jittiħdux inkunsiderazzjoni, jekk il-proċediment ikun bejniethom bħala konjuġi jew il-persuni li normalment joqogħdu fl-istess dar, jew jekk bejniethom, fid-dawl tas-suġġett tal-kawża, ikun hemm diverġenza fl-interessi li tkun teħtieġ li ssir evalwazzjoni separata tal-mezzi finanzjarji.

Hemm kundizzjonijiet oħra biex persuna bħala vittma tingħata l-għajnuna legali?

Le, ma hemmx kundizzjonijiet oħra biex il-vittma tingħata l-għajnuna legali.

Hemm kundizzjonijiet oħra biex persuna bħala akkużata tingħata l-għajnuna legali?

Le, ma hemmx kundizzjonijiet oħra biex l-akkużat jingħata l-għajnuna legali.

Hemm proċedimenti li huma eżenti mill-ispejjeż?

Le, ma hemmx proċedimenti oħra eżenti mill-ispejjeż.

Meta għandha l-parti li titlef tħallas l-ispejjeż ġudizzjarji lill-parti li tirbaħ?

Fi kwistjonijiet ċivili

Il-parti li titlef tiġi ordnata tħallas l-ispejjeż, iżda l-Qorti tiddeċiedi permezz ta' deċiżjoni motivata speċjali jekk hux l-ispejjeż kollha jew biss parti minnhom għandhom jingħataw kontra l-parti l-oħra.

Fejn ikun inekwu li parti tingħata r-responsabbiltà li tħallas l-ispejjeż imġarrba minn dik il-parti u li mhumiex inklużi bħala spejjeż, l-imħallef jista' jordna lill-parti l-oħra tagħmel il-ħlasijiet li jara bħala xierqa.

Dawn ir-regoli huma stabbiliti mill-kodiċi l-ġdid ta' Proċedura Ċivili u mir-Regolament tal-Gran Dukat tal-21 ta' Marzu 1974 dwar id-drittijiet u r-remunerazzjoni allokati lill-konsulenti legali (avoués) u lill-avukati.

Fi kwistjonijiet kriminali

Meta l-qorti tiddeċiedi kontra l-konvenut u dawk ċivilment responsabbli għar-reat, jew kontra parti li tressaq azzjoni ċivili marbuta ma' azzjoni kriminali, l-ispejjeż, inklużi dawk tal-prosekutur pubbliku, jingħataw kontra tagħhom. Madankollu, jekk parti ċivili titlef, hija personalment responsabbli għall-ispejjeż kollha tal-proċedimenti, billi tkun hi li tat bidu għall-azzjoni pubblika. Meta din tkun marbuta mal-azzjoni tal-prosekuzzjoni, hija responsabbli biss għall-ispejjeż involuti minħabba l-intervent tagħha.

Fejn ikun inekwu li parti tħallas l-ammonti minfuqa minnha u li mhumiex inklużi fl-ispejjeż, il-qorti tista' tordna lill-parti l-oħra biex tħallas l-ammont li hija tiddetermina.

Dawn ir-regoli huma stabbiliti permezz tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali u r-Regolament tal-Gran Dukat tal-21 ta' Marzu 1974 dwar id-drittijiet u r-remunerazzjoni allokati lil konsulenti legali (avoués) u lill-avukati.

Drittijiet tal-esperti

Kull parti tħallas id-drittijiet tal-esperti tagħha stess.

Drittijiet tat-tradutturi u tal-interpreti

Kull parti tħallas id-drittijiet tat-tradutturi jew l-interpreti tagħha.

Dokumenti relatati

Rapport du Luxembourg sur l'Etude sur la transparence des coûtsPDF(551 Kb)en

L-aħħar aġġornament: 19/02/2014

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-ispiża tal-proċedimenti - Ungerija

Din il-paġna tagħtik informazzjoni dwar l-ispejjeż ġudizzjarji fl-Ungerija.

Qafas regolatorju li jirregola d-drittijiet tal-professjonijiet legali

  • Bailiffs

L-ammont tad-dritt tal-bailiff jiddependI fuq l-għan tal-ordni tal-infurzar (végrehajtható okirat) maħruġa (jekk hijiex biex jinġabar dejn jew biex tiġi infurzata azzjoni speċifika). Jekk l-infurzar jinvolvi l-ġbir ta’ dejn (pénzkövetelés behajtása), id-dritt tal-bailiff huwa proporzjonat għall-ammont tad-dejn li għandu jinġabar. Jekk l-infurzar jinvolvi pretensjoni akbar, il-bailiff jitħallas dritt ogħla. Jekk id-dmir jinvolvi l-infurzar ta’ azzjoni speċifika (meghatározott cselekmény végrehajtása), id-dritt jiddependi fuq kemm iddum dik l-azzjoni.

  • Avukati (ügyvéd)

Il-kelma Ungeriża ‘ügyvéd’ tkopri lil avukati, solicitors, avukati li jaħdmu l-qorti u barristers. Bħala regola ġenerali, id-dritt ta’ rappreżentanti legali huwa stabbilit permezz ta’ ftehim bejn il-parti u r-rappreżentanti legali. Jekk ma jintlaħaq ebda ftehim, id-dritt jiġi deċiż mill-qorti fuq il-bażi provduta mil-liġi (5 fil-mija tal-ammont mitlub u għall-inqas 10,000 HUF). Il-partijiet jistgħu jitolbu lill-imħallef japplika d-dritt stipulat mil-liġi jekk ma jridux li l-ftehim isir pubbliku.

Spejjeż fissi

Spejjeż fissi fi proċedimenti ċivili

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti ċivili

Fil-każijiet fl-ewwel istanza, id-dritt (illeték) għall-proċedimenti tal-qorti huwa 6 fil-mija tal-valur tat-talba (bejn minimu ta’ 10, 000 HUF u massimu ta’ 900,000 HUF). Jekk il-valur tat-talba ma jistax jiġi ddeterminat, il-liġi tistipula li għandu jitħallas ammont fittizju ta’ 6%.

L-ispejjeż/doveri tal-qorti huma ddeterminati dejjem mil-liġi, kif ukoll f’dawn il-każijiet li ġejjin:

  • Proċeduri ta' divorzju (házassági bontóper): 12,000 HUF
  • Proċeduri tal-Qorti tax-Xogħol(munkaügyi per): 7,000 HUF
  • Proċeduri amministrattivi, ħlief għal każijiet ta' kompetizzjoni u taxxi (közigazgatási határozat bírósági felülvizsgálata iránti eljárás): 20,000 HUF
  • Proċedimenti amministrattivi extraġudizzjarji (közigazgatási nemperes eljárás): 7500 HUF
  • Spejjeż ta' prokura ġenerali (általános meghatalmazás): 18,000 HUF
  • Proċedimenti ta’ insolvenza: likwidazzjoni/stralċ 50,000 HUF; falliment 30,000 HUF
  • Fil-każijiet li jinvolvu assoċjazzjonijiet kummerċjali mingħajr l-istatus ta’ persuni legali: (jogi személyiséggel nem rendelkező gazdálkodó szervezet): likwidazzjoni/stralċ 25,000 HUF, falliment 20,000 HUF
  • Arbitraġġ: 1 fil-mija (minimu ta’ 5000 HUF  u massmimu ta’ 250,000 HUF). Jekk il-valur tat-talba ma jistax jiġi kkalkulat, id-dritt huwa ta’ 10 000 HUF
  • Ordnijiet għall-ħlas (fizetési meghagyás): 3 fil-mija (minimu ta’ 5000 HUF  u massimu ta’ 300,000 HUF).
  • Appell: 6 fil-mija (minimu ta’ 10,000 HUF  u massimu ta’ 900,000 HUF)
  • Ir-ritrattazzjoni ta’ proċedura: (perújítás): id-drittijiet għandhom jitħallsu mill-ġdid.
  • Talba għal stħarriġ (felülvizsgálati kérelem): 6 fil-mija fil-każ ta’ deċiżjonijiet (minimu ta’ 10,000 HUF, massimu ta’ 2,500,000 HUF); fil-każ ta’ ordnijiet (végzés), nofs id-drittijiet pagabbli għad-deċiżjonijiet (minimu ta’ 7000 HUF, massimu ta’ 1,250,000 HUF).

L-istadju tal-proċediment ċivili fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż fissi għall-partijiet

L-obbligu li jitħallsu l-ispejjeż tal-qorti fil-proċedimenti ċivili jibda meta ssir it-talba għall-kawża. Għalhekk l-ispejjeż tal-qorti għandhom jitħallsu flimkien mat-talba għall-kawża. Jekk il-parti ma tħallasx l-ispejjeż tal-qorti jew tħallas inqas minn dak li titlob il-liġi, il-qorti għandha titolbu jħallas / titlobha tħallas id-drittijiet tal-qorti li jifdal mal-preżentata tat-talba. Il-qorti għandha wkoll tgħarraf lill-parti li l-applikazzjoni tiġi miċħuda jekk l-ispejjeż tal-qorti ma jitħallsux kollha.

Il-ħlas tad-dritt tar-rappreżentanti legali huwa bi ftehim bejn il-parti u r-rappreżentanti legali. Id-dritt tal-bailiff għandu jitħallas fil-bidu tal-proċedura tal-infurzar.

Spejjeż fissi fi proċedimenti kriminali

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kriminali

Fil-każ ta’ proċedimenti kondotti biss taħt prosekuzzjoni privata li jinvolvu azzjonijiet privati (magánvádas eljárás):

  • Id-dritt għal proċedura ta’ kwerela (feljelentés) huwa ta’ 5000 HUF
  • Id-dritt għall-preżentata ta’ appell huwa ta’ 6000 HUF
  • Id-dritt għall-preżentata ta’ talba għal stħarriġ jew ritrattazzjoni huwa ta’ 7000 HUF

Jekk tirriżulta talba ċivili (polgári jogi igény) mill-proċedimenti kriminali, l-uniċi drittijiet pagabbli huma għall-preżentata tal-applikazzjoni u għall-appell.

L-istadju tal-proċediment kriminali fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż fissi

L-ispejjeż fissi fi proċedimenti kriminali jridu jitħallsu flimkien mad-dritt tar-rikors.

Spejjeż fissi fi proċedimenti kostituzzjonali

Skont l-Artikolu 28 tal-Att XXXII tal-1989 (az 1989. évi XXXII. törvény 28. cikke), il-proċedimenti quddiem il-Qorti Kostituzzjonali (Alkotmánybíróság) huma mingħajr ħlas.

Madankollu, rikorrent li ma jaġixxix in buona fede meta jissottometti talba jista’ jkollu jħallas l-ispejjeż.

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn qabel mir-rappreżentanti legali

Drittijiet u obbligi tal-partijiet

Meta jipprattikaw il-professjoni tagħhom – bil-mezzi u fil-manjiera provduta mil-liġi – r-rappreżentanti legali jgħinu lill-klijenti tagħhom jasserixxu d-drittijiet tagħhom u jwettqu l-obbligi tagħhom. Il-konsulenti legali (jogtanácsos) wkoll jgħinu biex jiġu asseriti d-drittijiet tal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw.

Dan l-obbligu jkopri d-dmir li tiġi provduta l-informazzjoni neċessarja dwar id-drittijiet u l-obbligi, il-possibbiltajiet ta’ suċċess u l-ispejjeż prevedibbli tal-proċedimenti.

Sorsi tal-ispejjeż

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fl-Ungerija?

Informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż hija disponibbli fis-sit elettroniku tan-Netwerk Ġudizzjarja Ewropea (EJN – European Justice Network)( (Európai Igazságügyi Hálózat):

Is-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni tal-Avukati ta' Budapest fih ukoll informazzjoni dwar id-drittijiet tar-rappreżentanti legali.

B’liema ilsna nista’ nikseb informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fl-Ungerija?

L-informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż hija disponibbli fuq is-sit elettroniku tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew. Hawn tista’ ssib l-infornazzjoni rilevanti f’kull ilsien uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Is-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni tal-Avukati ta’ Budapest fih informazzjoni dwar l-ispejjeż bl-Ungeriż biss.

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar il-medjazzjoni?

Informazzjoni dwar il-medjazzjoni hija disponibbli fis-siti elettroniċi li ġejjin:

Fejn nista' nsib informazzjoni addizzjonali dwar l-ispejjeż?

Sit elettroniku disponibbli dwar informazzjoni dwar l-ispejjeż

Tista’ ssib informazzjoni addizzjonali dwar l-ispejjeż fis-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni tal-Avukati ta' Budapest

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar it-tul ta' żmien medju li jieħdu l-proċeduri differenti?

Informazzjoni dwar it-tul ta’ żmien tal-proċeduri tista’ tinsab fis-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQrati tar-Repubblika Ungeriża (Magyar Köztársaság Bíróságai).

Links rilevanti oħrajn huma:

L-informazzjoni dwar it-tabelli statistiċi hija disponibbli bl-Ungeriż biss.

Taxxa fuq il-Valur Miżjud (hozzáadottérték-adó)

Kif inhi pprovduta din l-informazzjoni?

L-ispejjeż indikati hawn fuq għall-avukati huma spejjeż netti, u għalhekk jiżdied il-VAT (HÉA).

X’inhuma r-rati applikabbli?

Fl-Ungerija, ir-rata tal-VAT kienet ta’ 20 fil-mija sal-1 ta’ Lulju 2009, u wara din żdiedet għal 25 fil-mija.

Għajnuna Legali (költségmentesség)

Limitu applikabbli għad-dħul fil-qasam tal-ġustizzja ċivili

Hemm żewġ limiti minimi:

  1. Is-somma netta tal-pensjoni minima tal-irtirar (issa 28,500 forint), taħt liema kull assistenza tal-għajnuna legali hija mingħajr ħlas.
  2. 43 fil-mija tad-dħul medju nazzjonali (is-somma issa hija ta’ 72,000 forint), li ‘l fuq minnu ma hija disponibbli ebda għajnuna.

Il-ħlasijiet tal-għajnuna legali jistgħu jsiru bil-quddiem.

Limitu applikabbli għad-dħul fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-akkużati

Fi proċedimenti kriminali, il-persuna suspettata jew akkużata tista’ tirċievi rappreżentanza legali mingħajr ħlas jekk:

  • Hu jew hi huma liberati minn ħlasijiet bbażati fuq il-kundizzjonijeit personali tiegħu jew tagħha – il-limitu tad-dħul għal dan għal persuni li jgħixu waħedhom huwa doppju tal-pensjoni minima netta tal-irtirar (issa 28,500 forint); fil-każ ta’ persuni li jgħixu f’dar waħda, il-pensjoni minima netta tal-irtirar għal kull persuna
  • Fil-każ ta’ rappreżentanza legali obbligatorja, u jekk l-akkużat ma jaħtarx lill-avukat tad-difiża tiegħu.  F'dan il-każ jekk jinstab ħati, għandu jirrimborsa lill-istat għall-għajnuna legali mogħtija.

Limitu applikabbli għad-dħul fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-vittmi

Il-limitu għad-dħul huwa ta’ 86 fil-mija tad-dħul nazzjonali medju (madwar 130 000 forint). L-għajnuna legali għall-vittmi tinkludi r-rappreżentanza legali.

Kundizzjonijiet oħrajn sabiex tingħata l-għajnuna legali għall-vittmi

Minbarra l-limiti stabbiliti għad-dħul, il-vittma għandha tissodisfa żewġ kundizzjonijiet oħra:

  • Għandha tagħmel akkuża kontra uffiċjal pubbliku/ilment
  • Għandha tikseb ċertifikat mill-awtorità responsabbli li tassisti lill-vittmi. Iċ-ċertifikat għandu jkun fih prova ta’ ċerti kundizzjonijiet (li tkun irrikorriet għand l-awtorità rilevanti fit-terminu ta’ żmien previst mil-liġi)

Kundizzjonijiet oħrajn sabiex tingħata l-għajnuna legali għall-akkużati

Ma hemm ebda kundizzjoni oħra biex tingħata l-għajnuna legali lill-akkużati.

Proċedimenti tal-qorti mingħajr spejjeż

Dawn li ġejjin huma eżenti minn spejjeż f'każijiet ċivili:

  • proċedimenti jekk il-qorti ex officio tirrifjuta jew ikollha tirrifjuta l-petizzjoni minħajr il-ħruġ ta' ċitazzjoni;
  • proċedimenti għal rimedju legali kontra sentenzi fil-każijiet ta' eżenzjoni minn ħlas ta' spejjeż u drittijiet ta' prereġistrazzjoni ta' spejjeż (meta l-Istat iħallas minn qabel l-ispejjeż minflok il-parti);
  • f'kawżi ta' divorzju, kawża rikonvenzjonali mibdija fir-rigward ta' żwieġ;
  • proċedimenti relatati mad-dikajrazzjoni ta' mewt u l-attestazzjoni tal-fatt tal-mewt, jekk l-għejbien jew mewt seħħu b'konsegwenza ta' ċirkostanza ta' gwerra jew diżastru naturali;
  • proċedimenti għal reġistrazzjoni ta' fundazzjonijiet, fundazzjonijiet pubbliċi, organizzazzjonijiet mhux governattivi, korporazzjonijiet pubbliċi, Gruppi Ewropej ta' kooperazzjoni territorjali.  Barra minn hekk, proċedimenti għar-reġistrazzjoni ta' organizzazzjonijiet, skemi ta' azzjonisti impjegati u għall-approvazzjoni ta' partiċipazzjoni fi grupp Ewropew ta' kooperazzjoni territorjali;
  • petizzjonijiet għal-likwidazzjoni/stralċ ta' kumpaniji falluti, inklużi l-petizzjonijiet ippreżentati fil-proċeduri ta' likwidazzjoni simplifikati bl-isem tal-kuratur indikat;
  • petizzjonijiet għall-korrezzjoni u/jew integrazzjoni tad-deċiżjonijiet;
  • proċedimenti relatati mal-listi elettorali;
  • proċedimenti relatati mal-bidliet rappurtati hekk kif ġew reġistrati fir-reġistru tal-konsulenti legali;
  • appelli kontra riżoluzzjonijiet li jippreskrivu trasferiment;
  • stħarriġ ġudizzjarju ta' deċiżjonijeit amministrattivi li sar f'kawżi ta' kumpens;
  • proċedimenti ta' transazzjonijiet fiskali ta' gvernijiet lokali;
  • proċedimenti li bdew minn uffiċċjali ġudizzjarji (bailiffs) indipendenti b'konnessjoni ma' proċedimenti ġudizzjarji dwar l-infurzar, u l-proċedimenti li bdew għall-infurzar ta' deċiżjonijeit tal-qorti (transazzjoni ġudizzjarja) adottata skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 44/2001 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali, Regolament (KE) Nru. 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta' April 2004 li joħloq Ordni Ewropew ta' Infurzar għal talbiet mhux kontestati, u Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000;
  • proċedimenti li bdew fuq il-bażi ta' deċiżjoni favorevoli mill-Qorti Kostituzzjonali.
  • kull kawża b'konnessjoni mal-protezzjoni tad-dejta personali u aċċess għall-informazzjoni ta' interess pubbliku.
  • l-istħarriġ tal-qorti ta' deċiżjoni amministrattiva għall-awtorizzazzjoni ta' għajnuna legali.
  • proċedimenti mhux ġudizzjarji għall-istħarriġ ta' riżoluzzjonijiet għal azzjoni ta' inġunzjoni preliminari jew ta' azzjoni temporanja ta' restrizzjoni jew mandat ta' inibizzjoni kawtelatorju mogħti skont leġiżlazzjoni speċifika oħra dwar vjolenza domestika.
  • l-istħarriġ ġudizzjarju ta' deċiżjoni amministrattiva adottat dwar is-suġġett ta' għajnuna lill-vittmi ta' reati.

Dawn li ġejjin huma eżenti minn spejjeż fi proċedimenti kriminali:

  • fi proċedimenti li saru biss fuq kwerela ta' parti privata, l-appell, petizzjoni għall-ftuħ mill-ġdid tal-kawża u mozzjoni għall-istħarriġ preżentata mill-konvenut u mid-difensur tiegħu;
  • proċedimenti li saru biss fuq kwerela ta' parti privata, jekk il-qorti tarkivja l-każ qabel ma jibda s-smigħ personali, jew jekk il-każ jiġi arkivjat fuq miżura ta' ħniena;
  • il-petizzjoni għal miżura ta' ħniena jew ta' dispensa ġudizzjarja jekk sottomessa mill-konvenut jew mid-difensur tiegħu.
  • il-proċediment għall-awtorizzazzjoni ta' eżenzjoni personali mill-ħlasijiet.
  • id-dispożizzjoni ta' darba ta' kopji ta' dokumenti lill-konvenut, l-avukat tad-difiża jew ir-rappreżentant legali ta' minuri li kien ġie akkużat ta' delitt.
  • kopja tar-rapport ta' akkuża fornit lill-akkużat.

Barra mill-eżenzjoni dwar is-suġġett, eżenzjoni minn ħlas personali tista' tingħata wkoll.

Eżenzjoni personali hi mogħtija fost oħrajn lil organizzazzjonijiet mhux tal-gvern, korporazzjonijiet pubbliċi, knejjes, assoċjazzjonijiet ta' knejjes, istituzzjonijiet reliġjużi, fundazzjonijiet, fundazzjonijiet pubbliċi, assoċjazzjonijiet kummerċjali li ma jagħmlux profitt mill-istatus  ta' organizzazzjoni ta' benefiċċju pubbliku jew organizzazzjoni ta' benefiċċju pubbliku ta' prijorità, l-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana, il-Komunitajiet Ewropej, l-istituzzjonijiet u korpi tagħhom, aġenżiji u fondi separati.

Meta għandha l-parti li titlef tħallas lill-parti li tirbaħ?

Fid-deċiżjoni finali tagħha, il-qorti teħtieġ li l-parti li titlef tħallas l-ispejjeż li tkun għamlet il-parti li tirbaħ fi żmien 30 jum. Il-parti li titlef tħallas l-ispejjeż direttament lill-parti li tirbaħ u, jekk tonqos li tagħmel dan, jinbdew il-proċedimenti tal-infurzar.

Drittijiet tal-esperti

Bħala regola ġenerali, id-drittijiet tal-esperti jitħallsu mill-parti li titlef, u jekk (f’każijiet speċifiċi) l-istat huwa responsabbli li jħallas l-ispejjeż, iħallas ukoll id-drittijiet tal-esperti. Fejn l-ispejjeż jitħallsu minn qabel mill-istat, id-drittijiet tal-esperti huma inklużi ukoll.

Drittijiet tat-tradutturi u tal-interpreti

Bħala regola ġenerali, id-drittijiet tat-tradutturi u tal-interpreti jitħallsu mill-parti li titlef, u jekk (f’każijiet speċifiċi) l-istat huwa responsabbli li jħallas l-ispejjeż, iħallas ukoll id-drittijiet tal-esperti. Fejn l-ispejjeż jitħallsu minn qabel mill-istat dawn l-ispejjeż huma inklużi ukoll.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPaġna Ewlenija tal-Assoċjazzjoni tal-Avukati ta' Budapest (A Budapesti Ügyvédi Kamara honlapja)

Dokumenti relatati

Ir-Rapport tal-Ungerija dwar l-Istudju fuq it-Trasparenza fl-ispejjeżPDF(533 Kb)en (Magyarország jelentése a költségek átláthatóságáról szóló tanulmányról)

L-aħħar aġġornament: 11/06/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-ispiża tal-proċedimenti - Malta

Din il-paġna tagħtik informazzjoni dwar l-ispejjeż ġudizzjarji f’Malta.

Qafas regolatorju li jirregola d-drittijiet tal-professjonijiet legali

Id-drittijiet tal-professjonisti legali huma regolati skont it-Tariffa E tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (KOPĊ), jiġifieri l-Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta’ Malta.

Avukati

Id-drittijiet mitluba mill-avukati huma regolati mit-Tariffa E tal-Iskeda A annessa mal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta’ Malta). Meta jistabbilixxu d-dritt tagħhom l-avukati huma ggwidati wkoll mill-Kodiċi ta’ Etika u ta’ Kondotta għall-Avukati; id-dritt jiġi stabbilit jew mill-avukat innifsu jew bi qbil mal-klijent tiegħu. Il-Kodiċi ta’ Etika jikkunsidra li dritt ikun raġonevoli jekk ikun konformi ma’ fatturi stabbiliti, fost l-oħrajn, iż-żmien meħtieġ, in-novità u d-diffikultà tal-kwistjonijiet involuti; ir-responsabbiltà merfugħa, il-limiti ta’ żmien, in-natura u t-tul tar-relazzjoni professjonali; l-esperjenza, ir-reputazzjoni u l-ħila tal-avukat, id-drittijiet li jistgħu jiġu rkuprati mingħand il-parti l-oħra.

Spejjeż fissi

Spejjeż fissi fi proċedimenti ċivili

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti ċivili

L-ispejjeż fissi għall-partijiet ivarjaw skont in-natura tal-kawża u jekk ikollhiex valur monetarju.

L-istadju tal-proċediment ċivil fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż fissi għall-partijiet

Id-drittijiet għall-preżentazzjoni u tar-reġistru għandhom jitħallsu meta jiġu ppreżentati l-proċedimenti ġudizzjarji.

Fi tmiem proċedura ġudizzjarji, jiġi ppreżentat kont intaxxat tal-ispejjeż. Jekk id-drittijiet tar-reġistru kkalkulati jeċċedu dak li jkun tħallas meta kienet ippreżentata l-kawża, id-differenza għandha tiġi kkalkulata u mitluba mingħand il-parti li ppreżentat il-kawża.

Spejjeż fissi fi proċedimenti kriminali

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kriminali

Ma ssir l-ebda spiża fil-proċedimenti kriminali.

L-istadju tal-proċediment kriminali fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż fissi għall-partijiet

Fil-proċedimenti kriminali, ma jingħatawx l-ispejjeż tal-partijiet ċivili. Minkejja dan, fi tmiem kawża, il-qorti tista’ tordna lill-akkużat biex iħallas l-ispejjeż tal-esperti li tkun għamlet il-prosekuzzjoni.

Spejjeż fissi fi proċedimenti kostituzzjonali

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kostituzzjonali

Id-drittijiet għall-kawżi kostituzzjonali fl-ewwel istanza huma kif ġej:

Preżentata tar-rikors

€58.53

Dritt tar-reġistru

€58.23

Notifika tal-atti (għal kull notifika)

€6.99

Id-drittijiet tal-professjonisti legali mitluba fi tmiem il-kawża jistgħu jvarjaw minn minimu ta’ €46.49 għal massimu ta’ €698.81. Spejjeż professjonali oħrajn li jistgħu jsiru f’kawża huma: €46.59 għal kull applikazzjoni minuri ppreżentata; €9.32 għal kull ċitazzjoni; €23.29 għal affidavit, €4.66 għall-kopji tal-atti, u €186.35 għas-sottomissjonijiet bil-miktub.

L-istadju tal-proċediment kostituzzjonali fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż fissi għall-partijiet

L-ispejjeż jitħallsu meta jiġu ppreżentati l-proċedimenti.

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn qabel mir-rappreżentanti legali

Drittijiet u obbligi tal-partijiet

L-avukati għandhom jittrattaw mal-klijenti tagħhom skont il-Kodiċi ta’ Etika mfassal mill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja. Il-kodiċi jagħti lill-avukati diversi dmirijiet fir-rigward tal-klijenti tagħhom. Madankollu, l-obbligi li ssemmew iktar ’il fuq mhumiex riflessi fil-kodiċi.

L-ispejjeż involuti li għandha tbatihom il-parti li tirbaħ

Il-parti li tirbaħ normalment tirkupra l-ispejjeż ġudizzjarji kollha sakemm is-sentenza miksuba tikkundanna lill-parti li titlef biex tbati l-ispejjeż.

L-ispejjeż involuti li għandha tbatihom il-parti li titlef

Il-parti li titlef għandha tħallas l-ispejjeż tal-kawża flimkien mal-ispejjeż tal-parti li tirbaħ.

Sorsi tal-ispejjeż

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż f’Malta?

It-Tariffi A sa L tal-KOPĊ (Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta’ Malta) jinkludu d-diversi spejjeż u drittijiet dovuti fil-proċeduri tal-qrati. Jista’ jkollok aċċess għalihom fis-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.

B’liema ilsna nista’ nikseb informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż f’Malta?

Il-liġijiet kollha jiġu abbozzati bil-Malti u bl-Ingliż, peress li dawn huma l-ilsna uffiċjali ta’ Malta.

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar il-medjazzjoni?

Informazzjoni dwar il-medjazzjoni hija disponibbli fis-sit elettroniku taċ-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĊentru għal Medjazzjoni ta’ Malta.

Fejn nista' nsib informazzjoni addizzjonali dwar l-ispejjeż?

Sit elettroniku disponibbli dwar informazzjoni dwar l-ispejjeż

It-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidataqsima tas-Servizzi Legali tas-sit elettroniku tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali tagħtik:

  • Il-leġislazzjoni nazzjonali prinċipali u sussidjarja kollha
  • Il-pubblikazzjonijiet legali, inklużi l-Atti, l-Abbozzi tal-Liġijiet, l-avviżi legali u l-ordinamenti.

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar it-tul ta' żmien medju li jieħdu l-proċeduri differenti?

M’hemm l-ebda informazzjoni speċifika dwar it-tul tad-diversi proċeduri. Madankollu, fis-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQrati tal-Ġustizzja tista’ ssib dejta li tinkludi informazzjoni u statistika dwar il-kawżi li, kull xahar, qed jiġu introdotti, mismugħa u deċiżi mill-qrati.

Darbtejn fis-sena, f’dan is-sit tiġi ppubblikata analiżi tat-tul ta’ żmien, fejn jiġi indikat kemm ilhom għaddejjin il-kawżi li qed jinstemgħu minn kull imħallef u maġistrat fil-qrati u fit-tribunali ċivili kollha.

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar l-ispiża medja aggregata għal proċedura partikolari?

Ara iktar ’il fuq.

Taxxa fuq il-Valur Miżjud

Kif inhi pprovduta din l-informazzjoni?

L-ispejjeż kollha tar-reġistru huma eżenti mill-VAT. Madankollu, trid titħallas VAT ta’ 18 fil-mija fuq id-drittijiet indikati fit-tariffi u li jitħallsu lill-arbitri legali, lill-avukati rispettivi tal-partijiet u lil esperti oħrajn imqabbdin mill-qorti.

Għajnuna Legali

Limitu tad-dħul applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja ċivili

Għalkemm hemm eċċezzjonijiet għal ċerti tipi ta’ proċedimenti, persuna ġeneralment tikkwalifika għall-għajnuna legali jekk:

  • Hija ma jkollhiex proprjetà tal-ebda xorta b’valur nett li jammonta għal jew jaqbeż is-€6988.22, mhux inklużi l-oġġetti tad-dar ta’ kuljum ikkunsidrati bħala raġonevoli u meħtieġa għall-applikant u għall-familja tiegħu
  • Id-dħul annwali tagħha ma jkunx ogħla mill-paga minima nazzjonali stabbilita għal persuni ta’ 18-il sena jew iktar.

Limitu tad-dħul applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-akkużati

Il-liġi ma tippreskrivix limitu speċifiku. Madankollu, l-għajnuna legali għall-akkużati fil-kawżi kriminali tingħata bħala dritt meta l-akkużat ma jkunx jista’ jqabbad avukat jew meta huwa jitlob il-benefiċċju tal-għajnuna legali.

Limitu tad-dħul applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-vittmi

Il-liġi ma tippreskrivix limitu speċifiku. Madankollu, l-Unità tal-Ġustizzja – barra kwalunkwe avukat privat imqabbad mill-vittma – bil-liġi għandha tipprovdi kull assistenza u appoġġ meħtieġ lil kwalunkwe vittma ta’ delitt, bil-għan aħħari li jkun provdut il-kumpens dovut.

Kundizzjonijiet oħrajn sabiex tingħata l-għajnuna legali għall-vittmi

M’hemm l-ebda kundizzjoni oħra sabiex jingħataw assistenza u appoġġ lill-vittmi tad-delitti. Madankollu, l-allegati vittmi jkunu mistennija li jagħtu l-informazzjoni kollha mitluba u li jkollhom fil-pussess tagħhom, u li joffru kooperazzjoni sħiħa lill-Unità tal-Ġustizzja u lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

Kundizzjonijiet oħrajn sabiex tingħata l-għajnuna legali għall-akkużati

M’hemm l-ebda kundizzjoni oħra biex tingħata l-għajnuna legali lill-akkużati. Madankollu, il-liġi tagħti lill-Avukat tal-Għajnuna Legali d-dritt li ma jaċċettax l-għajnuna għal kwalunkwe raġuni li, fl-opinjoni tal-qorti, prima facie (mal-ewwel daqqa ta’ għajn) tiġġustifika r-rifjut. Madankollu, anki f’dan il-każ, il-liġi tesiġi li l-qorti tisgura ruħha li l-akkużat ikun rappreżentat billi hija stess tqabbad avukat biex jiddefendih.

Proċedimenti tal-qorti mingħajr spejjeż

Il-proċedimenti kollha tal-qorti jkunu mingħajr spejjeż ladarba parti tingħata l-benefiċċju tal-għajnuna legali.

Meta għandha l-parti li titlef tħallas l-ispejjeż tal-parti li tirbaħ?

Hija biss il-prerogattiva tal-qorti li tiddeċiedi kif għandhom jitqassmu u jingħataw l-ispejjeż ta’ kawża. M’hemm l-ebda regola ta’ prattika.

Drittijiet tal-esperti

Id-drittijiet tal-esperti huma rregolati mit-Tariffa G  u K tal-KOPĊ (Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta’ Malta).

Drittijiet tat-tradutturi u tal-interpreti

Skont it-Tariffa B tal-Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta’ Malta, għal kull traduzzjoni meħtieġa bil-liġi jew mill-qorti:

  • Id-dritt tar-reġistru huwa ta’ €34.94.

Id-dritt li jista’ jitħallas lill-interpretu jvarja bejn €11.65 u €58.23 fid-diskrezzjoni tar-Reġistratur.

It-tradutturi jitħallsu b'rata minn €11.65 sa €58.23 kull dokument, li hu wkoll fid-diskrezzjoni tar-Reġistratur.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĊentru Malti tal-Arbitraġġ

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTaqsima tas-Servizzi Legali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQrati tal-Ġustizzja

Dokumenti relatati

Rapport ta' Malta rigward l-Istudju dwar it-Trasparenza tal-IspejjeżPDF(742 Kb)en

L-aħħar aġġornament: 11/06/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.

L-ispiża tal-proċedimenti - Olanda

Din il-paġna tagħtik informazzjoni dwar l-ispejjeż ġudizzjarji fl-Olanda.

Qafas regolatorju li jirregola d-drittijiet tal-professjonijiet legali

Ħlief għad-drittijiet li jitħallsu lil dawk li joffru għajnuna legali sussidjata, id-drittijiet fl-Olanda mhumiex irregolati.

Spejjeż fissi

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti ċivili

L-Att dwar id-Drittijiet għall-Proċedimenti Ċivili (WTBZ) (Wet tarieven in burgerlijke zaken) jistipula li l-partijiet fil-proċedimenti ċivili huma obbligati jħallsu d-drittijiet ta’ reġistrazzjoni.

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kriminali

Skont l-liġi kriminali Olandiża, m’hemm l-ebda spiża fissa għall-partijiet rigward proċedimenti kriminali.

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kostituzzjonali

Skont is-sistema legali Olandiża, m’hemm l-ebda dispożizzjoni legali sabiex il-proċedimenti kostituzzjonali jinstemgħu quddiem il-qorti.

L-istadju tal-proċediment ċivili fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż fissi għall-partijiet

Fil-proċedimenti ċivili, malli jitħabbar li kawża se titressaq quddiem il-qorti, jiġi impost dritt fiss fuq kull rikorrent u fuq kull konvenut li jkun deher quddiem il-qorti. Kull qorti timponi dritt fiss għall-preżentata ta’ petizzjoni għajr kif jissemma fl-Artikolu 14(3), jew għall-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni tad-difiża. In-nuqqas ta’ ħlas jew il-ħlas tard ta’ dan id-dritt ma jkollu l-ebda konsegwenza fil-proċedimenti prinċipali.

L-istadju tal-proċediment kriminali fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż fissi għall-partijiet

Tapplika l-istess ħaġa bħall-proċedimenti ċivili.

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn qabel mir-rappreżentanti legali

Drittijiet u obbligi tal-partijiet

M’hemm l-ebda obbligu leġiżlattiv f’dan il-qasam. Madankollu, dawn jistgħu jirriżultaw mill-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Avukati tal-1992 (għal iktar informazzjoni, ara s-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-Avukati Olandiża) u l-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Avukati tal-UE. Ara, pereżempju, ir-regola 26 tal-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Avukati, li tistabbilixxi li kull meta avukat jaċċetta l-ingaġġ, huwa għandu jiddiskuti l-implikazzjonijiet finanzjarji tiegħu mal-klijent u għandu jagħti dettalji dwar il-mod u l-frekwenza li biha se jibgħatlu l-fatturi. L-Artikolu 3.7.1. tal-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Avukati tal-UE jistabbilixxi wkoll li l-avukat għandu dejjem jagħmel ħiltu sabiex jikseb is-soluzzjoni għat-tilwima tal-klijent li tkun l-iktar effiċjenti f’termini ta’ spejjeż u għandu jinforma lill-klijent, f’fażijiet xierqa tal-proċediment, rigward il-vantaġġi li jipprova jilħaq ftehim u/jew jipprova jikseb soluzzjoni alternattiva għat-tilwima.

L-ispejjeż involuti li għandha tbatihom il-parti li tirbaħ

F’kawżi ċivili, il-parti li tirbaħ jista’ jkollha l-ispejjeż li ġejjin:

  • għajnuna legali (pereżempju, id-drittijiet tal-avukat),
  • remunerazzjoni jew kumpens tax-xhieda jew tal-esperti,
  • spejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni, u
  • spejjeż oħrajn legali u mhux legali.

L-ispejjeż involuti li għandha tbatihom il-parti li titlef

Il-parti li titlef jista’ jkollha l-istess spejjeż bħall-parti li tirbaħ, imma tista’ anki tiġi kkundannata mill-imħallef biex tbati l-ispejjeż li kellha l-parti li rebħet.

