Din il-paġna tipprovdilek informazzjoni indikattiva dwar l-ispejjeż tal-ġustizzja fl-Irlanda ta' Fuq.
Sib informazzjoni għal kull reġjun
Hemm tariffi tal-ispejjeż sew fil-qrati tal-kontea (County Court) kif ukoll fil-Court of Judicature – xi wħud minnhom jinkludu d-drittijiet professjonali.
Hemm kopja tal-leġiżlazzjoni li tfisser l-iskala preżenti tal-ispejjeż għall-country court f'dan l-indirizz Uffiċċju tar-Renju Unit għal Informazzjoni dwar is-Settur Pubbliku. L-iskala tal-ispejjeż fejn tidħol il-High Court mhumiex disponibbli fuq l-internet. Dawn l-iskali japplikaw biss f'ċerti każi u f'ċerti ċirkustanzi - mhumiex applikabbli fil-każijiet kollha.
F'ċerti każijiet, It-Taxing Master jista' wkoll jagħmel evalwazzjoni tal-ispejjeż legali: pereżempju fi proċedimenti dwar divorżju jew serħan anċillari. Dawn ikunu jinkludu d-drittijiet professjonali tal-professjonisti legali.
Il-Kummissjoni tas-Servizzi Legali tal-Irlanda ta' Fuq tistabilixxi rati fissi għal każijiet ta' kustodja tat-tfal fejn tkun tinħtieġ l-assistenza legali, rregolati mil-leġiżlazzjoni dwar it-Tfal tal-Irlanda ta' Fuq (Children (Northern Ireland) Order) tal-1995.
Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti ċivili
L-ispejjeż fissi fil-kawżi kostituzzjonali jiddependu fuq fejn ikunu inbdew il-proċedimenti, u jiġu mħallsa skont it-tariffi stabbiliti mill-qorti ta' dak il-livell. Id-drittijiet attwali tal-qorti jinsabu fuq il-websajt: Northern Ireland Court and Tribunals Service.
Dan ma jinkludix l-ispejjeż għar-rappreżentanza legali.
Hemm ukoll drittijiet tal-qorti marbuta mal-kawżi kostituzzjonali li jiġu rrinvijati lis-Supreme Court tar-Renju Unit u li jinsabu fil-websajt: UK Supreme Court fees
L-istadju tal-proċediment ċivili fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż fissi għall-partijiet
L-ispejjeż tal-Qorti normalment jitħallsu meta jibda' l-każ, iżda jista' jkun hemm drittijiet oħra għal proċessi anċillari waqt li tkun għadha għaddejja kawża: pereżempju, fil-każ ta' rikorsi interlokutorji, seduti ta' evalwazzjoni, u l-bqija.
Irid isir ftehim dwar l-ispejjeż legali ta' persuna li ma tkunx qed tirċievi l-assistenza legali bejn l-individwu u r-rappreżentant legali tiegħu jew tagħha.
Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kriminali
Fi proċedimenti kriminali, akkużat li jkun qed jirċievi l-għajnuna legali ma jħallas l-ebda spejjeż. Irid isir ftehim dwar l-ispejjeż legali ta' persuna li ma tkunx qed tirċievi l-għajnuna legali bejn l-individwu u r-rappreżentant legali tiegħu jew tagħha.
L-istadju tal-proċediment kriminali fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż fissi
L-ispejjeż għal partijiet ċivili, bħal ma huma spejjeż tax-xhieda, u spejjeż tal-esperti, normalment jitħallsu ma' tmiem il-każ. Madankollu, dawn l-ispejjeż mhumiex spejjeż fissi u jistgħu jvarjaw skont in-natura tal-każ.
Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kostituzzjonali
L-ispejjeż fissi f'kawżi kostituzzjonali jiddependu skont fejn ikunu bdew il-proċedimenti, u jiġu mħallsa skont ir-rati stabbiliti mill-qorti ta' dak il-livell. Wieħed jista' jara l-miżati preżenti tal-qorti f'dan l-indirizz Servizz tal-Qorti tal-Irlanda ta' Fuq.
Dan ma jinkludix l-ispejjeż tar-rappreżentazzjoni legali.
Hemm ukoll drittijiet tal-qorti assoċjati ma' kawżi kostituzzjonali li jintbagħtu lill-House of Lords, kif ukoll lill-Qorti Suprema il-ġdida tar-Renju Unit. Id-drittijiet tagħhom għadhom qed jiġu żviluppati.
L-istadju tal-proċediment kostituzzjonali fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż fissi
L-ispejjeż tal-Qorti normalment jitħallsu meta jibda' l-każ, iżda jista' jkun hemm drittijiet oħra għal proċessi anċillari waqt li tkun għadha għaddejja kawża: pereżempju, fil-każ ta' rikorsi interlokutorji, seduti ta' evalwazzjoni, u l-bqija.
Irid isir ftehim dwar l-ispejjeż legali ta' persuna li ma tkunx qed tirċievi l-assistenza legali bejn l-individwu u r-rappreżentant legali tiegħu jew tagħha.
