Spejjeż

Rumanija

F’dan l-istudju dwar id-dritt kummerċjali – responsabbiltà, l-Istati Membri ntalbu biex jinfurmaw lill-klijent dwar l-ispejjeż tal-kawża sabiex jitqiesu s-sitwazzjonijiet li ġejjin: Każ A – Sitwazzjoni nazzjonali: Manifattur ta’ apparat li jsaħħan iwassal ħiter lil installatur. L-installatur min-naħa tiegħu jbiegħ (u jinstalla) l-heater lil klijenti biex dan jarma daru. Id-dar tieħu n-nar ftit wara. Kull parteċipant (manifattur tal-apparat tat-tisħin, l-installatur, il-klijent aħħari) għandu assikurazzjoni. L-oriġini tan-nar hija kkontestata. Ħadd ma jrid jagħti kumpens lill-klijent. Il-klijent jiddeċiedi li jiftaħ kawża għal kumpens sħiħ kontra l-manifattur tal-apparat li jsaħħan, kontra l-installatur tal-apparat li jsaħħan u l-kontra l-kumpaniji tal-assikurazzjoni. Każ B – Sitwazzjoni transnazzjonali: Manifattur ta’ apparat li jsaħħan fi Stat Membru B iwassal heater lil installatur fi Stat Membru C. L-installatur min-naħa tiegħu jbiegħ il-heater (u jinstallah) lil klijent fi Stat Membru A biex dan jarma daru. Id-dar tieħu n-nar ftit wara. Kull parteċipant (manifattur tal-apparat tat-tisħin, l-installatur, il-klijent aħħari) għandu assikurazzjoni ta’ kumpanija tal-assikurazzjoni fl-Istat Membru tiegħu stess. L-oriġini tan-nar hija kkontestata. Ħadd ma jrid jagħti kumpens lill-klijent. Il-klijent jiddeċiedi li jiftaħ kawża għal kumpens sħiħ fi Stat Membru A kontra l-manifattur tal-apparat li jsaħħan, kontra l-installatur tal-apparat li jsaħħan u l-kontra l-kumpaniji tal-assikurazzjoni fi Stat Membru A.

Il-kontenut ipprovdut minn
Rumanija

Spejjeż fir-Rumanija

Spejjeż għall-Qorti, Appelli u Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim

Studju ta’ Każ

Qorti

Drittijiet inizjali tal-qorti

Drittijiet ta' traskrizzjoni

Drittijiet oħra

Każ A

L-ispejjeż inizjali biex jitressaq rikors quddiem il-qorti (inklużi d-dritt tal-qorti u t-taxxa tal-boll) jiddependu mill-ammont (valur) tat-talba, kif ikkalkulata mill-applikant. Dawn jistgħu jvarjaw bejn madwar EUR 0.5 u iktar minn EUR 1300

Sabiex jinkisbu sempliċi kopji ta’ diversi dokumenti proċedurali abbozzati minn persunal speċjalizzat tal-qorti (skrivani), iridu jitħallsu drittijiet għall-fotokopji (jvarjaw bejn EUR 0.05 u EUR 1.25 għal kull kopja)

1. Legalizzazzjoni – Attestazzjoni sabiex tinkiseb deċiżjoni awtentikata tal-qorti – RON 2.15 (madwar EUR 0.5) li jinkludu RON 2 (dritt tal-qorti) u RON 0.15 (taxxa tal-boll)

2. Tiswir tad-deċiżjoni tal-qorti b’formula infurzabbli – RON 4.15 (madwar EUR 1) li jinkludu RON 4 (dritt tal-qorti) u RON 0.15 (taxxa tal-boll)

3. Sovralegalizzazzjoni – RON 1.15 (madwar EUR 0.25) li jinkludu RON 1 (dritt tal-qorti) u RON 0.15 (taxxa tal-boll) – biss jekk tkun meħtieġa għall-parti

Każ B

Appelli

ADR (Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim)

Drittijiet inizjali tal-qorti

Drittijiet ta' traskrizzjoni

Drittijiet oħra

Hemm din il-possibbiltà għal dan it-tip ta’ każ?

Spejjeż

Każ A

50% mill-ispejjeż inizjali biex jitressaq rikors quddiem il-qorti

Sabiex jinkisbu sempliċi kopji ta’ diversi dokumenti proċedurali abbozzati minn persunal speċjalizzat tal-qorti (skrivani), iridu jitħallsu drittijiet għall-fotokopji (jvarjaw bejn EUR 0.05 u EUR 1.25 għal kull kopja)

-

Iva

Il-kuntratt tal-medjazzjoni jipprovdi għall-ispejjeż, skont il-ftehim milħuq bejn il-partijiet u l-medjatur.

Każ B

50% mill-ispejjeż inizjali biex jitressaq rikors quddiem il-qorti

Sabiex jinkisbu sempliċi kopji ta’ diversi dokumenti proċedurali abbozzati minn persunal speċjalizzat tal-qorti (skrivani), iridu jitħallsu drittijiet għall-fotokopji (jvarjaw bejn EUR 0.05 u EUR 1.25 għal kull kopja)

-

Iva

Spejjeż tal-avukat, tal-bailiff u tal-espert

Studju ta’ Każ

Avukat

Bailiff

Espert

Ir-rappreżentazzjoni hija mandatorja?

Spejjeż medji

Ir-rappreżentazzjoni hija mandatorja?

Spejjeż ta' qabel is-sentenza

Spejjeż ta' wara s-sentenza

L-użu huwa mandatorju?