Sorsi tal-ispejjeż

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fl-Olanda?

Tista’ tikkonsulta l-WTBZ, flimkien ma’ liġijiet Olandiżi oħrajn, fost l-oħrajn mis-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaGvern Olandiż.

B’liema ilsna nista’ nikseb informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fl-Olanda?

Tista’ tikseb informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fl-Olanda biss bl-Olandiż.

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar il-medjazzjoni?

Tista’ ssib informazzjoni mingħand l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIstitut ta' Medjazzjoni tal-Olanda (NMI) u mill-paġna ddedikata għall-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamedjazzjonijiet fuq referenza tal-qorti fis-sit elettroniku tal-Ġudikatura Olandiża u tal-Qorti Suprema tal-Olanda.

Fejn nista’ nsib informazzjoni addizzjonali dwar l-ispejjeż?

Sit elettroniku disponibbli dwar informazzjoni dwar l-ispejjeż

Paġna tal-web separata (Kosten van een procedure – Kostijiet tal-proċedimenti)fuq il-websajt tal-Ġudikatura tal-Pajjiżi l-Baxxi u l-Qorti Suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi toffri Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaaktar informazzjoni dwar il-kostijiet tal-proċedimenti

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar it-tul ta' żmien medju li jieħdu l-proċeduri differenti?

Ir-rapport annwali mill-Kunsill għall-Ġudikatura (Raad voor de rechtspraak) jagħti ċifri dwar iż-żmien meħud biex il-każijiet jiġu konklużi. Ir-rapport huwa disponibbli onlajn fuq il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidawebsajt. tal-Ġudikatura tal-Pajjiżi l-Baxxi.

Taxxa fuq il-Valur Miżjud

Kif inhi pprovduta din l-informazzjoni?

Fejn tiġi ppubblikata informazzjoni dwar l-ispejjeż, il-figuri mogħtija jkunu mingħajr VAT (fejn ikun applikabbli).

X’inhuma r-rati applikabbli?

Ir-rata ġenerali tal-VAT applikata għall-oġġetti u s-servizzi hija ta' 21 %.

Għajnuna Legali

Limitu tad-dħul applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja ċivili

Ara l-Artikolu 12(1) flimkien mal-Artikolu 34 tal-Att dwar l-Għajnuna Legali (WRB) (Wet op de rechtsbijstand).

Limitu tad-dħul applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-akkużati

L-għajnuna legali hija mingħajr ħlas fejn ir-rappreżentant legali jiġi assenjat mill-qorti (ara l-Artikolu 43 WRB). F’każijiet oħrajn, il-Bord tal-Għajnuna Legali jista’ jassenja avukat lil persuni eliġibbli biex jiġu rrappreżentati minn tali avukat skont il-Kodiċi Penali jew il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali (ara l-Artikolu 44(1) WRB). Skont l-Artikolu 35 WRB, f’każijiet fejn l-għajnuna legali tingħata fuq il-bażi ta’ assenjazzjoni, il-parti tkun obbligata tħallas kontribut proporzjonat għad-dħul tagħha.

Limitu tad-dħul applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-vittmi

L-Artikolu 44(5) WRB jistipula li l-għajnuna legali għall-vittmi ta’ reati sesswali jew ta’ delitti vjolenti hija mingħajr ħlas, irrispettivament mill-kapaċità tal-vittma li tħallas, jekk il-proċedimenti jkunu nfetħu u jekk il-vittma tkun eliġibbli għal kumpens skont l-Artikolu 3 tal-Liġi dwar il-Fond ta’ Kumpens għad-Danni Kriminali.

Kundizzjonijiet oħrajn sabiex tingħata l-għajnuna legali għall-akkużati

L-għajnuna legali ma tingħatax:

  • jekk l-applikazzjoni għaliha tikkonċerna kawża kriminali, u
  • jekk, fuq il-bażi tal-liġi li tkun inkisret, probabbilment tkun se tiġi imposta multa li tkun baxxa proporzjonalment għad-dħul tal-akkużat. Ara l-Artikolu 12(2)(c) WRB.

L-Artikolu 5(1) tad-Digriet li jistabbilixxi d-Digriet dwar l-Għajnuna Legali u dwar il-Kriterji ta’ Assenjazzjoni jipprovdi li (ħlief waqt konsultazzjoni), ma tingħata l-ebda għajnuna legali b’relazzjoni għal proċedimenti kriminali jekk il-kawża tkun se tinstema’ minn qorti sottodistrettwali. It-tieni paragrafu ta’ dak l-artikolu jipprovdi li, bħala deroga mill-ewwel paragrafu, jista’ jiġi assenjat avukat jekk dan ikun iġġustifikat minn interessi importanti min-naħa tal-parti jew jekk dan ikun meħtieġ mill-fatti partikolari jew mill-kumplessità legali tal-kawża.

Proċedimenti tal-qorti mingħajr spejjeż

L-akkużati u l-konvenuti mhuma obbligati jħallsu l-ebda dritt fiss f’kawżi li għandhom jinstemgħu minn qorti subdistrettwali jew minn tribunal tal-kirjiet.

Meta għandha l-parti li titlef tħallas lill-parti li tirbaħ?

Id-deċiżjoni dwar liema parti għandha tbati l-ispejjeż tal-proċedimenti tittieħed mill-qorti fuq bażi fissa (jiġifieri, mhux fuq il-bażi tal-ispejjeż li saru tabilħaqq).

Drittijiet tal-esperti

It-tariffi tal-esperti jvarjaw: Tista' ssib l-informazzjoni meħtieġa fid-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDigriet tat-28 ta' Awwissu 2012 li jemenda d-Digriet tal-2003 dwar it-tariffi fil-proċedimenti kriminali.. Id-Digriet emenda d-Digriet tal-2003 dwar it-tariffi fil-proċedimenti kriminali.

Drittijiet tat-tradutturi u tal-interpreti

Id-drittijiet għat-traduzzjonjiet u għall-interpretar jiġu stabbiliti mill-Ministeru tal-Ġustizzja:

  • L-interpreti jitħallsu rata ta’ EUR 43.89 fis-siegħa. Barra minn hekk, l-interpreti tal-qrati jitħallsu dritt ta’ darba ta’ EUR 20.23 bħala kumpens għall-ħin moħli fl-ivvjaġġar u fl-istennija (dritt fiss). L-ispejjeż tal-ivvjaġġar jiġu rrimborsati bir-rata ta’ EUR 1.55 għal kull kilometru.
  • It-traduzzjonijiet minn jew għall-Franċiż, il-Ġermaniż u l-Ingliż jiġu rremunerati b’rata ta’ EUR 0.79 għal kull linja. Għal ilsna oħrajn tapplika rata ta’ EUR 0.14 għal kull kelma (lsien tat-traduzzjoni) u ta’ EUR 0.28 għal kull figura fl-ilsna orjentali.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMedjazzjoni tal-NMI

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRechtspraak.nl

Dokumenti relatati

Rapport Olandiż rigward l-Istudju dwar it-Trasparenza tal-IspejjeżPDF(702 Kb)en

L-aħħar aġġornament: 06/03/2013

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

L-ispiża tal-proċedimenti - Awstrija

Din il-paġna tagħtik informazzjoni dwar l-ispejjeż ġudizzjarji fl-Awstrija.

Qafas regolatorju li jirregola d-drittijiet tal-professjonijiet legali

L-avukati

Bħala regola ġenerali, il-Kodiċi tal-Avukati Awstrijak (Rechtsanwaltsordnung) jipprevedi li d-drittijiet li jitħallsu lill-avukati għas-servizzi mogħtija jistgħu jiġu deċiżi fuq il-bażi ta’ ftehim liberu bejn il-klijent u l-avukat.

Id-drittijiet jistgħu jkunu bbażati fuq rata fis-siegħa jew fuq dritt ta' rata fissa. Dritt ta' rata fissa ma jvarjax skont il-livell ta' xogħol u żmien involut. Jekk l-ebda dritt ma jiġi stabbilit b'mod espliċitu, livell raġonevoli ta' remunerazzjoni jiġi meqjus bħala miftiehem fuq il-bażi tal-iskali ta' drittijiet stabbiliti fl-Att dwar l-Iskali tad-Drittijiet għall-Avukati (Rechtsanwaltstarifgesetz) jew il-Kriterji Ġenerali għad-Drittijiet għall-Avukati (Allgemeine Honorar-Kriterien für Rechtsanwälte).

Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Zivilprozessordnung — ZPO) u l-Att dwar l-Iskali tad-Drittijiet għall-Avukati jipprevedu li fi proċedimenti ċivili, il-qorti għandha tiddetermina s-sehem tal-ispejjeż li l-parti telliefa trid tħallas lura lill-parti rebbieħa. Dawn l-ispejjeż huma bbażati fuq il-valur tat-talba u t-tul ta' żmien u n-natura tas-servizz ipprovdut. L-Att dwar l-Iskali tad-Drittijiet għall-Avukati japplika biss jekk dan ikun ġie miftiehem bejn l-avukat u l-klijent.

Fi proċedimenti kriminali, ir-regola ġenerali hija li kwalunkwe persuna li tkun qabbdet avukat biex jaġixxi f'isimha (konvenut, parti li tistitwixxi prosekuzzjoni privata, jew vittma li titlob li talba ċivili tingħaqad mal-proċedimenti kriminali) trid tħallas l-ispejjeż li jirriżultaw. Dan huwa l-każ ukoll meta l-avukat difensur jinħatar mill-qorti sakemm il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna legali ma jkunux issodisfati. L-ispejjeż normalment ivarjaw skont it-tip u l-konfigurazzjoni tal-qorti involuta (pereż. qorti distrettwali, qorti reġjonali b'imħallef wieħed jippresjedi, qorti b'assessuri mhux esperti jew qorti bil-ġuri).

Il-Bailiffs

Ir-remunerazzjoni li jirċievu l-bailiffs tal-qorti (Gerichtsvollzieher) għall-attivitajiet tagħhom hija stabbilita fl-Att dwar id-Drittijiet għal Eżekuzzjoni (Vollzugsgebührengesetz). Il-ħlas ewlieni huwa dritt għal eżekuzzjoni (Vollzugsgebühr) li l-kreditur applikant irid iħallas meta titressaq l-applikazzjoni għall-eżekuzzjoni, flimkien ma’ dritt b’rata fissa (Pauschalgebühr) stabbilit fl-Att dwar id-Drittijiet għall-Qorti (Gerichtsgebührengesetz – GGG).

Id-dritt għal eżekuzzjoni, mitlub skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Artikolu 2 tal-Att dwar id-Drittijiet għal Eżekuzzjoni, jagħmel parti mill-ispejjeż tal-proċedimenti tal-eżekuzzjoni. Meta jingħataw l-ispejjeż, il-qorti tista' tordna lid-debitur biex iħallas lura dawn l-ispejjeż jekk il-kreditur jitlob hekk

Il-bailiff huwa intitolat ukoll għal remunerazzjoni talli jirċievi pagamenti. Din tista' titnaqqas mill-ammont miġbur (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Artikolu 11 tal-Att dwar id-Drittijiet għal Eżekuzzjoni).

L-ispejjeż fissi

L-ispejjeż fissi fi proċedimenti ċivili

L-ispejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti ċivili

Id-drittijet tal-qorti li jitħallsu biex jintużaw is-servizzi tal-qrati jieħdu l-forma jew ta' dritt fiss (Pauschalgebühr jew Festgebühr) jew proporzjon tal-bażi ta' stima (Hundertsatzgebühr jew Tausendsatzgebühr). Il-livell jiddependi min-natura tal-kawża u mill-valur tat-talba.

L-istadju tal-proċediment ċivili fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż fissi

Għall-proċedimenti ċivili fl-ewwel istanza, dritt b'rata fissa jrid jitħallas meta titressaq l-applikazzjoni tal-oriġini. Id-dritt jitħallas darba biss, irrispettivament min jekk ir-rikors jinkludix iktar minn talba waħda jew jekk ikunx relatat ma’ iktar minn persuna waħda, u jkopri l-proċedimenti kollha tal-ewwel istanza. Jekk ir-rimedju ta’ inġustizzja mixtieqa jiġi estiż matul il-proċedimenti, minn dak il-punt jistgħu jintalbu drittijiet addizzjonali. Dawn għandhom jitħallsu meta jitressqu t-trattazzjonijiet bil-miktub.

Fejn ir-rimedju mitlub jiġi estiż matul is-seduta, id-dritt huwa dovut meta t-talba estiża tiġi rreġistrata. Fil-każ ta’ proċedimenti ċivili tat-tieni jew tat-tielet istanza, id-dritt għandu jitħallas meta jitressaq l-appell (l-Artikolu 2(1) tal-Att dwar id-Drittijiet għall-Qorti). Bħala eċċezzjoni, fi proċedimenti mhux kontenzjużi, xi drabi jitħallas dritt ta’ deċiżjoni (Entscheidungsgebühr) minflok dritt ta’ talba (Klagegebühr).

L-ispejjeż fissi fi proċedimenti kriminali

L-ispejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kriminali

Dritt għandu jitħallas skont il-punt 13 tal-Att dwar id-Drittijiet għall-Qorti fil-każ ta' prosekuzzjoni privata biss.

L-istadju tal-proċediment kriminali fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż fissi

L-ispejjeż għandhom jitħallsu fil-bidu tal-proċedimenti.

L-Ispejjeż fissi fi proċedimenti kostituzzjonali

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kostituzzjonali

Skont l-Artikolu 17a(1) tal-Att dwar il-Qorti Kostituzzjonali (Verfassungsgerichtshofgesetz — VfGG), id-dritt huwa ta' EUR 220.

L-istadju tal-proċedimenti kostituzzjonali fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż fissi

L-ispejjeż għandhom jitħallsu fil-bidu tal-proċedimenti.

L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn qabel mir-rappreżentanti legali

Drittijiet u obbligi tal-partijiet

Ġeneralment, l-avukat huwa obbligat jinforma lill-klijent tiegħu kif se jiġu kkalkulati d-drittijiet u liema spejjeż il-klijent mistenni jkollu. L-Artikolu 50(2) tal-Linji Gwida dwar l-Eżerċizzju tal-Professjoni ta' Avukat u s-Superviżjoni tal-Obbligazzjonijiet tal-Avukati (Richtlinien für die Ausübung des Rechtsanwaltsberufs und für die Überwachung der Pflichten des Rechtsanwalts — RL-BA) jirrakkomanda li meta jirċievi istruzzjonijiet fuq każ ġdid, l-avukat għandu jinforma lill-klijent bil-bażi li fuqha se jintalab il-ħlas u dwar id-dritt tal-avukat għal ħlasijiet interim.

Sakemm ma jkunx intlaħaq ftehim fuq dritt b’rata fissa, il-klijent huwa intitolat, f’intervalli raġonevoli, li jitlob rendikont provviżorju jew dikjarazzjoni tas-servizzi diġà mogħtija jew, meta jkun intlaħaq ftehim dwar dritt ibbażat fuq il-ħin, dikjarazzjoni tal-ħin li diġà uża l-avukat.

Meta jibda jintuża avukat, għandu jiġi konkluż ftehim li jkopri l-bidu u l-frekwenza tal-ħlas.

Is-Sorsi tal-ispejjeż - bażijiet ġuridiċi

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fl-Awstrija?

Ir-regoli statutorji dwar ir-responsabbiltà għall-ispejjeż fi proċedimenti ċivili kontenzjużi (inklużi l-kwistjonijiet kummerċjali) jistgħu jinstabu fl-Artikoli 40-55 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili. Fi kwistjonijiet familjari, b'mod partikolari divorzju b'kunsens reċiproku, jekk ikun hemm xi tilwim fuq kustodja, drittijiet ta' aċċess jew talbiet għall-manteniment, dawn jiġu ttrattati fi proċedimenti mhux kontenzjużi. Il-proċedimenti mhux kontenzjużi huma suġġetti għal regoli separati rigward ir-responsabbiltà għall-ispejjeż; Ir-regoli ġenerali huma stabbiliti fl-Artikolu 78 tal-Att dwar il-Proċedimenti mhux Kontenzjużi Japplikaw eċċezzjonijiet għal dawn ir-regoli ġenerali, fost l-oħrajn, fi proċedimenti relatati ma’ tilwim dwar il-kustodja u l-aċċess u fi proċedimenti li jikkonċernaw talbiet ta' manteniment għal minorenni. L-ispejjeż fil-proċedimenti kriminali huma rregolati mill-Artikoli 380-395 tal-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali (Strafprozessordnung - StPO).

Sommarju tad-drittijiet li l-avukati huma intitolati għalihom jingħata f'fuljett ta' informazzjoni onlajn fuq il-homepage tal- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAvukatura Awstrijaka (Österreichischer Rechtsanwaltskammertag). Informazzjoni ġenerali tista' tinkiseb ukoll mill-homepage tas- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaservizz HELP għaċ-ċittadini billi jiġu segwiti l-links 'Leben in Österreich'->, 'Zivilrecht' > 'Zivilverfahren' [Meta tgħix fl-Awstrija> il-Liġi Ċivili > il-Proċedura Ċivili].

Informazzjoni ġenerali dwar id-drittijiet għall-qorti hija disponibbli mingħajr ħlas fuq is-sit tas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaservizz HELP għaċ-ċittadini. It-testi tal-liġijiet (bħall-Att dwar id-Drittijiet għall-Qorti u r-regoli dwar l-iskali ta' drittijiet) huma disponibbli mingħajr ħlas mis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSistema ta' Informazzjoni Legali tar-Repubblika tal-Awstrija (Rechtsinformationssystem des Bundes — RIS) fuq il-homepage tal-Uffiċċju tal-Kanċillier Federali.

B’liema lingwi nista’ nikseb informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fl-Awstrija?

Bil-Ġermaniż.

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar il-medjazzjoni?

Lista ta' medjaturi (miżmuma u aġġornata mill-Ministeru tal-Ġustizzja) hija disponibbli għall-pubbliku ġenerali minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasitapposta.

Fir-rigward tal-ġustizzja restorattiva fil-proċedimenti kriminali, l-informazzjoni dwar il-medjazzjoni bejn il-konvenut u l-vittma hija disponibbli fuq is-sit tan-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaNEUSTART (disponibbli wkoll bl-Ingliż).

Fejn nista' nsib informazzjoni addizzjonali dwar l-ispejjeż?

Informazzjoni onlajn dwar l-ispejjeż legali

Informazzjoni ġenerali dwar is-sistema ġudizzjarja Awstrijaka, l-ispejjeż legali u l-Ministeru Federali tal-Ġustizzja tista' tinstab fuq is-sit tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĠustizzja Awstrijaka u fuq is-sit tas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaservizz HELP, li jipprovdi informazzjoni ġenerali u faċli biex tinqara.

Is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSistema ta' Informazzjoni Legali tar-Repubblika tal-Awstrija tagħti t-testi sħaħ tal-liġijiet li ġejjin:

  • l-Att dwar id-Drittijiet għall-Qorti (Gerichtsgebührengesetz — GGG)
  • l-Att dwar il-Jedd għad-Drittijiet (Gebührenanspruchsgesetz — GebAG)
  • il-Kodiċi tal-Avukati (Rechtsanwaltsordnung — RAO)
  • l-Att dwar id-Drittijiet għall-Avukati (Rechtsanwaltstarifgesetz — RATG)

It-test tal-Kriterji Ġenerali għall-Avukati (Allgemeine Honorar-Kriterien für Rechtsanwälte — AHK) huwa disponibbli fuq il-portal tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAvukatura Awstrijaka .

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar it-tul ta' żmien medju li jieħdu l-proċeduri differenti?

Għal din it-tip ta’ informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Ministeru tal-Ġustizzja Awstrijak direttament.

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar l-ispiża medja aggregata għal proċedura partikolari?

Id-drittijiet għall-qorti li jitħallsu għal kull tip ta' proċediment huma stabbiliti bil-quddiem (mill-Att dwar id-Drittijiet għall-Qorti). Dawn jistgħu jinbidlu jekk il-valur tat-talba jinżel jew jogħla.

L-ispejjeż li għandhom jitħallsu mill-parti telliefa lill-parti rebbieħa fil-proċedimenti ċivili (drittijiet għall-avukati, drittijiet għall-esperti, spejjeż tat-traduzzjoni) jiġu ddeterminati mill-qorti. Il-qorti tagħmel l-ordni tagħha fuq il-bażi tal-Att dwar id-Drittijiet għall-Avukati (għad-drittijiet għall-avukati) u l-Att dwar il-Jedd għad-Drittijiet (id-drittijiet għall-esperti u l-interpreti). Fil-parti l-kbira, l-ispejjeż huma bbażati fuq il-livell ta’ nefqa involuta u fuq il-ħin li ntuża. Ma tistax tingħata figura speċifika bil-quddiem.

Fil-prinċipju, id-dritt li jitħallas mill-klijent lill-avukat jista’ jkun miftiehem bil-libertà kollha bejniethom.

It-Taxxa fuq il-Valur Miżjud

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar il-VAT? X’inhuma r-rati applikabbli?

Is-servizzi tal-avukati huma soġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud Din tammonta għal 20% fl-Awstrija L-istess bħall-ispejjeż oħrajn, din trid titħallas lill-avukat separatament, kif stipulat fl-Artikolu 16 tal-Att dwar id-Drittijiet għall-Avukati u fl-Artikolu 17 tal-Kriterji Ġenerali għad-Drittijiet. L-iskali ta' drittijiet stipulati fl-Att dwar l-Iskali tad-Drittijiet għall-Avukati u l-Att dwar il-Kriterji Ġenerali għad-Drittijiet ma jinkludux it-taxxa fuq il-valur miżjud.

L-għajnuna legali

Limitu tad-dħul applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja ċivili

L-eliġibbiltà għall-għajnuna legali (Verfahrenshilfe) mhix ibbażata fuq limitu statutorju tad-dħul. Fi proċedimenti ċivili (u fi kwistjonijiet kummerċjali), l-għajnuna legali hija rregolata mill-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Awstrijak. Id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili japplikaw mutatis mutandis fil-proċedimenti mhux kontenzjużi. Id-deċiżjonijiet dwar l-għoti tal-għajnuna legali jittieħdu mill-qorti li tisma’ l-kawża fl-ewwel istanza.

L-għajnuna legali trid tingħata lil parti jekk id-dħul, iċ-ċirkustanzi finanzjarji u l-obbligi ta’ manteniment tagħha jkunu tali li ma tkunx tiflaħ tħallas l-ispiża tal-proċedimenti legali mingħajr ma taffettwa b'mod ħażin il-livell ta' riżorsi (notwendiger Unterhalt) meħtieġ biex iżżomm stil ta’ ħajja modest. Barra minn hekk, il-proċedimenti ma jridux jidhru manifestament vessatorji jew nieqsa minn kull prospettiva ta’ suċċess. Il-qorti tiddeċiedi liema mill-benefiċċji elenkati iktar ’l isfel għandhom jingħataw f’kull każ individwali.

Fl-Awstrija, l-għajnuna legali tista' tinkludi:

  • eżenzjoni temporanja mill-ħlas tad-drittijiet għall-qorti, tad-drittijiet tax-xhieda, tal-esperti u tal-interpreti jew tradutturi, tal-ispiża ta’ kwalunkwe avviż pubbliku meħtieġ, tal-ispejjeż ta’ amministratur u ta’ kwalunke somma li jkun ħallas ir-rappreżentant jew l-avukat maħtur mill-qorti;
  • rappreżentanza minn avukat.

Fi żmien tliet snin wara li jkunu tlestew il-proċedimenti, partijiet li jirċievu l-għajnuna legali jistgħu jkunu meħtieġa li jħallsu lura l-għajnuna, fl-intier jew in parti, jekk il-pożizzjoni finanzjarja tagħhom tinbidel u dawn issa jkunu f'pożizzjoni li jagħmlu dawk il-pagamenti mingħajr ma jimpinġu fuq il-livell neċessarju ta' riżorsi tagħhom.

Limitu tad-dħul applikabbli għall-konvenuti u l-vittmi fil-qasam tal-ġustizzja kriminali

Sabiex ikun iddeterminat jekk akkużat jew vittma jikkwalifikawx għall-għajnuna legali ma japplika l-ebda limitu finanzjarju fiss. Manteniment ’il fuq mill-paga minima u taħt livell ta’ manteniment xieraq huma l-kriterji gwida.

Il-paga minima għall-għajxien hija regolarment evalwata mill-ġdid u r-rata attwali hija ppubblikata fuq is-sit tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĠustizzja Awstrijaka

Kundizzjonijiet sabiex tingħata l-għajnuna legali lill-vittmi

Meta ma jkun hemm l-ebda dritt għal assistenza ġudizzjarja (Prozessbegleitung) skont l-Artikolu 66(2) tal-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali Awstrijak, attur ċivili huwa intitolat għall-għajnuna legali (Verfahrenshilfe) jekk

  • hu jew hi ma jistax jaffordja li jkun rappreżentat minn avukat mingħajr ma dan jimpinġi fuq il-livell neċessarju tiegħu jew tagħha ta' riżorsi (ara l-osservazzjonijiet fuq il-livell neċessarju ta' riżorsi hawn fuq), u
  • r-rappreżentanza minn avukat tkun fl-interessi tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja, u speċjalment fl-interessi ta’ infurzar xieraq tat-talbiet sabiex ikunu evitati proċedimenti ċivili separati aktar tard.

Kundizzjonijiet sabiex tingħata l-għajnuna legali lill-konvenuti

Minbarra l-kundizzjonijiet finanzjarji, l-għajnuna legali trid tkun fl-interessi tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja, u speċjalment fl-interessi ta' difiża xierqa.

Il-ħatra ta' avukat tad-difiża hija fi kwalunkwe każ meqjusa bħala fl-interessi tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja fejn

ikun hemm każ ta' difiża imperattiva (notwendige Verteidigung) skont l-Artikolu 61(1) tal-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali (ara hawn taħt),

  • jekk il-konvenut ikun għami, trux, mutu, jew b'xi diżabilità oħra jew ma jkollux biżżejjed għarfien tal-lingwa użata mill-qorti;
  • fi proċedimenti ta' appell;
  • jekk il-kawża tinvolvi ċirkustanzi fattwali u legali kumplessi.

F'każijiet ta' difiża imperattiva, konvenut irid ikun rappreżentat minn avukat tad-difiża. L-Artikolu 61(1) tal-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali jagħti lista eżawrjenti tal-każijiet fejn id-difiża hija imperattiva:

  • waqt li l-akkużat ikun qed jinżamm f’ċentru ta’ detenzjoni qabel il-kawża;
  • matul il-proċedimenti għal reklużjoni f’istituzzjoni ta' trasgressuri mentalment anormali;
  • fi proċedimenti tal-qorti għal reklużjoni f'istituzzjoni ta' trasgressuri b'xi dipendenza li jeħtieġu riabilitazzjoni jew f'istituzzjoni għal trasgressuri perikolużi reċedivi;
  • fi proċedimenti tal-qorti quddiem qorti reġjonali meta tippresjedi b'assessuri mhux esperti jew ġurija;
  • fi proċedimenti tal-qorti quddiem qorti reġjonali meta jippresjedi imħallef wieħed, jekk is-sentenza li tista' tingħata tammonta għal aktar minn tliet snin priġunerija, ħlief fil-kawżi ta' serq imsemmija fl-Artikolu 129(1)–(3) tal-Kodiċi Kriminali u każijiet ta' riċeviment ta' merkanzija misruqa msemmija fl-Artikolu 164(4) tal-Kodiċi Kriminali;
  • f'appell kontra sentenza ta' qorti li tippresjedi b'assessuri mhux esperti jew ġurija;
  • għall-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għal ritrattazzjoni u kwalunkwe seduta pubblika dwar l-applikazzjoni.

Proċedimenti tal-qorti mingħajr spejjeż

Sabiex jiġu protetti d-drittijiet ta' vittma fi proċedimenti kriminali, l-għajnuna psikosoċjali (psychosoziale Prozessbegleitung) jew l-għajnuna ġudizzjarja (juristische Prozessbegleitung) huma disponibbli mingħajr ħlas għal vittmi ta' atti vjolenti, theddid perikoluż jew reati sesswali, u għall-konjuġi, il-partner, il-qraba fil-linja diretta, ħu jew oħt il-persuna li mewtha jista' jkun li ġiet ikkawżata minn reat kriminali, jew għal qraba oħra li kienu xhieda tar-reat kriminali. L-għajnuna psikosoċjali tkopri l-preparazzjoni tal-vittma għall-proċedimenti u l-piż emozzjonali kkawżat mill-proċedimenti. L-għajnuna psikosoċjali jew ġudizzjarja tingħata minn organizzazzjonijiet ta’ appoġġ għall-vittmi kuntrattati mill-Ministeru tal-Ġustizzja skonl-Artikolu 66(2) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali.

Fi proċedimenti mhux kontenzjużi, l-ebda drittijiet ma jitħallsu għall-ħatra ta' amministratur (Sachverwalter) jew fi proċedimenti ta' kustodja u aċċess. Lanqas m'għandhom jitħallsu drittijiet għal proċedimenti skont l-Att dwar il-Konfinament Istituzzjonali (Unterbringungsgesetz) jew l-Att dwar il-Kura Residenzjali (Heimaufenthaltsgesetz). Meta parti jkollha dħul baxx u assi limitati, l-għajnuna legali tista' tingħata fil-forma ta' eżenzjoni provviżorja mid-drittijiet L-iskala tal-eżenzjoni mogħtija tiddependi mill-applikazzjoni u hija fid-diskrezzjoni tal-qorti.

Meta għandha l-parti li titlef tħallas l-ispejjeż tal-parti li tirbaħ?

Proċedimenti kontenzjużi

L-ispejjeż fil-proċedimenti ċivili (inklużi l-kawżi kummerċjali) huma rregolati mill-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili. Dan jistipula li għall-ewwel kull parti trid tħallas l-ispejjeż li jsiru, b’mod proporzjonali għall-involviment tagħha fil-proċedimenti. Meta l-qorti tiddeċiedi l-kawża, tagħmel ordni dwar l-ispejjeż. Il-prinċipju huwa li l-ispejjeż jingħataw lill-parti rebbieħa. Parti li titlef tilwima f'kull rispett trid tikkumpensa lill-parti l-oħra d-drittijiet u l-ispejjeż kollha li kienu meħtieġa għall-prosekuzzjoni jew id-difiża xierqa tal-kawża. Jekk il-partijiet jirbħu f'xi wħud mit-talbiet tagħhom u jitilfu parzjalment, l-ispejjeż jitpaċew jew jinqasmu b’mod proporzjonat.

It-tbegħid mill-prinċipju li l-ispejjeż jitħallsu lura lill-parti rebbieħa huwa ġġustifikat f’ċerti każijiet minħabba raġunijiet ta’ ekwità:

  • fil-każ ta’ telfa fuq punt relattivament minuri, jekk il-parti miċħuda tar-rikors ma tat lok għall-ebda spiża partikolari;
  • jekk il-livell tat-talba jiġi determinat minn esperti, jew huwa fid-diskrezzjoni tal-qorti, u fejn l-ispejjeż għandhom jitpaċew;
  • jekk il-kondotta tal-konvenut ma tatx lok biex jiġi ppreżentat ir-rikors u hu jew hi jkun irrikonoxxa t-talba mal-ewwel opportunità; u
  • jekk waħda mill-partijiet tkun tat lok għal kanċellazzjoni awtomatika tal-proċedimenti jew dikjarazzjoni ta' nullità tal-proċedimenti, dik il-parti tista' tintalab tħallas l-ispejjeż kollha.

Proċedimenti mhux kontenzjużi

Kwistjonijiet li jirrigwardaw il-liġi tal-familja (manteniment, proċedimenti ta’ drittijiet ta’ aċċess u ta’ kustodja u divorzju kunsenswali) jiġu ttrattati fi proċedimenti mhux kontenzjużi. Ir-regoli ġenerali dwar l-ispejjeż fi proċedimenti mhux kontenzjużi huma pprovduti fl-Artikolu 78 tal-Att dwar il-Proċedimenti Mhux Kontenzjużi. Iżda hemm eċċezzjonijiet għal ħafna tipi ta' proċedimenti. Hawnhekk, ukoll, japplika l-prinċipju li l-ispejjeż għandhom jitħallsu lill-parti rebbieħa, iżda jistgħu jingħataw b'mod differenti għal raġunijiet ta' ekwità. Ir-raġunijiet huma ferm iktar estensivi minn dawk skont il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili. Jekk ma jintalab l-ebda kumpens, l-ispejjeż (pereż. id-drittijiet għall-esperti) iridu jitħallsu fi proporzjon għas-sehem fil-kawża, u jekk dan ma jistax jiġi ddeterminat, iridu jitqassmu b’mod indaqs.

Dettalji dwar it-tipi differenti ta’ proċediment (manteniment, proċediment ta’ drittijiet ta’ aċċess u ta’ kustodja, u divorzju):

  • Rigward il-proċedimenti ta’ divorzju, trid issir distinzjon bejn divorzju kkontestat u divorzju kunsenswali.

Dispożizzjonijiet speċjali tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili japplikaw għal divorzji kkontestati. Jekk jinstab li l-ebda parti m’għandha tort, l-ispejjeż iridu jitpaċew. Jekk ir-raġuni għad-divorzju tkun li ż-żwieġ tkisser (Zerrüttung) u jekk is-sentenza tinkludi deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà għall-ksur, il-parti li jkollha tort trid tħallas l-ispejjeż tal-parti l-oħra.

Id-divorzju kunsenswali huwa ttrattat fi proċedimenti mhux kontenzjużi, bħaż-żewġ tipi l-oħra ta' proċedimenti tal-liġi tal-familja Il-konjuġi jressqu żewġ applikazzjonijiet identiċi quddiem il-qorti, u peress li ma jkun hemm l-ebda proċediment ikkontestat ma jingħatawx l-ispejjeż. L-ispejjeż li jinħarġu għall-kawża jridu jbatuhom il-partijiet b’mod indaqs.

  • Il-proċedimenti ta’ kustodja u ta’ aċċess ukoll huma proċedimenti mhux kontenzjużi. Skont klawżola ta’ eżenzjoni (l-Artikolu 107(3) tal-Att dwar il-Proċedimenti Mhux Kontenzjużi), fil-proċedimenti ta’ kustodja u ta’ aċċess ma jingħatawx l-ispejjeż.
  • Klawsola ta' eżenzjoni oħra (Artikolu 101(2) tal-Att dwar il-Proċedimenti Mhux Kontenzjużi) tistipula li l-ebda spejjeż m'għandhom jingħataw fi proċedimenti li jikkonċernaw talbiet għal manteniment għal tfal li għadhom minorenni.

Proċedimenti Kriminali

Fil-prinċipju, fi proċedimenti kriminali kull persuna li hija rappreżentata minn avukat tad-difiża jew rappreżentant ieħor trid tbati l-ispejjeż hija stess anki jekk l-avukat inħatar mill-qorti (l-Artikolu 393(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali).

Sentenza li tikkundanna lill-konvenut trid ukoll tordna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti kriminali (l-Artikolu 389(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali). L-ispejjeż li ġejjin jistgħu jkunu dovuti skont l-Artikolu 381(1) tal-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali:

  • dritt b'rata fissa fir-rigward tal-ispejjeż tal-proċedimenti li mhumiex dettaljati iżjed hawn taħt, inklużi l-ispejjeż tal-investigazzjoni u tal-passi ordnati mill-prosekutur pubbliku jew mill-qorti, li l-Artikolu 381(3) jillimita għall-ammonti massimi li ġejjin: fi proċedimenti quddiem il-qorti reġjonali li tippresjedi b'ġurija, minn EUR 500 sa EUR 10 000; fi proċedimenti quddiem il-qorti reġjonali li tippresjedi b'assessuri mhux esperti, minn EUR 250 sa EUR 5 000; fi proċedimenti quddiem il-qorti reġjonali ppreseduta minn imħallef wieħed, minn EUR 150 sa EUR 3 000; u fi proċedimenti quddiem il-qorti distrettwali, minn EUR 50 sa EUR 1 000;
  • id-drittijiet lill-esperti u inġenerali wkoll drittijiet lill-interpreti;
  • l-ispejjeż għal informazzjoni, rapporti jew opinjonijiet ipprovduti mill-awtoritajiet pubbliċi;
  • l-ispejjeż għat-trasport tal-konvenut jew tax-xhieda minn barra l-pajjiż;
  • l-ispejjeż ikkawżati minn mandat ta' sekwestru u l-ispejjeż biex tinkiseb informazzjoni dwar kontijiet bankarji, għall-qbid ta’ ittri, għal informazzjoni dwar dejta minn mezzi ta’ telekomunikazzjoni u għal interċetazzjoni ta’ mezzi ta’ telekomunikazzjoni;
  • l-ispejjeż relatati mal-infurzar tas-sentenza, esklużi l-ispejjeż relatati mal-ħabs;
  • id-drittijiet għall-qorti relatati mal-proċedimenti;
  • l-ispejjeż tal-avukat tad-difiża jew ta’ rappreżentanti oħrajn;
  • dritt b'rata fissa rigward l-ispejjeż għall-għajnuna psikosoċjali jew ġudizzjarja mogħtija lill-vittma sa EUR 1 000.

Bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż elenkati fit-tielet, is-seba', it-tmien u d-disa' punti ta' hawn fuq, dawn l-ispejjeż jingħataw mill-awtoritajiet federali. Meta tiddeċiedi dwar id-drittijiet b'rata fissa skont id-disa' punt, Artikolu 381(1)(9), il-qorti tikkunsidra l-kapaċità ekonomika tal-persuna responsabbli. L-ispejjeż għas-servizzi ta' interpretu m'għandhomx għalfejn jitħallsu lura jekk kienu meħtieġa għaliex il-konvenut ma setax jikkomunika fil-qorti minħabba nuqqas ta' għarfien tal-lingwa jew bħala riżultat ta' diżabilità.

