Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ispanjol ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Bulgaruil-Ġermaniżl-Ingliżil-Franċiżil-Portugiż diġà ġew tradotti.
Swipe to change

Spejjeż

Spanja

F’dan l-istudju dwar id-dritt kummerċjali – responsabbiltà, l-Istati Membri ntalbu biex jinfurmaw lill-klijent dwar l-ispejjeż tal-kawża sabiex jitqiesu s-sitwazzjonijiet li ġejjin: Każ A – Sitwazzjoni nazzjonali: Manifattur ta’ apparat li jsaħħan iwassal ħiter lil installatur. L-installatur min-naħa tiegħu jbiegħ (u jinstalla) l-heater lil klijenti biex dan jarma daru. Id-dar tieħu n-nar ftit wara. Kull parteċipant (manifattur tal-apparat tat-tisħin, l-installatur, il-klijent aħħari) għandu assikurazzjoni. L-oriġini tan-nar hija kkontestata. Ħadd ma jrid jagħti kumpens lill-klijent. Il-klijent jiddeċiedi li jiftaħ kawża għal kumpens sħiħ kontra l-manifattur tal-apparat li jsaħħan, kontra l-installatur tal-apparat li jsaħħan u l-kontra l-kumpaniji tal-assikurazzjoni. Każ B – Sitwazzjoni transnazzjonali: Manifattur ta’ apparat li jsaħħan fi Stat Membru B iwassal heater lil installatur fi Stat Membru C. L-installatur min-naħa tiegħu jbiegħ il-heater (u jinstallah) lil klijent fi Stat Membru A biex dan jarma daru. Id-dar tieħu n-nar ftit wara. Kull parteċipant (manifattur tal-apparat tat-tisħin, l-installatur, il-klijent aħħari) għandu assikurazzjoni ta’ kumpanija tal-assikurazzjoni fl-Istat Membru tiegħu stess. L-oriġini tan-nar hija kkontestata. Ħadd ma jrid jagħti kumpens lill-klijent. Il-klijent jiddeċiedi li jiftaħ kawża għal kumpens sħiħ fi Stat Membru A kontra l-manifattur tal-apparat li jsaħħan, kontra l-installatur tal-apparat li jsaħħan u l-kontra l-kumpaniji tal-assikurazzjoni fi Stat Membru A.

Il-kontenut ipprovdut minn
Spanja

Spejjeż fi Spanja

Spejjeż għat-Tribunali, appelli u soluzzjoni alternattiva tat-tilwim

Każ mistħarreġ

Tribunal

Appelli

Soluzzjoni alternattiva tat-tilwim

Spejjeż inizjali

Spejjeż ġenerali

Spejjeż oħra

Spejjeż inizjali

Spejjeż ġenerali

Spejjeż oħra

Din l-alternattiva hija possibbli f'tali każijiet?

Każ A

Spejjeż inizjali - Il-provvediment ta' fondi lill-avukat u lill-prokuratur u, ġeneralment il-ħlas ta' taxxa skont it-tip ta' proċediment u l-pretensjoni, dejjem jekk jaqbżu l-EUR 2000, għajr fejn ikun rikonoxxut id-dritt ta' għajnuna legali (irregolat bil-Liġi 1/1996 dwar l-Għajnuna Legali)

Dawn huma l-ispejjeż ġenerali tal-proċess. Dawn ikunu imposti fuq il-parti li l-pretensjonijiet kollha tagħha jkunu ġew miċħuda (l-Artikolu 394(1) tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili (L.E.C.)).

Tressiq ta' provi:

- Kumpens għax-xhieda

- Perizja

Il-parti li tappella għandha tagħmel depożitu bil-quddiem, għajr jekk ikollha dritt għall-għajnuna legali.

L-istess kriterju japplika għall-ewwel istanza.

L-istess kriterju japplika għall-ewwel istanza.

hemm ukoll il-possibbiltà li l-partijiet jilħqu qbil dwar l-ammonti tal-ħlas mingħajr l-intervent ta' partijiet terzi u li jrid ikun approvat mill-imħallef jew inkella billi jirrikoru għall-medjazzzjoni minkejja li jkun beda l-proċediment.

Każ B

L-istess bħall-każ ta' qabel

Idem

Idem

Idem

Idem

Idem

Idem

Spejjeż ta' avukati, amministraturi ġuizzjarji u esperti

Każ mistħarreġ

Avukati

Amministraturi ġudizzjarji

Esperti

Ir-rappreżentazzjoni hija obbligatorja?

Spejjeż

Ir-rappreżentazzjoni hija obbligatorja?

L-użu tal-esperti huwa obbligatorju?

Każ A

Meta l-pretensjoni mitluba taqbeż l-EUR 2000 il-partijiet iridu jkunu assititi minn avukat u rappreżentati minn prokuratur (l-Artikolu 31 L.E.C.).