Is-solicitors huma obbligati li jindikaw l-ispejjeż li l-partijiet jistgħu jeħlu. Madankollu, peress li dan ikun jiddependi fuq il-progress u l-iżvilup ta' kawża, jista' ma jkunx possibbli li tingħata evalwazzjoni preċiża malli jibdew il-proċedimenti.
Wieħed jista' jara l-miżati preżenti tal-qorti f'dan l-indirizz Servizz tal-Qorti tal-Irlanda ta' Fuq.
Il-websajts tal-Kamra tal-Avukati tal-Irlanda ta' Fuq u tal-Librerija tal-Avukati tal-Irlanda ta' Fuq jistgħu jkunu ta' għajnuna biex wieħed isib rappreżentant legali iżda ma jinkludux informazzjoni dwar l-ispejjeż tar-rappreżentazzjoni legali peress li dan ikun jiddependi fuq il-każ u fuq jekk il-partijiet ikollhomx dritt għall-assistenza legali.
Tista' tikseb informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-qrati bl-Ingliż hawnhekk: Servizz ta' Qorti tal-Irlanda ta' Fuq. Din l-informazzjoni tista' tiġi tradotta f'firxa wiesgħa ta' lingwi wara li ssir talba għal dan il-għan.
L-informazzjoni tista' tinkiseb fil-websajt tan-Servizz tal-Qorti tal-Irlanda ta' Fuq.
Hemm ukoll aktar tagħrif fil-websajt tal-Kamra tal-Avukati tal-Irlanda ta' Fuq.
Sit elettroniku disponibbli dwar informazzjoni dwar l-ispejjeż
Is-Servizz tal-Qorti tal-Irlanda ta' Fuq jelenka d-drittijiet kollha tal-qorti.
Wieħed jista' jara informazzjoni statistika dwar ix-xogħol tal-qorti f'dan l-indirizz Servizz tal-Qorti tal-Irlanda ta' Fuq.
Ma hemm l-ebda sors magħruf għal din l-informazzjoni.
Hemm hemm skala ta' spejjeż disponibbli sew għall-proċedimenti fil-Qorti tal-Kontea kif ukoll fil-Qorti Għolja. Madankollu, dawn huma biss gwida u m'għandhomx jittieħdu bħala definittivi, peress li ma japplikawx f'kull każ. Barra minn dan, huma japplikaw biss għal proċedimenti fi ħdan dak il-livell speċifiku tal-qorti.
L-iskali preżenti għall-Qorti tal-Kontea jistgħu jiġu kkonsultati fil-websajt tal-Uffiċċju ta' Informazzjoni dwar is-Settur Pubbliku.
L-iskala tal-ispejjeż fejn tidħol il-Qorti Għolja mhumiex disponibbli fuq l-internet.
Il-VAT bir-rata xierqa tista' tiġi rkuprata fejn jidħlu spejjeż, drittijiet u ħlasijiet fi ħdan it-tifsira tal-Value Added Tax Act (Att dwar it-Taxxa tal-Valur Miżjud) 1983. Id-dettalji tal-miżati tal-qorti jistgħu jiġu kkonsultati fin-Servizz tal-Qorti tal-Irlanda ta' Fuq li juri l-ispejjeż tal-qorti mingħajr il-VAT.
Il-benefiċċju tal-għajnuna legali normalment jingħata lill-individwi li jkollhom dħul annwali disponibbli ta' mhux aktar minn £9937, ħlief fil-każ ta' offiżi personali fejn dan il-limitu hu ta' £10955. F'numru żgħir ta' proċedimenti pubbliċi tal-liġi tal-familja dwar il-kustodja tat-tfal, il-benefiċċju tal-għajnuna legali jingħata mingħajr ma jsir riferiment għad-dħul tal-individwu; dawn huma magħrufa bħala proċedimenti speċjali għal ordnijiet dwar tfal (special Children Order proceedings). Għal aktar informazzjoni kkonsulta l-websajt: Northern Ireland Courts and Tribunals Service.
Ma hemm l-ebda limitu fiss ta' dħul biex tingħata l-għajnuna legali lil akkużati fl-Irlanda ta' Fuq. L-imħallef jagħti l-għajnuna legali lil akkużat meta hu jew hi jkunu sodisfatti li l-akkużat ma jkollux mezzi biżżejjed biex iħallas għal rappreżentanza legali.
L-għajnuna legali mhux disponibbli għal vittmi fi ħdan l-iskema ta' ġustizzja kriminali.
Meta l-vittmi ta' atti kriminali jitolbu kumpens, ġeneralment ma tiġix involuta l-iskema ta' għajnjna legali. Il-gvern stabbilixxa skema statutorja separata biex jikkumpensa l-vittmi ta' atti kriminali; fl-Irlanda ta' Fuq din hija l-Criminal Injury Compensation Scheme (l-iskema għal kumpens minħabba danni kriminali). Taħt din l-iskema, il-vittmi ma jkollhomx bżonn ta' pariri legali u rappreżentanza biex japplikaw għal kumpens. L-għajnuna dwar l-applikazzjonijiet hija disponibbli b'xejn minn Appoġġ għall-Vittmi fl-Irlanda ta' Fuq li hi ffinanzjata mill-gvern.