L-Artikolu 391(1) tal-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali, madankollu, jistipula li l-ispejjeż tal-proċedimenti kriminali għandhom jiġu rkuprati mingħand il-persuna misjuba ħatja sakemm dan ma jaffettwax b'mod ħażin lir-riżorsi meħtieġa għall-persuna misjuba ħatja biex iżżomm standard modest ta' għajxien jew lill-kapaċità tagħha li tħallas kumpens għad-dannu kkawżat. Jekk l-ispejjeż mhumiex irkuprabbli minħabba n-nuqqas ta' riżorsi tal-persuna misjuba ħatja, il-qorti tista' tiddikjara li l-ispejjeż mhumiex irkuprabbli. Jekk il-qorti tara li l-ispejjeż se jsiru irkuprabbli fil-ġejjieni, iżda għalissa mhumiex, il-kapaċità ekonomika tal-persuna kkonċernata trid tiġi eżaminata mill-ġdid wara ċertu perjodu ta’ żmien. Iż-żmien ta' preskrizzjoni applikabbli għall-irkupru tal-ispejjeż huwa ta’ ħames snin wara li tingħata d-deċiżjoni finali fil-proċedimenti. Jekk il-qorti tiddeċiedi li l-persuna misjuba ħatja trid tbati l-ispejjeż tal-proċedimenti u iktar tard hija ma tkunx tista’ tħallas, l-awtoritajiet responsabbli mill-irkupru tal-ispejjeż jistgħu jestendu l-iskadenza għall-ħlas, jippermettu ħlas bin-nifs jew inaqqsu l-ispejjeż.

Jekk bis-sentenza tal-qorti kriminali il-persuna misjuba ħatja tkun obbligata tħallas mill-inqas kumpens parzjali lil rikorrent ċivili, hija trid ukoll tħallas lura l-ispejjeż li ġarrab ir-rikorrent ċivili fil-proċedimenti kriminali.

Skont l-Artikolu 393a tal-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali, konvenut li huwa liberat jista' jitlob kontribuzzjoni mill-awtoritajiet federali għall-ispejjeż li ġarrab għall-avukat tad-difiża tiegħu jew tagħha. Dan ikopri n-nefqa meħtieġa fi flus kontanti li fil-fatt iġġarbet kif ukoll dritt b'rata fissa għall-ispejjeż tal-avukat tad-difiża. Id-dritt b'rata fissa huwa determinat fid-dawl tal-firxa u l-kumplessità tad-difiża u l-ambitu tas-servizzi meħtieġa u xierqa pprovduti mill-avukat, u ma jistax jaqbeż il-limiti li ġejjin: fi proċedimenti quddiem il-qorti reġjonali li tippresjedi b'ġurija, EUR 5 000; fi proċedimenti quddiem il-qorti reġjonali li tippresjedi b'assessuri mhux esperti, EUR 2 500; fi proċedimenti quddiem il-qorti reġjonali ppreseduta minn imħallef wieħed, EUR 1 250; u fi proċedimenti quddiem il-qorti distrettwali, EUR 450.

Fejn il-proċedimenti kriminali jinbdew minn prosekuzzjoni privata jew fuq applikazzjoni ta’ rikorrent ċivili, skont l-Artikolu 72 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali u ma jwasslux għal sentenza ta’ ħtija, il-persuna li tistitwixxi l-prosekuzzjoni privata jew ir-rikorrent ċivili huma obbligati jħallsu l-ispejjeż kollha kkawżati mit-tressiq jew mill-kontinwazzjoni tar-rikors. Jekk il-proċedimenti kriminali jintemmu b'soluzzjoni (Diverżjoni – l-Artikoli 198-209 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali) ir-rikorrent ċivili ma jkollux għalfejn iħallas l-ispejjeż.

Id-drittijiet għall-esperti

Fi proċedimenti ċivili kontenzjużi (inklużi l-kawżi kummerċjali), id-drittijiet għall-espert jingħataw fi proporzjon għal kemm il-parti kellha jew ma kellhiex suċċess (l-Artikolu 43(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

Fi proċedimenti ta' divorzju kkontestat fejn is-sentenza ma tagħtix deċiżjoni fuq ir-responsabbiltà, l-ispejjeż iridu jitpaċew b'mod reċiproku. Jekk parti waħda tkun ħallset iktar minn nofs l-ispiża fi flus kontanti, l-oħra trid tħallas l-eċċess. Iżda jekk konjuġi jinstab li kellu tort, dik il-parti trid tħallas lura d-drittijiet għall-espert tal-parti l-oħra.

Fi proċedimenti ta' divorzju kunsenswali, fi proċedimenti ta' kustodja u aċċess u fi proċedimenti dwar talbiet għal manteniment għal tfal li jkunu għadhom minorenni, kwalunkwe dritt tal-espert li għall-ewwel tħallas minn fondi uffiċjali jrid jiġi mħallas lura lill-qorti mill-partijiet li kkawżawh jew mill-partijiet li l-azzjoni uffiċjali ttieħdet fl-interess tagħhom. Jekk diversi persuni jkunu obbligati jħallsu lura l-ispejjeż, huma jkunu responsabbli b’mod konġunt (l-Artikolu 1(5) tal-Att dwar il-Ħlasijiet għall-Qorti (Gerichtliches Einbringungsgesetz – GEG) flimkien mal-Artikolu 2(1) tal-istess Att).

Il-livell tad-drittijiet għall-esperti jiġi rregolat mill-Att dwar il-Jedd għad-Drittijiet, u f’kull każ speċifiku jiddependi essenzjalment mill-kontenut u mill-ambitu tar-rapport mitlub mill-qorti.

Fi proċedimenti kriminali, id-drittijiet għall-esperti jifformaw parti mill-ispejjeż tal-qorti (l-Artikolu 381(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali), li skont l-Artikolu 389(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali jridu jitħallsu mill-persuna li tinstab ħajta. Id-drittijiet għall-esperti jiġu ddeterminati mill-qorti jew mill-prosekutur pubbliku u jitħallsu mill-awtoritajiet federali.

Id-drittijiet tat-tradutturi u tal-interpreti

L-ispjegazzjoni li ngħatat hawn fuq tapplika wkoll għad-drittjiet tat-tradutturi u tal-interpreti.

Dokumenti relatati

Studju dwar it-trasparenza tal-ispejjeż: Rapport tal-pajjiż L-AwstrijaPDF(829 Kb)en

Links Relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Artikolu 32 tal-Att dwar id-Drittijiet għall-Qorti

L-aħħar aġġornament: 11/06/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-ispiża tal-proċedimenti - Polonja

Din il-paġna tagħtik informazzjoni dwar l-ispejjeż ġudizzjarji fil-Polonja.

Qafas regolatorju li jirregola t-tariffi tal-professjonisti ġuridiċi

L-Avukati

Fil-Polonja, il-ħlas f'każijiet individwali isir bi ftehim bejn l-avukat (adwokat) u l-klijent, soġġett għal-liġi. Jistgħu jiġu meqjusa l-fatturi li ġejjin:

  • il-kumplessità u l-iskop tal-kwistjoni ġuridika;
  • il-ħin meħtieġ għall-qadi xieraq tad-dmirijiet tal-avukat;
  • l-esperjenza u l-ħiliet professjonali tal-avukat;
  • il-preskrizzjoni;
  • il-livell ta' urġenza;
  • fatturi oħra.

Skont ir-Regolament tal-Ministru tal-Ġustizzja dwar it-Tariffi għas-Servizzi tal-Avukati tat-28 ta' Settembru 2002 (Rozporządzenie w sprawie opłat za czynności adwokackie), il-ħlas għandu jqis:

  • it-tip u l-kumplessità tal-każ;
  • ix-xogħol rikjest mill-każ.

F'każijiet partikolari, skont is-sitwazzjoni materjali u familjari tal-klijent, l-avukat jista' jżomm inqas flus minn dak rikjest mill-Att dwar l-Ispejjeż Ġudizzjarji f'Kawżi Ċivili (Ustawa o kosztach sądowych w sprawach cywilnych).

Fil-prinċipju, il-parti t-telliefa tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti ġuridiċi. Madanakollu, is-somma mogħtija mill-imħallef (għar-rappreżentazzjoni pprovduta mill-avukat) għandha tħares il-limitu stabbilit fir-Regolament tal-Ministru tal-Ġustizzja dwar it-Tariffi għas-Servizzi tal-Avukati tat-28 ta' Settembru 2002. Għalhekk (skont is-subinċiż 2), it-tariffa ma tistax taqbeż ir-rata minima mmultiplikata għal sitt darbiet, u lanqas il-valur tal-oġġett tal-litigazzjoni. L-ammont tat-tariffa jiddependi wkoll min-natura u l-għanijiet tal-kawża u l-istadju tal-proċedimenti. Il-Kapitoli 2 sa 5 tar-Regolament jistabbilixxu t-tariffi minimi għad-diversi tipi ta' kawżi.

Il-Konsulenti Ġuridiċi

Il-konsulenti ġuridiċi (radcy prawni) fil-Polonja huma rregolati minn regoli simili għal dawk li jirregolaw lill-avukati.

Uffiċjali tal-Infurzar tal-Liġi (Bailiffs)

Il-liġi Pollakka tistabbilixxi wkoll it-tariffi għall-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi/bailiffs (komornicy) – fl-Att dwar l-Uffiċjali tal-Infurzar tal-Liġi u l-Proċedimenti ta' Infurzar (Ustawa o komornikach sądowych i egzekucji).

Ir-regoli ġenerali huma:

Fil-kawżi finanzjarji, il-ħlas għandu jiġi kkalkulat bħala perċentwali tal-ammont tat-talba li hija mistennija. Meta uffiċjali tal-infurzar tal-liġi jikseb talba finanzjarja, il-ħlas magħmul mill-kreditur m'għandux jaqbeż it-2% tal-valur tat-talba, u lanqas ma jista' jkun inqas minn 3% tal-paga medja fix-xahar jew aktar minn dan l-ammont immultiplikat għal ħames darbiet.

Fl-eżekuzzjoni tat-talba, l-uffiċjal tal-infurzar tal-liġi jiġbor tariffa mid-debitur ta' valur ta' 15% tat-talba. Din it-tariffa ma tistax tkun inqas minn 10% tal-paga medja fix-xahar u ma tistax taqbeż dan l-ammont immultiplikat għal 30 darba.

F'kawżi mhux finanzjarji, meta l-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi jirbaħ u jeżegwixxi talba mhux finanzjarja, il-ħlas huwa fiss.

Spejjeż fissi

Spejjeż fissi fi proċedimenti ċivili

L-Att dwar l-ispejjeż ġudizzjarji f'kawżi ċivili jkopri t-tariffi u l-ispejjeż.

It-tariffa hija l-ammont ta' flus li trid titħallas għal kull dokument ippreżentat il-qorti, fejn il-liġi tipprovdi għal tariffa bħal din. Hemm tliet tipi differenti ta' tariffi: varjabbli, fissi u bażiċi.

L-ammont tat-tariffa jvarja skont in-natura tal-kawża: id-dritt ċivili, id-dritt tal-familja, id-dritt kummerċjali jew oħrajn. It-tip ta' azzjoni ġuridika tiġi kkunsidrata wkoll meta jiġu kkalkulati l-ispejjeż.

L-ispejjeż jinkludu n-nefqa b'rabta mal-parteċipazzjoni tal-partijiet, ix-xhieda u l-esperti fil-proċedimenti. L-ispejjeż jiddependu fuq il- ħin u l-impenn involuti. L-ispejjeż jistgħu jinkludu l-ħlas tal-interpreti u t-tradutturi, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni, u l-ħlas għat-telf ta' introjtu tax-xhieda minħabba l-ħin mgħoddi l-qorti. Spejjeż oħra meqjusa huma: il-ħlas tal-istituzzjonijiet u persuni oħra, l-eżami tal-provi, it-trasport u l-kustodja tal-annimali u l-oġġetti, iż-żmien tal-arrest preventiv, u l-avviżi.

Hemm ukoll l-ispejjeż tal-litigazzjoni. Dawn jikkonsistu fl- ispejjeż ġudizzjarji, l-ispejjeż tal-preparazzjoni għall-proċess u l-miżuri meħuda mill-avukat jew mill-konsulent ġuridiku biex jirrapreżenta lill-klijent (inklużi t-tariffi għar-rappreżentazzjoni u l-pariri).

Ir-regola ġenerali hija li l-parti telliefa trid tħallas lura lill-parti li rebħet il-kawża l-ispejjeż raġonevoli li jkunu saru biex jitħarsu l-interessi tal-parti r-rebbieħa, sakemm mhux provvdut xort'oħra. Madanakollu, il-parti r-rebbieħa trid tistenna s-sentenza qabel ma ssir ir-rifużjoni ta' dawn l-ispejjeż. Il-kwistjoni tal-ispejjeż tiġi deċiża fl-aħħar fażi tal-proċediment ġudizzjarju, eżatt qabel is-sentenza finali.

L-istadju tal-proċediment ċivili fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż fissi

Il-ħlas tal-ammont dovut irid isir meta ssir il-preżentata tad-dokument il-qorti – (l-Artikolu 10 tal- Att dwar l-Ispejjeż Ġudizzjarji fil-Kawżi Ċivili).

L-Ispejjeż fissi fi proċedimenti kriminali

L-ispejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kriminali

Ġeneralment, l-ispejjeż ma jkunux fissi imma jiġu kkalkulati wara li tingħata s-sentenza. L-ammont jiddependi fuq it-tul tal-proċedimenti, is-sentenza u t-tariffi tal-esperti. L-ispejjeż fissi jistgħu jiġu mbassra biss f'kawżi mressqa permezz ta' rikors privat, meta l-persuna li ddaħħal ir-rikors trid tħallas tariffa inizjali fissa.

L-istadju tal-proċediment kriminali fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż fissi

L-ispejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kriminali jridu jitħallsu wara s-sentenza (li hija valida u torbot lill-partijiet).

L-ispejjeż bażiċi fi proċedimenti kostituzzjonali

Il- Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Pollakk jipprovdi (fl-Artikolu 424) għall-possibilità ta' rikors fl-appell, wara l-għoti ta' sentenza definittiva fit-tieni istanza. Dan jista' jsir jekk is-sentenza tikkaġuna danni lil parti fil-kawża, u jekk it-tibdil u t-tħassir tad-deċiżjoni/sentenza kien jew mhux possibbli (rikors għaliex is-sentenza tmur kontra l-liġi).

Din it-talba hija possibbli wkoll meta l-inkompatibiltà mal-liġi tikkonċerna l-ksur tar-regoli fundamentali tal-ordni ġuridiku, il-ksur tal-libertajiet kostituzzjonali jew drittjiet tal-bniedem u drittjiet ċivili, u fejn is-sentenza tkun ingħatat fil-prim'istanza. F'dan il-każ, l- Att dwar l-Ispejjeż Ġudizzjarji fil-Kawżi Ċivili jistabbilixxi tariffa obbligatorja. Din hija t-tariffa bażika ta' PLN 30, sakemm l-Att ma jipprovdix mod ieħor (Artikolu 14).

Hemm ukoll eċċezzjonijiet għal din ir-regola; it-tariffa għall-proċedimenti li ġejjin hija ta:

  • PLN  40 jekk it-talba minħabba inkompatibiltà tikkonċerna proċediment mingħajr proċess mibdi ex officio.
  • PLN 1 000 zloty meta t-talba minħabba inkompatibiltà tikkonċerna deċiżjoni tal-President tal-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni u l-Ħarsien tal-Konsumatur.
  • PLN 3 000 meta t-talba minħabba inkompatibiltà tikkonċerna deċiżjoni tal-President tal-Kunsill Nazzjonali tax-Xandir.

L-ispiża bażika ta' proċedimenti kostituzzjonali fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż fissi

Il-ħlas tal-ispejjeż bażiċi fi proċedimenti kostituzzjonali għandu jsir meta jiġi ppreżentat il-qorti id-dokument bi ħlas (l-Artikolu 10 tal-Att dwar l-Ispejjeż Ġuridiċi fil-Kawżi Ċivili).

L-informazzjoni li trid tingħata minn qabel mir-rappreżentanti ġuridiċi

Id-drittijiet u d-dmirijiet tal-partijiet

Skont id-dritt statutorju, ir-rappreżentanti ġuridiċi mhumiex responsabbli għall-eżitu finali tal-proċediment. Għandhom l-obbligu biss li jżommu livell xieraq ta' diliġenza u li jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex imexxu l-każ kif suppost. Dan ifisser ukoll illi r-rappreżentanti għandhom id-diskrezzjoni li jagħżlu l-informazzjoni li tista' tkun utli għall-klijenti tagħhom.

Uħud minn dawn id-dmirijiet huma stabbiliti fil-kodiċi professjonali tal-kondotta. Madanakollu, il-kodiċi huma maħruġa mill-kmamar professjonali u huma ta' natura purament dikjarattiva. F'każ ta' ksur, tirriżulta biss f'azzjoni dixxiplinarja.

L-ispejjeż involuti

  • Imġarrba mill-parti rebbieħa
  • Imġarrba mill-parti telliefa

Is-sorsi tal-ispejjeż

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjez fil-Polonja?

Tista' ssib informazzjoni (inkluż informazzjoni dwar l-ispejjeż) fuq is-sit elettroniku uffiċjali tal-Ministeru tal-Ġustizzja Pollakk. L-Att dwar l-Ispejjeż Ġudizzjarji fil-Kawżi Ċivili ġeneralment japplika. Dan ifisser illi kull min għaddej bi proċedimenti ġuridiċi jew qiegħed ifittex aktar informazzjoni dwar l-ispejjeż jista' faċilment isib ir-regoli rilevanti.

Dawk il-persuni li jsibu diffikultà biex jifhmu l-Att jistgħu jsaqsu għall-għajnuna mir-rappreżentanti ġuridiċi tagħhom (l-avukat jew il-konsulent ġuridiku). Ir-rappreżentanti ġuridiċi professjonali jistgħu jagħtu informazzjoni u għajnuna f'diversi proċedimenti f'lingwi oħra.

B'liema lingwi nista' nsib informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fil-Polonja?

L-informazzjoni hija disponibbli biss bil-Pollakk.

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar il-medjazzjoni?

Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Pollakk jagħti informazzjoni dwar il-medjazzjoni fl-Artikoli 183¹ sa 183¹5. Il-ħlas għall-medjaturi u l-ispejjeż soġġetti għar-rifużjoni huma stabbiliti fir- Regolament tal-Ministru tal-Ġustizzja tat-30 ta' Novembru 2003. Madanakollu, l-ispiża tal-medjazzjoni ma tiġix ġeneralment meqjusa bħala spiża għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-qorti, sakemm il-medjazzjoni ma tkunx ġiet ordnata mill-qorti.

Fejn nista' nsib aktar informazzjoni dwar l-ispejjeż?

Sit elettroniku bl-informazzjoni dwar l-ispejjeż

Is-sit elettroniku tal- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja tal-Polonja huwa sezzjoni tas-sit elettroniku uffiċjali tal- Gvern Pollakk. Huwa jiddeskrivi s- sistema ġudizzjarja u l-kwistjonijiet marbuta mad-dritt ċivili Pollakk, inklużi l-ispejjeż ġuridiċi. Is-sit elettroniku joffri ħolqa li tispjega l-ispejjeż fil-kawżi ċivili (bil-Pollakk biss).

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar it-tul ta' żmien medju li jieħdu d-diversi proċedimenti?

Huwa diffiċli li wieħed ibassar it-tul ta' żmien medju ta' proċediment ġuridiku għaliex dan jiddependi fuq il-kumplessità ġuridika u fattwali tal-każ.

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar l-ispejjeż medji aggregati għal proċediment partikolari?

Minkejja l-eċċezzjoni msemmija hawn qabel, jistgħu jiġu kkalkulati l-ispejjeż medji ta' proċediment. L-ispejjeż tar-rappreżentazzjoni ġuridika jiġu stabbiliti qabel jibda l-proċediment. L-ispejjeż jiddependu fuq il-ftehim bejn il-klijent u r-rappreżentant. F'dak li jirrigwarda r-rappreżentazzjoni ex officio, l-ispejjeż huma stabbiliti mir-Regolament.

L-ispejjeż tal-proċediment jistgħu jiġu kkalkulati wkoll mill-qorti nnifisha. It-tariffi huma stabbiliti fl-Att dwar l-Ispejjeż Ġudizzjarji fil-Kawżi Ċivili u jiddependu mill-valur tal-oġġett tal-litigazzjoni u n-natura tal-kawża (pereż. kummerċ jew divorzju). Il-partijiet jistgħu jikkunsidraw ukoll l-ispejjeż meħtieġa biex jinħatru l-esperti.

It-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT)

Kif tingħata din l-informazzjoni?

It-tariffi u l-ispejjeż stabbilit fl-Att dwar l-Ispejjeż Ġuridiċi fil-Kawżi Ċivili huma mingħajr taxxa u għalhekk mhumiex soġġetti għall-VAT. L-għajnuna legali hija soġġetta għal rata ta' VAT unika (23%).

X'rati japplikaw?

Ir-rata ta' VAT applikabbli hija ta' 23%. Is-servizzi pprovduti mill-konsulenti ġuridiċi u l-avukati jiġu ntaxxati bħas-servizzi l-oħra. It-taxxa hija stabbilita mil-liġi dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud.

L-għajnuna legali

Il-livell limitu ta' introjtu applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja ċivili

Dawk kollha li jixtiequ jiksbu eżenzjoni mill-ispejjeż tal-litigazzjoni jridu jippreżentaw applikazzjoni uffiċjali,. L-eżenzjoni tingħata biss jekk juru illi ma jistgħux ikopru l-ispejjeż mingħajr ma jbatu huma jew il-familji tagħhom.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti jridu jippreżentaw dikjarazzjoni bil-miktub bl-informazzjoni li ġejja: l-istat ċivili, l-introjtu, is-sorsi tad-dħul u l-assi. Jekk jiġu sodisfatti dawn il-kundizzjonijiet, il-qorti tagħti l-eżenzjoni, u barra minn hekk, tagħti għajnuna legali mingħajr ħlas (rappreżentant ġuridiku mħallas mit- Teżor tal-Istat fil-bidu tal-proċediment; fi tmiem il-proċediment, il-parti t-telliefa għandha, fuq talba tal-parti r-rebbieħa, tirrifondi l-ispejjeż).

Il-livell limitu ta' introjtu applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja kriminali

Ma hemmx livell limitu fiss tal-introjtu. Ir-regola ġenerali hija illi r-rikorrent irid juri illi - ikkunsidrata s-sitwazzjoni familjari tiegħu jew tagħha- il-ħlas tal-ispejjeż huwa piż kbir.

Il-livell limitu ta' introjtu applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-vittmi

Ma hemmx livell limitu fiss tal-introjtu. L-għajnuna legali tingħata jekk il-vittma - bħala parti mill-proċedimenti - ma tistax tħallas l-ispejjeż mingħajr preġudizzju għas-sitwazzjoni finanzjarja tagħha u tal-familja tagħha.

Kundizzjonijiet oħra marbuta mal-għoti tal-għajnuna legali lill-vittmi

Kif imsemmi hawn qabel, il-vittma trid tkun parti fil-proċedimenti. Matul l-inkjesta, il-vittma hija l-parti ex officio. Fl-istadju tal-proċedimenti li jsiru quddiem il-qorti, hu jew hija jridu jiksbu l-istat ta' l-hekk imsejjaħ ‘prosekutur sussidjarju’ (partie civile bil-Franċiż).

Kundizzjonijiet oħra marbuta mal-għoti tal-għajnuna legali lill-imputati

Ma hemmx kundizzjonijiet oħra li jirregolaw l-għoti tal-għajnuna legali lill-imputati. Madanakollu hemm raġunijiet addizzjonali għall-għoti tal-għajnuna legali lill-imputati. L-għajnuna legali hija obbligatorja meta:

  • l-imputat ikun minorenni;
  • l-imputat ikun trux, mutu jew għami;
  • ikun hemm raġuni tajba li jiġġustifikaw dubji dwar l-istat mentali tal-imputat;
  • il-qorti tkun tal-fehma li tkun neċessarja minħabba ċirkostanzi li jfixklu d-difiża;
  • il-proċedimenti jsiru quddiem qorti tad-distrett tal-prim'istanza, fejn il-persuna tiġi akkużata b'delitt jew tiġi arrestata;
  • il-proċediment isir quddiem il-Qorti Suprema.

Proċedimenti tal-Qorti mingħajr ħlas

Fil-każ tal-prosekuzzjonijiet pubbliċi fil-kawżi kriminali, l-ispejjez jitħallsu mit-Teżor tal-Istat.

Il-kawżi dwar il-minorenni huma mingħajr ħlas.

Ir-rikorrenti f'ċerti każijiet (pereż. obbligi ta' manteniment u l-klawżoli kuntrattwali abbużivi) huma eżenti mill-ispejjeż ġudizzjarji (l-Artikolu 96 tal-Att dwar l-Ispejjeż fil-Kawżi Ċivili).

Il-parti t-telliefa meta trid tħallas l-ispejjeż tal-parti r-rebbieħa?

Ir-regola ġenerali hija li l- parti t-telliefa trid tkopri l-ispejjeż essenzjali tal-proċedimenti u tħallas lura l-ispejjeż tar-rappreżentanza ġuridika tal-parti rebbieħa. L-ispejjeż soġġetti għal rifużjoni huma speċifikati fil-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili Pollakk (Artikoli 98-110). B'mod partikolari, l-ispejjeż li jistgħu jiġu rkuprati jinkludu: l-ispejjeż tal-proċediment, l-ammont ekwivalenti għat-telf ta' introjtu u l-ispejjeż tar-rappreżentant ġuridiku.

It-tariffi tal-esperti

Il-qorti tiddeċiedi dwar il-ħlas tal-esperti - li jiddependi fuq l-għanijiet tal-każ, il-kwalifiki, il-ħin u l-firxa tax-xogħol.

It-tariffi tat-tradutturi u l-interpreti

It-tariffi jiddependu fuq jekk it-traduzzjoni/l-interpretazzjoni ġewx ordnati mill-Istat jew mitluba minn entitajiet privati.

Ir-Regolament dwar il-Ħlas tat-Tradutturi Ġuramentati (adottat mill- Ministeru tal-Ġustizzja fil-25 ta' Jannar 2005 – Gazzetta tal-Liġijiet 2007/41, artiklu 265) jistabbilixxi t-tariffi li għandhom iħallsu l-istituzzjonijiet pubbliċi. Skont l-Att l-ispejjeż jiġu ddeterminati skont il-fatturi li ġejjin: minn liema lingwa għal liema lingwa (ibbażati fuq l-idea ġenerali illi huwa akar faċli u għalhekk irħas li t-traduzzjoni ssir minn lingwa barranija għal dik nazzjonali). Fatturi oħra huma t-terminoloġija u l-livell ta' speċjalizzazzjoni.

Fis-settur privat, l-ispejjeż huma rregolati b'kuntratt bejn it-traduttur/l-interpretu u l-klijent tiegħu jew tagħha.

Is-sorsi huma:

  • ir-Regolament tal-Ministru tal-Ġustizzja tat-28 ta' Settembru 2002 dwar it-Tariffi għas-Servizzi tal-Avukati - il-Ġazzetta tal-Liġijiet 2002/163, artikolu 1348;
  • l-Att dwar l-Ispejjeż fil-Kawżi Ċivili - Gazzetta tal-Liġijiet 2005/167, artiklu 1398;
  • ir-Regolament tal-Ministru tal-Ġustizzja tal-25 ta' Jannar 2005 dwar il-Ħlas tat-Tradutturi Ġuramentati — Journal of Laws 2007/41, item 265.

Dokumenti relatati

Rapport mill-Polonja dwar analiżi tat-trasparenza tal-ispejjeżPDF(396 Kb)en

L-aħħar aġġornament: 11/06/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-ispiża tal-proċedimenti - Portugall

Din il-paġna tagħtik informazzjoni dwar l-ispejjeż ġudizzjarji fil-Portugall.

Qafas regolatorju li jirregola t-tariffi tal-professjonijiet ġuridiċi

1. Il-prokuraturi legali

Fil-Portugall, it-tariffi għall-prokuraturi legali (solicitadores), meta jaġixxu bħala aġenti tal-eżekuzzjoni (agentes de execução), huma regolati mill-ordni Ministerjali (Portaria) Nru 331-B/2009 tat-30 ta' Marzu (Artikoli 11–25).

2. Konsulenti ġuridiċi

Fil-Portugall, it-tariffi għall-konsulenti ġuridiċi (consultores jurídicos) mhumiex regolati.

3. Avukati

Fil-Portugall, it-tariffi għall-avukati (advogados) mhumiex regolati.

4. Uffiċjali tal-qorti

It-tariffi għall-atti tal-uffiċjali tal-qorti (oficiais de justiça) fi proċeduri ta' eżekuzzjoni huma regolati mill-Artikolu 9 u mit-Tabella II tar-Regolament dwar l-Ispejjeż tal-Proċedimenti kif approvat mid-Dekret-Liġi (Decreto-Lei) Nru 34/2008 tas-26 ta' Frar, u mill-Ordni Ministerjali Nru 331‑B/2009 tat-30 ta' Marzu (Artikoli 11 u 25).

5. Avukati li joffru l-għajnuna legali

It-tariffi tal-avukati għas-servizzi li joffru fil-qafas tal-għajnuna legali huma regolati mill-Ordni Ministerjali Nru 1386/2004 tal-10 ta' Novembru u l-Ordni Ministerjali Nru 10/2008 tat-3 ta' Jannar, kif emendat mill-Ordni Ministerjali Nru 210/2008 tad-29 ta' Frar.

Spejjeż fissi

Spejjeż fissi fi proċedimenti ċivili

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti ċivili

L-ispejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti ċivili huma stabbiliti fl-Artikoli 5-7 u t-Tabelli I u II mehmuża mar-Regolament dwar l-Ispejjeż tal-Proċedimenti kif approvat mid-Dekret-Liġi Nru 34/2008 tas-26 ta' Frar.

L-istadju fil-proċedimenti ċivili fejn l-ispejjeż fissi tal-partijiet iridu jitħallsu

Bħala regola ġenerali, id-drittijiet tal-qorti jitħallsu fil-bidu tal-proċedimenti u meta tiġi ffissata d-data tas-seduta l-qorti. Bħala regola ġenerali, l-esperti u l-uffiċjali tal-qorti jitħallsu qabel ma jieħdu sehem fil-proċedimenti.

Spejjeż fissi fi proċedimenti kriminali

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kriminali

L-ispejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kriminali huma stabbiliti fl-Artikoli 8 u t-Tabella III mehmuża mar-Regolament dwar l-Ispejjeż tal-Proċedimenti kif approvat mid-Dekret-Liġi Nru 34/2008 tas-26 ta' Frar.

L-istadju fil-proċedimenti kriminali fejn l-ispejjeż fissi tal-partijiet iridu jitħallsu

L-istadju fil-proċedimenti kriminali fejn l-ispejjeż fissi jridu jitħallsu jiddependi fuq il-pożizzjoni tal-individwu fil-proċedimenti u l-irwol li beħsiebu/ha jkollu/ha. L-uniċi każijiet fejn id-drittijiet tal-qorti jitħallsu malli ssir l-azzjoni huma l-preżentata ta' applikazzjoni għax-xogħol ta' assistent (assistente) tal-prosekutur pubbliku u l-ftuħ ta' investigazzjoni kriminali mill-assistent tal-prosekutur. Fil-każijiet l-oħra, jiġifieri l-kawżi li jinvolvu l-akkużat u sitwazzjonijiet oħra li jinvolvu assistent tal-prosekutur, id-drittijiet tal-qorti jitħallsu fl-aħħar tal-istadju partikolari tal-proċedimenti kriminali (l-investigazzjoni, is-sentenza jew l-appell), skont is-sentenza tal-qorti.

Spejjeż fissi fi proċedimenti kostituzzjonali

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kostituzzjonali

L-ispejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti quddiem il-Qorti Kostituzzjonali huma regolati mill-Artikoli 6-9 tad-Dekret-Liġi Nru 303/98 tas-7 ta' Ottubru, kif emendat mid-Dekret-Liġi Nru 91/2008 tat-2 ta' Ġunju.

L-istadju fil-proċedimenti kostituzzjonali

L-ispejjeż fissi ma hemmx għalfejn jitħallsu qabel it-tmiem tal-proċedimenti.

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn qabel mir-rappreżentanti legali

Drittijiet u obbligi tal-partijiet

Ir-rappreżentanti legali huma etikament u legalment obbligati li jipprovdu informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet, għaliex għandhom għarfien tajjeb ferm tal-possibbiltajiet ta’ suċċess u tal-ispejjeż involuti.

Sorsi tal-ispejjeż

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fil-Portugall?

Aktar informazzjoni dwar is-sistema ta' spejjeż ġuridiċi fil-Portugall tinsab fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://igfij.mj.pt/custas/Paginas/default.aspx

B’liema lingwi nista’ nikseb informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fil-Portugall?

L-informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fil-Portugall hija disponibbli biss bil-Portugiż.

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar il-medjazzjoni?

Informazzjoni dwar il-medjazzjoni, b'mod partikolari dwar is-sistemi ta' medjazzjoni pubbliċi fl-oqsma ċivili, tal-familja, dwar il-liġi tax-xogħol u kriminali, tinsab fuqIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.dgpj.mj.pt/sections/gral/mediacao-publica/mediacao-anexos/formularios-para-pedidos/

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar it-tul ta' żmien medju li jieħdu l-proċeduri differenti?

Informazzjoni dwar it-tul ta' żmien medju li tista' tieħu proċedura ġuridika tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Istatistika Ġuridika tal-Portugall - Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.dgpj.mj.pt/sections/estatisticas-da-justica.

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar l-ispiża medja aggregata għal proċedura partikolari?

Din l-informazzjoni mhix disponibbli u tinġieb biss wara li jiġu kkonsultati id-diversi tabelli u faxex tad-drittijiet.

It-Taxxa fuq il-Valur Miżjud - kif inhi provduta din l-informazzjoni?

L-ispejjeż ġudizzjarji mhumiex suġġetti għall-VAT. Id-drittjiet li jitħallsu lill-professjonisti huma suġġetti għall-VAT, imma l-informazzjoni dwar l-ispejjeż stabbilita mil-liġi ma tinkludix il-VAT.

Liema rati japplikaw?

Ma hemmx informazzjoni disponibbli dwar ir-rati tal-VAT applikabbli.

Għajnuna Legali

Il-livell limitu applikabbli għall-introjtu fi proċedimenti ċivili

Il-formula għall-kalkolu tal-limitu tad-dħul għall-għajnuna legali fil-kawżi kriminali hija disponibbli fl-Anness tal-Att (Lei) Nru 34/2004 tad-29 ta' Lulju, kif emendat mill-Att Nru 47/2007 tat-28 ta' Awwissu.

Il-livell limitu applikabbli għall-akkużati fi proċedimenti kriminali

Il-formula għall-kalkolu tal-limitu tad-dħul għall-għajnuna legali fil-kawżi kriminali hija disponibbli fl-Anness tal-Att (Lei) Nru 34/2004 tad-29 ta' Lulju, kif emendat mill-Att Nru 47/2007 tat-28 ta' Awwissu.

Il-livell limitu applikabbli għall-vittmi fi proċedimenti kriminali

Ma hemmx livell limitu tal-introjtu għall-għajnuna legali għall-vittmi fir-rigward ta' proċedimenti kriminali.

Kundizzjonijiet oħrajn sabiex tingħata l-għajnuna legali lill-vittmi

Hemm kundizzjonijiet oħra sabiex tingħata l-għajnuna legali lill-vittmi Il-vittmi ma jħallsux tariffi legali meta jkunu rrappreżentati mill-Assoċjazzjoni għall-Appoġġ tal-Vittmi.[Associação de Apoio à Vítima].

Kundizzjonijiet oħrajn sabiex tingħata l-għajnuna legali għall-akkużati

Hemm kundizzjonijiet oħra sabiex tingħata l-għajnuna legali lill-akkużati. Dawn huma marbuta mas-sitwazzjoni ekonomika tal-akkużat u jiġu kkalkulati b’referenza għall-mudell ipprovdut skont l-Artikolu 39 tal-Att Nru 34/2004 tad-29 ta’ Lulju 2004, kif emendat mill-Att Nru 47/2007 tat-28 ta’ Awwissu.

Proċedimenti tal-qorti mingħajr spejjeż

Il-proċedimenti tal-qorti jistgħu jkunu mingħajr ħlas għal waħda mill-partijiet jew għat-tnejn li huma fuq il-bażi ta' eżenzjoni mill-ispejjeż ġudizzjarji jew l-għoti tal-għajnuna legali.

Il-parti li titlef meta għandha tħallas l-ispejjeż tal-parti li tirbaħ?

Bħala regola ġenerali, il-parti r-rebbieħa hija intitolata għal rifużjoni tal-ispejjeż, li jridu jitħallsu mill-parti t-telliefa fil-proporzjon stabbilit mill-imħallef, skont is-sentenza finali. L-intitolament tal-parti r-rebbieħa għall-kumpens jitħassar jekk il-parti t-telliefa tibbenefika mill-għajnuna legali u tkun għalhekk eżenti milli tħallas kwalunkwe spejjeż ġudizzjarji.

Drittijiet tal-esperti

Normalment kull parti trid tħallas id-drittijiet tal-esperti. Jekk il-parti kellha l-għajnuna legali, id-drittijiet tal-esperti jitħallsu mill-Istitut għall-Ġestjoni Finanzjarja u l-Infrastrutturi tas-Sistema Ġudizzjarja [Instituto de Gestão Financeira e Equipamentos da Justiça - IGFEJ].

Drittijiet tat-tradutturi u tal-interpreti

Normalment id-drittijiet tat-tradutturi u l-interpreti jridu jitħallsu mill-parti kkonċernata. Madankollu, jekk il-parti kellha l-għajnuna legali, id-drittijiet tal-esperti jitħallsu mill-Istitut għall-Ġestjoni Finanzjarju u l-Infrastrutturi tas-Sistema Ġudizzjarja [Instituto de Gestão Financeira e Equipamentos da Justiça - IGFEJ].

Dokumenti importanti

Ir-rapport tal-Portugall fuq l-Istudju dwar it-Trasparenza tal-IspejjeżPDF(781 Kb)en

L-aħħar aġġornament: 21/06/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-ispiża tal-proċedimenti - Rumanija

F’din il-paġna tista’ ssib informazzjoni dwar l-ispejjeż ġudizzjarji fir-Rumanija.

