Spejjeż

Jekk ċittadin jipprevedi r-rikors il-qorti jew jixtieq eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-qorti, irid ikun hemm informazzjoni disponibbli dwar l-ispejjeż tal-proċedimenti fl-Istat Membri rilevanti.

L-ispejjeż tal-kawżi fil-qasam ċivili u f’dak kummerċjali huma rregolati mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-ispejjeż mhumiex armonizzati fuq il-livell tal-UE. B’hekk l-ispejjeż ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor.

Sabiex tikseb informazzjoni dettaljata dwar l-ispejjeż tal-proċedimenti fl-Istati Membri, kif ukoll dwar diversi studji ta’ każijiet li twettqu f’isem il-Kummissjoni Ewropea, jekk jogħġbok agħżel waħda mill-bnadar elenkati fuq il-lemin.

Jekk m’għandekx biżżejjed riżorsi finanzjarji biex tħallas l-ispejjeż ta’ kawża l-qorti tista’ tapplika biex tingħata l- għajnuna legali.

Tista’ tikseb iktar informazzjoni mill-istudju mehmuż (disponibbli bl-Ingliż u bil-Franċiż biss) li sar sabiex ikunu identifikati s-sorsi tal-ispejjeż tal-proċedimenti ġudizzjarji ċivili f’kull Stat Membri billi:

  • ġie ddefinit il-proporzjon ta’ kull sors ta’ spiża identifikat b’paragun mal-ispiża kollha tal-proċedimenti ġudizzjarji ċivili,
  • ġew ipparagunati l-ispejjeż li kellhom il-partijiet għal kawża fi Stati Membri differenti,
  • ġew identifikati l-varjazzjonijiet fis-sorsi tal-ispejjeż u fl-ammonti tal-ispejjeż,
  • ġie identifikat kif it-trasparenza tal-ispejjeż tal-proċedimenti ġudizzjarji u l-limitazzjoni tad-differenzi fis-sorsi tal-ispejjeż u fl-ammonti tal-ispejjeż jistgħu jrawmu aċċess ikbar għall-ġustizzja,
  • saru rakkomandazzjonjiet għal azzjonijiet possibbli fuq il-livell tal-UE, possibbilment billi jiġu stabbiliti standards minimi, ħalli jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-ġustizzja billi tittejjeb it-trasparenza tal-ispejjeż tal-ġustizzja ċivili,
  • b’mod ġenerali, jiġu identifikati l-konnessjonijiet, fejn ikun xieraq u rilevanti, bejn l-ispejjeż tal-ġustizzja u l-aċċess għall-ġustizzja għaċ-ċittadini, u
  • jiġu idenifikati kwistjonijiet speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mat-tilwim transkonfinali.

L-istudju jipprovdi stampa ġenerali tas-sitwazzjoni fl-Unjoni Ewropea f’mument partikolari – Diċembru 2007.

Dokumenti relatati

Studju dwar it-Trasparenza tal-Ispejjeż tal-Proċedimenti Ġudizzjarji Ċivili fl-UE PDF (2615 Kb) en – Verżjoni bl-Ingliż

Studju dwar it-Trasparenza tal-Ispejjeż tal-Proċedimenti Ġudizzjarji Ċivili fl-UE PDF (2665 Kb) fr – Verżjoni bil-Franċiż

Anness 1: Riżultati tal-kwestjonarju pubbliku PDF (1700 Kb) en

Rapport nazzjonali – Il-Belġju PDF (829 Kb) en

Rapport nazzjonali – Il-Bulgarija PDF (566 Kb) en

Rapport nazzjonali – Ir-Repubblika Ċeka PDF (703 Kb) en

Rapport nazzjonali – Id-Danimarka PDF (560 Kb) en

Rapport nazzjonali – Il-Ġermanja PDF (565 Kb) en

Rapport nazzjonali – L-Estonja PDF (872 Kb) en

Rapport nazzjonali – L-Irlanda PDF (400 Kb) en

Rapport nazzjonali – Il-Greċja PDF (849 Kb) en

Rapport nazzjonali – Spanja PDF (640 Kb) en

Rapport nazzjonali – Franza PDF (1312 Kb) en

Rapport nazzjonali – L-Italja PDF (772 Kb) en

Rapport nazzjonali – Ċipru PDF (555 Kb) en

Rapport nazzjonali – Il-Latvja PDF (742 Kb) en

Rapport nazzjonali – Il-Litwanja PDF (950 Kb) en

Rapport nazzjonali – Il-Lussemburgu PDF (551 Kb) en

Rapport nazzjonali – L-Ungerija PDF (533 Kb) en

Rapport nazzjonali – Malta PDF (742 Kb) en

Rapport nazzjonali – L-Olanda PDF (702 Kb) en

Rapport nazzjonali – L-Awstrija PDF (829 Kb) en

Rapport nazzjonali – Il-Polonja PDF (396 Kb) en

Rapport nazzjonali – Il-Portugall PDF (781 Kb) en

Rapport nazzjonali – Ir-Rumanija PDF (544 Kb) en

Rapport nazzjonali – Is-Slovenja PDF (723 Kb) en

Rapport nazzjonali – Is-Slovakkja PDF (872 Kb) en

Rapport nazzjonali – Il-Finlandja PDF (504 Kb) en

Rapport nazzjonali – L-Isvezja PDF (457 Kb) en

Rapport nazzjonali – Ir-Renju Unit PDF (448 Kb) en

L-aħħar aġġornament: 18/01/2019

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.