Jiddependi mid-daqs tal-pretensjoni tal-proċediment u mid-dispożizzjonijiet proċedurali li jirriżultaw.

Ma jirrapreżentax il-partijiet

Huwa rakkomandabbli l-użu ta' esperti (evalwazzjoi tad-danni), imħallsa mill-parti li titlobhom.

Każ B

L-istess bħall-każ ta' qabel

Idem

Idem

Idem

L-ispejjeż għall-kumpens tax-xhieda, għal rahan jew garanzija u drittijiet oħrajn rilevanti

Każ mistħarreġ

Kumpens għax-xhieda

Rahan

Ix-xhieda jiġu kkumpensati?

Spejjeż

Jeżisti? Kif u meta jintuża?

Każ A

Ix-xhieda għandhom dritt għal kumpens għal danni u telf li x-xhieda tagħhom fil-qorti tkun ikkawżatilhom mill-parti li tkun sejħitilhom (l-Artikolu 375(1) L.E.C).

Mhux meħtieġ depożitu bil-quddiem.

Każ B

L-istess bħall-każ ta' qabel

Idem

Spejjeż tal-għajnuna legali, u rimborżi oħra

Każ mistħarreġ

L-Għajnuna Legali

Rimborżi

Meta u f'liema kundizzjonijiet tkun applikabbli?

Meta tkun totali l-għajnuna legali?

X'inhuma l-kundizzjonijiet?

Tista' l-parti rebbieħa tikseb ir-rimborżi tal-ispejjeż tal-kawża?

Każ A

tapplika għal persuni li juru li ma għandhomx finanzi suffiċjenti biex jieħdu sehem fi proċedimenti legali (inkluż it-tariffi tal-avukat, tal-prokuratur fost l-oħrajn ).

Jitqies li jeżisti nuqqas ta’ mezzi finanzjarji meta persuna fiżika tkun tista’ turi li r-riżorsi u d-dħul tagħha, ikkalkulati kull sena fuq il-bażi tal-kunċetti kollha u għal kull unità ta’ familja, ma jaqbżux id-doppju tal-Indiċi Pubbliku tad-Dħul għal Aktar minn Skop Wieħed (IPREM), li jkun fis-seħħ fiż-żmien li ssir l-applikazzjoni.

Wieħed irid joqgħod fuq il-ftehim milħuq mal-avukat tiegħu, jekk ikun hemm qbil. Ġeneralment parti importanti tat-tariffa tal- avukat, jew kollha kemm hi, sakemm din ma taqbiżx it-terz tal-pretenzjoni tal-każ, u d-drittijiet u l-pagamenti bil-quddiem tal-prokuratur, onorarji tal-perizja (skont il-każ) jistgħu jkunu rimborżati wara l-valutazzjoni tal-ispejjeż.

Każ B

L-istess bħall-każ ta' qabel

Idem

Idem

Spejjeż tat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni

Każ mistħarreġ

Traduzzjoni

Interpretazzjoni

Meta u f'liema kundizzjonijiet ikun neċessarju?

X'inhuma l-ispejjeż stmati?

Meta u f'liema kundizzjonijiet ikun neċessarju?

X'inhuma l-ispejjeż stmati?

Każ A

Fil-każ li jkunu preżentati taqsiriet tad-dokumenti f'lingwa li mhix il-Kastellan (jew il-lingwa proprja tal-Komunità Awtonima fejn isir il-proċess), dawn għandhom ikunu akkompanjati minn traduzzjoni. Din t-traduzzjoni tista' ssir privatament u, jekk xi waħda mill-partijiet tikkontesta bl-argument li ma tikkunsidrahiex fidila u eżatta u tesprimi r-raġunijiet għad-diskrepanza, is-Segretarju Ġudizzjarju mbagħad jordna li, fir-rigward tal-parti tad-dokument li dwarha hemm nuqqas ta' qbil fit-traduzzjoni, għandha ssir traduzzjoni uffiċċjali bl-ispejjeż jitħallsu minn min ressaq id-dokument, iżda jekk jirriżulta li din tkun identika għat-traduzzjoni privata, l-ispejjeż tat-traduzzjoni uffiċjali jiġġarrbu mill-persuna li kkontestatha.

Varjabbli

Meta jkun meħtieġ li persuna tintervjeni fil-proċess biex tkun interrogata, tagħmel dikjarazzjoni jew tkun informata personalment bis-sentenza u ma tafx il-Kastellan jew skont il-każ il-lingwa kouffiċjali tal-Komunità Awtonoma fejn isir il-proċess, jitqabbad interpretu xi persuna li taf dik il-lingwa, u jintalab minnha li tieħu ġurament u twiegħed traduzzjoni leali.

Każ B

Idem

Idem

Huwa diffiċli li jkunu determinati minn qabel.

L-aħħar aġġornament: 17/01/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.