Qafas regolatorju li jirregola d-drittijiet tal-professjonijiet legali

Avukati

Ġeneralitajiet

Id-drittijiet tal-avukati jvarjaw u jiġu ddeterminati skont il-livell ta’ diffikultà, id-daqs u kemm iddum il-kawża. Jista’ jintlaħaq ftehim bil-libertà kollha bejn l-avukat u l-klijent tiegħu dwar il-livell tad-drittijiet, imma dan irid isir fil-limiti tal-liġi u tal-Istatut tal-professjoni.

Il-livell tad-drittjiet li jistgħu jitħallsu jista’ jkun ibbażat fuq:

  • Rata fis-siegħa mitluba b’relazzjoni għas-sigħat maħduma;
  • Somma fissa;
  • Ammont li jiddependi minn eżitu pożittiv: minbarra somma fissa, l-avukat jista’ jitlob somma addizzjonali, fissa jew varjabbli li titħallas jekk tintrebaħ il-kawża. (Madankollu, huwa assolutament ipprojbit li d-dritt tal-avukat ikun ibbażat esklużivament fuq l-eżitu ġudizzjarju).
  • Kemm drittijiet fis-siegħa kif ukoll drittijiet fissi, irrispettivament mir-riżultat miksub.

Huwa kważi impossibli li tagħti stima tad-drittijiet għaliex din l-informazzjoni tista’ tinkiseb biss wara li l-każ jiġi ppreżentat lill-avukat, li mbagħad se jikkalkula d-drittijiet li għandhom jitħallsu billi jikkunsidra l-aspetti kollha neċessarjament relatati mal-każ, u prinċipalment l-ammont ta’ xogħol involut, il-valur tal-kawża u anki n-natura tal-parti għall-kawża.

Bailiffs (Eżekuturi ġudizzjarji)

Ġeneralitajiet

L-ammont tat-tariffa jiddependi mill-attività meħtieġa għat-twettiq tal-eżekuzzjoni wara li tkun ingħatat sentenza tal-qorti jew ordni ta' eżekuzzjoni skont il-liġi. Il-lista tat-tariffi ġiet stabbilita mill-Ministeru tal-Ġustizzja b'koperazzjoni mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUnjoni Nazzjonali ta’ Eżekuturi Ġudizzjarji. L-eżekutur ġudizzjarju jitħallas mill-parti li tkun talbet l-eżekuzzjoni ta’ xi proċedura. B’mod ġenerali, l-eżekuturi ġudizzjarji jitħallsu għal kull att ta’ eżekuzzjoni individwali.

Fil-każ ta’ eżekuzzjoni ta’ talbiet marbuta ma' ammonti ta’ flus, it-tariffi massimi huma kif ġej:

Fil-każ ta’ talbiet sa RON 50 000 inklużiv

It-tariffa massima hija ta’ 10% tal-valur tat-talba (pereżempju jekk il-valur tat-talba jkun RON 40 000, it-tariffa ma tistax tkun iktar minn RON 400 jew EUR 100).

Fil-każ ta’ talbiet bejn RON 50 000 u RON 80 000 inklużiv

It-tariffa massima hija ammont fiss ta’ RON 5 000 u 3% tal-ammont li jeċċedi RON 50 000.

Fil-każ ta’ talbiet bejn RON 80 000 u RON 100 000 inklużiv

It-tariffa massima hija ammont fiss ta’ RON 5 900 u 2% tal-ammont li jeċċedi RON 80 000.

Fil-każ ta’ talbiet għal iktar minn RON 100 000

It-tariffa massima hija ammont fiss ta’ RON 6 300 u 1% tal-ammont li jeċċedi RON 100 000.

Informazzjoni dettaljata rigward it-tariffi minimi u massimi skont it-tip ta' att ta' eżekuzzjoni

Drittijiet mitlubin qabel is-sentenza (qabel ma tiġi ppreżentata t-talba)

Notifika u komunikazzjoni ta’ dokumenti proċedurali

Bejn RON 20 (EUR 5) u RON 400 (EUR 100).

Aċċertament ta’ sitwazzjoni fattwali u kompilazzjoni ta’ inventarju tal-beni (l-Artikolu 239 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili)

Bejn RON 100 (EUR 25), u RON 2,200 (EUR 550) għal debitur li jkun persuna naturali jew RON 5,200 (EUR 1300) għal debitur li jkun persuna legali.

Nota ta’ offerta reali

Bejn RON 50 (EUR 12.5) u RON 350 (EUR 87.5).

Konfiski

10% tal-valur attwali

Qbid

Bejn RON 100 (EUR 25), u RON 1,200 (EUR 300) għal debitur li jkun persuna naturali jew RON 2,200 (EUR 550) għal debitur li jkun persuna legali.

Konsulenza legali marbuta mal-kostituzzjoni ta’ dokumenti eżekutorji

Bejn RON 20 (EUR 5) u RON 200 (EUR 50).

 

Drittjiet mitluba waqt il-proċedimenti

Sekwestru

It-tariffa minima għal talba sa massimu ta’ RON 60 (EUR 15) hija RON 60 (EUR 15)

Fil-każ ta’ talbiet għal iktar minn RON 1 000, RON 60 u 2% tal-ammont li jeċċedi RON 1 000

Għal somom sa RON 50,000 (EUR 12,500) id-dritt jista’ jlaħħaq sa 10% tal-valur tat-talba;

Għal somom bejn RON 50,001 u RON 80,000 (EUR 20,000) id-dritt huwa ta’ 3% tal-valur tat-talba;

Għal somom bejn RON 80,001 u RON 100,000 (EUR 25,000) id-dritt huwa ta’ 2% tal-valur tat-talba; u

Għal somom ta’ iktar minn RON 100,000 id-dritt huwa ta’ 1% tal-valur tat-talba.

Protest f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas ta’ drafts, promissory notes jew ċekkijiet

Dritt minimu ta’ RON 150 (EUR 37.5)

Massimu ta’ RON 400 (EUR 100).

Qbid ġudizzjarju

Dritt minimu ta’ RON 100 (EUR 25)

Massimu ta’ RON 1,200 (EUR 300) għal debitur li jkun persuna naturali jew RON 2,200 (EUR 550) għal debitur li jkun persuna legali.

Drittijiet mitlubin wara l-proċedimenti (wara li l-qorti tkun qatgħet is-sentenza)

It-tqegħid ta’ tifel/tifla (minuri) jew l-istabbiliment tar-residenza tat-tifel/tifla (minuri)

Bejn RON 50 (madwar EUR 12.5) u RON 1,000 (EUR 250).

Kuntatt mat-tifel/tifla/Żjarat lit-tifel/tifla (minuri)

Bejn RON 50 (madwar EUR 12.5) u RON 500 (EUR 125).

Fil-każ ta’ rkupru ta’ djun

L-irkupru ta’ dejn/talbiet permezz tal-prosekuzzjoni/eżekuzzjoni ta' proprjetà mobbli

Tariffi minimi

RON 60 (EUR 15) f’każ ta’ talbiet sa massimu ta’ RON 1 000 (EUR 250)

Fil-każ ta’ talbiet għal iktar minn RON 1 000, RON 60 u 2% tal-ammont li jeċċedi RON 1 000

Drittijiet massimi

Sa 10% għas-somom sa RON 50,000 (EUR 12,500);

3% għal somom bejn RON 50,001 u RON 80,000 (EUR 20,000);

2% għal somom bejn RON 80,001 u RON 100,000 (EUR 25,000); u

1% għal somom ta’ iktar minn RON 100,000.

L-irkupru ta’ dejn/talbiet permezz tal-prosekuzzjoni/eżekuzzjoni ta' proprjetà immobbli

Drittijiet minimi

RON 150 (EUR 37.5) f’każ ta’ talbiet sa massimu ta’ RON 1 000 (EUR 250)

Fil-każ ta’ talbiet għal iktar minn RON 1 000, RON 150 (EUR 37.5) u 2% tal-ammont li jeċċedi RON 1 000

Drittijiet massimi

Sa 10% għas-somom ta’ mhux iktar minn RON 50,000 (EUR 12,500);

3% għas-somom ta’ bejn RON 50,001 u RON 80,000 (EUR 20,000);

2% għas-somom ta’ bejn RON 80,001 u RON 100,000 (EUR 25,000); u

1% għas-somom ta’ iktar minn RON 100,000.

 

Esperti ġudizzjarji tekniċi

It-drittijiet tal-esperti ġudizzjarji tekniċi jvarjaw. It-tariffa għal perizja teknika ġudizzjarja tiġi stabbilita mill-korp li jkun ordna l-perizja, billi jqis il-kumplessità tal-perizja, il-kwantità ta’ xogħol li tinvolvi u l-grad professjonali jew xjentifiku ta’ espert ġudizzjarju tekniku.

  • il-perizja ġudizzjarja teknika titwettaq b’ordni tal-qrati, tal-entitajiet li jwettqu l-prosekuzzjoni kriminali jew ta’ korpi oħrajn li xogħolhom huwa marbut mad-determinazzjoni tal-fatti jew iċ-ċirkostanzi tal-każ, billi jaħtru esperti ġudizzjarji tekniċi awtorizzati mill-Ministeru tal-Ġustizzja;
  • il-parti interessata għandha d-dritt li titlob li l-perizja ssir mill-espert ġudizzjarju tekniku maħtur flimkien ma' espert ġudizzjarju tekniku jew speċjalist, li jservi ta’ konsulent għall-parti, magħżul mill-parti stess u mħallas minnha, u approvat mill-korp ġudizzjarju li jkun ordna li ssir il-perizja. It-tariffa tal-espert ġudizzjarju tekniku magħżul tiġi stabbilita mill-parti u l-espert, permezz ta’ ftehim komuni msejjes fuq ir-relazzjonijiet kuntrattwali ta’ bejniethom, u titħallas mill-parti li tkun għażlet dak l-espert.

Spejjeż fissi

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti ċivili

Spiża fissa biex jitressaq rikors il-qorti: id-drittijiet tal-qorti u t-taxxa tal-boll

It-talbiet imressqa quddiem il-qrati li huma suġġetti għad-drittijiet tal-qorti jridu jingħataw il-boll ġudizzjarju.

Drittijiet tal-qorti

Id-drittijiet tal-qorti jistgħu jvarjaw bejn madwar EUR 0.5 sa iktar minn EUR 1,500.

Għal talbiet finanzjarjament kwantifikabbli (eż. applikabbli fil-kawżi għal alimenti, f’kawżi kummerċjali), id-drittijiet tal-qorti jvarjaw skont il-valur tat-talba:

Valur tat-talba

Ammont tad-dritt tal-qorti

Sa RON 39

RON 2

RON 39.01 - RON 388

RON 2 flimkien ma’ 10% tal-ammont li bih il-valur tat-talba jaqbeż RON 39

RON 388.01 - RON 3,879

RON 37 flimkien ma’ 8% tal-ammont li bih il-valur tat-talba jaqbeż RON 388

RON 3,879.01 - RON 19,395.00

RON 316 flimkien ma’ 6% tal-ammont li bih il-valur tat-talba jaqbeż RON 3,879

RON 19,395.01 - RON 38,790.00

RON 1,247 flimkien ma’ 4% tal-ammont li bih il-valur tat-talba jaqbeż RON 19,395

RON 38,790,01 - RON 193,948.00

RON 2,023 flimkien ma’ 2% tal-ammont li bih il-valur tat-talba jaqbeż RON 38,790

Iktar minn RON 193,948.00

RON 5,126 flimkien ma’ 1% tal-ammont li bih il-valur tat-talba jaqbeż RON 193,948

 

Għal talbiet relatati mal-liġi tal-familji, id-drittijiet tal-qorti huma:

Għal divorzju kkawżat minn deterjorament fir-relazzjonijiet familjari jew minn divorzju bi qbil bejn il-konjuġi (il-Kodiċi tal-Familja Rumen, l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 38)

RON 39 (EUR 10)

Għal divorzju kkawżat mill-fatt li konjuġi ma jistax iwettaq l-obbligi familjari tiegħu jew tagħha minħabba mard serju (il-Kodiċi tal-Familja Rumen, it-tielet paragrafu tal-Artikolu 38) u għal divorzju kkawżat minn dħul baxx (inqas mis-salarju gross minimu nazzjonali) jew minn nuqqas ta’ dħul min-naħa ta’ wieħed mill-konjuġi

RON 8 (EUR 2)

Għall-kustodja tat-tfal, għall-istabbiliment tad-domiċilju tal-wild minuri, għar-rikonoxximent tal-ulied sabiex ikunu jistgħu jużaw kunjom il-ġenitur

RON 6 (EUR 2.5)

  • Taxxa tal-boll (madwar EUR 1) – tvarja bejn RON 1.5 u RON 5
  • Deċiżjonijiet tal-qorti – Spiża ta’ deċiżjoni (madwar EUR 1)

Id-deċiżjonjiet ġudizzjarji, iċ-ċitazzjonijiet u n-notifiki jiġu kkomunikati lill-partijiet, lix-xhieda, lill-esperti jew lil kwalunkwe persuna jew istituzzjoni oħra involuta fil-kawża mingħajr ħlas.

Il-konsultazzjoni jew l-ikkoppjar ta’ dokumenti mill-proċess (fajl) tal-qorti u ta’ ċertifikati mill-uffiċċju tal-iskrivani tal-qorti huma bi ħlas (massimu ta’ RON 4).

  • Spiża biex tinkiseb deċiżjoni awtentikata (inqas minn EUR 1)

Talbiet lill-qrati sabiex jiġu kkonsenjati kopji ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji ddikjarati bħala finali u irrevokabbli

Ittimbrati, bi dritt tal-qorti li jlaħħaq RON 2

Proċedimenti oħrajn: spejjeż fissi

Drittijiet li jitħallsu lit-tradutturi jew lill-interpreti

1. Drittijiet tat-tradutturi jew tal-interpreti

Dawn jiġu ddeterminati mill-qorti fid-deċiżjoni li taħtar lill-interpretu jew lit-traduttur. It-tariffa minima ta’ RON 20 tiżdied bi:

  • 50% għal traduzzjonijiet minn jew f’ilsien orjentali (il-Ġappuniż, iċ-Ċiniż) jew ilsien li rari jintuża; jew għal traduzzjonijiet urġenti (fi żmien 24-48 siegħa);
  • 100% għal interpretazzjoni simultanja; jew għal servizzi waqt tmiem il-ġimgħa, btajjel legali jew jiem mhux tax-xogħol, jew bejn l-10pm u s-6am.

Il-livelli preċiżi tat-tariffi huma:

Għal interpreti awtorizzati

RON 23.15 (madwar EUR 6) fis-siegħa jew, jekk ikun applikabbli, għal inqas minn siegħa (frazzjonijiet ta’ siegħa)

Għal traduzzjonijiet

RON 33.56 (madwar EUR 8) għal kull paġna

Il-VAT tiġi miżjuda ma’ dawn l-ammonti fejn ikun legalment meħtieġ.

2. Drittijiet tal-Bailiffs (Eżekuturi Ġudizzjarji)

Jekk jogħġbok irreferi għall-kapitolu dwar id-Drittijiet tal-Bailiffs ta’ iktar ’il fuq.

Appelli

L-ispejjeż ta’ kawża tal-prim’istanza huma simili għal dawk li jitħallsu għal proċedura ta’ appell, imma jammontaw għal 50% ta’ dawk li jsiru waqt il-proċess.

L-istadju tal-proċediment ċivili fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż fissi

1. Drittijiet tal-qorti

Dawn jitħallsu bil-quddiem, qabel ma tiġi riċevuta, ipproċessata jew tinħareġ id-dokumentazzjoni rilevanti jew jitwettaq is-servizz mitlub. Fil-prattika, l-applikant iħallas id-dritt tal-qorti li huwa jistma li huwa korrett meta jressaq it-talba tiegħu. Fl-ewwel seduta, il-qorti tiddetermina d-drittijiet tal-qorti legali li għandhom jitħallsu u titlob kif inhu xieraq lill-parti biex tħallas kwalunkwe nuqqas.

2. Drittijiet tal-Eżekuturi Ġudizzjarji

L-ispejjeż relatati mal-eżekuzzjoni jridu jitħallsu bil-quddiem mill-parti li tkun talbitha. Il-ħlas bil-quddiem tad-drittijiet tal-eżekuturi ġudizzjari madankollu ma jistax ikun kundizzjoni għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet tal-qorti.

3. Drittijiet ta’ interpretazzjoni

Il-parti li tkun talbet servizzi ta’ interpretazzjoni trid tħallas id-dritt iffissat mill-qorti, l-ispejjeż uffiċjali tal-ivvjaġġar jew id-dritt tal-interpretu fi żmien ħamest (5) ijiem minn meta jiġi ffissat id-dritt.

4. Drittijiet tal-esperti

L-ammont stabbilit bħala tariffa provviżorja u l-ħlas bil-quddiem għall-ispejjeż tal-ivjaġġar, meta jkun hemm, għandhom jitħallsu mill-parti li tkun talbet li ssir il-perizja fi żmien ħamest ijiem wara l-ħatra tal-espert ġudizzjarju tekniku, f’kont speċjali li jkun infetaħ għal dan il-għan mill-uffiċċju lokali tal-perizji tekniċi ġudizzjarji u tal-kontabilità. Il-qorti tista’ tiddeċiedi wkoll li dawk l-ispejjeż għandhom jinqasmu bejn il-partijiet.

It-tariffa għal perizja teknika ġudizzjarja tiġi stabbilita mill-korp li jkun ordna l-perizja, billi jqis il-kumplessità tal-perizja, il-kwantità ta’ xogħol li tinvolvi u l-grad professjonali jew xjentifiku tal-espert jew tal-ispeċjalist.

Spejjeż fissi fi proċedimenti kriminali

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kriminali

M’hemm l-ebda spiża fissa għall-partijiet relatata ma’ proċedimenti kriminali.

Spejjeż fissi fi proċedimenti kostituzzjonali

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kostituzzjonali

M’hemm l-ebda spiża fissa relatata ma’ proċedimenti kostituzzjonali.

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn qabel mir-rappreżentanti legali

Drittijiet u obbligi tal-partijiet

Fir-Rumanija, ir-rappreżentanti legali m’għandhomx obbligu dirett li jagħtu lill-partijiet informazzjoni minn qabel dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom, il-prospetti li għandhom li jirbħu l-kawża u l-ispejjeż involuti fil-proċedimenti. Madankollu,skont l-Istatut tal-professjoni legali, l-avukat għandu d-dmir li jagħti pariri fil-pront, b’mod kuxjenzjuż, korrett u diliġenti lill-klijent tiegħu.

Sorsi tal-ispejjeż

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fir-Rumanija?

Mhux faċli li ssib informazzjoni li tispjega d-diversi sorsi tal-ispejjeż peress li din ma tiġix ippubblikata fis-siti elettroniċi tal-istituzzjonijiet pubbliċi, u lanqas tissemma’ fil-fuljetti. L-informazzjoni tista’ tinkiseb direttament mill-persuni li jaħdmu f’dan il-qasam jew mil-liġijiet li ġejjin li għandhom x’jaqsmu mal-ispejjeż ġudizzjarji.

  1. Id-drittijiet tal-qorti u t-taxxa tal-boll huma rregolati mil-Liġi Nru. 146/1997 dwar id-drittijiet tal-qorti u mill-Ordinanza tal-Gvern Nru. 32/1995 dwar it-taxxa tal-boll.
  2. id-drittijiet tal-avukati huma rregolati mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt Nru 188/2000 dwar l-eżekuturi ġudizzjarji u l-Ordni Nru 2550/C tal-14 ta' Novembru 2006 li tapprova t-tariffi minimi u massimi għal servizzi mogħtija minn eżekuturi ġudizzjarji.
  3. id-drittijiet tal-esperi ġudizzjarji huma rregolati mill-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili u mill-Ordinanza tal-Gvern Nru. 2/2000 dwar l-organizzazzjoni tal-attività tal-għarfien espert tekniku ġudizzjarju jew mhux ġudizzjarju.
  4. Id-drittijiet tat-traduzzjoni u tal-interpretazzjoni huma rregolati mill-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, mil-Liġi Nru. 1781997 u mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOrdni Nru. 772 tal-5 ta' Marzu 2009 dwar l-istabbiliment tad-drittijiet għal interpreti u tradutturi awtorizzati.

B’liema ilsna nista’ nikseb informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fir-Rumanija?

Il-liġijiet li jirregolaw l-ispejjeż huma disponibbli biss bir-Rumen.

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar il-medjazzjoni?

Il-medjazzjoni hija rregolata mil-Liġi Nru. 192/2006 dwar il-medjazzjoni u dwar l-organizzazzjoni tal-professjoni ta’ medjatur. Din il-liġi tipprovdi li l-medjatur ikun intitolat għall-ħlas ta’ dritt li jiġi miftiehem mal-partijiet, kif ukoll għar-rifużjoni tal-ispejjeż li jagħmel b’konnessjoni mal-medjazzjoni.

Fejn nista' nsib informazzjoni addizzjonali dwar l-ispejjeż?

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar it-tul ta' żmien medju li jieħdu l-proċeduri differenti?

Tista’ ssib informazzjoni statistika dwar it-tul ta’ żmien medju tal-kawżi fir-rapport annwali dwar l-attività ġudizzjarja Rumena, disponibbli bir-Rumen mis-siti elettroniċi pubbliċi tal-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura (ara l-Kapitolu 3.4 intitolat “Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIndikaturi tal-kwalità tal-attività ġudizzjarja”, paġni 155-162).

Taxxa fuq il-Valur Miżjud

Il-VAT la tapplika għad-drittijiet tal-qorti, la għat-taxxa tal-boll u lanqas għad-drittijiet tal-avukati inklużi fil-kuntratt tal-assistenza legali.

Għat-traduzzjoni tad-dokumenti, il-VAT tiġi miżjuda mat-tariffa fejn dan ikun legalment meħtieġ.

Għajnuna Legali

Limitu tad-dħul applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja ċivili

Dħul medju nett fix-xahar għal kull membru tal-familja

Kundizzjonijiet għall-għotja

Inqas minn RON 500 (madwar EUR 125)

Il-livell tad-dħul għandu jkun taħt il-limitu għal mill-inqas xahrejn qabel mar-rikors jitressaq quddiem il-qorti, f’liema każ l-ispejjeż tal-kawża jħallashom kollha l-Istat.

Inqas minn RON 800 (madwar EUR 200)

Il-livell tad-dħul għandu jkun taħt il-limitu għal mill-inqas xahrejn qabel ma r-rikors jitressaq quddiem il-qorti, f’liema każ 50% tal-ispejjeż iħallashom l-Istat.

L-għajnuna legali tingħata wkoll:

  • Meta l-ispejjeż fissi jew l-ispejjeż ikkalkulati globali tal-kawża jistgħu jirrestrinġu d-dritt kostituzzjonali tal-applikant għal aċċess effettiv għall-ġustizzja; jew
  • Meta d-dritt tal-applikant biex ikollu aċċess għall-ġustizzja jista’ jkun ristrett minħabba differenzi fil-livelli tal-għajxien bejn l-Istat Membru ta’ residenza u r-Rumanija.
  • Irrispettivament mid-dħul tad-destinatarju tal-għajnuna, meta liġi speċjali tipprovdi d-dritt għal għajnuna legali jew għal għajnuna legali mingħajr ħlas bħala miżura protettiva għad-destinatarju tal-għajnuna legali (jekk id-destinatarju tal-għajnuna legali jkun minuri, jew persuna b’diżabbiltà, jew f’sitwazzjoni speċjali oħra).

Limitu tad-dħul applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-akkużati

Il-kunċett ta’ limitu huwa applikabbli biss fi kwistjonijiet ċivili. Fi kwistjonijiet kriminali, id-dispożizzjonijiet legali prinċipali li jirregolaw dan il-qasam huma inklużi fl-Artikolu 171 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali. L-għajnuna legali tingħata lill-akkużat meta:

  1. ikun minuri;
  2. ikun intbagħat f’ċentru ta’ riedukazzjoni jew f’istituzzjoni medika edukattiva;
  3. diġà jkun ġie arrestat jew inżamm f’kustodja fil-kuntest ta’ każ/ijiet kriminali ieħor/oħrajn;
  4. ikun ġie internat f’istituzzjoni medika jew irċieva trattament mediku obbligatorju;
  5. l-awtorità tal-investigazzjonijiet kriminali jew il-qorti tikkunsidra li l-akkużat mhux kapaċi jmexxi d-difiża tiegħu;
  6. il-piena prevista mil-liġi għall-allegat delitt hija sentenza ta’ ħabs għal għomru jew sentenza ta’ ħabs għal mill-inqas ħames (5) snin.

Limitu tad-dħul applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-vittmi

Il-kunċett ta’ limitu ma japplikax għall-vittmi fil-qasam tal-ġustizzja kriminali. Id-dispożizzjonijiet legali rilevanti li jirregolaw dan il-qasam huma inklużi fl-Artikolu 173 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali.

Proċedimenti tal-qorti mingħajr spejjeż

It-talbiet li ġejjin huma legalment eżentati minn kwalunkwe spiża tal-qorti:

  • It-talbiet kollha relatati ma’: (1) il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal (irregolati mil-Liġi Nru. 272/2004 rigward il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal), (2) it-tutela, (3) il-kurazija, (4) l-assistenza mogħtija lil persuni b’mard mentali serju;
  • Talbiet relatati ma’ obbligi ta’ manteniment legali u kuntrattwali u t-talbiet kollha marbuta mal-adozzjoni (irregolati mil-Liġi Nru. 273/2004 dwar l-adozzjoni);
  • Talbiet oħrajn kif inhu pprovdut mid-diversi liġijiet.

Meta għandha l-parti li titlef tħallas l-ispejjeż tal-parti li tirbaħ?

Fi kwistjonijiet ċivili, ir-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-għotja tal-ispejjeż jew mal-kumpens għall-ispejjeż huma rregolati mill-Artikoli 274-276 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili. Fil-prinċipju,

  • Il-parti li titlef hija obbligata (jekk issir talba għal dan) tħallas l-ispejjeż tal-kawża;
  • L-imħallef ma jistax inaqqas id-dritt tal-qorti jew kwalunkwe spiża oħra mħallsa mill-parti li tirbaħ;
  • Konvenut li ammetta l-pretensjoni tar-rikorrent fl-ewwel seduta m’hemmx għalfejn iħallas l-ispejjeż ġudizzjarji, sakemm ma kienx uffiċjalment innotifikat mill-bailiff permezz tal-proċedura speċjalizzata ta’ qabel is-sentenza, li ssemmiet iktar ’il fuq.

Fi kwistjonijiet kriminali, ir-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-għotja tal-ispejjeż jew mal-kumpens għall-ispejjeż huma rregolati mill-Artikoli 189-193 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali. Fil-prinċipju,

  • L-ispejjeż meħtieġa għat-twettiq tal-atti proċedurali, għall-amministrazzjoni tal-evidenza, għaż-żamma f’kundizzjoni tajba tal-mezzi materjali tal-evidenza, għar-remunerazzjoni tal-avukati, kif ukoll kwalunkwe spiża oħra relatata mal-kawżi kriminali jiġu koperti mis-somom li jgħaddi l-Istat jew li jħallsu l-partijiet.
  • F’każ li l-akkużat jinstab ħati, huwa jrid ikopri l-ispejjeż ġudizzjarji li għamel l-Istat, bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż għall-interpreti maħtura mill-entitajiet ġudizzjarji, u f’każijiet fejn ingħatat għajnuna legali mingħajr ħlas.
  • F’każ li l-akkużat jiġi lliberat mill-akkuża jew il-kawża kriminali fil-qorti titwaqqaf, l-ispejjeż ġudizzjarji tal-Istat jitħallsu kif ġej:

F’każ li l-akkużat jiġi lliberat mill-akkuża, minn: (a) il-vittma, sa fejn kienu kkawżati minnha; (b) mill-parti ċivili li t-talbiet ċivili tagħha ġew miċħuda fl-intier tagħhom, sa fejn l-ispejjeż kienu kkawżati minn din il-parti; (c) l-akkużat, li anki meta jiġi lliberat, huwa obbligat iħallas id-danni.

F’każ ta’ abbandun tal-kawża kriminali, minn (a) l-akkużat, jekk tkun ġiet ordnata s-sostituzzjoni tar-responsabbiltà kriminali jew ikun hemm raġuni għat-tnaqqis tal-piena; (b) iż-żewġ partijiet, f’każ ta’ rikonċiljazzjoni; (c) il-vittma, f’każ li l-ilment jiġi rtirat jew jitressaq tardivament quddiem il-qorti.

  • F’każ ta’ amnestija, preskrizzjoni jew irtirar tal-ilment, kif ukoll fil-każ li jkun hemm raġuni għat-tnaqqis tal-piena, jekk l-akkużat jitlob li l-kawża kriminali tibqa’ għaddejja, l-ispejjeż ġudizzjarji jistgħu jiġu koperti mill-vittma jew mill-akkużat, jiddependi minn dispożizzjonijiet ta’ liġijiet konnessi oħrajn.
  • Fil-każijiet l-oħra kollha, l-Istat iħallas għall-ispejjeż ġudizzjarji tiegħu.

Drittijiet tal-esperti

L-Artikolu 274 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili jistipula li l-parti li titlef il-kawża għandha l-obbligu li fuq talba tħallas l-ispejjeż legali, inklużi d-drittijiet tal-esperi ġudizzjarji tekniċi, li tkun ħallset il-parti li tirbaħ il-kawża.

Dokumenti relatati

Ir-rapport tar-Rumanija rigward l-Istudju dwar it-Trasparenza tal-IspejjeżPDF(544 Kb)en

L-aħħar aġġornament: 24/06/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-ispiża tal-proċedimenti - Slovenja

Din il-paġna tipprovdilek informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-ġustizzja fis-Slovenja.

Qafas regolatorju li jirregola d-drittijiet tal-professjonijiet legali

L-Avukati

Id-drittijiet tal-avukati huma rregolati bl-Att dwar id-Drittijiet tal-Avukati (Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja 67/2008; 35/2009-ZOdv-C, valida mill-1.1.2009 sad-9.5.2009).

Din il-liġi tapplika sakemm il-Kamra tal-Avukati Slovena tadotta l-lista l-ġdida ta' ħlasijiet għall-avukati, li trid tiġi approvata mill-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Amministrazzjoni Pubblika.

In-Nutara

Il-ħlasijiet lin-nutara huma rregolati mit-Tariffa għan-Nutara (il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja 94/2008) adottata mill-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Amministrazzjoni Pubblika. Qabel l-adozzjoni, il-Ministru jissottometti t-tariffa lill-Kamra tan-Nutara tas-Slovenja għal rimarki u opinjonijiet preliminari; li madankollu ma jorbtux legalment lill-Ministru.

Spejjeż fissi

Spejjeż fissi fi proċedimenti ċivili

Spejjeż fissi għal-litiganti fi proċedimenti ċivili

L-ispejjeż fissi jinkludu:

  • id-drittijiet tal-qorti,
  • id-drittijiet tal-avukati,
  • id-drittijiet tal-esperti,
  • id-drittijiet tat-tradutturi u tal-interpreti, kif ukoll
  • l-ispejjeż tal-ivjaġġar (pereżempju, dawk tax-xhieda u l-esperti).

Fażi fil-proċediment ċivili meta jridu jitħallsu l-ispejjeż fissi

Id-drittijiet tal-qorti normalment jitħallsu fil-ftuħ tal-proċediment meta jitressaq ir-rikors.

F’ċerti każijiet, id-drittijiet jitħallsu meta l-qorti tagħti s-sentenza (pereżempju, tilwimiet ta’ natura soċjali quddiem il-qrati tal-ewwel istanza, proċedimenti għar-reġistrazzjoni tal-artijiet, proċedimenti li jikkonċernaw deċiżjonijiet tal-ewwel istanza dwar indennizzi).

Fi proċedimenti ta’ trasferiment ta’ proprjetà, id-dritt irid jitħallas fit-tmiem tas-smigħ – ladarba l-patrimonju tal-persuna mejta jsir magħruf.

Id-drittijiet tal-avukati jridu jitħallsu wara li l-qorti tkun ħarġet ordni dwar l-ispejjeż tal-proċediment. L-avukati jistgħu jitolbu li porzjon minn jew l-ammont sħiħ tad-drittijiet tagħhom għandu jitħallas bil-quddiem, li hija prattika komuni.

Il-parti li tissuġġerixxi stħarriġ tal-evidenza (pereżempju, minn espert jew xhieda), jew l-użu tas-servizz ta’ traduttur jew interpretu għandha tħallas l-ispejjeż bil-quddiem.

Spejjeż fissi fi proċedimenti kriminali

Spejjeż fissi għal-litiganti fi proċedimenti kriminali

L-ispejjeż fissi jinkludu:

  • id-drittijiet tal-qorti,
  • id-drittijiet tal-avukati (li jiddependu fuq in-numru ta’ smigħ),
  • id-drittijiet tal-esperti,
  • id-drittijiet tat-tradutturi u l-interpreti u
  • l-ispejjeż tal-ivjaġġar (pereżempju, dawk tax-xhieda u l-esperti).

Fażi fil-proċediment kriminali meta jridu jitħallsu l-ispejjeż fissi

Il-ħlasijiet lill-qorti u spejjeż oħra normalment jitħallsu wara li l-qorti tkun tat deċiżjoni finali li ma tkunx suġġetta għal appell jew wara li l-qorti tkun sussegwentement tat ordni speċjali dwar l-ispejjeż tal-proċedimenti li ma tkunx suġġetta għal appell.

Id-drittijiet tal-avukati għandhom jitħallsu wara li l-qorti tkun tat ordni dwar l-ispejjeż tal-proċedimenti. L-avukati jistgħu jitolbu li porzjon minn jew l-ammont sħiħ tad-drittijiet tagħhom għandu jitħallas bil-quddiem, u ġeneralment hekk isir.

Spejjeż fissi fi proċedimenti kostituzzjonali

Spejjeż fissi għal-litiganti fi proċedimenti kostituzzjonali

Fi proċedimenti kostituzzjonali mhemm l-ebda drittijiet tal-qorti. Spejjeż oħra (pereżempju, id-drittijiet tal-avukati u l-ispejjeż tal-ivjaġġar) jiffurmaw parti mill-ispejjeż ta’ kull parti.

Fażi fil-proċediment kostituzzjonali meta jridu jitħallsu l-ispejjeż fissi

Id-drittijiet tal-avukati jridu jitħallsu fit-tmiem tal-proċedimenti. Dawn jistgħu jistgħu jitolbu li porzjon minn jew l-ammont sħiħ tad-drittijiet tagħhom għandu jitħallas bil-quddiem, li ġeneralment hekk isir.

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn qabel mir-rappreżentanti legali

Drittijiet u obbligi tal-partijiet

L-avukati mhumiex meħtieġa legalment li jfornu informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi, dwar ċansijiet ta’ raġun u l-ispejjeż involuti. Madankollu, it-talba tal-avukati għall-ħlas trid issir permezz ta’ fattura speċjali li turi l-informazzjoni dwar id-drittijiet u l-ispejjeż involuti. Meta l-avukat u l-klijent jaqblu li d-drittijiet u l-ispejjeż mhux se jkunu stabbiliti abbażi tal-Att dwar id-Drittijiet tal-Avukati iżda aktar skont ftehim speċjali dwar il-livell ta’ drittijiet, il-ftehim għandu jkun konformi ma’ regoli speċifiċi.

Sorsi tal-ispejjeż

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fis-Slovenja?

L-ispejjeż għall-proċedimenti ġudizzjarji huma rregolati bit-testi legali li ġejjin:

  • L-Att dwar id-Drittijiet tal-Qorti – Zakon o sodnih taksah (Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja 37/2008)
  • L-Att dwar id-Drittijiet tal-Avukati – Zakon o odvetniški tarifi (hemm bidla prevista fil-futur qrib)
  • It-Tariffa tan-Nutara – Notarska tarifa (il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja 94/2008, 32/2011. Hemm pjanijiet għal emenda ġdida dalwaqt),
  • Ir-regoli dwar l-interpreti tal-qorti – Pravilnik o sodnih tolmačih (Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja 49/2002, 75/2003, 71/2007)
  • Ir-regoli dwar l-esperti u l-istimaturi tal-qorti – Pravilnik o sodnih izvedencih in cenilcih (Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja 7/2002, 75/2003, 72/2005, 71/2007, 84/2008)
  • L-Att dwar il-Proċedura Kriminali Zakon o kazenskem postopku (il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja 32/2012),
  • Regoli dwar l-Irkupru tal-Ispejjeż fi Proċedimenti Kriminali – Pravilnik o povrnitvi stroškov v kazenskem postopku il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja 61/1997, 6897 - corr. 62/2008),
  • L-Att dwar il-Proċedura ĊiviliZakon o pravdnem postopku (il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja 73/2007 – verżjoni uffiċjali kkonsolidata, 45/08 - ZArbit, 45/08, 111/08 - Odl. US, 121/08 - Skl. US, 57/09 - Odl. US, 12/10 - Odl. US, 50/10 - Odl. US, 107/10 - Odl. US, 75/12 - Odl. US u 76/12 - corr.).

It-testi ċċitati aktar ’il fuq huma disponibbli onlajn fuq il-portal legali tas-Slovenja, iċ-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĊentru ta’ informazzjoni legali, jew minn reġistri oħra tal-liġijiet nazzjonali.

F’liema lingwi nista’ nikseb informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fis-Slovenja?

L-informazzjoni hija disponibbli biss bil-lingwa Slovena.

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar il-medjazzjoni?

L-informazzjoni dwar il-medjazzjoni hija disponibbli fuq il-webpage tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaEJN Civil Atlas dwar ir-riżoluzzjoni alternattiva ta’ tilwimiet

L-informazzjoni tinsab ukoll fil-websajt tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Amministrazzjoni Pubblika u l-websajts tal-qrati individwali li jipprovdu medjazzjoni fil-qorti (eż. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Distrettwali ta' Ljubljana).

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq is-siti elettroniċi tal-NGOs u ta’ operaturi tas-settur privat li huma attivi fil-medjazzjoni (ara l-paġni dwar il-Medjazzjoni u dwar kif Issib Medjatur).