Spiża

Każ A

LE

Spejjeż li jvarjaw, jiddependu mill-kuntratt tal-assistenza legali

Mhux applikabbli f’dan il-każ, peress li r-rappreżentazzjoni mhix mandatorja

LE

Mhux applikabbli f’dan il-każ peress li d-deċiżjoni tal-qorti biss (mogħtija wara s-sentenza) tista’ tiġi infurzata, jekk il-parti li titlef ma teżegwihiex b’rieda tajba

L-għoti tal-infurzar tad-deċiżjoni tal-qorti – RON 10.3 (madwar EUR 2.5), li jinkludu RON 10 (dritt tal-qorti) u RON 0.3 (taxxa tal-boll)

Notifika – dritt minimu ta’ RON 20 (madwar EUR 5) u dritt massimu RON 400 (madwar EUR 100)

Id-drittijiet tal-bailiff – jiddependi mis-somma mogħtija mill-qorti bħala kumpens

Iva

L-ispiża tvarja u se tkun stabbilita mill-qorti, jiddependi mill-kumples-sità tal-għarfien espert.

L-ispejjeż għall-kumpens tax-xhieda, għal rahan jew garanzija u drittijiet oħrajn relevanti

Studju ta’ Każ

Kumpens għax-xhieda

Rahan jew garanzija

Ix-xhieda jiġu kkumpensati?

Spiża

Dan jeżisti u meta jeżisti kif jintuża?

Spiża

Każ A

Iva

L-ispejjeż tat-trasport jiġu rifużi u, jekk ix-xhud jitlob dan, jista’ jiġi rkuprat anki kumpens għall-ħin li x-xhud ikun qatta’ fil-qorti (jiddependi mis-sorsi ta’ dħul – eż. kuntratt ta’ impjieg, eċċ.)

Talbiet eventwali biex tkun ikkawtelata l-evidenza (provi ta’ dokumenti miżmuma ta’ din ix-xorta)

RON 8.3 (madwar EUR 2) li jinkludu RON 8 (dritt tal-qorti) u RON 0.3 (taxxa tal-boll)

Jekk il-parti titlob li jinħarġu miżuri kawtelatorji (qbid jew sekwestru)

RON 10.3 (madwar EUR 2.5) li jinkludu RON 10 (dritt tal-qorti) u RON 0.3 (taxxa tal-boll)

Spejjeż għall-għajnuna legali u rifużjonijiet oħra

Studju ta’ Każ

Għajnuna Legali

Meta u f’liema kundizzjonijiet hija applikabbli?

Meta huwa l-appoġġ totali?

Kundizzjonijiet?

Każ A

Jekk l-applikant ikun persuna naturali, jekk jogħġbok ara l-Anness 1 mehmuż

Rifużjoni

Tista' l-parti rebbieħa tikseb ir-rifużjoni tal-ispejjeż tal-kawża?

Jekk ir-rifużjoni mhix totali x'perċentwali tkun inġenerali?

Liema spejjeż qatt ma jiġu rifużi?

Hemm xi drabi fejn l-għajnuna legali għandha tiġi rifuża lil xi organizzazzjoni li tagħti għajnuna legali ?

Każ A

Iva

Inġenerali 100% tal-ispejjeż jiġu rifużi

F’dan il-każ, l-ispejjeż kollha jistgħu jiġu rifużi.

L-ispejjeż kollha jistgħu jiġu rifużi, ħlief għall-ispejjeż relatati mas-sitwazzjoni li ġejja: Il-konvenut li ammetta l-pretensjoni tar-rikorrent fl-ewwel seduta m’hemmx għalfejn iħallas l-ispejjeż ġudizzjarji, ħlief fejn il-konvenut kien innotifikat qabel is-seduta

F’każ fejn il-qorti taċċetta parzjalment it-talbiet taż-żewġ partijiet, il-qorti għandha tiddetermina sa fejn il-partijiet jistgħu jiġu ordnati jħallsu l-ispejjeż tal-kawża, u tista’ anki tordna l-kumpens tal-ispejjeż.

Barra minn hekk, il-qorti għandha d-dritt li żżid jew tnaqqas id-drittijiet tal-avukat fejn issib li dawn huma baxxi jew għoljin wisq b’relazzjoni għall-valur tal-kawża jew għax-xogħol li wettaq l-avukat.

Spejjeż għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni

Studju ta’ Każ

Traduzzjoni

Interpretazzjoni

Spejjeż oħra speċifiċi għal tilwim transkonfinali?

Meta u taħt liema kundizzjonijiet hija neċessarja?

Spiża approssimattiva?

Deskrizzjoni

Każ A

Inġenerali, mhux applikabbli f’dan il-każ

Meta l-parti li għandha tinstema’ mill-qorti tkun truxa jew muta, jew ma tkunx taf tikteb.

RON 23.15 fis-siegħa (madwar EUR 6)

Każ B

1. Meta d-dokumenti mressqa quddiem il-qorti (parti mill-proċess (fajl) tal-kawża) ikunu miktubin b’ilsien ieħor.

2. Barra minn hekk, meta parti tikkontestata l-preċiżjoni tad-dokument tradott fir-Rumen, il-qorti tista’ titlob it-traduzzjoni tad-dokument min-naħa ta’ traduttur awtorizzat.

L-ispejjeż jistgħu jvarjaw skont il-kuntratt ta’ traduzzjoni jew, jekk it-traduzzjoni ssir minn traduttur awtorizzat fuq it-talba tal-qorti,  għandu jitħallas dritt ta’ RON 33.56 (madwar EUR 8) għal kull paġna f’format A4.

Jekk mill-inqas waħda mill-partijiet ma titkellimx bir-Rumen. Stat A= Ir-Rumanija

RON 23.15 fis-siegħa (madwar EUR 6)

Iva, imma jkunu sostnuti mill-Istat.

L-aħħar aġġornament: 03/11/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.