Tingħata għajnuna mhux ta' natura legali lil vittmi fis-sistema ta' ġustizzja kriminali: pereżempju, il-websajt tan- Servizz tal-Qorti tal-Irlanda ta' Fuq tipprovdi informazzjoni kif ukoll "passiġġata virtwali" għall-vittmi u għax-xhieda.
Barra minn dan, Appoġġ għall-Vittmi fl-Irlanda ta' Fuq, organizzazzjoni ta' karità, toffri appoġġ emozzjonali, informazzjoni u għajnuna prattika lil persuni li jkunu ġarrbu danni minħabba atti kriminali.
Sabiex ikunu jistgħu jirċievu għajnujna legali b'xejn għal rappreżentanza ta' difiża fl-Irlanda ta' Fuq, l-akkużati jridu jgħaddu minn żewġ testijiet. li ma jkollhomx mezzi biżżejjed biex iħallsu għar-rappreżentanza tagħhom, u li jkun fl-interes tal-ġustizzja li huma għandu jkollhom għajnuna legali b'xejn.
Id-deċiżjoni dwar l-ispejjeż hija fid-diskrezzjoni tal-qorti. Ir- regoli tal-Court of Judicature tal-Irlanda ta' Fuq u r-regoli tal-qrati tal-kontea (il-County Courts tal-Irlanda ta' Fuq) jipprovdu lill-qorti b'regoli dwar l-ispejjeż iżda dawn mhumiex disponibbli permezz ta' link fuq l-internet.
In-numru tal-esperti huwa limitat bir-regoli tal-qorti – ir-Regoli tal-Court of Judicature tal-Irlanda ta' Fuq u r-Regoli tal-qrati tal-kontea (il-County Courts tal-Irlanda ta' Fuq). Ma hemm l-ebda spejjeż fissi jew skala tal-ispejjeż għall-esperti, minħabba li d-drittijiet jiddependu fuq it-tip ta' espert u n-natura tal-involviment tiegħu fil-proċedimenti.
Ġeneralment meta azzjoni ċivili jew tal-familja tkun iffinanzjata privatament, hija l-parti li tkun teħtieġ is-servizzi ta' interpretu dik li jkollha tagħmel l-arranġamenti għal interpretu u li tħallas l-ispejjeż għalih.
Madankollu, in-Northern Ireland Courts and Tribunals Service jagħmel l-arranġamenti għal interpretu u jiffinanzjah ċentralment meta parti f'kawża li ma tkunx titkellem bl-Ingliż tkun involuta fl-azzjonijiet segwenti: każ ta' żamma fil-kustodja, każ li jinvolvi l-liġi tal-familja dwar tfal jew każ ta' vjolenza domestika (inkluż żwieġ furzat).
Jekk il-każ ma jkunx kopert b'wieħed mill-kriterji ta' hawn fuq, xorta waħda jista' jiġi ffinanzjat interpretu jekk l-Imħallef jistabbilixxi li dan hu l-uniku mod kif il-parti fil-kawża tista' tifhem il-proċedimenti, u li mingħajr finanzjament pubbliku din ma tkunx kapaċi tiffinanzja interpretu privatament, jew jekk l-Imħallef jordna espressament li għandu jinħatar interpretu.
Meta n-Northern Ireland Courts and Tribunals service jagħmel arranġamenti għal interpretu u jħallas id-drittijiet tiegħu, dawn id-drittijiet għandhom ikunu stabbiliti fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-ingaġġament tiegħu. Id-drittijiet jistgħu jvarjaw minn każ għal każ, skont kemm idum is-smigħ, skont id-distanza u l-ħin meħtieġ biex l-interpretu jivvjaġġa sal-qorti u lura, u skont il-mezz tat-trasport li juża. It-termini u l-kundizzjonijiet huma applikati strettament għall-pretensjonijiet kollha biex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda ħlas żejjed.
Kamra tal-Avukati tal-Irlanda ta' Fuq
Librerija tal-Avukati tal-Irlanda ta' Fuq
Uffiċċju tar-Renju Unit għal Informazzjoni dwar is-Settur Pubbliku
Informazzjoni dwar drittijiet tal-Qorti mis-Servizz tal-Qorti tal-Irlanda ta' Fuq
Servizz tal-Qorti tal-Irlanda ta' Fuq
Informazzjoni dwar il-Lista Kummerċjali mis-Servizz tal-Qorti tal-Irlanda ta' Fuq
Appoġġ għall-Vittmi fl-Irlanda ta' Fuq
Informazzjoni dwar appoġġ għal VIttmu u XHieda mis-Servizz tal-Qorti tal-Irlanda ta' Fuq
Rapport tar-Renju Unit dwar l-Istudju dwar it-Trasparenza tal-ispejjeż (448 Kb)
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.