Fejn nista' nsib informazzjoni addizzjonali dwar l-ispejjeż?

Fejn nista’ nsib informazzjoni dwar it-tul medju ta’ żmien li proċeduri differenti jieħdu?

It-taqsima tas-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja dwar l-analiżi ta’ statistika ġudizzjarja fiha informazzjoni dwar it-tul medju ta’ żmien ta’ proċeduri differenti.

Taxxa fuq il-Valur Miżjud

Kif tingħata din l-informazzjoni?

L-informazzjoni dwar l-ispejjeż tiġi ppubblikata f’regolamenti differenti; madankollu, il-VAT normalment ma tkunx inkluża. Meta l-VAT tkun trid tiżdied fuq il-prezz (pereżempju, jekk fuq is-servizzi tal-avukat tkun trid titħallas il-VAT) ir-regolamenti normalment jiddikjaraw dan.

Għajnuna legali

Il-limitu ta’ dħul applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja ċivili

Il-limitu ta’ dħul applikabbli għall-għajnuna legali huwa rregolat bl-Artikolu 13 tal-Att dwar l-Għajnuna Legali Bla Ħlas– Zakon o brezplačni pravni pomoči (Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja 48/2001, 50/2004, 96/2004-UPB1, 23/2008).

Persuni jiġu intitolati għall-għajnuna legali jekk l-istatus finanzjarju tal-familji tagħhom ma jippermettilhomx milli jħallsu l-ispejjeż ġudizzjarji bla ma jagħmlu ħsara għal-livell minimu tal-għajxien tagħhom. Il-livell minimu tal-għajxien tagħhom jiġi kkunsidrat bħala wieħed mhedded meta id-dħul ta’ kull xahar ta’ dik il-persuna, jew id-dħul medju ta’ kull xahar tal-membri tal-familja, ma jkunx jaqbeż id-doppju tad-dħul minimu ta’ kull xahar previst fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali – Zakon o socialnem varstvu (Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja 3/2007-UPB2 {23/2007 popr., 41/2007 popr.}, 122/2007 Odl.US: U-I-11/07-45).

Mill-1 ta' Ġunju 2012 id-dħul minimu huwa ta' EUR 260; id-dħul massimu li jikkwalifika għall-għajnuna legali huwa għalhekk ta' EUR 520.

Il-qorti tista’ teżenta wkoll lill-partijiet milli jħallsu d-drittijiet tal-qorti (irregolat bl-Artikolu 11 tal-Att dwar id-Drittijiet tal-Qorti) jekk meta dawn jitħallsu jista’ jnaqqas konsiderevolment il-baġit tal-għajxien minimu tagħhom u tal-familji tagħhom. Id-deċiżjoni titħalla fid-diskrezzjoni tal-qorti wara li tkun ikkunsidrat iċ-ċirkostanzi rilevanti kollha.

Il-limitu ta’ dħul applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-konvenuti u għall-vittmi

Il-limitu ta’ dħul applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-konvenuti u għall-vittmi huwa l-istess bħal fil-każijiet ta’ ġustizzja ċivili.

Kundizzjonijiet oħra marbuta mal-għoti ta’ għajnuna legali għall-vittmi u l-konvenuti

Mhemm l-ebda kundizzjonijiet oħra marbuta mal-għoti ta’ għajnuna legali la għall-vittmi u lanqas għall-konvenuti.

Proċedimenti tal-qorti bla spejjeż

Il-ħlas tad-drittijiet tal-qorti mhuwiex meħtieġ fil-proċedimenti tal-qorti elenkati hawn taħt:

  • Proċedimenti quddiem il-Qorti Kostituzzjonali tas-Slovenja
  • Infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti f’tilwimiet relatati mal-impjieg u ma’ kwistjonijiet oħra marbuta max-xogħol
  • Proċedimenti fejn tkun ingħatat għajnuna legali
  • Infurzar ta’ talbiet għall-manteniment
  • Inġunzjonijiet temporanji matul proċedimenti ta’ divorzju jew proċedimenti ta’ manteniment għat-tfal
  • Proċedimenti ta’ insolvenza meta dawn jibdew mid-debitur
  • Awtentikazzjoni tad-dokumenti li jkunu meħtieġa għall-infurzar tad-drittijiet tas-sigurtà soċjali f’pajjiż barrani
  • Diversi proċedimenti u materji oħra elenkati fl-Att dwar id-Drittijiet tal-Qorti u f’regolamenti oħra.

Meta għandha l-parti li titlef tħallas lill-parti li tirbaħ?

Ir-rifużjoni tal-ispejjeż hija rregolata bl-Att dwar il-Proċedura Kriminali u l-Att dwar il-Proċedura Ċivili, li jistabbilixxu il-prinċipju tar-raġun u l-prinċipju tat-tort.

Fil-proċedimenti ċivili, il-parti li titlef għandha tħallas l-ispejjeż li jkunu saru mill-parti li tirbaħ. Kull parti għandha tkopri l-ispejjeż li jkunu ġejjin minħabba t-tort tagħhom jew inkella b’koinċidenza. Regoli iktar dettaljati dwar ir-rimborż tal-ispejjeż huma stipulati fl-Att dwar il-Proċedura Ċivili (l-Artikoli 151-186 u 173.a) u fir-Regoli dwar l-Irkupru tal-Ispejjeż tal-Proċedimenti Kriminali (Gazzetta Uffiċjali Nru 15/03).

Fil-proċedimenti kriminali, il-qorti ġeneralment tordna li l-ispejjeż ta' rimborż jitħallsu mill-konvenut jekk jinstab ħati. L-Att dwar il-Proċedura Kriminali (l-Artikoli 92-99) u r-regolament speċjali maħruġ mill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Amministrazzjoni Pubblika fih regoli iktar dettaljati dwar ir-rimborż tal-ispejjeż.

Drittijiet tal-esperti

Fi proċedimenti ċivili, id-drittijiet tal-esperti għandhom, fil-prinċipju, jitħallsu bil-quddiem mill-parti li tkun talbet li x-xhieda tinstema’ mill-espert. Jekk il-qorti tordna li tisma’ lill-espert, il-qorti trid tkopri l-ispejjeż bil-quddiem. Dawn l-ispejjeż imbagħad jiġu rifużi fit-tmiem tal-proċediment, skont il-prinċipju ta’ min jirbaħ.

Fi proċedimenti kriminali, id-drittijiet tal-esperti jitħallsu bil-quddiem mill-qorti.

Drittijiet tat-tradutturi u tal-interpreti

Fi proċedimenti kriminali, il-qorti tħallas id-drittijiet tat-tradutturi u tal-interpreti bil-quddiem.

L-ispejjeż tat-traduzzjoni jew tal-interpretazzjoni fi jew mil-lingwa Taljana u l-lingwa Ungeriża ma jitħallsux fuq il-bażi tad-drittijiet kostituzzjonali ta’ minoritajiet Taljani u Ungeriżi sabiex jużaw il-lingwa tagħhom stess (anke meta il-persuni kkonċernati jkunu meħtieġa jirrifondu spejjeż oħra fi proċedimenti kriminali).

L-ispiża tat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni ma titħallasx jekk il-konvenut ma jkunx jista’ jifhem il-lingwa li fiha jkun qed isir il-proċediment.

Fi proċedimenti ċivili, id-drittijiet tat-tradutturi u tal-interpreti jiffurmaw parti mill-ispiża tal-proċedimenti. Dawn l-ispejjeż iridu jitħallsu bil-quddiem mill-parti li l-imġiba tagħha tkun bdiet il-proċediment. Fit-tmiem tal-proċedimenti, l-ispejjeż jiġu rifużi fuq il-bażi tal-prinċipju tar-raġun u l-prinċipju tat-tort.

Studji ta’ każijiet fis-Slovenja

Informazzjoni aktar speċifika dwar l-ispejjeż tal-proċedimenti fis-Slovenja hija disponibbli permezz ta’ xi studji ta’ każijiet konkreti.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSistema legali Slovena

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDirettorju tal-Qorti tal-Kontea ta’ Ljubljana

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDirettorju tal-analiżi ta’ statistika ġudizzjarja

Dokumenti relatati

Ir-rapport dwar is-Slovenja fl-Istudju fuq it-Trasparenza tal-IspejjeżPDF(723 Kb)en

L-aħħar aġġornament: 25/06/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-ispiża tal-proċedimenti - Slovakkja

Din il-paġna tagħtik informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-ġustizzja fis-Slovakkja.

Il-qafas regolatorju tad-drittijiet ġuridiċi

It-taqsima 1 (2) tal-Att Nru 586/2003 dwar il-professjoni legali u l-Att ta' emenda Nru 455/1991 dwar is-snajja' liċenzjati, kif emendat, jgħid hekk:

“Il-prattika tal-professjoni legali tfisser ir-rappreżentazzjoni tal-klijenti quddiem qrati tal-ġustizzja, awtoritajiet tal-gvern u entitajiet oħrajn, id-difiża ta’ individwi fi proċedimenti kriminali, konsulenza legali, kitba ta’ strumenti dwar atti legali, twettiq ta’ analiżijiet legali, amministrazzjoni tal-proprjetà tal-klijenti u forom oħrajn ta’ pariri legali u assistenza, jekk ipprovduti b’mod kontinwu u bi ħlas (minn hawn ’il quddiem se jissejħu ‘servizzi legali’).”

Avukati (lawyers)

Id-drittijiet tal-avukati huma rregolati mir-Regolament tal-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka (Nru. 655/2004 dwar id-drittijiet u l-kumpens tal-avukati għall-provvista ta’ servizzi legali) - tista’ ssib verżjoni bl-Ingliż fis-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-Avukati Slovakka.

Id-drittijiet ta’ avukat irid jiġi ddeterminat bi ftehim bejn l-avukat u l-klijent tiegħu (dritt kuntrattwali). Il-maġġoranza vasta tad-drittijiet kollha tal-avukati jiġu miftiehma fuq bażi kuntrattwali, sakemm il-liġi ma tippreskrivx drittijiet tariffarji. Jekk il-partijiet ma jirnexxielhomx jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni, biex ikun iddeterminat l-ammont tad-dritt jintużaw id-dispożizzjonijiet rilevanti dwar ir-rati tariffarji (id-dekret ta' implimentazzjoni dwar id-drittjiet tal-avukati). Id-dritt tariffarju jiġi ddeterminat billi r-rata bażika tiġi mmultiplikata bin-numru tal-atti jew tas-servizzi legali li l-avukat ikun ipprovda.

Bailiffs

Il-Bailiffs ma jeżistux fir-Repubblika Slovakka. Madanakollu, id-dmirijiet ta' eżekuzzjoni isiru minn uffiċjali tal-eżekuzzjoni taħt l-Att Nru. 233/1995 dwar l-uffiċjali tal-qorti u l-attivitajiet ta' distrett (the 'L-Att dwar il-Proċedura ta' Eżekuzzjoni').

Spejjeż fissi

Spejjeż fissi fi proċedimenti ċivili

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti ċivili

Il-kategoriji tad-drittijiet kollha huma stabbiliti fir-regolamenti rispettivi, u jiġu ddeterminati b'diversi modi:

Id-drittijiet tal-Qorti huma regolati mill-Att Nru 71/1992 dwar id-drittijiet tal-qorti u l-kopji tal-entrati fir-rekords kriminali, kif emendat (“L-Att dwar id-Drittijiet tal-Qorti”). L-ammont huwa fiss, jew fuq il-bażi ta’ perċentwali jew taħlita tat-tnejn (jiddependi mit-tip ta’ talba).

Id-drittijiet tal-uffiċjali ta' eżekuzzjoni huma regolati mill-Att Nru 233/1995 dwar l-uffiċjal tal-qorti u l-attivitajiet tad-distrett. L-ammont jiġi ddeterminat bħala dritt tariffarju (dritt fiss jew dritt fuq il-bażi ta’ perċentwali li jiddependi mis-suġġett tal-eżekuzzjoni) jew bħala dritt kuntrattwali.

Id-drittjiet tal-avukati huma regolati mid-Dekret ta' Implimentazzjoni Nru 655/2004 dwar id-drittijiet tal-avukati u l-kumpens għall-għoti ta' servizzi legali. L-ammont jiġi ddeterminat bħala dritt tariffarju (dritt fiss għal kull servizz legali pprovdut, li jiddependi mill-valur tat-talba jew mis-suġġett tagħha) jew bħala dritt kuntrattwali.

Id-drittjiet tal-esperti huma regolati mid-Dekret ta' Implimentazzjoni Nru 491/2004 dwar id-drittijiet u l-rifużjoni tal-ispejjeż u l-ħin mitluf għall-esperti, l-interpreti u t-tradutturi. L-ammont jiġi ddeterminat bħala dritt tariffarju (dritt fiss għal kull servizz, dritt fis-siegħa jew dritt fuq il-bażi ta’ perċentwali, jiddependi mis-suġġett tas-servizzi tal-esperti) jew bħala dritt kuntrattwali.

Il-kumpens tax-xhieda huwa regolat mill-Att Nru 99/1963 Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili u sussegwentement mid-Dekret ta' Implimentazzjoni Nru 543/2005 dwar l-amministrazzjoni u r-regoli tal-uffiċju tal-qrati tad-distrett, il-qrati reġjonali, il-Qorti Speċjali u l-Qrati tal-Militar, Att Nru 311/2001 Il-Kodiċi dwar ix-Xogħol, Att Nru 595/2003 dwar it-taxxa fuq id-dħul u l-Att Nru 663/2007 dwar il-paga minima. Il-qorti tiddeċiedi dwar ir-rifużjonu tal-ispejjeż neċessarji li wieħed ikun ħareġ minn butu stess u l-kumpens għall-qligħ mitluf (skont ir-regoli stabbiliti fid-dekret ta' implimentazzjoni dwar l-amministrazzjoni u r-regoli tal-uffiċjju).

Id-drittijiet għat-traduzzjoni/l-interpretazzjoni huma regolati mid-Dekret ta' Implimentazzjoni Nru 491/2004 dwar id-drittijiet u l-rifużjoni tal-ispejjeż u l-ħin mitluf għall-esperti, l-interpreti u t-tradutturi. L-ammont jiġi ddeterminat bħala dritt tariffarju (dritt fiss għal kull siegħa/paġna jiddependi mill-ilsna involuti, jew għal kull servizz ipprovdut mit-traduttur/mill-interpretu) jew bħala dritt kuntrattwali.

Għalhekk, fil-maġġoranza tal-proċedimenti ċivili potenzjali, huwa prattikament impossibbli li xi ħadd li ma jkunx professjonista fil-qasam tal-ġustizzja li jiddetermina l-ispejjeż globali effettivi antiċipati mingħajr parir professjonali.

Madankollu, professjonista (speċjalment avukat) jista’ jagħti pariri lil klijent b’mod iktar preċiż rigward id-diversi spejjeż li għandu jistenna matul il-proċedimenti, fuq il-bażi taċ-ċirkustanzi tal-każ. Fejn ikun diffiċli li jiġi antiċipat ir-riżultat, l-avukat jista’ anki jinforma lill-klijent dwar l-ispejjeż antiċipati assoċjati mad-diversi eżiti possibbli, li se jiddependu fl-aħħar mill-aħħar mill-kunsiderazzjoni u mid-deċiżjoni tal-qorti.

Id-diversi tipi ta’ spejjeż li jista’ jkun hemm fi proċedimenti ċivili jiġu rregolati minn regolamenti/liġijiet separati. Dawn jinkludi modi differenti kif jiġu kkalkulati d-drittijiet u jistgħu jiġu maqsuma f’żewġ kategoriji prinċipali: drittjiet tariffarji u drittijiet kuntrattwali.

L-istadju tal-proċediment ċivili fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż fissi għall-partijiet

Skont l-Att Nru 71/1992 dwar id-drittijiet tal-qorti u l-kopji tal-entrati fir-rekords kriminali, kif emendat, id-dritt tal-qorti biss jitħallas qabel ma' jibda s-smigħ tal-kawża.

Taġt l-Att Nru 99/1963 (Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), minbarra d-drittijiet tal-qorti, l-ispejjeż tal-proċedimenti ġeneralment jinkludu l-ispejjez li jkunu ħarġu minn buthom stess il-partijiet u l-avukati tagħhom. Dawn jinkludu:

  • il-qligħ mitluf mill-partijiet u l-avukati tagħhom,
  • l-ispejjeż tal-preżentazzjoni tal-evidenza (inklużi d-drittijiet tal-esperti),
  • ir-remunerazzjoni tan-nutara għas-servizzi li jagħtu fir-rwol tagħhom ta’ kummissarji ġudizzjarji u l-ispejjeż li joħorġu minn buthom,
  • ir-rimunerazzjoni għall-amministraturi/eżekuturi tal-wort u l-ispejjeż li jkunu ħarġu minn buthom,
  • id-drittijiet ta' traduzzjoni/interpretazzjoni,
  • ir-remunerazzjoni għar-rappreżentazzjoni – jekk parti tkun irrappreżentata minn avukat liċenzjat li jkun irreġistrat mal- Kamra tal-Avukati Slovakka.

Dawn l-ispejjeż ġeneralment jitħallsu wara li l-qorti tkun qatgħet is-sentenza.

Barra minn hekk, l-ispejjeż tal-proċedimenti ċivili jiddependu sa ċertu punt mill-kawża inkwistjoni u mid-diskrezzjoni tal-qorti (prinċipalment rigward l-għażla tal-evidenza u l-ammont ta’ spejjeż li għandhom jiġu rrifondati lill-qorti jew lill-parti l-oħra). Għalhekk, huwa diffiċli li jiġu previsti l-ispejjeż reali qabel ma jseħħu l-proċedimenti.

Spejjeż fissi fi proċedimenti kriminali

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kriminali

Il-qorti għandha d-diskrezzjoni biex tiddeċiedi dwar l-ispejjeż fi proċedura kriminali ladarba tingħata d-deċiżjoni finali.

L-istadju tal-proċediment kriminali fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż fissi

Kwalunkwe spiża fi proċedimenti kriminali titħallas wara li s-sentenza tkun finali, peress li parti minn din is-sentenza tkun id-deċiżjoni dwar ir-rifużjoni tal-ispejjeż tal-proċedimenti (l-Att Nru. 301/2005 Il-Kodiċi tal- Proċedura Kriminali).

Spejjeż fissi fi proċedimenti kostituzzjonali

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kostituzzjonali

Fi kwistjonijiet ta' rappreżentazzjoni quddiem il- Qorti Kostituzzjonali Slovakka li ma jistgħux jiġu espressi f’termini monetarji, ir-rata bażika tad-dritt tariffarju għal kull servizz legali individwali trid tkun ta’ wieħed minn kull sitta tal-bażi tal-kalkolu (l-Artikolu 11 tad-Dekret ta' Implimentazzjoni Nru. 655/2004 dwar id-drittijiet u l-kumpensi tal-avukati għall-provvista ta’ servizzi legali).

L-istadju tal-proċediment kostituzzjonali fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż fissi

Fil-proċedimenti kostituzzjonali tapplika sitwazzjoni simili għal dik li tapplika fil-proċedimenti ċivili u kriminali; Japplika l-Att Nru 99/1963 (Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn qabel mir-rappreżentanti legali

Drittijiet u obbligi tal-partijiet

It-taqsima 18 tal-Att Nru 586/2003 dwar il-professjoni legali u l-Att ta' emenda Nru 455/1991 dwar is-snajja' liċenzjati, kif emendat, jgħid hekk:

  1. Meta jipprattika l-liġi, kull avukat huwa obbligat li jipproteġi u jippromwovi d-drittijiet tal-klijent, u jaġixxi skont l-istruzzjonijiet tal-klijent. Jekk l-istruzzjonijiet tal-klijent jiksru kwalunkwe leġiżlazzjoni ġenerali, l-avukat mhux marbut minnhom u jrid jinforma lill-klijent bil-kwistjoni b'mod xieraq.
  2. Meta jipprattika l-liġi, l-avukat huwa obbligat li jaġixxi b’mod ġust u onest u bl-attenzjoni professjonali dovuta. Huwa jrid juża b’mod konsistenti l-mezzi u l-għarfien ġuridiku disponibbli kollha biex jaqdi l-interess tal-klijent tiegħu bl-aħjar mod possibbli. L-avukat irid jiżgura ruħu li s-servizzi legali tiegħu jservu l-iskop mixtieq u qed jingħataw għal drittijiet raġjonevoli.
  3. Meta jipprattika l-liġi, l-avukat irid dejjem jaġixxi skont id-dinjità tal-professjoni legali u ma jridx jagħti isem ħażin lill-professjoni legali. L-avukat għalhekk huwa obbligat isegwi l-kodiċi ta’ kondotta u r-regoli u r-regolamenti interni tal-Avukatura.

Sorsi tal-ispejjeż

B’liema ilsna nista’ nikseb informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fis-Slovakkja?

Il-liġijiet dwar l-ispejjeż huma ppubblikati fil-Kollezzjoni tal-Atti Leġiżlattivi fl-Islovakkja (taħt is-Sezzjoni 8 tal- Att dwar il-Kunsill tar-Repubblika tal-Islovakkja Nru 1/1993).

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar il-medjazzjoni?

Il-medjazzjoni hija rregolata mill-Att Nru 420/2004 dwar il- medjazzjoni.

Fejn nista' nsib informazzjoni addizzjonali dwar l-ispejjeż?

Sit elettroniku disponibbli dwar l-ispejjeż

Informazzjoni dwar l-ispejjeż hija disponibbli fuq is-sit elettroniku Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIGNUM li għandu leġiżlazzjoni ta' applikazzjoni ġenerali, kif ukoll regoli u regolamenti Slovakki attwali u ta' qabel. Is-sit elettroniku huwa miżmum mill- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka.

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar it-tul ta' żmien medju li jieħdu l-proċeduri differenti?

Tista’ ssib din l-informazzjoni fil-yearbook statistiku tal- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka.

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar l-ispiża medja aggregata għal proċedura partikolari?

Huwa diffiċli li tiddetermina l-informazzjoni dwar l-ispejjeż u d-drittjiet medji minħabba li:

  1. M’hemm l-ebda informazzjoni statistika ppubblikata.
  2. Il-leġiżlazzjoni Slovakka rilevanti hija relattivament flessibbli u kważi dejjem tipprovdi l-possibbiltà li jiġi stipulat dritt/remunerazzjoni kuntrattwali - influwenzat mir-reġjun u r-reputazzjoni tad-ditta tal-avukati u persuni oħrajn li jipprovdu servizzi relatati mal-kawża. Barra minn hekk, u saħansitra iktar importanti, il-kawża stess u l-kumplessità tagħha, l-ammont ta’ evidenza meħtieġ u t-tul ta’ żmien li tieħu għandhom impatt konsiderevoli.
  3. Barra minn hekk, anki l-ammont tad-drittijiet tariffarji (li jistgħu jingħataw fi tmiem il-proċedimenti biss, fil-forma ta’ spejjeż proċedurali, jiddependi mill-eżitu tal-kawża u mid-diskrezzjoni tal-qorti) huma marbut mal-kawża, man-numru ta’ servizzi pprovduti u ma’ diversi fatturi oħrajn. Peress illi mhux possibbli li jiġi determinat ix-xogħol medja rikjest minn kawża, mhix fattiblli li tiġi determinata l-ispiża medja tal-proċedimenti.

Taxxa fuq il-Valur Miżjud

Kif inhi pprovduta din l-informazzjoni?

Jekk l-uffiċjal ta' eżekuzzjoni jkun irreġistrat bħala wieħed li jħallas il-VAT, il-VAT tiġi miżjuda mad-dħul u mal-ispejjeż ikkalkulati tiegħu (skont is-Sezzjoni 196 tal-Att Nru. 233/1995 dwar l-uffiċjali tal-qorti u l-attivitaijiet ta’ eżekuzzjoni).

Jekk l-avukat ikun irreġistrat bħala wieħed li jħallas il-VAT, id-dħul u l-ispejjeż tiegħu kkalkulati skont dan ir-regolament se jinkludu l-VAT (l-Artikolu 18 (3) tad- Dekret ta' Implimentazzjoni tal-Ministeru tal-Ġustizzja Nru 655/2004 dwar id-drittijiet u l-kumpensi tal-avukati għall-provvista ta’ servizzi legali).

Jekk l-espert, l-interpretu jew it-traduttur ikun irreġistrati għall-VAT, id-drittijiet ikkalkulati jinkludu l-VAT (l-Artikolu 16 (2) tad- Dekret ta' Implimentazzjoni tal-Ministeru tal-Ġustizzja Nru 491/2004 dwar ir-remunerazzjoni, ir-rifużjoni tal-ispejjeż u l-kumpens għall-ħin mitluf għall-esperti, għall-interpreti u għat-tradutturi).

X’inhuma r-rati applikabbli?

Il-VAT mhix applikabbli għad-drittijiet tal-qorti (Att Nru. 71/1992 dwar id-drittijiet tal-qorti u l-kopji tal-entrati mir-reġistru kriminali, kif emendat). Madankollu, tapplika għad-drittijiet tal-medjazzjoni, peress li l-prestazzjoni tal-attività ta’ medjazzjoni hija attività kummerċjali, u għad-drittijiet ta’ arbitraġġ bir-rata ta’ 20%, sakemm il-persuna li tkun qed tieħu l-ħlas tkun irreġistrata għall-VAT.

Għajnuna Legali

Limitu tad-dħul applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja ċivili

Dan il-limitu huwa regolat mis-Sezzjoni 4(i) tal-Att Nru 327/2005 dwar l-għoti ta' għajnuna legali lil persuni fil-bżonn u l-Att ta' emenda Nru 586/2003 dwar il-professjoni legali u l-Att ta' emenda Nru 455/1991 dwar is-snajja' liċenzjati (l-Att dwar il-Kummerċ), kif emendat, kif emendat mill-Att Nru 8/2005.

Il-parti rilevanti tgħid hekk: "Persuna naturali titqies li qiegħda fil-bżonn jekk hija tirċievi allowances jew benefiċċji minħabba li tkun fil-bżonn, 1e) jew jekk id-dħul tagħha huwa indaqs jew inqas minn 1.6 il-darba l-ammont tal-paga minima 2) u jekk il-persuna naturali ma jkollix biex tħallas għas-servizzi legali”. (EUR 311.30)

Limitu tad-dħul applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-akkużati

Il-limitu tad-dħul għall-akkużati li jixtiequ jkunu assistiti minn rappreżentant legali ex officio fil-qasam tal-ġustizzja kriminali mhux stabbilit. Il- Kodiċi tal-Proċedura Kriminali (l-Artikoli 37 u 38) jipprovdi għaċ-ċirkustanzi fejn id-difiża tkun obbligatorja:

  1. L-akkużat irid ikollu avukat waqt il-proċedimenti ta’ qabel il-proċess jekk huwa:
    • jerġa’ jintbagħat il-ħabs, qed iservi sentenza ta’ ħabs jew qed jinżamm għal osservazzjoni f’istituzzjoni medika,
    • m'għandux il-kapaċità legali jew hija ristretta,
    • huwa akkużat b'reat serju ħafna,
    • minorenni,
    • qed jaħrab mill-prosekuzzjoni.
  2. Avukat tad-difiża huwa obbligatorju wkoll jekk il-qorti, jew il-prosekutur jew l-uffiċjal tal-pulizija fil-proċedimenti qabel il-proċess iqisu li hija neċessarja għaliex għandhom dubji dwar jekk l-akkużat hux kapaċi jiddefendi lilu nnifsu b'mod xieraq.
  3. Avukat tad-difiża huwa obbligatorju anki fi proċedimenti ta’ estradizzjoni u fi proċedimenti li jinvolvu l-impożizzjoni ta’ trattament protettiv, ħlief għal trattament minħabba abbuż mill-alkoħol.

L-Artikolu 38 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali jipprovdi li:

  1. Avukat tad-difiża huwa obbligatorju fi proċedimenti ta' infurzar fejn il-qorti tiddeċiedi f'seduta miftuħa għall-pubbliku, jekk l-akkużat:
    • m'għandux il-kapaċità legali jew hija ristretta,
    • huwiex minorenni li ngħata l-libertà kondizzjonali li, fi żmien tas-seduta miftuħa għall-pubbliku, kellu inqas minn 18-il sena,
    • jintbagħatx lura l-ħabs,
    • hemmx dubji dwar jekk hux kapaċii jiddefendu lilu nnifsu b'mod xieraq.
  2. L-akkużat irid ikollu avukat difensur fi proċedimenti b'rimedji straordinarji jekk:
  • huma nvoluti każijiet taġt is-Sezzjoni 37 (1) (a) (b) jew (c)
  • minorenni - fi żmien is-seduta tal-qorti miftuħa għall-pubbliku dwar ir-rimedju straordinarju - għandu inqas minn 18-il sena,
  • hemm dubji dwar jekk hux kapaċi jiddefendu lilu nnifsu b'mod xieraq.
  • il-proċedimenti jitmexxew kontra akkużat wara mewtha.

Limitu tad-dħul applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-vittmi

Skont l-Artikolu 558 (1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali, il-qorti tiddeċiedi dwar ir-rifużjoni tal-ispejjeż għall-parti leża wara li s-sentenza tidħol fis-seħħ.

Kundizzjonijiet oħrajn sabiex tingħata l-għajnuna legali lill-vittmi

Il-kundizzjonijiet kollha huma rregolati mill-Att Nru. 301/2005 - il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali.

Proċedimenti tal-qorti mingħajr spejjeż

Hemm żewġ tipi ta' eżenzjonijiet mid-drittijiet tal-Qorti (Sezzjoni 4 tal-Att tal-Kunsill Nazzjonali Slovakk Nru 71/1992 dwar id-drittijiet tal-Qorti u l-kopji mill-entrati fir-reġistru kriminali, kif emendat). L-eżenzjonijiet mid-drittijiet tal-qorti japplikaw għal:

  • tipi speċifiċi ta’ proċedimenti (kura ta’ minorenni, nuqqas ta’ attività jew interferenza illegali tal-entitajiet amministrattivi, dmir reċiproku ta’ manteniment bejn il-ġenituri u t-tfal), jew
  • tip speċifiku ta' persuni (ir-rikorrent fi proċedimenti għal kumpens għal ġrieħi kaġunati minn inċident jew marda fuq il-post tax-xogħol; proċedimenti li jiddikjara it-terminazzjoni tal-impjieg bħala illegali, eċċ). Jekk il-qorti tiddeċiedi favur it-talba, il-konvenut ikun obbligat iħallas id-dritt rispettiv tal-qorti jew parti minnu deċiża mill-qorti, sakemm il-konvenut ma jkunx ukoll eżentat mid-dritt.

Skont is-Sezzjoni 138 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, il-qorti għandha diskrezzjoni wkoll li tagħti eżenzjoni sħiħa jew parzjali lil parti minnhom jekk hija ġġustifikata mis-sitwazzjoni tal-parti, u sakemm it-talba mhix frivola u sakemm il-parti mhix tuża' jew tiddefendi dritt li b'mod ħar m'għandux tama li jirnexxi. Madankollu, il-qorti tista’ tirtira l-eżenzjoni mogħtija fi kwalunkwe ħin waqt il-proċedimenti.

Skont l-Att Nru. 327/2005 dwar l-għoti tal-għajnuna legali lil persuni li m’għandhomx il-mezzi biex iħallsu (jew l-Att dwar l-għajnuna legali), għajnuna legali tfisser l-għoti ta’ servizzi legali lil persuna intitolata għal assistenza fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħha, prinċipalment fil-forma ta’:

  • pariri legali,
  • assistenza bi proċedimenti barra mill-qorti,
  • it-tfassil ta’ sottomissjonijiet lill-qrati,
  • rappreżentazzjoni fi proċedimenti tal-qorti,
  • il-prestazzjoni tal-atti relatati, kif ukoll
  • il-ħlas sħiħ jew parzjali tal-ispejjeż assoċjati.

Minkejja dan, fejn il-persuna kkonċernata tissodisfa r-rekwiżiti għall-għoti tal-għajnuna legali, bil-wisq probabbli tkun ukoll eżentata mill-ħlas tal-ispejjeż tal-proċedimenti (inklużi d-drittijiet tal-qorti). M’hemm l-ebda dispożizzjoni espliċita li tipprovdi li persuna intitolata għall-għajnuna legali tkun eżentata wkoll mid-drittijiet tal-qorti. Madankollu, huwa ferm probabbli li l-qorti tagħti tali eżenzjoni.

Meta għandha l-parti li titlef tħallas l-ispejjeż tal-parti li tirbaħ?

Proċedimenti ċivili: skont l-Artikolu 142 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili

Jistgħu jsiru talbiet lill-qorti kompetenti għall-eżenzjoni sħiħa jew parzjali mid-drittijiet tal-qorti. Il-qorti tista', fuq inizjattiva tagħha stess, tagħti rifużjoni lill-parti li rebbħet il-kawża l-ispejjeż neċessarji li ħallset matul il-proċedimenti (inkluż id-drittijiet tal-qorti). Fil-każ ta’ rebħa parzjali,, il-qorti se tagħti lura parti mill-ispejjeż tal-proċedimenti lil kull waħda mill-partijiet, u tista’ tiddikjara wkoll li l-ebda waħda mill-partijiet m’għandha d-dritt li tingħata lura l-ispejjeż tal-proċedimenti. Madanakollu, l-qorti tista' tagħti lura lill-parti li tkun rebħet il-kawża parzjalment rifużjoni sħiħa tal-ispejjeż tal-proċedimenti jekk id-deċiżjoni dwar l-ammont tal-pagamenti li jridu jsiru minn din il-parti kienux jiddependu fuq opinjoni ta' espert jew id-diskrezzjoni tal-qorti, jew jekk in-nuqqas ta' suċċess fil-kawża kienx dovut għal parti pjuttost irrilevanti tal-proċedimenti.

Proċedimenti kriminali: skont l-Artikolu 557 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali

Jekk tal-inqas parti mill-ispejjeż tal-proċedimenti jingħataw lill-vittma, l-akkużat huwa obbligat li jirrifonda lill-vittma l-ispejjeż neċessarji li kellha tħallas minħabba l-proċedimenti, inklużi l-ispejjeż tal-avukati meta d-difiża hija obbligatorja.

Anki jekk il-vittma ma tkunux ingħatat l-ispejjeż imsemmija hawn fuq, il-qorti tista’ tagħti lura l-ispejjeż kollha tal-proċedimenti jew parti minnhom lill-vittma, wara t-talba tal-vittma u meta jiġu kkunsidrati ċ-ċirkustanzi tal-każ.

Ir-Regolament tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

Id-Dekret ta' Implimentazzjoni tal-Ministeru tal-Ġustizzja Nru 491/2004 dwar id-drittijiet u l-kumpens tal-ispejjeż u l-ħin mitluf għall-esperti, l-interpreti u t-tradutturi jistabbilixxi l-ammonti tad-drittijiet tal-esperti. Il-lista tal-esperti, ġestita mill- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka, hija aċċessibbli għall-pubbliku mis-sit elettroniku tiegħu. Espert jitniżżel fir-reġistru meta l-applikant ikun issodisfa r-rekwiżiti kollha (skont id-dekret ta' implimentazzjoni dwar id-drittijiet għall-esperti, għall-interpreti u għat-tradutturi).

Id-dritt tal-espert irid jiġi ddeterminat bi ftehim bejn l-espert u l-klijent (dritt kuntrattwali). Jekk il-partijiet ma jirnexxilhomx jilħqu ftehim, iridu jintużaw id-dispożizzjonijiet rilevanti dwar ir-rati tat-tariffi.

Għandu jiġi nnotat li l-VAT tapplika biss għad-dritt kuntrattwali u t-traduttur/l-intepretu ikun irreġistrat li jħallas il-VAT.

Id-drittijiet tariffarji jiġu ddeterminati fuq il-bażi ta’:

  • in--numru ta’ sigħat,
  • bħala perċentwali tal-valur inizjali tal-ammont soġġett tal-kwistjoni,
  • bħala rata fissa ibbażat fuq l-ammont in kwistjoni u n-numru ta' servizzi mogħtija.

Studji ta' każijiet tal-Islovakkja

Tista’ ssib informazzjoni iktar speċifika dwar l-ispejjeż tal-proċedimenti fis-Slovakkja permezz ta’ xi studji ta’ każijiet konkreti.

Annessi relatati

Ir-rapport tal-Islovakkja dwar l-Istudju fuq it-Trasparenza tal-IspejjeżPDF(872 Kb)en

L-aħħar aġġornament: 26/06/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-ispiża tal-proċedimenti - Finlandja

Din il-paġna tagħtik informazzjoni dwar l-ispejjeż ġudizzjarji fil-Finlandja.

Qafas regolatorju li jirregola d-drittijiet tal-professjonijiet legali

Barristers (inklużi s-solicitors u l-avukati)

Fil-Finlandja, id-drittijiet tal-barristers jiġu rregolati mir-Regoli tal-Kondotta Professjonali Xierqa għall-Avukati u mil-Linja Gwida dwar id-Drittijiet, approvata mill-Assoċjazzjoni tal-Avukati Finlandiża.

Marixxalli

Fil-Finlandja, id-drittijiet tal-marixxalli jiġu rregolati mid-Digriet tal-Gvern 925/2008, mill-Att dwar l-Infurzar tad-Drittijiet (34/1995) u mid-Digriet tal-Gvern 35/1995.

Avukati

Fil-Finlandja, id-drittijiet tal-avukati jiġu rregolati mill-Kodiċi tal-Kummerċ 18:5, mill-Att dwar l-Għajnuna Legali (257/2002) u mid-Digriet tal-Gvern 290/2008.

Spejjeż fissi

Spejjeż fissi fi proċedimenti ċivili

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti ċivili

Fil-Finlandja, l-ispejjeż fissi jinkludu ħlasijiet għall-ipproċessar u ħlasijiet għad-dokumenti. Il-ħlasijiet għall-ipproċessar (ħlasijiet għall-proċessi, ħlasijiet għall-petizzjonijiet, ħlasijiet għall-konsenja) jinġabru mingħand parti bħala kumpens għas-smigħ ta’ kawża u għall-miżuri li jittieħdu fil-proċess. Il-ħlas għall-ipproċessar ikopri anki l-konsenja tal-istrument uffiċjali li jinkludi d-deċiżjoni jew id-deċiżjoni interim fil-kawża. Il-ħlas għall-proċessi jvarja bejn €79 fi kwistjonijiet ċivili fil-qrati distrettwali u €223 f’kawżi quddiem il-qorti tas-swieq.

Il-ħlasijiet għad-dokumenti (ħlasijet għas-siltiet, ħlasijiet għall-kopji, ħlasijiet għaċ-ċertifikati) jinġabru għal dokumenti li jintalbu speċifikatament, sakemm ma jkunx hemm fis-seħħ eżenzjoni statutorja mill-ħlasijiet. Pereżempju, m’hemm l-ebda ħlas għad-dokumenti li jinħarġu lill-parti leża f’kawża kriminali mmexxija mill-prosekutur pubbliku.

Id-dettalji dwar l-ispejjeż huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Ġustizzja u fl-Att dwar il-Ħlasijiet tal-Qrati (l-Att dwar il-Ħlasijiet għall-Prestazzjonijiet tal-Qrati u ta’ Ċerti Organi tal-Amministrazzjoni Ġudizzjarja 701/1993) u d-Digrieti korrispondenti tal-Kunsill tal-Istat.

F’kawżi ta’ divorzju, il-ħlas totali għall-proċessi jikkonsisti fi ħlas inizjali ta’ €79 u ħlas ta’ €44 għal proċedimenti li jkomplu wara l-perjodu ta’ rikunsiderazzjoni. L-assistenza ta’ avukat tista’ tqum madwar €1000. Fi kwistjonijiet li jinvolvu petizzjonjiet, il-ħlas huwa ta’ €72. F’kawżi skont il-liġi ċivili, il-ħlas għall-proċessi jkun ta’ bejn €79 u €179 fil-qorti distrettwali u €179 oħra jekk jitressaq appell quddiem il-Qorti tal-Appell. L-ispejjeż tal-avukati jistgħu jitilgħu, u anki jaqbżu, s-€6000.

L-istadju tal-proċediment ċivili fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż fissi għall-partijiet

L-ispejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti ċivili jridu jitħallsu fi tmiem il-proċedimenti.

Spejjeż fissi fi proċedimenti kriminali

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kriminali

Fil-Finlandja, il-partijiet ma jħallsu l-ebda spiża fil-kawżi kriminali mmexxija mill-prosekutur pubbliku fil-qorti tal-prim’istanza.

L-istadju tal-proċediment kriminali fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż fissi

L-ispejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kriminali jridu jitħallsu fi tmiem il-proċedimenti.

Spejjeż fissi fi proċedimenti kostituzzjonali

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kostituzzjonali

Fil-Finlandja m’hemmx qrati kostituzzjonali; il-kawżi rilevanti jsiru bħala proċedimenti kriminali. Il-partijiet ma jkollhomx spejjeż fil-kawżi kriminali mmexxija mill-prosekutur pubbliku fil-qorti tal-prim’istanza.

L-istadju tal-proċediment kostituzzjonali fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż fissi

L-ispejjeż iridu jitħallsu fi tmiem il-proċedimenti.

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn qabel mir-rappreżentanti legali

Drittijiet u obbligi tal-partijiet

Ir-rappreżentanti legali jridu jipprovdu xi informazzjoni minn qabel lill-partijiet għal kawża potenzjali, sabiex dawn jifhmu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom, il-probabbiltajiet li għandhom li jirbħu l-kawża u l-ispejjeż involuti – inklużi dawk li probabbilment tbati l-parti li titlef. Dan huwa rregolat mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi tal-Kondotta tal-Assoċjazzjoni tal-Avukati Finlandiża. Barrister huwa obbligat bil-liġi li jżomm il-kunfidenzjalità tal-klijent.

Sorsi tal-ispejjeż

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fil-Finlandja?

Informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż hija disponibbli fis-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja.

B’liema ilsna nista’ nikseb informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fil-Finlandja?

L-informazzjoni hija disponibbli bil-Finlandiż, bl-Iżvediż u bl-Ingliż.

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar il-medjazzjoni?

Informazzjoni dwar il-medjazzjoni hija disponibbli fis-siti elettroniċi tal-Ministeru tal-Ġustizzja u tal-Istitut Nazzjonali tas-Saħħa u tal-Benesseri.

Fejn nista' nsib informazzjoni addizzjonali dwar l-ispejjeż?

Sit elettroniku disponibbli dwar informazzjoni dwar l-ispejjeż

Informazzjoni dettaljata dwar l-ispejjeż u l-ħlasijiet tal-proċedimenti fil-qrati hija disponibbli mingħajr ħlas fis-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja Finlandiż.

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar it-tul ta' żmien medju li jieħdu l-proċeduri differenti?

Informazzjoni dwar it-tul ta’ żmien medju hija disponibbli fid-“Deskrizzjoni Ġenerali” tal-attivitajiet fis-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja.

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar l-ispiża medja aggregata għal proċedura partikolari?

Informazzjoni dwar l-ispiża medja aggregata għal proċediment hija disponibbli fis-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĠustizzja tal-Ġudikatura Finlandiża.

Taxxa fuq il-Valur Miżjud

Kif inhi pprovduta din l-informazzjoni

L-informazzjoni hija disponibbli fis-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja. Skont il-Linja Gwida dwar il-Ħlasijiet tal-Assoċjazzjoni tal-Avukati Finlandiża, stima tal-ħlas għal biċċa xogħol partikolari għal konsumatur trid tingħata bil-VAT inkluża.

X’inhuma r-rati applikabbli?

Is-servizzi legali huma suġġetti għal VAT ta’ 22 fil-mija. Il-ħlasijiet tal-għajnuna legali, madankollu, mhumiex suġġetti għall-VAT.

Għajnuna Legali

Limitu applikabbli għad-dħul fil-qasam tal-ġustizzja ċivili

Il-limitu għad-dħul jiġi kkalkulat skont formula stabbilita. B’mod ġenerali, tingħata għajnuna legali mingħajr ħlas meta l-mezzi disponibbli tal-applikanti jkunu ta’ inqas minn €700 fix-xahar għal persuni mhux miżżewġa. Tista’ tingħata wkoll soġġetta għal tnaqqis progressiv meta l-mezzi disponibbli ta’ applikant ikunu bejn €700 u €1500. Applikant ma jistax jingħata l-għajnuna legali meta l-mezzi disponibbli tiegħu jaqbżu l-€1500 fix-xahar. Il-figuri korrispondenti għal kull konjuġi huma ta’ €600 u €1300.

Ħlas għall-għajnuna legali ta’ €70 jinġabar mingħand l-applikanti li jingħataw l-għajnuna legali bi skambju għal eċċess. Barra minn hekk, jekk l-assi likwidi tal-applikant jaqbżu l-€5000, jinġabar eċċess addizzjonali.

Limitu applikabbli għad-dħul fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-akkużati

Il-limitu għad-dħul jiġi kkalkulat permezz ta’ formula speċifika. B’mod ġenerali, l-għajnuna legali mingħajr ħlas tingħata meta l-mezzi disponibbli tal-applikant ikunu inqas minn €700 fix-xahar għall-persuni mhux miżżewġa. Tista’ tingħata wkoll soġġetta għal riduzzjoni progressiva meta l-mezzi disponibbli ta’ applikant ikunu bejn €700 u €1500. Applikant ma jistax jikseb l-għajnuna legali meta l-mezzi disponibbli tiegħu jaqbżu l-€1500 fix-xahar. Il-figuri korrispondenti għal kull konjuġi huma ta’ €600 u €1300. Fis-sit web tal-Ġustizzja tingħata iktar informazzjoni. Ħlas għall-għajnuna legali ta’ €70 jinġabar mingħand l-applikanti li jingħataw l-għajnuna legali soġġetta għal tnaqqis progressiv. Barra minn hekk, jekk l-assi likwidi tal-applikant jaqbżu l-€5000, jinġabar tnaqqis supplimentari.

Minbarra dak li ngħad iktar ’il fuq, l-akkużati huma intitolati għal difensur pubbliku irrispettivament mis-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom jekk jiġu akkużati b’reat aggravat jew jekk jiġu arrestati jew miżmuma. Il-qorti, fuq inizjattiva tagħha, tista’ anki taħtar difensur pubbliku għal persuna li jkollha inqas minn 18-il sena, jew għal persuna li ma tkunx kapaċi taħseb għad-difiża tagħha. Jekk, però, l-akkużat jinstab ħati, huwa jrid jirrifondi lill-Istat il-ħlas għad-difensur pubbliku, sakemm ma kienx ikun intitolat għall-għajnuna legali. F’dan il-każ, ir-responsabbiltà tal-akkużat li jħallas tiġi ddeterminata skont ir-regoli tal-għajnuna legali.

Limitu applikabbli għad-dħul fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-vittmi

Il-vittmi ta’ ċerti reati aggravati, bħall-vjolenza domestika jew ir-reati sesswali, huma intitolati għal avukat u għal persuna li tagħtihom appoġġ, irrispettivament mis-sitwazzjonijiet finanzjarji tagħhom.

Barra minn hekk, il-vittmi jistgħu jiksbu għajnuna legali skont il-kriterji komuni: b’mod ġenerali, l-għajnuna legali hija disponibbli mingħajr ħlas meta l-mezzi disponibbli tal-applikant ikunu ta’ inqas minn €700 fix-xahar għall-persuni mhux miżżewġa. Tista’ tinkiseb ukoll soġġetta għal riduzzjoni progressiva meta l-mezzi disponibbli ta’ applikant ikunu bejn €700 u €1500. Applikant ma jistax jikseb l-għajnuna legali meta l-mezzi disponibbli tiegħu jaqbżu l-€1500 fix-xahar. Il-figuri korrispondenti għal kull konjuġi huma ta’ €600 u €1300. Ħlas għall-għajnuna legali ta’ €70 jinġabar mingħand l-applikanti li jingħataw l-għajnuna legali soġġetta għal riduzzjoni progressiva. Barra minn hekk, jekk l-assi likwidi tal-applikant jaqbżu l-€5000, tinġabar riduzzjoni supplimentari.

Kundizzjonijiet oħrajn sabiex tingħata l-għajnuna legali għall-vittmi

L-applikazzjoni għall-għajnuna legali għandha dejjem issir f’Uffiċċju tal-Għajnuna Legali Pubblika. L-applikazzjoni tista’ ssir fi kwalunkwe wieħed mill-Uffiċċji tal-Għajnuna Legali Pubblika fil-pajjiż, irrispettivament minn fejn joqgħod l-applikant. Ta’ spiss ikun konvenjenti li l-applikazzjoni tiġi ppreżentata fl-eqreb uffiċċju.

L-applikant irid jippreżenta evidenza dwar iċ-ċirkustanzi finanzjarji tiegħu, flimkien ma’ informazzjoni dwar kwalunkwe assigurazzjoni għall-ispejjeż legali u dwar il-kwistjoni li għaliha qed tintalab l-għajnuna legali.

L-applikazzjoni tiġi ppreżentata fl-Uffiċċju tal-Għajnuna Legali jew b’mod orali jew bil-miktub, u d-dokumentazzjoni meħtieġa trid tkun mehmuża mal-applikazzjoni. Il-formola tal-applikazzjoni u d-dokumenti mehmuża jistgħu jintbagħtu wkoll lill-Uffiċċju tal-Għajnuna Legali uffiċjali bil-posta, bil-faks jew bil-posta elettronika (e-mail).

Il-formola tal-applikazzjoni hija disponibbli mill-paġna tal-Formola tal-Applikazzjoni għall-Għajnuna Legali; hija wkoll disponibbli mill-Uffiċċji tal-Għajnuna Legali Pubblika, mill-qrati tal-ġustizzja u mid-ditti tal-avukati.

Jekk applikant jixtieq li jkun assistit minn avukat privat fi kwistjoni quddiem qorti, l-avukat jista’ jippreżenta l-applikazzjoni għall-għajnuna legali.

Jekk persuna ssir vittma ta’ vjolenza domestika jew ta’ reat sesswali, il-qorti tista’ taħtar avukat jew persuna li tagħti appoġġ għall-vittma – għall-finijiet tal-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess u tal-proċess. Jekk il-vittma tixtieq tagħmel talba waqt il-proċess, il-qorti għandha taħtar avukat. Jekk il-vittma ma jkollha l-ebda talba x’tagħmel, tista’ tinħatar persuna biex tagħtiha appoġġ.

Kif ingħad iktar ’il fuq, difensur pubbliku jinħatar, jekk jintalab, għal persuna suspettata għal reat aggravat u għal persuna li tkun ġiet arrestata jew miżmuma. Il-qorti, fuq inizjattiva tagħha, tista’ taħtar difensur pubbliku għal persuna li jkollha inqas minn 18-il sena u għal persuna li ma tkunx kapaċi taħseb għad-difiża tagħha.

Proċedimenti tal-qorti mingħajr spejjeż

Benefiċjarju tal-għajnuna legali ma jkunx responsabbli għall-ħlasijiet.

Barra minn hekk, bil-liġi, ċerti kwistjonijiet (l-Att dwar il-Ħlasijiet 701/1993, Artikoli 6 u 7) huma mingħajr ħlas. Fost l-oħrajn insibu l-aġġustament tad-djun ta’ individwi privati u l-kawżi kriminali mmexxija mill-prosekutur pubbliku fl-ewwel istanza. L-awtoritajiet u ċ-ċittadini barranin jista’ jkollhom proċedimenti mingħajr spejjeż f’każijiet ta’ assistenza legali reċiproka.

Meta għandha l-parti li titlef tħallas lill-parti li tirbaħ?

Bħala regola ġenerali, l-ispejjeż fil-kawżi tal-ġustizzja ċivili tbatihom il-parti li titlef (l-eċċezzjonijiet jinkludu kwistjonijiet li jinvolvu petizzjonijiet u dispożizzjonijiet imperattivi tal-liġi, bħal bosta kwistjonijiet tal-liġi tal-familja). Fil-qrati amministrattivi, kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha. Is-sentenza tal-qorti se tiddikjara jekk il-parti li titlef tkunx meħtieġa tħallas l-ispejjeż tal-parti li tirbaħ.

Drittijiet tal-esperti

Id-drittijiet tal-esperti jiġu deċiżi mill-qorti. M’hemm l-ebda limitu fiss għal dawn id-drittijiet, għalkemm iridu jkunu raġonevoli.

Drittijiet tat-tradutturi u tal-interpreti

Id-drittijiet tat-tradutturi u tal-interpreti jkunu deċiżi mill-qorti. M’hemm l-ebda limitu fiss għal dawn id-drittijiet, sakemm ikunu raġonevoli. Id-dritt medju ta’ traduttur huwa ta’ €80 il-paġna. Parti tkun eżentata minn dawn id-drittijiet jekk tkun ingħatat l-għajnuna legali.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja Finlandiż

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSit elettroniku tal-Ġudikatura Finlandiża

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSit elettroniku tal-Assoċjazzjoni tal-Avukati Finlandiża

Dokumenti relatati

Rapport tal-Finlandja rigward l-Istudju dwar it-Trasparenza tal-IspejjeżPDF(504 Kb)en

L-aħħar aġġornament: 14/10/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Isvediż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

L-ispiża tal-proċedimenti - Svezja

Din il-paġna tagħtik informazzjoni dwar l-ispejjeż ġudizzjarji fl-Iżvezja.

Qafas regolatorju li jirregola l-ħlasijiet tal-professjonisti legali

Avukati

Fl-Isvezja, il-ħlasijiet tal-professjonisti legali mhumiex irregolati. Madankollu, jekk tingħata għajnuna legali, tapplika rata ta’ ħlas fis-siegħa stipulata mill-gvern. Fl-2011, din ir-rata kienet, fil-parti l-kbira tal-każijiet, ta’ SEK 1 166 bil-VAT mhux inkluża (jiġifieri SEK 1 457 bil-VAT inkluża). Il-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri tal-Assoċjazzjoni Svediża tal-Avukatura (advokater) jgħid li l-ħlasijiet mitluba mill-membri tal-Avukatura jridu jkunu raġonevoli.

Spejjeż fissi

Spejjeż fissi fi proċedimenti ċivili

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti ċivili

Għal rikors f'kawża ċivili, ir-rikorrent irid iħallas dritt għall-preżentata lill-qorti. Bħalissa, id-dritt għall-preżentata huwa ta’ SEK 450 (madwar EUR 50).

F'każijiet fejn hija permessa soluzzjoni barra l-qorti u l-valur tal-pretensjoni b'mod ċar ma jaqbiżx nofs l-ammont bażi preskritt mill-Att tal-Assigurazzjoni Nazzjonali (l-ammont bażi għall-2012 huwa SEK 44 000; jiġifieri nofs l-ammont bażi għall-2012 huwa SEK 22 000), il-kumpens għall-ispejjeż tal-litigazzjoni ma jistgħux jinkludu nfiq ieħor, ħlief:

  1. L-ispejjeż tal-pariri legali, limitati għal siegħa kull darba fir-rigward ta’ kull kwistjoni li tkun qed tiġi trattata; id-dritt li għandu jitħallas huwa ekwivalenti għall-ħlas ta’ siegħa ta' parir legali skont l-Att dwar l-Għajnuna Legali (1996:1619)
  2. It-tariffa għall-applikazzjoni
  3. Spejjeż ta’ vjaġġar u ta’ sussistenza mġarrba mill-parti jew mir-rappreżentant legali tal-parti marbuta mal-attendenza għas-smigħ fil-qorti jew, jekk ma jkunx meħtieġ li l-parti tidher quddiem il-qorti, l-ispejjeż tal-ivjaġġar u tas-sussistenza mġarrba mir-rappreżentant legali.
  4. Spejjeż imġarrba mix-xhieda
  5. Spejjeż tat-traduzzjoni

Jingħata kumpens biss jekk l-ispejjeż imġarrba kienu meħtieġa sabiex jitħarsu l-interessi tal-parti konċernata.

Għal kawżi ċivili oħrajn (jiġifieri fejn il-valur tal-pretensjoni jaqbeż nofs l-ammont bażi skont l-Att dwar l-Assigurazzjoni Nazzjonali) ma japplika l-ebda limitu jew spiża fissa ta’ din ix-xorta.

L-istadju tal-proċediment ċivili fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż fissi

Id-dritt għall-preżentata jrid jitħallas lill-qorti meta jsir ir-rikors. Madankollu, l-Att dwar l-Għajnuna Legali jiddikjara li jekk ingħatat għajnuna legali, il-parti għandha tħallas dritt tal-għajnuna legali lir-rappreżentant legali hekk kif jinqalgħu dawn l-ispejjeż. Dan id-dritt huwa prinċipalment ibbażat fuq id-dħul tal-parti.

Spejjeż fissi fi proċedimenti kriminali

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kriminali

Jekk il-qorti taħtar avukat tad-difiża pubbliku għall-imputat, hija applikabbli r-rata ta' dritt fis-siegħa msemmija hawn fuq fit-titolu 'Avukati'. Rigward proċedimenti li ma jiħdux wisq żmien tapplika skeda speċjali. Jekk l-imputat jinstab ħati, huwa jrid iħallas lura lill-Istat il-fondi pubbliċi li ntefqu, skont id-deċiżjoni tal-qorti fir-rigward tar-remunerazzjoni tal-avukat tad-difiża tiegħu. Madankollu, l-imputat mhux meħtieġ iħallas iktar għas-servizzi tal-avukat tad-difiża mill-ammont li kieku kien iħallas bħala dritt tal-għajnuna legali li kieku ngħata l-għajnuna legali.

F’ċerti każijiet, l-avukat għall-persuna offiża (jiġifieri l-allegata vittma ta’ reat) jista’ jinħatar fuq il-bażi tal-Att dwar l-Avukat għall-persuna offiża. Il-persuna offiża mhija responsabbli għall-ebda spiża li titħallas lil dan l-avukat. Jekk l-akkużat jinstab ħati, huwa jrid iħallas lura lill-Istat il-fondi pubbliċi li ntefqu, skont id-deċiżjoni tal-qorti fir-rigward tar-remunerazzjoni tal-avukat għall-persuna offiża. Madankollu, l-imputat mhux meħtieġ iħallas iktar mill-ammont li kien ikollu jħallas li kieku ngħatat l-għajnuna legali.

L-istadju tal-proċediment kriminali fejn iridu jitħallsu spejjeż fissi

Jekk il-qorti tiddeċiedi li l-imputat irid iħallas lura lill-Istat il-fondi pubbliċi li ntefqu, skont id-deċiżjoni tal-qorti fir-rigward tar-remunerazzjoni tal-avukat tad-difiża tiegħu jew tal-avukat għall-persuna offiża, l-ammont jitħallas wara li jingħata l-verdett.

Spejjeż fissi fi proċedimenti kostituzzjonali

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kostituzzjonali

Fl-Isvezja, m’hemm l-ebda proċediment kostituzzjonali speċjali ta’ din ix-xorta. Madankollu, parti tista’ titlob id-danni mingħand l-Istat talli jkun kiser id-drittijiet tal-bniedem tagħha. Jekk dan iseħħ, japplika r-regolament dwar id-drittijiet tal-professjonisti legali u l-ispejjeż fissi li ssemma iktar ’il fuq.

L-istadju tal-proċediment kostituzzjonali fejn iridu jitħallsu spejjeż fissi

Tapplika l-informazzjoni li ngħatat iktar 'il fuq.

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn qabel mir-rappreżentanti legali

Drittijiet u obbligi tal-partijiet

Rigward l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn membru tal-Assoċjazzjoni Svediża tal-Avukatura rigward id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet u l-prospetti tagħhom li jirbħu l-kawża, il-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja Svediż jillimita ruħu li jiddikjara li tali membru għandu, fil-prattika tiegħu, iwettaq b’mod onest u diliġenti l-kompiti fdati lilu, u għandu dejjem josserva l-użanzi ta’ avukat tajjeb.

Barra minn hekk, skont il-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri tal-Assoċjazzjoni Svediża tal-Avukatura, membru għandu – mill-bidu nett ta’ xogħlu – jinforma lill-klijent tiegħu bil-politika tal-ħlasijiet u tal-ħruġ tal-fatturi. Skont dan il-Kodiċi, id-drittijiet jistgħu jiġu ddebitati permezz ta’ fattura li tinħareġ rigward parti mix-xogħol li sar, fuq kreditu jew billi tinħareġ fattura ladarba l-biċċa xogħol tkun lesta. Rigward rappreżentanti legali oħrajn li mhumiex membri tal-Assoċjazzjoni tal-Avukatura Svediża, mhuwa stipulat l-ebda obbligu statutorju ta’ din ix-xorta.

Sorsi tal-ispejjeż

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fl-Isvezja?

Rigward l-għajnuna legali, tista’ ssib informazzjoni (anki bl-Ingliż) fuq is-sit elettroniku tal- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAwtorità Nazzjonali tal-Għajnuna Legali (Rättshjälpsmyndigheten). Rigward id-drittijiet tal-qrati, tista’ ssib informazzjoni (anki bl-Ingliż) fuq is-sit elettroniku Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatal-qrati Svediżi. Tista’ wkoll issib informazzjoni (bi kważi l-ilsna uffiċjali tal-UE kollha) fuq is-sit elettroniku Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-qasam ċivili u kummerċjali.

B’liema ilsna nista’ nikseb informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fl-Isvezja?

Kull sit elettroniku jispeċifika x’ilsna huma disponibbli.

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar il-medjazzjoni?

L-informazzjoni dwar il-medjazzjoni hija disponibbli fis-sit elettroniku tan-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaNetwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-qasam ċivili u kummerċjali.

Fejn nista' nsib informazzjoni addizzjonali dwar l-ispejjeż?

Sit elettroniku disponibbli dwar informazzjoni dwar l-ispejjeż

Tista’ ssib informazzjoni dwar l-ispejjeż fis-sit elettroniku Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatal-qrati Svediżi. Dan huwa s-sit elettroniku uffiċjali tal-gvern li huwa disponibbli bl-Ingliż u bl-Isvediż u jipprovdi deskrizzjoni tal-qrati u tal-proċeduri fil-qrati Svediżi.

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar it-tul ta' żmien medju li jieħdu l-proċeduri differenti?

L-għan tal-qrati Svediżi huwa li jittrattaw il-kawżi ċivili fi żmien li medjament ma jiħux iktar minn seba’ xhur fil-qorti distrettwali u 5 xhur fil-qorti tal-appell rispettivament. Madankollu, fl-2011 il-parti l-kbira tal-kawżi ħadu medjament 7.9 xhur fil-qrati distrettwali u ħames xhur fil-qrati tal-appell. Din l-informazzjoni tista’ ssibha (bl-Isvediż biss) fis-sit elettroniku Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatal-qrati Svediżi, fejn huma disponibbli r-rapporti annwal tal-qrati Svediżi.

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar l-ispiża medja aggregata għal proċedura partikolari?

Informazzjoni uffiċjali ta’ din ix-xorta mhix disponibbli.

Taxxa fuq il-Valur Miżjud

X’inhuma r-rati tal-VAT applikabbli?

It-tariffi għall-applikazzjonijiet fil-qrati Svediżi huma eżenti mill-VAT. Ir-rata tal-VAT għal servizzi legali privati hija 25%.

Għajnuna Legali

Limitu tad-dħul applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja ċivili

Sabiex tingħata l-għajnuna legali, id-dħul tar-rikorrent ma jridx jaqbeż limitu finanzjarju, li bħalissa huwa ta’ SEK 260 000 (madwar EUR 25 000). Meta jiġi stmat id-dħul tar-rikorrent, tiġi kkunsidrata s-sitwazzjoni ekonomika kollha tiegħu, inklużi, pereżempju, l-ispejjeż għall-manteniment tat-tfal, l-ispejjeż tal-proprjetà jew id-djun. F’kawżi transfruntieri, l-għajnuna legali tista’ tingħata anki jekk id-dħul tar-rikorrent jaqbeż is-SEK 260 000 ladarba huwa ma jkunx jista’ jħallas l-ispejjeż. L-awtorizzazzjoni tkun ibbażata fuq id-differenza bejn l-ispejejż tal-għejxien fl-Isvezja u l-Istat Membru tal-UE ta’ residenza tar-rikorrent.

Limitu tad-dħul applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-akkużati

Sakemm jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, kull imputat huwa intitolat li jiġi rrappreżentat minn avukat tad-difiża pubblika, irrispettivament mid-dħul tiegħu. Jekk l-imputat jinstab ħati, huwa jrid iħallas lura lill-Istat il-fondi pubbliċi li ntefqu, skont id-deċiżjoni tal-qorti fir-rigward tar-remunerazzjoni tal-avukat tad-difiża tiegħu. Madankollu, l-imputat mhux meħtieġ iħallas iktar għas-servizzi tal-avukat tad-difiża mill-ammont li kieku kien iħallas bħala dritt tal-għajnuna legali li kieku ngħata l-għajnuna legali.

Limitu tad-dħul applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-vittmi

Jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, kull vittma – irrispettivament mid-dħul tagħha – hija intitolata għal avukat skont l-Att dwar l-Avukat għall-persuna offiża.

Kundizzjonijiet oħrajn sabiex tingħata l-għajnuna legali għall-vittmi

F’ċerti każijiet, il-qorti tista’ taħtar “avukat għall-parti offiża” (advokat), sabiex jassisti lill-vittma. Il-vittma tista’ tingħata assistenza mingħand l-avukat għall-parti offiża jekk tkun il-vittma ta’ reat (parti offiża) u kienet suġġetta għal, pereżempju, offiżasesswali, attakk, deprivazzjoni illegali tal-libertà, serq jew kwalunkwe reat ieħor li jista’ jwassal biex il-persuna li wettqitu tingħata sentenza ta' priġunerija. Il-qorti taħtar lill-avukat għall-parti offiża, imma dan jista’ jsir biss ladarba tkun inbdiet investigazzjoni preliminari. L-avukat għall-parti offiża jitħallas mill-Istat u l-vittma ma tħallas xejn.

Kundizzjonijiet oħrajn sabiex tingħata l-għajnuna legali għall-akkużati

Jekk persuna ssuspettata taħt arrest jew persuna miżmuma titlob dan, jinħatar avukat tad-difiża pubblika biex jirrappreżentaha. L-avukat tad-difiża pubblika jinħatar ukoll fuq it-talba ta’ persuna ssuspettata li wettqet reat, sakemm rigward dak ir-reat il-liġi ma tipprovdix għal sentenza inqas iebsa minn sitt xhur ħabs.

Avukat tad-difiża pubblika jinħatar ukoll fil-każijiet li ġejjin:

  1. Jekk jintalab avukat tad-difiża mill-persuna ssuspettata b'rabta mal-inkjesta tar-reat;
  2. Jekk avukat tad-difiża jkun meħtieġ minħabba dubju rigward il-kastig li se jiġi impost u jkun hemm raġuni biex ikun impost kastig li ma jkunx multa jew sentenza kondizzjonata jew dawn il-kastigi flimkien;
  3. Jekk ikun hemm raġunijiet speċifiċi marbuta mas-sitwazzjoni personali tal-persuna ssuspettata jew mas-suġġett tal-każ.

Jekk il-persuna suspettata tkun rappreżentata mill-avukat tad-difiża li tagħżel hija, ma jinħatar l-ebda avuvkat tad-difiża pubblika.

Proċedimenti tal-qorti mingħajr spejjeż

Jekk tingħata l-għajnuna legali, il-kwerelant ma jħallasx dritt għall-preżentata lill-qorti. L-imputat ma jħallas l-ebda dritt lill-qorti. Madankollu, il-partijiet jistgħu jbatu l-ispejjeż tal-litigazzjoni tal-parti l-oħra, inklużi d-drittijiet għall-preżentata. Ma hemm l-ebda dritt għall-preżentata għall-appelli li jitressqu quddiem il-Qorti tal-Appell u l-Qorti Suprema.

Il-parti li titlef meta għandha tħallas l-ispejjeż tal-parti li tirbaħ?

Bħala regola, il-parti li titlef tħallas l-ispejjeż tal-litigazzjoni mġarrba mill-parti li tirbaħ. Il-kumpens għall-ispejjeż tal-litigazzjoni jkopri l-ispejjeż kollha marbuta mat-tħejjija għall-proċess quddiem il-qorti u mar-rappreżentanza minn avukat fil-qorti, u l-ispejjeż marbuta mal-preżentazzjoni ta' provi (inklużi x-xhieda u l-esperti), sakemm dawn l-ispejjeż kienu meħtieġa biex jitħarsu l-interessi tal-parti. Jitħallas kumpens anki għaż-żmien iddedikat u għall-isforzi li jkunu saru mill-parti li tirbaħ minħabba li proċess quddiem il-qorti. Negozjati li jkunu twettqu bil-għan li l-kwistjoni tissolva u li jkollhom effett dirett fuq l-azzjoni tal-parti, jitqiesu li kienu miżuri meħuda bi tħejjija għall-proċess quddiem il-qorti.

Drittijiet tal-esperti

It-tweġiba preċedenti rigward l-għoti ta’/il-kumpens għall-ispejjeż hija rilevanti.

Drittijiet tat-tradutturi u tal-interpreti

Jekk parti, xhud jew kwalunkwe persuna oħra li għandha tinstema’ mil-qorti ma tifhimx u ma titkellimx bl-Iżvediz, jitqabbad interpretu biex jassisti lill-qorti. Jekk ikun meħtieġ, il-qorti tista’ tipprovdi biex issir traduzzjoni tad-dokumenti ppreżentati lilha jew mibgħuta minnha. Il-qorti tħallas it-tariffi tat-traduzzjoni u tal-interpretar u l-partijiet mhuma responsabbli għall-ebda minn dawn l-ispejjeż.

Dokumenti relatati

Ir-rapport tal-Isvezja tal-Istudju dwar it-Trasparenza tal-Ispejjeż tal-Proċedimenti Ġudizzjari ĊiviliPDF(457 Kb)en

L-aħħar aġġornament: 19/03/2013

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-ispiża tal-proċedimenti - L-Ingilterra u Wales

Din il-paġna tagħtik informazzjoni indikattiva dwar l-ispejjeż tal-proċeduri tal-ġustizzja fl-Ingilterra u Wales. Tiddiskuti suġġetti inklużi d-drittijiet ta’ professjonisti legali, l-għajnuna legali, il-medjazzjoni u l-ispejjeż fissi, bħall-ispejjeż tal-qorti.

Fejn nista’ nsib informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-proċeduri?

Sit web disponibbli dwar it-tagħrif dwar l-ispejjeż

Bħalissa l-informazzjoni dwar il-proċess u l-ispejjeż tal-proċeduri tal-qorti fl-Ingilterra u Wales qed tiġi ppreparata għal Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDirectgov, is-sit web tal-Gvern tar-Renju Unit. Directgov jipprovdilek b’aċċess faċli għall-informazzjoni tal-gvern.

Is-sit web tas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qrati tal-Maestà Tagħha (HMCS –Her Majesty’s Court Service) jipprovdilek informazzjoni speċifika dwar drittijiet tal-qorti fl-Ingilterra u Wales (minflok l-ispejjeż kollha differenti tal-proċeduri). Is-sit web joffrilek informazzjoni dwar l-ispejjeż differenti tal-qorti mitluba fil-qrati fl-Ingilterra u Wales u jekk għandekx tħallashom. Hija wkoll disponibbli informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni jew liġijiet dwar l-ispejjeż tal-qorti.

Fejn nista’ nsib informazzjoni dwar iż-żmien medju li jieħdu l-proċeduri differenti?

M’hemm ebda żmien medju għaliex kull kawża difiża hija differenti. Il-qorti involuta tista’ tkun f’pożizzjoni tissuġġerixxi kemm bejn wieħed u ieħor idumu ċerti tipi ta’ każijiet.

Fejn nista’ nsib informazzjoni dwar l-ispejjeż totali medji għal proċedura partikolari?

M’hemm l-ebda medja peress illi kull kawża difiża hija differenti. Avukat b’esperjenza f’tip partikolari ta’ proċediment jista’ jkun f’pożizzjoni jagħtik firxa tal-ispejjeż.

It-Taxxa tal-Valur Miżjud

L-ispejjeż tal-avukati: Normalment il-VAT jitħallas fuq l-ispejjeż tal-avukati (solicitors u barristers) u fuq ċerti spejjeż (b’rata ta’ 15 fil-mija, għalkemm din ir-rata x’aktarx terga’ titla’ għal 17.5 fil-mija fl-2010). Fir-Renju Unit, ir-reġistrazzjoni ghall-VAT hija obbligatorja jekk jintlaħqu ċerti limiti ta’ dħul. Ara s-sit web tad-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDħul u d-Dwana tal-Maestà Tagħha (HM Revenue and Customs) għal aktar informazzjoni.

L-Ispejjeż tal-Qorti: Il-VAT mhix applikabbli fuq l-ispejjeż tal-qorti.

Id-Drittijiet tal-Professjonisti Legali

Qafas li jirregola d-drittijiet tal-professjonisti legali

L-Avukati (Solicitors)

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi ta' Kondotta tal-Avukati (Solicitors) jeħtieġ lill-avukati (solicitors) jagħtu lill-klijenti l-aħjar informazzjoni possibbli dwar l-ispejjeż tagħhom (regola 2.03). B’mod speċifiku, ir-regola 2.03 tistabbilixxi dmir li jinfurmaw lill-klijenti dwar ir-rati ta’ ħlas tagħhom u meta l-ħlasijiet ikunu antiċipati, flimkien ma’ parir dwar l-għażla tagħhom għall-finanzjament, inkluż intitolament għall-finanzjament pubbliku. L-avukati (solicitors) huma wkoll meħtieġa jgħarrfu lill-klijenti tagħhom dwar ir-responsabbiltà potenzjali tagħhom li jħallsu l-ispejjeż ta’ terzi. Dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw bl-istess mod għal avukati Ewropej irreġistrati li jipprattikaw fl-Ingilterra u Wales, u għal ditti tal-avukati (solicitors) u avukati oħrajn u persuni li mhumiex avukati li huma rregolati mill-Awtorità tar-Regolamentazzjoni tal-Avukati. L-ittri inizzjali ta’ pariri lill-klijenti għandhom jinkludu wkoll l-għanijiet tal-klijenti, l-għażliet u l-kwistjonijiet fil-każ (taħt ir-regola 2.02 tal-kodiċi).

Ladarba jiġi ffinalizzat kont bl-ispejjeż, id-drittijiet tal-avukati (solicitors) jistgħu jiġu evalwati kemm mis-Servizz dwar l-Ilmenti Legali kif ukoll mill-uffiċjali tat-taxxi fil-qrati. L-Ordni dwar il-Ħlas tal-Avukati (Solicitors) (Xogħol Mhux Kontenzjuż) 2009 teħtieġ li l-ispejjeż tal-avukati (solicitors) għandhom ikunu ġusti u raġonevoli, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi kollha tal-każ fejn ix-xogħol ma jinvolvix proċeduri tal-qorti. Fil-każ li kont bl-ispejjeż li dwarhom m’hemmx qbil jirrigwardaw xogħol li ma jinvolvix proċeduri quddiem il-qorti, huwa possibbli li s-Servizz għall-Ilmenti Legali jevalwa jekk il-kont huwiex ġust u raġonevoli. Din l-evalwazzjoni tiddetermina x’kien ikun ammont ġust u raġonevoli jekk il-kont jitqies eċċessiv. Kwalunkwe ftehim dwar drittijiet assoċjat mal-qorti u li jinvolvi l-proċeduri quddiem il-qorti – magħruf ukoll bħala “xogħol kontenzjuż” – huwa soġġett għal rekwiżiti statutorji taħt l-Att dwar l-Avukati (Solicitors) 1974 u jista’ jkun soġġett għal evalwazzjoni mill-qorti.

L-Avukati (Barristers)

Il-parti l-kbira tad-drittijiet mitluba mill-avukati (barristers) huma nnegozjati u miftiehma qabel ma jinbeda x-xogħol; għalhekk hija meħtieġa regolamentazzjoni inqas preskrittiva. Il-Kodiċi tal-Kondotta tal-Kamra tal-Avukati tal-Ingilterra u Wales jistabbilixxi l-prinċipji li jgħoddu għall-avukati (barristers) fir-rigward tad-drittijiet u l-pagi għal avukati (barristers) impjegati għal rashom. Il-kodiċi jistabbilixxi li l-avukati (barristers) impjegati għal rashom jistgħu jitolbu l-ħlas għal kwalunkwe xogħol li jkun inbeda fuq kwalunkwe bażi permess mil-liġi u li ma jinvolvix il-ħlas ta’ paga jew salarju. Hemm aktar dispożizzjonijiet dwar xogħol mibdi minn avukat (barrister) impjegat għal rasu f’isem ieħor. Kwalunkwe irregolarità fir-rigward tal-ispejjeż tista’ tiġi investigata mill-Bord tal-Istandards tal-Kamra tal-Avukati u tista’ potenzjalment tirriżulta f’azzjoni dixxiplinarja.

Il-Marixxalli

Id-drittijiet tal-Marixxalli tal-Qorti tal-Kontea (County Court) huma spejjeż tal-qorti u għalhekk jinsabu fost l-ispejjeż tal-proċeduri diġà msemmija aktar ’il fuq.

Taħt l-Att dwar il-Qrati 2003, il-Lord Chancellor huwa meħtieġ jiffissa, permezz ta’ strument statutorju, id-drittijiet li jista’ jitlob Uffiċjal tal-Infurzar tal-Qorti l-Għolja. L-informazzjoni dwar dawn id-drittijiet tista’ tinsab fuq is-sit web tas-Servizz tal-Qrati tal-Maestà Tagħha.

Is-sistema kurrenti ta’ drittijiet għall-Marixxalli Ċċertifikati hija kumplessa: kull setgħa tal-infurzar iġġib magħha struttura ta’ drittijiet differenti. Xi strutturi, bħal dawk li jirrigwardaw Taxxi tal-Kunsill, huma stabbiliti fi statut; oħrajn jeżistu biss f’arranġamenti kuntrattwali mfassla bejn kumpannija tal-marixxalli u l-klijenti tagħha.

Is-Servizz tal-Qrati tal-Maestà Tagħha (Her Majesty’s Court Service) bħalissa qed jiżviluppa xi tibdiliet għall-marixxalli ċċertifikati u l-istruttura tad-drittijiet. Għalkemm it-tibdiliet x’aktarx ma jidħlux fis-seħħ qabel April 2012, dan is-sit web ikun irid jiġi aġġornat biex jirrifletti t-tibdiliet.

L-Amministrazzjoni tal-Ġuramenti

Qasam wieħed fejn huma imposti spejjeż fissi fuq il-professjonisti legali kollha jirrigwardaw l-amministrazzjoni tal-ġuramenti. Taħt l-Att dwar il-Qrati u s-Servizzi Legali 1990, il-Lord Chancellor huwa meħtieġ li jiffissa, permezz ta’ strument statutorju, id-drittijiet li jitolbu l-professjonisti legali talli jamministraw il-ġuramenti. Dan il-livell bħalissa huwa ta’ £5 għal kull affidavit jew affermazzjoni u £2 għal kull dokument.

Sorsi dwar l-Ispejjeż

Fejn nista’ nsib informazzjoni dwar l-ispejjeż legali fl-Ingilterra u Wales?

Informazzjoni dwar l-ispejjeż legali tista’ tinkiseb mis-sit web tas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qrati tal-Maestà Tagħha, iżda tkun teħtieġ ukoll informazzjoni dwar sorsi oħrajn tal-ispejjeż, bħar-rappreżentazzjoni legali. Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLaw Society u l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tal-Kamra tal-Avukati jistgħu jgħinuk issib rappreżentant legali, għalkemm m’għandhomx informazzjoni dwar l-ispejjeż għar-rappreżentazzjoni legali għaliex dan jiddependi minn bosta fatturi individwali tal-każ partikolari ikkonċernat. Jekk hija involuta litigazzjoni transkonfinali, bħalissa hemm żewġ settijiet ta’ drittijiet tal-avukati: dawk ta’ fejn tinsab il-parti li tibda l-litigazzjoni, u dawk ta’ fejn isseħħ il-litigazzjoni.

L-ispejjeż fissi

L-ispejjeż fissi fil-proċeduri ċivili

L-ispejjeż fissi għal-litiganti fil-proċeduri ċivili

L-informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-qorti tista’ tinsab fuq is-sit web tas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qrati tal-Maestà Tagħha. Dawn id-drittijiet jgħoddu flimkien mal-ispejjeż tar-rappreżentanza legali.

L-istadju tal-proċedura ċivili fejn għandhom jitħallsu l-ispejjeż fissi

Id-drittijiet tal-qorti jridu jitħallsu fil-bidu ta’ kwalunkwe proċess li fih huma dovuti l-ispejjeż tal-qorti; kwalunkwe drittijiet u spejjeż fissi oħrajn normalment jitħallsu meta jintemmu l-proċedimenti.

L-ispejjeż fissi fil-proċeduri kriminali

L-ispejjeż fissi għal-litiganti fil-proċeduri kriminali

Persuna akkużata tista’ tkun intitolata għall-għajnuna legali biex tiddefendi l-proċeduri kriminali jekk tikkwalifika. Aktar dettalji dwar l-għajnuna legali u l-kwalifiki jinsabu aktar ’l isfel. Fejn il-persuna akkużata mhijiex qed tirċievi l-għajnuna legali, l-ispejjeż huma miftiehma bejn individwu u/jew ir-rappreżentant legali tiegħu.

L-istadju tal-proċedura kriminali fejn għandhom jitħallsu l-ispejjeż fissi

L-ispejjeż tax-xhieda jew id-drittijiet tal-esperti għandhom normalment jitħallsu mal-konklużjoni tal-każ.

L-ispejjeż fissi fil-proċeduri kostituzzjonali

L-ispejjeż fissi għal-litiganti fil-proċeduri kostituzzjonali

L-ispejjeż tal-qorti jiddependu fuq it-tip ta’ proċeduri kkonċernati u l-livell (l-istat) tal-qorti fejn inbdew il-proċeduri. Spejjeż oħrajn, bħal dawk għar-rappreżentazzjoni legali, għandhom jitqiesu wkoll.

L-istadju tal-proċedura kostituzzjonali fejn għandhom jitħallsu l-ispejjeż fissi

L-ispejjeż tal-qorti għandhom jitħallsu fil-bidu ta’ kwalunkwe proċess li għalih huma dovuti l-ispejjeż tal-qorti; kwalunkwe drittijiet u spejjeż fissi oħra normalment jitħallsu meta jintemmu l-proċedimenti.

L-ispejjeż tal-esperti

Fil-proċeduri ċivili għal pretensjonijiet ta’ taħt £5000, l-ispejjeż tal-esperti huma limitati għal £200, iżda fil-każijiet l-oħrajn kollha l-imħallef għandu d-diskrezzjoni jippermetti dak li jħoss li huwa xieraq. Il-qrati huma meħtieġa jikkunsidraw li jużaw biss espert uniku konġunt minflok wieħed għal kull parti. Aktar informazzjoni tista’ tinsab fuq is-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja tar-Renju Unit.

Id-drittijiet tat-tradutturi u l-interpreti

L-interpreti fil-parti l-kbira tal-każjiiet fil-qrati ċivili huma pprenotati u mħallsa ċentralment. Iridu jintlaħqu xi kriterji sabiex interpretu jitħallas ċentralment. Il-każ għandu jkun wieħed ta’ smigħ (biex jiġi deċiż jekk il-każ għandux jinstema’ minn qorti ogħla) (committal hearing), każ tal-familja li jinvolvi lit-tfal, jew każ ta’ vjolenza domestika (inkluż żwieġ forzat). Jekk il-każ mhuwiex kopert minn wieħed minn dawn il-kriterji, interpretu xorta jitħallas jekk dan huwa l-uniku mod biex il-litigant ikun jista’ jifhem il-proċeduri, u jekk hu jew hi ma jistax/tistax jikseb/tikseb finanzjament pubbliku, ma jistax/tistax jiflaħ/tiflaħ li jħallas/tħallas interpretu privat u m’għandux/m’għandhiex ħbieb jew membri tal-familja li jistgħu jassistu. Id-drittijiet huma stabbiliti fit-termini u l-kondizzjonijiet tal-prenotazzjoni. Id-dritt jista’ jvarja ħafna minn każ għall-ieħor, skont it-tul tas-seduta, id-distanza u l-ħin meħud biex jivvjaġġa sal-qorti u lura, u l-mezz li bih jivvjaġġa l-interpretu, It-termini u l-kondizzjonijiet huma applikati strettament għall-pretensjonijiet kollha sabiex jii żgurat li ma jsirx ħlas żejjed.

M’hemm ebda regolamenti li jirregolaw id-drittijiet tat-tradutturi. It-traduttur jew kumpannija ta’ tradutturi jiddeterminaw l-ispejjeż tagħhom infushom.

Il-parti t-telliefa meta trid tħallas l-ispejjeż tal-parti r-rebbieħa?

Il-prinċipju ġenerali huwa li t-tellief iħallas, iżda deċiżjoni dwar l-ispejjeż hija għal kollox skont id-diskrezzjoni tal-imħallef. Fid-deċiżjoni dwar l-ispejjeż, l-imħallef iqis l-imġieba tal-partijiet, l-isforzi li jkunu saru, jekk kien hemm, qabel u matul il-proċeduri biex jipprovaw jirrisolvu t-tilwima (inkluż attentat għal riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwimiet). Dawn jistgħu jinkludu spejjeż fissi preskritti, spejjeż evalwati mill-imħallef bil-limiti dwar l-ammont (skont it-tip u l-ammont tad-deċiżjoni). L-ispejjeż jistgħu ukoll jiġu ttrattati bħala kwistjoni separata fi ‘stima dettaljata tal-ispejjeż’, normalment użata biss fejn l-ispejjeż jeħtieġu eżaminazzjoni aktar mill-qrib. Aktar informazzjoni dwar il-proċedura tista’ tinstab fuq is-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja tar-Renju Unit.

Fejn nista’ nsib informazzjoni dwar il-medjazzjoni?

L-informazzjoni dwar il-medjazzjoni, inkluża xi informazzjoni dwar l-ispejjeż, hija disponibbli fuq varjetà ta’ siti web u links:

L-informazzjoni dwar ir-riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwimiet (ADR) għat-tilwimiet wara tkissir ta’ relazzjoni tal-familja hija disponibbli fuq is-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaHelpline tal-Medjazzjoni tal-Familja (li tittratta esklussivament fil-medjazzjoni tal-familja) jew billi ċċempel 0845 60 26 627 (minn ġewwa r-Renju Unit) u +441823 623650 (minn barra r-Renju Unit). Is-siti web li ġejjin ukoll għandhom informazzjoni dwar il-medjazzjoni tal-familja:

Min iżur dawn is-siti jista’ juża l-faċilità ta’ tiftix biex ifittex għal ‘medjazzjoni tal-familja’,

L-Għajnuna Legali

Limitu ta’ dħul applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja ċivili

Persuni li jirċievu xi benefiċċji relatati mad-dħul (appoġġ tad-dħul, allowance tad-dħul għal min qed ifittex ix-xogħol, allowance relatat mad-dħul ta’ impjieg u appoġġ, u kreditu ta’ garanzija [għall-pensjonanti]) għandhom stat ‘bil-passaport’ bħala klijenti tal-għajnuna legali. Dan ifisser li huma awtomatikament finanzjarjament eliġibbli għall-għajnuna legali. Dawn l-erba’ benefiċċji li huma ttestjati skont il-mezzi huma wkoll magħrufa bħala benefiċċi ‘ta’ sussistenza’ għaliex iżidu d-dħul tal-klijent sal-minimu statutorju meħtieġ biex wieħed jgħix fuqu.

Inkella, persuni li jeħtieġu l-għajnuna legali jistgħu jiksbu għajnuna ‘mingħajr ħlas’ jew mhux kontributorja, jekk għandhom dħul gross mensili ta’ inqas minn £2657, dħul mensili disponibbli ta’ taħt £315 u kapital disponibbli ta’ £3000 jew inqas, Jekk id-dħul mensili disponibbli huwa bejn £316 u £733, jew il-kapital disponibbli tagħhom jaqa’ bejn £3000 u £8000, jiġu offruti finanzjament fuq il-bażi li jaqblu li jħallsu kontribuzzjonijiet lejn l-ispejjeż legali tagħhom. Dawn il-figuri jgħoddu minn April 2009. Iżda jistgħu jinbidlu, u għalhekk għandek dejjem tivverifika mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKummissjoni dwar is-Servizzi Legali (li tmexxi s-sistema tal-għajnuna legali fl-Ingilterra u Wales) li l-figura għandha kurrenti.

Minbarra li jikkwalifika finanzjarjament, applikant għandu wkoll juri li għandu raġunijiet raġonevoli biex jibda, jiddefendi jew ikun parti għal proċeduri, u li huwa raġonevoli, fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, li jingħata l-għajnuna legali. Il-Kummissjoni għas-Servizzi Legali għandha tqis, per eżempju, jekk il-każ għandux ċans raġonevoli li jintrebaħ, jekk il-benefiċċji tal-litigazzjoni jkunux akbar mill-ispiża għall-fondi pubbliċi, u jekk l-applikant jiksibx benefiċċju sinjifikanti personali mill-proċedura, filwaqt li jqis kwalunkwe responsabbiltà li jitħallsu lura l-ispejjeż legali jekk jirnexxi. Dawn il-fatturi huma simili għal dawk li jinfluwenzaw lil klijent li jħallas privatament u li għandu mezzi moderati meta jqis jiġix involut fil-proċeduri.

Limitu ta’ dħul applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-akkużati

Minn Ottubru 2006, il-konvenuti li jidhru quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (il-qorti kriminali inferjuri) fl-Ingilterra u Wales huma soġġetti għal test dwar il-mezzi, li jiżen id-dħul ta’ applikant biex jirrefletti ċ-ċirkostanzi tal-familja tiegħu: per eżempju, in-numru ta’ tfal. Jekk id-dħul annwali bil-piż differenzjat tal-applikant huwa inqas minn £12,475, jew jekk l-applikant jirċievi benefiċċju speċifikat jew ikollu anqas minn tmintax-il sena, ikun finanzjarjament eliġibbli għal rappreżentazzjoni bl-għajnuna legali. Jekk id-dħul annwali bil-piż differenzjat tal-applikant huwa aktar minn £22,325, ikun finanzjarjament ineliġibbli għal rappreżentazzjoni bl-għajnuna legali. Fejn id-dħul aġġustat ta’ applikant jaqa’ bejn iż-żewġ limiti, ikun hemm evalwazzjoni aktar dettajlata tad-dħul disponibbli. Dan il-kalkolu jqis l-ispejjeż attwali tad-dar u tal-kura tat-tfal, u jippermetti wkoll ammont għall-għixien. Jekk id-dħul annwali disponibbli li jirriżulta ma jeċċedix £3398, ikun finanzjarjament eliġibbli għal rappreżentazzjoni bl-għajnuna legali.

F’Novembru 2008, il-gvern ikkonsulta dwar proposti biex jestendi t-testijiet tal-mezzi għall-Qorti tal-Kuruna (il-qorti kriminali superjuri) fl-Ingilterra u Wales, u ppubblika r-risposta tiegħu għall-kummenti li rċieva f’Ġunju 2009. Il-gvern bi ħsiebu jittestja l-mudell tiegħu f’ħames Qrati tal-Kuruna f’Jannar 2010, b’implimentazzjoni nazzjonali akbar ippjanata għal bejn April u Ġunju 2010.

Limitu ta’ dħul applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-vittmi

L-għajnuna legali mhijiex disponibbli għall-vittmi tal-kriminalità. Iżda, jingħata appoġġ emozzjonali u prattiku mill-impjegati u mis-Servizz tax-Xhieda: per eżempju, il-vittmi jiġu offruti faċilitajiet ta’ mistennija separati. Ix-xhieda vulnerabbli u intimidati jiġu offruti miżuri speċjali taħt l-Att dwar il-Ġustizzja taż-Żgħażagħ u l-Evidenza Kriminali 1999, bħall-għażla li jagħtu l-evidenza b’link tal-vidjo minn post ieħor.

Is-Servizz ta’ Prosekuzzjoni tal-Kuruna dan l-aħħar irreveda pakkett intitolat ‘Informazzjoni għall-familji vittmi tal-vjolenza’ għall-uffiċjali tal-pulizija li jagħmlu kuntatti mal-famlja, sabiex jagħtu lil dawk il-familji vittmi tal-vjolenza minħabba omiċidju jew qtil mhux intenzjonali. Il-pakkett jinkludi informazzjoni u pariri dwar il-firxa ta’ kwistjonijiet li jistgħu jkollhom jittrattaw il-familja, u jgħidilhom fejn jistgħu jiksbu aktar għajnuna jekk, per eżempju, jeħtieġu għajnuna legali dwar fejn għandu jgħix tifel, jew ma’ min għandu jkollu kuntatt tifel.

L-għoti ta’ pariri legali għall-familji vittmi ta’ vjolenza minħabba omiċidju jew qtil mhux intenzjonali kien pilotat bħala parti mill-iskema tal-avukati tal-vittmi. Il-familji vittmi ta’ vjolenza setgħu jkollhom aċċess sa 15-il siegħa ta’ pariri legali dwar kwistjonijiet soċjali u personali li jirriżultaw minn mewt, iżda mhux direttament relatat mal-proċess. Il-proġett pilota tlesta f’April 2008 u bħalissa qed naħdmu fuq il-proposti biex nistabbilixxu servizz biex nipprovdu pariri legali tul l-Ingilterra u Wales, abbażi tal-esperjenza miksuba fil-proġett pilota.

Barra minn hekk, l-iskema tal-fokus fuq il-vittmi tas-Servizz ta’ Prosekuzzjoni tal-Kuruna tiżgura li l-familji jingħataw l-għażla ta’ laqgħa qabel il-kawża mal-prosekuzzjoni: sabiex l-iskema tad-dikjarazzjoni personali tal-vittma tiġi spjegata, u l-offerta ta’ prosekutur li jaqra d-dikjarazzjoni tal-familja qabel ma tingħata s-sentenza. Wara l-każ, il-vittmi jistgħu jiġu riferiti għall-iskema ta’ kuntatt tal-vittmi tas-servizz ta’ probazzjoni. Il-proġett jaħtar uffiċjal ta’ kollegament mal-vittma sabiex ikompli jżomm lill-familja informata dwar dak li huwa rilevanti (bħas-sentenza tal-akkużat) u jappoġġa lill-familja biex taġġorna d-dikjarazzjoni personali tal-vittma għal smigħ tal-libertà provviżorja (parole) jekk jixtiequ jagħmlu dan.

Kondizzjonijiet oħrajn marbuta mal-għotja tal-għajnuna legali għall-konvenuti

Kwalunkwe individwu li japplika għar-rappreżentazzjoni bl-għajnuna legali fil-Qorti tal-Maġistrati jew fil-Qorti tal-Kuruna fl-Ingilterra u Wales għandu wkoll jgħaddi mit-test dwar l-interessi tal-ġustizzja. Dan it-test iqis fatturi bħal jekk sejba ta’ ħtija ta’ delitt allegat x’aktarx jirriżultax li l-konvenut jintbagħat il-ħabs jew jitlef ix-xogħol tiegħu, u jekk il-konvenut jistax jifhem il-proċeduri u jgħid il-każ tiegħu. Jekk jgħodd fattur wieħed, jew taħlita ta’ fatturi minn dawn, għall-konvenut, ġeneralment jitqies li ssodisfa t-test dwar ‘l-interessi tal-ġustizzja’.

Proċeduri tal-qorti mingħajr ħlas

F’xi ċirkostanzi, individwu jista’ ma jkollux iħallas tariffa tal-qorti. Jista’ jingħata dispensa sħiħa, fejn it-tariffa kollha ma titħallasx, jew dispensa parzjali, fejn jagħmel kontribuzzjoni għat-tariffa. Aktar informazzjoni dwar id-dispensa mill-ispejjeż tal-qorti tista’ tinsab fuq is-sit web tas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qrati tal-Maestà Tagħha.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kummissjoni dwar is-Servizzi Legali,

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwimiet (ADR), Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaParir Legali dwar il-Komunità, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Helpline Nazzjonali tal-Medjazzjoni, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-paġna dwar ir-Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwimiet fil-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Renju Unit , Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-paġna dwar il-medjazzjoni fis-sit web tas-Servizz tal-Qrati tal-Maestà Tagħha, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Helpline tal-Medjazzjoni tal-Familja, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDirect.gov.uk, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaParir Issa, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaParir Legali dwar il-Komunità, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaGwida ta' Parir - għajnuna onlajn mill-Pariri għaċ-Ċittadini, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaADR Issa, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-Servizz tal-Qrati tal-Maestà Tagħha, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kodiċi ta' Kondotta tal-Avukati (Solicitors), Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaId-Dħul u d-Dwana tal-Maestà Tagħha, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-Servizz tal-Qrati tal-Maestà Tagħha, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Renju Unit, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-Servizz tal-Qrati tal-Maestà Tagħha (marixxalli), Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Ministeru tal-Ġustizzja

Dokumenti relatati

Rapport tar-Renju Unit dwar l-Istudju dwar it-Trasparenza tal-ispejjeżPDF(448 Kb)en

L-aħħar aġġornament: 26/06/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-ispiża tal-proċedimenti - L-Irlanda ta’ fuq

Din il-paġna tipprovdilek informazzjoni indikattiva dwar l-ispejjeż tal-ġustizzja fl-Irlanda ta' Fuq.

Qafas regolatorju li jirregola d-drittijiet tal-professjonijiet legali

Hemm tariffi tal-ispejjeż sew fil-qrati tal-kontea (County Court) kif ukoll fil-Court of Judicature – xi wħud minnhom jinkludu d-drittijiet professjonali.

Hemm kopja tal-leġiżlazzjoni li tfisser l-iskala preżenti tal-ispejjeż għall-country court f'dan l-indirizz Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju tar-Renju Unit għal Informazzjoni dwar is-Settur Pubbliku. L-iskala tal-ispejjeż fejn tidħol il-High Court mhumiex disponibbli fuq l-internet. Dawn l-iskali japplikaw biss f'ċerti każi u f'ċerti ċirkustanzi - mhumiex applikabbli fil-każijiet kollha.

F'ċerti każijiet, It-Taxing Master jista' wkoll jagħmel evalwazzjoni tal-ispejjeż legali: pereżempju fi proċedimenti dwar divorżju jew serħan anċillari.  Dawn ikunu jinkludu d-drittijiet professjonali tal-professjonisti legali.

Il-Kummissjoni tas-Servizzi Legali tal-Irlanda ta' Fuq tistabilixxi rati fissi għal każijiet ta' kustodja tat-tfal fejn tkun tinħtieġ l-assistenza legali, rregolati mil-leġiżlazzjoni dwar it-Tfal tal-Irlanda ta' Fuq (Children (Northern Ireland) Order) tal-1995.

  • Il-proċedimenti li jsiru quddiem il-Qorti tal-Familja (Family Proceedings Court) u li jkunu ffinanzjati skont l-iskema ABWOR (assistenza permezz ta' rappreżentazzjoni) jiġu evalwati jew bis-siegħa jew b'rata fissa (komposta).
  • Il-proċedimenti fiċ-Ċentru ta' Assistenza tal-Familja (Family Care Centre) li jingħataw ċertifikat skont l-Artikolu 3 tal-Assistenza Legali (Leġiżlazzjoni tal-Irlanda ta' Fuq dwar Drittijiet ta' Solicitors u Avukati f'Proċediment tal-Qorti tal-Kontea) Remuneration of Solicitors and Counsel in County Court Proceeding) Order (Northern Ireland) tal-1981 - huma evalwati u mħallsa fuq bażi ta' dritt standard. Fejn ma jingħatax ċertifikat skont l-Artikolu 3, il-każijiet jiġu evalwati u mħallsa bis-siegħa sa limiti stabbiliti, speċifikati fl-Artikolu 2 tal-Ordni.
  • Il-proċedimenti rigward separazzjoni u rigward manteniment fil-Qorti tal-Maġistrati ffinanzjati skont l-iskema ABWOR huma wkoll evalwati u mħallsa fuq bażi ta' miżata fissa.
  1. Solicitors
    Il-websajt tas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-Avukati tal-Irlanda ta' Fuq tista' tkun utli biex tgħinek issib solicitor, iżda l-Kamra tal-Avukati ma żżomx informazzjoni dwar l-ispejjeż ta' rappreżentanti legali peress li dan ikun jiddependi fuq ħafna fatturi li jkunu partikolari għal kull każ individwali.
  2. Barristers
    Il-websajt tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLibrerija tal-Avukati tal-Irlanda ta' Fuq tista' tkun utli biex tgħinek issib barrister, iżda l-Kamra tal-Avukati ma żżomx informazzjoni dwar l-ispejjeż ta' rappreżentanti legali peress li dan ikun jiddependi fuq ħafna fatturi li jkunu partikolari għal kull każ individwali.

Spejjeż fissi

Spejjeż fissi fi proċedimenti ċivili

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti ċivili

L-ispejjeż fissi fil-kawżi kostituzzjonali jiddependu fuq fejn ikunu inbdew il-proċedimenti, u jiġu mħallsa skont it-tariffi stabbiliti mill-qorti ta' dak il-livell. Id-drittijiet attwali tal-qorti jinsabu fuq il-websajt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaNorthern Ireland Court and Tribunals Service.

Dan ma jinkludix l-ispejjeż għar-rappreżentanza legali.

Hemm ukoll drittijiet tal-qorti marbuta mal-kawżi kostituzzjonali li jiġu rrinvijati lis-Supreme Court tar-Renju Unit u li jinsabu fil-websajt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUK Supreme Court Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafees

L-istadju tal-proċediment ċivili fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż fissi għall-partijiet

L-ispejjeż tal-Qorti normalment jitħallsu meta jibda' l-każ, iżda jista' jkun hemm drittijiet oħra għal proċessi anċillari waqt li tkun għadha għaddejja kawża: pereżempju, fil-każ ta' rikorsi interlokutorji, seduti ta' evalwazzjoni, u l-bqija.

Irid isir ftehim dwar  l-ispejjeż legali ta' persuna li ma tkunx qed tirċievi l-assistenza legali bejn l-individwu u r-rappreżentant legali tiegħu jew tagħha.

Spejjeż fissi fi proċedimenti kriminali

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kriminali

Fi proċedimenti kriminali, akkużat li jkun qed jirċievi l-għajnuna legali ma jħallas l-ebda spejjeż. Irid isir ftehim dwar  l-ispejjeż legali ta' persuna li ma tkunx qed tirċievi l-għajnuna legali bejn l-individwu u r-rappreżentant legali tiegħu jew tagħha.

L-istadju tal-proċediment kriminali fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż fissi

L-ispejjeż għal partijiet ċivili, bħal ma huma spejjeż tax-xhieda, u spejjeż tal-esperti, normalment jitħallsu ma' tmiem il-każ. Madankollu, dawn l-ispejjeż mhumiex spejjeż fissi u jistgħu jvarjaw skont in-natura tal-każ.

Spejjeż fissi fi proċedimenti kostituzzjonali

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kostituzzjonali

L-ispejjeż fissi f'kawżi kostituzzjonali jiddependu skont fejn ikunu bdew il-proċedimenti, u jiġu mħallsa skont ir-rati stabbiliti mill-qorti ta' dak il-livell. Wieħed jista' jara l-miżati preżenti tal-qorti f'dan l-indirizz Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qorti tal-Irlanda ta' Fuq.

Dan ma jinkludix l-ispejjeż tar-rappreżentazzjoni legali.

Hemm ukoll drittijiet tal-qorti assoċjati ma' kawżi kostituzzjonali li jintbagħtu lill-House of Lords, kif ukoll lill-Qorti Suprema il-ġdida tar-Renju Unit. Id-drittijiet tagħhom għadhom qed jiġu żviluppati.

L-istadju tal-proċediment kostituzzjonali fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż fissi

L-ispejjeż tal-Qorti normalment jitħallsu meta jibda' l-każ, iżda jista' jkun hemm drittijiet oħra għal proċessi anċillari waqt li tkun għadha għaddejja kawża: pereżempju, fil-każ ta' rikorsi interlokutorji, seduti ta' evalwazzjoni, u l-bqija.

Irid isir ftehim dwar  l-ispejjeż legali ta' persuna li ma tkunx qed tirċievi l-assistenza legali bejn l-individwu u r-rappreżentant legali tiegħu jew tagħha.

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn qabel mir-rappreżentanti legali

Drittijiet u obbligi tal-partijiet

Is-solicitors huma obbligati li jindikaw l-ispejjeż li l-partijiet jistgħu jeħlu. Madankollu, peress li dan ikun jiddependi fuq il-progress u l-iżvilup ta' kawża, jista' ma jkunx possibbli li tingħata evalwazzjoni preċiża malli jibdew il-proċedimenti.

Sorsi tal-ispejjeż

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fl-Irlanda ta' Fuq?

Wieħed jista' jara l-miżati preżenti tal-qorti f'dan l-indirizz Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qorti tal-Irlanda ta' Fuq.

Il-websajts tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-Avukati tal-Irlanda ta' Fuq u tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLibrerija tal-Avukati tal-Irlanda ta' Fuq jistgħu jkunu ta' għajnuna biex wieħed isib rappreżentant legali iżda ma jinkludux informazzjoni dwar l-ispejjeż tar-rappreżentazzjoni legali peress li dan ikun jiddependi fuq il-każ u fuq jekk il-partijiet ikollhomx dritt għall-assistenza legali.

B’liema ilsna nista’ nikseb informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fl-Irlanda ta' Fuq?

Tista' tikseb informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-qrati bl-Ingliż hawnhekk: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz ta' Qorti tal-Irlanda ta' Fuq. Din l-informazzjoni tista' tiġi tradotta f'firxa wiesgħa ta' lingwi wara li ssir talba għal dan il-għan.

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar il-medjazzjoni?

L-informazzjoni tista' tinkiseb fil-websajt tan-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qorti tal-Irlanda ta' Fuq.

Hemm ukoll aktar tagħrif fil-websajt tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-Avukati tal-Irlanda ta' Fuq.

Fejn nista' nsib informazzjoni addizzjonali dwar l-ispejjeż?

Sit elettroniku disponibbli dwar informazzjoni dwar l-ispejjeż

Is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qorti tal-Irlanda ta' Fuq jelenka d-drittijiet kollha tal-qorti.

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar it-tul ta' żmien medju li jieħdu l-proċeduri differenti?

Wieħed jista' jara informazzjoni statistika dwar ix-xogħol tal-qorti f'dan l-indirizz Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qorti tal-Irlanda ta' Fuq.

Fejn nista' nsib informazjoni dwar l-ispejjeż totali medju għal xi proċediment partikolati?

Ma hemm l-ebda sors magħruf għal din l-informazzjoni.

Hemm hemm skala ta' spejjeż disponibbli sew għall-proċedimenti fil-Qorti tal-Kontea kif ukoll fil-Qorti Għolja. Madankollu, dawn huma biss gwida u m'għandhomx jittieħdu bħala definittivi, peress li ma japplikawx f'kull każ. Barra minn dan, huma japplikaw biss għal proċedimenti fi ħdan dak il-livell speċifiku tal-qorti.

L-iskali preżenti għall-Qorti tal-Kontea jistgħu jiġu kkonsultati fil-websajt tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju ta' Informazzjoni dwar is-Settur Pubbliku.

L-iskala tal-ispejjeż fejn tidħol il-Qorti Għolja mhumiex disponibbli fuq l-internet.

Taxxa fuq il-Valur Miżjud

Kif inhi pprovduta din l-informazzjoni?

Il-VAT bir-rata xierqa tista' tiġi rkuprata fejn jidħlu spejjeż, drittijiet u ħlasijiet fi ħdan it-tifsira tal-Value Added Tax Act (Att dwar it-Taxxa tal-Valur Miżjud) 1983.  Id-dettalji tal-miżati tal-qorti jistgħu jiġu kkonsultati fin-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qorti tal-Irlanda ta' Fuq li juri l-ispejjeż tal-qorti mingħajr il-VAT.

Għajnuna Legali

Limitu applikabbli għad-dħul fil-qasam tal-ġustizzja ċivili

Il-benefiċċju tal-għajnuna legali normalment jingħata lill-individwi li jkollhom dħul annwali disponibbli ta' mhux aktar minn £9937, ħlief fil-każ ta' offiżi personali fejn dan il-limitu hu ta' £10955. F'numru żgħir ta' proċedimenti pubbliċi tal-liġi tal-familja dwar il-kustodja tat-tfal, il-benefiċċju tal-għajnuna legali jingħata mingħajr ma jsir riferiment għad-dħul tal-individwu; dawn huma magħrufa bħala proċedimenti speċjali għal ordnijiet dwar tfal (special Children Order proceedings). Għal aktar informazzjoni kkonsulta l-websajt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaNorthern Ireland Courts and Tribunals Service.

Limitu applikabbli għad-dħul fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-akkużati

Ma hemm l-ebda limitu fiss ta' dħul biex tingħata l-għajnuna legali lil akkużati fl-Irlanda ta' Fuq. L-imħallef jagħti l-għajnuna legali lil akkużat meta hu jew hi jkunu sodisfatti li l-akkużat ma jkollux mezzi biżżejjed biex iħallas għal rappreżentanza legali.

Limitu applikabbli għad-dħul fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-vittmi

L-għajnuna legali mhux disponibbli għal vittmi fi ħdan l-iskema ta' ġustizzja kriminali.

Meta l-vittmi ta' atti kriminali jitolbu kumpens, ġeneralment ma tiġix involuta l-iskema ta' għajnjna legali. Il-gvern stabbilixxa skema statutorja separata biex jikkumpensa l-vittmi ta' atti kriminali; fl-Irlanda ta' Fuq din hija l-Criminal Injury Compensation Scheme (l-iskema għal kumpens minħabba danni kriminali). Taħt din l-iskema, il-vittmi ma jkollhomx bżonn ta' pariri legali u rappreżentanza biex japplikaw għal kumpens. L-għajnuna dwar l-applikazzjonijiet hija disponibbli b'xejn minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAppoġġ għall-Vittmi fl-Irlanda ta' Fuq li hi ffinanzjata mill-gvern.

Tingħata għajnuna mhux ta' natura legali lil vittmi fis-sistema ta' ġustizzja kriminali: pereżempju, il-websajt tan- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qorti tal-Irlanda ta' Fuq tipprovdi informazzjoni kif ukoll "passiġġata virtwali" għall-vittmi u għax-xhieda.

Barra minn dan, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAppoġġ għall-Vittmi fl-Irlanda ta' Fuq, organizzazzjoni ta' karità, toffri appoġġ emozzjonali, informazzjoni u għajnuna prattika lil persuni li jkunu ġarrbu danni minħabba atti kriminali.

Kundizzjonijiet oħrajn sabiex tingħata l-għajnuna legali għall-akkużati

Sabiex ikunu jistgħu jirċievu għajnujna legali b'xejn għal rappreżentanza ta' difiża fl-Irlanda ta' Fuq, l-akkużati jridu jgħaddu minn żewġ testijiet. li ma jkollhomx mezzi biżżejjed biex iħallsu għar-rappreżentanza tagħhom, u li jkun fl-interes tal-ġustizzja li huma għandu jkollhom għajnuna legali b'xejn.

Proċedimenti tal-qorti mingħajr spejjeż

  • Is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qorti tal-Irlanda ta' Fuq għandu proċess jew politika li permezz tagħha d-drittijiet tal-qorti jkunu jistgħu jew jinħafru jew inkella jitqiesu bħala eżenti. Dan hu proċess ibbażat fuq test tal-mezzi u l-applikanti jridu japplikaw billi jużaw formola stabbilita.
  • Il-proċedimenti fil-qorti huma b'xejn fejn jidħol akkużat li jkun ingħata għajnuna legali fi proċedimenti kriminali.
  • Kif intqal hawn fuq, l-għajnuna legali normalment tingħatalil individwu li jkollu dħul annwali disponibbli ta' mhux aktar minn £9957.
  • F'għadd żgħir ta' proċedumenti pubbliċi tal-liġi tal-familja fejn tidħol il-kustodja tat-tfal, l-għajnuna legali tingħata mingħajr referenza għad-dħul tal-individwu; dawn huma magħrufa bħala proċedumenti ta' Children Order speċjali.
  • L-għoti jew it-tneħħija tal-ispejjeż hija kwistjoni ta' diskrezzjoni ġudizzjarja.

Meta għandha l-parti li titlef tħallas lill-parti li tirbaħ?

Id-deċiżjoni dwar l-ispejjeż hija fid-diskrezzjoni tal-qorti. Ir- regoli tal-Court of Judicature tal-Irlanda ta' Fuq u r-regoli tal-qrati tal-kontea (il-County Courts tal-Irlanda ta' Fuq) jipprovdu lill-qorti b'regoli dwar l-ispejjeż iżda dawn mhumiex disponibbli permezz ta' link fuq l-internet.

Drittijiet tal-esperti

In-numru tal-esperti huwa limitat bir-regoli tal-qorti – ir-Regoli tal-Court of Judicature tal-Irlanda ta' Fuq u r-Regoli tal-qrati tal-kontea (il-County Courts tal-Irlanda ta' Fuq). Ma hemm l-ebda spejjeż fissi jew skala tal-ispejjeż għall-esperti, minħabba li d-drittijiet jiddependu fuq it-tip ta' espert u n-natura tal-involviment tiegħu fil-proċedimenti.

Drittijiet tat-tradutturi u tal-interpreti

Ġeneralment meta azzjoni ċivili jew tal-familja tkun iffinanzjata privatament, hija l-parti li tkun teħtieġ is-servizzi ta' interpretu dik li jkollha tagħmel l-arranġamenti għal interpretu u li tħallas l-ispejjeż għalih.

Madankollu, in-Northern Ireland Courts and Tribunals Service jagħmel l-arranġamenti għal interpretu u jiffinanzjah ċentralment meta parti f'kawża li ma tkunx titkellem bl-Ingliż tkun involuta fl-azzjonijiet segwenti:  każ ta' żamma fil-kustodja, każ li jinvolvi l-liġi tal-familja dwar tfal jew każ ta' vjolenza domestika (inkluż żwieġ furzat).

Jekk il-każ ma jkunx kopert b'wieħed mill-kriterji ta' hawn fuq, xorta waħda jista' jiġi ffinanzjat interpretu jekk l-Imħallef jistabbilixxi li dan hu l-uniku mod kif il-parti fil-kawża tista' tifhem il-proċedimenti, u li mingħajr finanzjament pubbliku din ma tkunx kapaċi tiffinanzja interpretu privatament, jew jekk l-Imħallef jordna espressament li għandu jinħatar interpretu.

Meta n-Northern Ireland Courts and Tribunals service jagħmel arranġamenti għal interpretu u jħallas id-drittijiet tiegħu, dawn id-drittijiet għandhom ikunu stabbiliti fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-ingaġġament tiegħu. Id-drittijiet jistgħu jvarjaw minn każ għal każ, skont kemm idum is-smigħ, skont id-distanza u l-ħin meħtieġ biex l-interpretu jivvjaġġa sal-qorti u lura, u skont il-mezz tat-trasport li juża. It-termini u l-kundizzjonijiet huma applikati strettament għall-pretensjonijiet kollha biex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda ħlas żejjed.

Dokumenti relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-Avukati tal-Irlanda ta' Fuq

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLibrerija tal-Avukati tal-Irlanda ta' Fuq

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju tar-Renju Unit għal Informazzjoni dwar is-Settur Pubbliku

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaInformazzjoni dwar drittijiet tal-Qorti mis-Servizz tal-Qorti tal-Irlanda ta' Fuq

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qorti tal-Irlanda ta' Fuq

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaInformazzjoni dwar il-Lista Kummerċjali mis-Servizz tal-Qorti tal-Irlanda ta' Fuq

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAppoġġ għall-Vittmi fl-Irlanda ta' Fuq

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaInformazzjoni dwar appoġġ għal VIttmu u XHieda mis-Servizz tal-Qorti tal-Irlanda ta' Fuq

Dokumenti relatati

Rapport tar-Renju Unit dwar l-Istudju dwar it-Trasparenza tal-ispejjeżPDF(448 Kb)en

L-aħħar aġġornament: 26/06/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-ispiża tal-proċedimenti - Skozja

Din il-paġna tagħtik informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-proċedimenti fl-Iskozja.

Qafas regolatorju li jirregola d-drittijiet ta' ħlas lill-professjonijiet legali

M’hemm ebda regolamentazzjoni dwar id-drittijiet ta' ħlas li jitolbu l-professjonisti legali lill-klijenti tagħhom. Madankollu, hemm regolament dwar id-drittijiet ta' ħlas li jistgħu jiġu rkuprati minn parti li tirbaħ kawża.

Avukati fil-Qrati Inferjuri

M’hemm ebda regolamentazzjoni dwar id-drittijiet ta' ħlas lill-avukati fil-qrati inferjuri fl-Iskozja. Id-drittijiet ta' ħlas jiddependu fuq bosta fatturi differenti relatati mal-każ partikolari kkonċernat.

Avukati

M’hemm ebda regolamentazzjoni dwar id-drittijiet ta' ħlas tal-avukati fl-Iskozja. Id-drittijiet ta' ħlas jiddependu fuq bosta fatturi differenti relatati mal-każ partikolari kkonċernat.

Spejjeż fissi

Spejjeż fissi fi proċedimenti ċivili

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti ċivili

L-ispejjeż fissi fl-Iskozja jiddependu fuq it-tip ta’ proċediment u l-qorti fejn jinbdew. L-ispejjeż fissi huma pagabbli f’bosta stadji ta’ proċediment:

  • Meta tippreżenta d-dokumenti li jibdew il-proċedimenti fil-qorti
  • Meta tippreżenta dokumenti addizzjonali
  • Meta tiġi ffissata seduta
  • Għall-użu ta’ ħin tal-qorti matul seduta tal-qorti, fuq bażi ta’ rata kuljum
  • Tal-preżentata tal-kotba biex jiġu intaxxati l-ispejjeż
  • Meta jiġi mmarkat appell.

Id-drittijiet ta' ħlas għal kull tip ta’ azzjoni huma stabbiliti fi Strumenti Statutorji Skoċċiżi, u huma magħrufa bħala Ordnijiet dwar id-Drittijiet ta' Ħlas. Fil-proċedimenti ċivili huma rilevanti l-Ordni tad-Drittijiet ta' Ħlas fil-Qorti tax-Sheriff 1997 u l-Ordni tad-Drittijiet ta' Ħlas tal-Court of Session 1997. Dawn l-ordnijiet sussegwentement ġew emendati permezz ta’ bosta ordnijiet ta’ emendi tad-drittijiet ta' ħlas sabiex jitqiesu ż-żidiet fid-drittijiet ta' ħlas. Aktar informazzjoni dwar ordnijiet u emendi ta’ drittijiet ta' ħlas fl-Iskozja tista’ tinsab fil-websajt tas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qrati Skoċċiżi.

Il-Liġi tal-Familja - Divorzju/Dissoluzzjoni ta' Sħubija Ċivili

Fl-Iskozja, ir-rikorsi għal divorzju/dissoluzzjoni ta' sħubija ċivili jistgħu jsiru fil-Qorti tax-Sheriff jew fil-Court of Session permezz ta’:

  • Proċedura ssemplifikata
  • Proċedura mhux issemplifikata

Id-dritt ta' ħlas tal-preżentata ta’ rikors għal divorzju/dissoluzzjoni ta' sħubija ċivili ssemplifikata fil-Qorti tax-Sheriff bħalissa huwa ta’ £95; fil-Court of Session, id-dritt ta' ħlas bħalissa huwa ta’ £105. Jintalab dritt ta' ħlas addizzjonali jekk l-uffiċjal tax-sheriff ikun meħtieġ li jinnotifika d-dokumenti tad-divorzju lill-konvenut. Fil-Qorti tax-Sheriff u fil-Court of Session, id-dritt ta' ħlas għal dan is-servizz huwa ta’ £10, flimkien ma’ dritt ta' ħlas separat mitlub mill-uffiċjal tax-sheriff.

Divorzju/dissoluzzjoni ta' sħubija ċivili mhux issemplifikata tibda b'taħrika inizjali fil-Qorti tax-Sheriff. Id-dritt ta' ħlas għal taħrika inizjali f’azzjoni li tinvolvi divorzju jew id-dissoluzzjoni ta’ sħubija ċivili bħalissa huwa ta’ £125. F’dawn l-azzjonijiet, il-qorti ma tistax tirranġa biex it-taħrika tiġi nnotifikata lill-konvenut. Għalhekk, ir-rikorrent għandu jħallas drittijiet separati biex id-dokumenti jiġu nnotifikati lill-avukat fil-qrati inferjuri jew lil uffiċjal tax-sheriff. Ikun hemm ukoll xi drittijiet addizzjonali li jitħallsu fi stadji diversi, li jiddependi fuq il-progress tal-kawża fil-qorti (ara hawn fuq). Bħala minimu, jekk il-kawża ma tkunx ikkontestata, ikun hemm dritt ta' ħlas addizzjonali sabiex tiġi ppreżentata minuta għal digriet, li bħalissa hija ta’ £55. Fil-Court of Session, id-dritt ta' ħlas bħalissa biex tippreżenta taħrika inizjali għal divorzju/dissoluzzjoni ta' sħubija ċivili huwa ta’ £140.

Il-Liġi tal-Familja – Kustodja tat-tfal u manteniment tat-tfal

Fil-kawżi tal-liġi tal-familja, l-ammont tad-dritt ta' ħlas fil-Qorti tax-Sheriff jiddependi fuq jekk it-talba (crave) għall-kustodja u l-manteniment tat-tfal isirx minbarra talba għal divorzju/dissoluzzjoni ta' sħubija ċivili. Fejn hemm talba għal divorzju/dissoluzzjoni ta' sħubija ċivili jgħoddu d-drittijiet ta' ħlas mitulba għal divorzju mhux issemplifikat.

Jekk m’hemm ebda talba għal divorzju, ikun hemm dritt għall-ħlas għall-preżentata tat-taħrika inizjali; bħalissa dan huwa ta' £80. Ikunu pagabbli drittijiet addizzjonali fi stadji diversi, li jiddependi fuq il-progress tal-kawża fil-qorti.

Fil-Court of Session, id-dritt ta' ħlas applikabbli huwa ta’ £140; ghal darb’oħra, jistgħu jkunu applikabbli drittijiet ta' ħlas addizzjonali li jitħallsu fi stadji diversi, li jiddependi fuq il-progress tal-kawża fil-qorti (ara hawn fuq).

Il-Liġi Kummerċjali – kuntratti u responsabbiltà

Fil-kawżi ta’ liġi kummerċjali, l-ammont tad-dritt ta' ħlas jiddependi fuq l-ordni mitlub u r-regoli tal-qorti fejn l-attur (il-persuna li tibda l-kawża) jiftaħ il-kawża.

Pereżempju, jekk l-attur jista’ jiftaħ il-kawża skont ir-regoli tat-"talbiet iż-żgħar" fil-Qorti tax-Sheriff, u qed jitlob ħlas taħt £3,000, id-dritt ta' ħlas tal-preżentata taċ-ċitazzjoni bħalissa huwa ta’ £15 għal somma ta’ mhux aktar minn £200 u £65 għal somma ta’ aktar minn £200 u mhux aktar minn £3,000. Jista' jkun hemm drittijiet ta' ħlas addizzjonali tal-qorti wara dan. Pereżempju, jekk ċitazzjoni trid tiġi nnotifikata lill-konvenut minn uffiċjal tax-sheriff, id-dritt applikabbli bħalissa huwa ta’ £10 flimkien mad-dritt mitlub mill-uffiċjal tax-sheriff. Madankollu, l-iskrivan tax-sheriff jista’ jirranġa dan biss jekk l-attur ikun individwu. Partijiet oħrajn għandhom jirranġaw għan-notifika permezz ta’ avukat fil-qrati inferjuri jew uffiċjal tax-sheriff, u dawn jitħallsu dritt separat.

Jekk l-attur ikun jista’ jiftaħ il-kawża skont ir-regoli tal-"kawża sommarja" u jkun, pereżempju, qed jitlob somma ta’ bejn £3,000 u £5,000, id-dritt tal-preżentata tar-rikors bħalissa huwa ta’ £65. Jistgħu wkoll jintalbu drittijiet ta' ħlas addizzjonali wara dan (ara hawn fuq). F’dawn il-każijiet l-iskrivan tax-sheriff ma jistax jirranġa biex iċ-ċitazzjoni tiġi nnotifikata lill-konvenut; għalhekk il-parti tkun trid tirranġa għan-notifika permezz ta’ avukat fil-qrati inferjuri jew uffiċjal tax-sheriff. Dawn jitħallsu dritt separat.

Jekk l-attur jista’ jiftaħ il-kawża skont ir-regoli tal-"kawża ordinarja": pereżempju, jekk qed tintalab somma ta’ aktar minn £5000 jew jekk japplika l-kapitolu 40 tar-regoli (azzjonijiet kummerċjali); id-dritt ghall-preżentata tat-taħrika bħalissa huwa ta’ £80, u jistgħu jitħallsu spejjeż addizzjonali wara dan (ara hawn fuq).

Jekk l-azzjoni jkollha tinfetaħ fil-Court of Session, id-dritt ta' ħlas inizjali bħalissa huwa ta’ £180. Madankollu, jistgħu jitħallsu drittijiet addizzjonali wara dan (ara hawn fuq).

L-istadju tal-proċediment ċivili fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż fissi

Id-dritt inizjali huwa pagabbli fil-ħin meta tinfetaħ il-kawża billi jiġi ppreżentat dokument fil-qorti. Fil-każ ta’ notifika minn uffiċjal tax-sheriff (i.e. kawżi ta’ talbiet żgħar fejn l-attur ikun individwu u f’rikorsi għal divorzju/dissoluzzjoni ta’ sħubija ċivili ssemplifikata) jitħallas id-dritt ta’ £10 meta tintalab notifika. Id-dritt ta' ħlas tal-uffiċjal tax-sheriff huwa pagabbli fuq talba tal-iskrivan tax-sheriff/tal-iskrivan tas-session fuq irċevuta tan-nota tad-dritt ta' ħlas tal-uffiċjal tax-sheriff. Hemm drittijiet oħra x'jitħallsu: meta jiġu ppreżentati dokumenti addizzjonali, meta tiġi ffissata seduta tal-qorti, għall-użu tal-ħin tal-qorti matul seduta (b’rata ta’ kuljum), għall-preżentata ta’ kontijiet biex jiġu intaxxati l-ispejjeż, u meta jiġi mmarkat appell.

Spejjeż fissi fi proċedimenti kriminali

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kriminali

Xejn, persuna akkużata hija intitolata għall-għajnuna legali biex tiddefendi l-proċedimenti kriminali jekk tikkwalifika finanzjarjament.

L-ispejjeż fissi fi proċedimenti kostituzzjonali

L-ispejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kostituzzjonali

Il-kwistjonijiet ta’ drittijiet tal-bniedem jistgħu jitqajmu bħala parti minn kwalunkwe proċediment ċivili. Id-dritt ta' ħlas applikabbli jiddependi, għalhekk, fuq it-tip ta’ azzjoni li qed tinfetaħ u t-tip ta’ ordni li qed tintalab.

  • Każijiet ta’ talbiet żgħar ta’ mhux aktar minn £200 – bħalissa £15
  • Każijiet ta’ talbiet żgħar ta’ minn £200 sa £3000 – bħalissa £65
  • Każijiet ta’ kawżi sommarji ta’ minn £3000 sa £5000 – bħalissa £65
  • Każijiet ta’ kawżi ordinarji ta’ aktar minn £5000 – bħalissa £80
  • Każijiet b’applikazzjoni sommarja – bħalissa £80
  • Każijiet fil-Court of Session – bħalissa £180.

F’dawn it-tipi kollha ta’ azzjonijiet, jistgħu jkunu dovuti drittijiet ta' ħlas addizzjonali li jitħallsu fi stadji diversi, li jiddependi fuq il-progress tal-każ fil-qorti (ara hawn fuq).

L-istadju fil-proċedimenti kostituzzjonali meta għandhom jitħallsu l-ispejjeż fissi

Fil-proċedimenti kostituzzjonali, jitħallas dritt inizjali meta: jiġu ppreżentati d-dokumenti fil-qorti biex jinbdew il-proċedimenti, meta jiġu ppreżentati dokumenti addizzjonali, meta tiġi ffissata seduta tal-qorti, għall-użu tal-ħin tal-qorti matul seduta (b’rata ta’ kuljum), għall-preżentata ta’ kontijiet biex jiġu intaxxati l-ispejjeż, u meta jiġi mmarkat appell.

L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn qabel mir-rappreżentanti legali

Drittijiet u dmirijiet tal-partijiet

L-avukati fil-qrati inferjuri huma obbligati li jagħtu lill-klijenti tagħhom informazzjoni dwar id-drittijiet ta' ħlas li jkunu se jitolbuhom. Ikun prudenti li l-avukat fil-qrati inferjuri jipprovdi informazzjoni dwar il-possibbiltajiet ta’ suċċess u l-ispejjeż involuti. L-"Istandards tal-Kondotta għall-Avukati Skoċċiżi fil-qrati inferjuri" jeħtieġu li l-avukati fil-qrati inferjuri jikkomunikaw b’mod ċar u effettiv mal-klijenti tagħhom.

Sorsi tal-ispejjeż

Fejn nista’ nsib informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fl-Iskozja?

Hemm informazzjoni limitata dwar id-drittijiet ta' ħlas tal-qorti fil-websajt tas-Servizz tal-Qrati Skoċċiżi.

Hemm ukoll suppliment dwar id-drittijiet ta' ħlas fid-Direttorju tal-Liġi Skoċċiża, li huwa ppublikat kull sena minn Lexis/Nexis Butterworths.

B’liema ilsna nista’ nikseb informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fl-Iskozja?

L-informazzjoni kollha hija disponibbli bl-Ingliż.

Is-Servizz tal-Qrati Skoċċiżi jipprovdi wkoll informazzjoni dwar proċedimenti permezz tal-għażliet mhux fil-lingwa Ingliża fis-sit elettroniku tas-Servizz tal-Qrati Skoċċiżi.

Huwa jelenka wkoll dokumenti u fuljetti li ġew tradotti bil-Galliku, bil-Kantoniż, bil-Punġabi u bl-Urdu.

Fejn nista’ nsib informazzjoni dwar il-medjazzjoni?

Sa mill-2004, in-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaNetwerk tal-Medjazzjoni Skoċċiża (SMN) ipprovda "mappa tal-medjazzjoni" fuq il-websajt tiegħu. L-informazzjoni ġiet aġġornata bosta drabi. Ix-xogħol huwa ffinanzjat mill-Gvern Skoċċiż. Il-ħolqa (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaNetwerk tal-Medjazzjoni Skoċċiża) tidher f’bosta fuljetti u ħoloq f’websajts. L-uffiċċju tal-SMN jirċievi wkoll mistoqsijiet bit-telefon u jidderieġi lill-pubbliku lejn is-servizzi adatti tal-medjazzjoni. Ir-Reġistru tal-Medjazzjoni Skoċċiża jistabbilixxi kwalifki ta’ medjaturi sabiex il-partijiet ikollhom aktar informazzjoni meta jkunu qed jagħżlu medjatur.

Fejn nista' nsib informazzjoni addizzjonali dwar l-ispejjeż?

Is-sit elettroniku disponibbli tal-informazzjoni dwar l-ispejjeż

L-informazzjoni dwar Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaid-drittijiet ta' ħlas tal-Qorti Skoċċiża tinkludi:

  • Verżjoni fil-qosor tal-ordnijiet tad-drittijiet ta' ħlas tal-Qorti Superjuri, tal-Court of Session u tal-Qorti tax-Sheriff
  • Formola ta’ eżenzjoni mid-drittijiet ta' ħlas
  • Drittijiet għall-azzjonijiet l-aktar komuni mqajma mill-partijiet fil-kawża quddiem il-Qorti tax-Sheriff
  • Ħoloq għall-ordnijiet tal-emendi tat-tariffi.

Fejn nista’ nsib informazzjoni dwar it-tul ta’ żmien medju li jieħdu l-proċedimenti differenti?

Il-Gvern Skoċċiż jippubblika l-informazzjoni dwar l-għadd ta' kawżi Sommarji fil-Qorti Kriminali li jkunu ntemmu fi żmien sitt xhur fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidawebsajt tiegħu. Il-kawżi sommarji jammontaw għal madwar 95 % tax-xogħol kollu tal-Qorti Kriminali. M’hemm ebda informazzjoni dwar it-tul ta’ żmien medju li jieħu x-xogħol tal-Qorti Ċivili. Anke b'tipi differenti ta' proċeduri, kull każ huwa differenti u ż-żmien għat-tlestija jista' jvarja. Avukat fil-qrati inferjuri b’esperjenza fit-tip ta’ proċedura jista’ jkun fil-pożizzjoni li jagħtik indikazzjoni tat-tulijiet taż-żmien medji.

Fejn nista’ nsib informazzjoni dwar l-ispiża medja aggregata għal proċediment partikolari?

M’hemmx spiża medja disponibbli, għaliex kull kawża kkontestata hija differenti. Avukat fil-qrati inferjuri b’esperjenza f’dan it-tip ta’ kawża jista’ jkun fil-pożizzjoni li jagħtik firxa ta’ spejjeż.

Taxxa fuq il-Valur Miżjud

Kif inhi pprovduta din l-informazzjoni?

L-ispejjeż ippubblikati jinkludu l-VAT.

X’inhuma r-rati applikabbli?

Ir-rata, fejn applikabbli, hija ta' 20 fil-mija.

Għajnuna legali

Limitu applikabbli għad-dħul fil-qasam tal-ġustizzja ċivili

L-eliġibilità finanzjarja fil-kawżi ċivili tal-għajnuna legali hija kkalkolata fuq il-bażi tal-livell ta’ dħul disponibbli (x’tista’ tħallas il-parti) fuq bażi ta’ reġim ta’ kontribuzzjonijiet li jonqsu gradwalment (skala varjabbli). Bħalissa l-għajnuna legali hija disponibbli għal min għandu dħul ta’ £25,450 fis-sena u inqas.

Limitu applikabbli għad-dħul fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-akkużati

Fil-kawżi ta’ proċeduri solenni, it-test huwa jekk il-persuna jew id-dipendenti tagħha jistgħux iħallsu l-ispejjeż tal-kawża mingħajr diffikultajiet żejda. M’hemm l-ebda limitu tad-dħul.

Fil-kawżi ta’ proċeduri sommarji, fejn issir applikazzjoni għall-għajnuna legali sħiħa wara eċċezzjoni ta’ mhux ħati, jgħodd l-istess test. Lanqas hawnhekk ma hawn ebda limitu tad-dħul statutorju.

Il-Bord tal-Għajnuna Legali jagħmel il-kalkoli. Fil-prattika, jużaw limitu ta’ dħul ekwivalenti għad-dħul disponibbli kurrenti fuqani ta’ £26,239 (b’effett mill-1 ta’ April 2011). Dan ifisser ammont fil-ġimgħa ta’ £245 bħala l-punt ta’ limitu inizjali għall-eliġibilità fuq id-dħul disponibbli, wara li jkunu tqiesu l-ispejjeż essenzjali fil-ġimgħa u l-benefiċċji għad-dipendenti. Jekk id-dħul disponibbli ta’ rikorrent fil-ġimgħa jaqbeż il-£245, inħarsu lejn in-natura tal-każ biex niddeterminaw jekk il-fatt li l-parti tħallas l-ispejjeż legali tagħha jkunx jikkawżalha diffikultajiet żejda.

F’kawżi kriminali sommarji oħrajn, fejn klijent jammetti l-ħtija jew fejn każ jitkompla mingħajr eċċezzjoni, avukat fil-qrati inferjuri jista’ jissottemetti lil klijent għal ABWOR (advice by way of representation – parir permezz ta’ rappreżentanza). F’dawn il-każijiet, il-limitu ta’ dħul disponibbli huwa ta’ £245 fil-ġimgħa. Dan jinkludi dħul mis-sorsi kollha, esklużi benefiċċji "passaportati" (fejn individwu jaqa’ f’kategorija partikolari u għalhekk jgħaddi awtomatikament minn test tal-mezzi) jew dawk mhux meqjusa, u bi tnaqqis tal-benefiċċji għad-dipendenti.

Limitu applikabbli għad-dħul fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-vittmi

M’hemm l-ebda għajnuna legali kriminali sħiħa disponibbli għall-vittmi fil-kawżi kriminali. L-avukati fil-qrati inferjuri jistgħu jagħtu pariri u jassistu fil-proċeduri, iżda l-għajnuna legali ma tkopri ebda rappreżentanza. F’dawn il-każijiet, il-limitu ta’ dħul disponibbli huwa ta’ £245 fil-ġimgħa. Dan jinkludi dħul mis-sorsi kollha, esklużi benefiċċji "passaportati" jew dawk mhux meqjusa, u bi tnaqqis tal-benefiċċji għad-dipendenti.

Biex tressaq pretensjoni li tirriżulta minn dannu kriminali fejn hija meħtieġa l-għajnuna legali, il-limiti tad-dħul huma stabbiliti meta jkun hemm limitu massimu ta’ dħul disponibbli ta’ £26,239. Madankollu, xi pretensjonijiet bħal dawn jistgħu jiġu ttrattati mill-Awtorità dwar il-Kumpens tad-Danni Kriminali (CICA) u l-finanzjament (jekk ikun hemm) li jiġi minn Advice and Assistance, li għandu limiti ta’ eliġibilità differenti għall-għajnuna legali ċivili.

Kundizzjonijiet oħrajn biex tingħata għajnuna legali lill-vittmi

L-għajnuna legali mhijiex disponibbli għall-vittmi fil-qasam tal-ġustizzja kriminali.

M’hemm l-ebda kundizzjoni speċifika sabiex tingħata l-għajnuna legali ċivili, fejn din tingħata. Il-Bord tal-Għajnuna Legali għandu s-setgħa li jagħti l-għajnuna legali jekk iċ-ċirkostanzi tal-każ individwali jkun jistħoqqilhom.

Kundizzjonijiet oħrajn sabiex tingħata għajnuna legali lill-akkużati

M’hemm l-ebda kundizzjoni speċifika sabiex tingħata l-għajnuna legali kriminali, mill-qrati jew mill-Bord.

Proċedimenti tal-qorti mingħajr spejjeż

Id-drittijiet ta' ħlas tal-qorti mhumiex pagabbli fiċ-ċirkustanzi li ġejjin:

Il-Qorti tax-Sheriff

  • Għal rikorsi ppreżentati skont kwalunkwe leġiżlazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni tat-twelid, tal-mewt u taż-żwiġijiet
  • Għal rikorsi ppreżentati skont il-Parti III tal-Att dwar il-Ħidma Soċjali (L-Iskozja) 1968
  • Għal rikorsi ppreżentati skont l-Att dwar is-Saħħa Mentali (Kura u Trattament) (L-Iskozja) 2003
  • Għal rikorsi ppreżentati skont il-Parti II tal-Att dwar it-Tfal (L-Iskozja) 1995.
  • Għal rikorsi ppreżentati skont l-Artikolu 129 tal-Att dwar il-Kreditu tal-Konsumatur 1974
  • Minn debituri jew kredituri b'konnessjoni ma’ proċedimenti taħt l-Att dwar id-Debituri (L-Iskozja) 1987 jew l-Att dwar l-Arranġament tad-Dejn u l-Qbid (L-Iskozja) 2002, ħlief għad-dritt għall-ispezzjoni tar-rapport tas-subbasta u r-rapport tal-awditur tal-qorti
  • Tal-irċevuta jew l-eżaminazzjoni ta’ inventarju ta’ patrimonju, inventarju addizzjonali jew korrettiv ta’ patrimonju (kemm jekk tkun meħtieġa konferma fir-rigward ta’ mewt waqt li fis-servizz attiv u kemm jekk le).

Court of Session

Lid-debituri b'konnessjoni ma’ proċedimenti taħt l-Att dwar id-Debituri (L-Iskozja) 1987

Għal mozzjonijiet jew oppożizzjonijiet għal mozzjonijiet, irreġistrati jew magħmula oralment quddiem il-Qorti, li l-għan tagħhom huwa biss li jinbdew passi ulterjuri ta’ proċedura, inklużi:

  1. Ir-Regola 19.1 (digrieti fl-assenza)
  2. Ir-Regola 22.3(5)(a) (rekord ta’ għeluq)
  3. Ir-Regola 36.13 (mewt, diżabbiltà, ritrattazzjoni eċċ ta’ Lord Ordinary)
  4. Ir-Regola 37.1(2)(b), 37.1(6) u 37.1(7) (rikorsi għal smigħ b’ġurija)
  5. Ir-Regola 37.10 (applikazzjoni ta’ verdetti)
  6. Ir-Regol 38.17(1) (ordnijiet għal smigħ)
  7. Regola 40.7(3) (proċedura wara t-trażmissjoni ta’ proċess tal-appell)
  8. Ir-Regola 40.11(1)(a) (deċiżjoni kmieni ta’ appell) iżda biss sa fejn il-mozzjoni tkun relatata mar-regola 40.7A (rikors meħtieġ għal deċiżjoni kmieni ta’ appell kontra
  9. Ir-Regola 41.15(1) (mozzjonijiet għal smigħ ta’ appelli) interlokutur minbarra sentenzi finali)
  10. Ir-Regola 40.15(1) (ordnijiet ta’ smigħ tal-appell)
  11. Ir-Regola 41.22(1) (mozzjoni għal proċedura ulterjuri)

Barra minn hekk, il-partijiet jistgħu jkunu eżenti milli jħallsu drittijiet tal-qorti f’ċerti ċirkostanzi, jekk:

  • Il-persuna jew seħibha/seħbitha tkun qed tirċievi appoġġ għad-dħul taħt l-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 1992
  • Il-persuna tkun qed tirċievi dħul ibbażat fuq benefiċċju ta’ persuna li qed tfittex ix-xogħol (pagabbli taħt l-Att dwar il-Persuni li Qed Ifittxu Xogħol 1995)
  • Il-persuna tkun qed tirċievi għajnuna legali ċivili fis-sens tal-artikolu 13(2) tal-Att dwar l-Għajnuna Legali (L-Iskozja) 1986 fir-rigward ta’ kwistjoni fit-Tabella ta’ Drittijiet ta' Ħlas li jkun dovut dritt konness magħha.
  • Id-dritt ta' ħlas ikun dovut b'konnessjoni ma’ rikors għal divorzju jew dissoluzzjoni ta’ sħubija ċivili ssemplifikata, u l-persuna tkun qed tirċievi pariri u assistenza minn avukat fil-qrati inferjuri taħt l-Att dwar l-Għajnuna Legali (L-Iskozja) 1986 fir-rigward ta’ dak ir-rikors.
  • L-avukat tal-persuna fil-qrati inferjuri tkun qed tagħmel xogħol fir-rigward tal-kwistjoni fit-Tabella tad-Drittijiet ta' Ħlas li jkun dovut dritt konness magħha fuq il-bażi ta’ kwalunkwe regolament li sar taħt l-artikolu 36 tal-Att dwar l-Għajnuna Legali (L-Iskozja), li jipprovdi għal għajnuna legali fi kwistjoni ta’ urġenza speċjali;
  • Il-persuna jew seħibha/seħbitha tkun qed tirċievi kreditu ta’ garanzija taħt l-Att dwar il-Kreditu tal-Pensjoni tal-Istat 2002
  • Il-persuna jew seħibha/seħbitha tkun qed tirċievi kreditu ta’ taxxa tax-xogħol, sakemm:
  1. Qed jitħallas lill-parti kreditu ta’ taxxa għat-tfal, jew jekk il-parti hija membru ta’ koppja li flimkien ikunu qed isegwu pretensjoni għal kreditu ta’ taxxa għat-tfal (kif definit fl-artikolu 3(5A) tal-Att dwar il-Krediti ta’ Taxxa 2002)
  2. Hemm element ta’ diżabbiltà jew ta’ diżabbiltà gravi (jew it-tnejn) għall-kreditu ta’ taxxa li tirċievi l-parti
  3. Id-dħul annwali gross li jitqies għall-kalkolu tal-kreditu ta’ taxxa tax-xogħol huwa ta’ £16,642 fis-sena jew inqas
  • Il-persuna jew seħibha/seħbitha tkun qed tirċievi benefiċċju relatat mad-dħul għall-impjieg u ta' appoġġ taħt l-Att dwar ir-Riforma tal-Benessri 2007.

Meta għandha l-parti telliefa tħallas l-ispejjeż lill-parti rebbieħa?

Dan jiddependi mit-tip ta’ azzjoni mibdija. Ir-regoli tal-qorti huma pjuttost dettaljati u għandhom jiġu vverifikati b’mod separat għal tipi differenti ta’ każijiet.

Madanokollu, b’mod ġenerali jgħodd dan li ġej:

Talbiet żgħar (għal każijiet ta’ valur mhux aktar minn £3,000)

Fl-aħħar ta’ kawża tat-talbiet żgħar, il-qorti tista’ tagħmel deċiżjoni dwar l-ispejjeż. L-ammont li jrid jingħata jista’ jiġi ddeterminat mix-sheriff. Inkella, l-iskrivan tal-qorti (l-iskrivan tax-sheriff) jikkalkula l-ammont, dak il-ħin jew f’data aktar tard.

Bħala regola ġenerali, l-ispejjeż tal-qorti jingħataw lill-parti li tirbaħ il-kawża. Imbagħad l-ispejjeż iridu jitħallsu mill-parti telliefa. Normalment hemm limitu għall-ammont ta’ spejjeż mogħtija.

  • Jekk il-valur tal-pretensjoni jkun ta’ £200 jew inqas, normalment ma jingħatawx spejjeż
  • Jekk il-valur tal-pretensjoni jkun ta’ bejn £200 u £1,500, l-ispejjeż massimi li l-qorti normalment tkun tista’ tagħti lill-parti rebbieħa huwa ta’ £150
  • Jekk il-valur tal-pretensjoni jkun ta’ bejn £1,500 u £3,000, l-ispejjeż massimi li l-qorti normalment tkun tista’ tagħti lill-parti rebbieħa huwa ta’ 10 fil-mija tal-valur tal-pretensjoni.

Jekk issir deċiżjoni dwar l-ispejjeż, dawk id-drittijiet ta' ħlas lill-qorti li jkunu tħallsu jistgħu jkunu inklużi fid-deċiżjoni, sakemm it-total tal-ispejjeż ma jkunx jeċċedi l-limiti massimi msemmija hawn fuq.

Kawża sommarja (għal kawżi ta’ valur mhux akbar minn £5,000)

Jekk il-qorti tagħti deċiżjoni dwar l-ispejjeż fi tmiem il-kawża, l-ammont li għandu jingħata jkun ikkalkulat mill-iskrivan tal-qorti (l-iskrivan tax-sheriff) skont tabella fissa tal-ispejjeż. Dan jiddependi fuq l-ammont u fuq in-natura tax-xogħol magħmul fil-kawża. Inkella, l-awditur tal-qorti, li huwa uffiċjal indipendenti, jista’ jagħmel il-kalkolu (jekk ix-sheriff jew l-iskrivan tax-sheriff jiddeċiedi li dan ikun xieraq).

Jekk azzjoni tkun ġiet ikkontestata, l-iskrivan tal-qorti l-ewwel jisma’ lill-partijiet dwar il-pretensjoni għall-ispejjeż u l-kostijiet imġarrba. Dan normalment isir fil-konklużjoni tal-aħħar seduta ta' kull kawża. Madankollu, jekk ix-sheriff joħroġ id-deċiżjoni tiegħu f’data aktar tard, jew jekk ma jkunx hemm żmien biżżejjed fl-aħhar tas-seduta, il-każ jista’ jiġi differit għal ġurnata oħra għal seduta speċjali dwar l-ispejjeż, meta jkunu jistgħu jidhru ż-żewġ partijiet.

Bħala regola ġenerali, l-ispejjeż tal-qorti jingħataw lill-parti li tirbaħ il-kawża. Il-parti li titlef għandha tħallas l-ispejjeż.

Wara li l-iskrivan tax-sheriff jew l-awditur tal-qorti jkun ikkalkula (ivvaluta) l-ammonti tal-ispejjeż, il-kont jintbagħat lix-sheriff għall-approvazzjoni. Jekk dan ikun sar f’seduta separata għall-ispejjeż, l-iskrivan tax-sheriff jiffissa data u ħin għall-kawża sabiex il-kont tal-ispejjeż ikun jista’ jiġi approvat mix-sheriff.

Id-deċiżjoni finali (digriet) tax-sheriff dwar il-każ ma tistax tiġi ppronunzjata sakemm il-kont tal-ispejjeż ma jkunx ġie approvat mix-sheriff. Dan isir fl-istess ħin bħall-approvazzjoni tal-kont.

Kawża ordinarja

F’dawn il-kawżi, il-qorti hija libera li tiddeċiedi tagħtix spejjeż jew le. Skont ir-regoli, l-ispejjeż permessi fi kwalunkwe każ għandhom jiġu intaxxati qabel ma jingħata d-digriet għall-ħlas, kemm-il darba ma jkunux modifikati għal ammont fiss.

Normalment il-qorti tittratta l-ispejjeż fi stadji. L-ewwel stadju huwa meta x-sheriff jieħu deċiżjoni dwar jekk l-attur jew il-konvenut humiex intitolati għall-ispejjeż, u jippermetti li jiġi ppreparat kont tal-ispejjeż u dan jiġi ppreżentat il-qorti. Imbagħad il-qorti tibgħat il-kawża lill-awditur tal-qorti, uffiċjal indipendenti, biex japplika t-taxxa mal-kont tal-ispejjeż u jagħmel rapport. Fl-aħħar, wara li l-awditur ikun applika t-taxxa mal-kont, u wara li x-sheriff ikun iddeċieda dwar kwalunkwe oġġezzjoni għar-rapport tal-awditur, il-qorti tagħmel ordni għall-ħlas tal-ispejjeż intaxxati.

Court of Session

Il-proċedura fil-Court of Session hija simili għal dik f’kawża ordinarja, li fiha l-qorti ssib li parti hija intitolata għall-ispejjeż (bla ħsara għar-regola dwar il-modifika) u tibgħat lill-awditur tal-qorti sabiex l-ispejjeż jiġu intaxxati.

Il-qorti tagħmel ordni għall-ħlas tal-ispejjeż intaxxati – sakemm ma tkunx sodisfatta li jkun hemm raġuni speċjali biex dan ma tagħmlux.

Drittijiet ta' ħlas tal-esperti

Normalment, huwa meħtieġ li titressaq mozzjoni quddiem ix-sheriff/ l-imħallef. L-għan huwa li jintalab li, minbarra li x-xhieda jkunu intitolati għal spejjeż tax-xhieda ordinarji, jiġu ċċertifikati bħala li huma intitolati għal remunerazzjoni addizzjonali bħala xhieda b’għarfien speċjali.

Drittijiet ta' ħlas tat-tradutturi u l-interpreti

Fir-rikorsi ta’ divorzju ssemplifikat, ir-regoli tal-qorti jeħtieġu li, fejn id-dokumenti jkunu jridu jiġu nnotifikati lil persuna li tirrisjedi barra mill-Iskozja, il-parti li qed tressaq r-rikors għad-divorzju ssemplifikat għandha tipprovdi traduzzjoni tad-dokument għal-lingwa uffiċjali tal-pajjiż fejn għandha tiġi eżegwita n-notifika.

Il-prattika fir-rigward tal-interpreti hija li l-persuna li teħtieġ interpretu tħallas għas-servizz. Madankollu, f’każijiet partikolari, il-qorti tista’ tiddetermina li huwa meħtieġ traduttur fl-interessi tal-ġustizzja u, f’dawn iċ-ċirkostanzi, tista’ tordna li l-qorti tħallas l-ispejjeż tal-interpreti.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-Servizz tal-Qorti Skoċċiża

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIn-Netwerk tal-Medjazzjoni Skoċċiż

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qrati Skoċċiżi (Drittijiet ta' Ħlas)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kamra tal-Avukati Skoċċiża

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Bord Skoċċiż għall-Għajnuna Legali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Reġistru tal-Medjazzjoni Skoċċiż

Hemżiet Relatati

Ir-rapport tar-Renju Unit tal-Istudju dwar it-Trasparenza fl-ispejjeż

L-aħħar aġġornament: 26/06/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.