Fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, il-proċeduri u l-proċedimenti pendenti mibdija fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni se jkomplu skont il-liġi tal-UE. Il-Portal tal-e-Ġustizzja, abbażi tal-ftehim reċiproku mar-Renju Unit, se jżomm l-informazzjoni rilevanti marbuta mar-Renju Unit sa tmiem l-2024.
Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Spejjeż

L-Irlanda ta’ fuq

F’dan l-istudju dwar il-liġi tal-familja – kustodja tat-tfal, l-Istati Membri ntalbu biex jinfurmaw lill-parti li tiftaħ il-kawża dwar l-ispejjeż tal-kawża sabiex jitqiesu s-sitwazzjonijiet li ġejjin: Każ A – Sitwazzjoni nazzjonali: Żewġ persuni ilhom jgħixu flimkien għal għadd ta’ snin, mingħajr ma żżewwġu. Għandhom wild ta’ tliet snin meta jisseparaw. Deċiżjoni tal-qorti tagħti l-kustodja tal-wild lill-omm u dritt ta’ aċċess għall-missier. L-omm tiftaħ kawża biex tillimita d-dritt tal-missier għall-aċċess. Każ B – Sitwazzjoni transnazzjonali fejn inti avukat fi Stat Membru A: Żewġ persuni ilhom jgħixu flimkien għal għadd ta’ snin fi Stat Membru (Stat Membru B), mingħajr ma żżewwġu, għal għadd ta’ snin. Għandhom wild flimkien iżda jisseparaw immedjatament wara li l-wild jitwieled. Deċiżjoni tal-qorti fi Stat Membru B tagħti l-kustodja tal-wild lill-omm bi dritt ta’ aċċess għall-missier. L-omm u l-wild imorru jgħixu fi Stat Membru ieħor (Stat Membru A) kif huma awtorizzati biex jagħmlu permezz tad-deċiżjoni tal-Qorti u l-missier jibqa’ fi Stat Membru B. Wara ftit snin, l-omm tiftaħ kawża fi Stat Membru A biex tbiddel id-dritt tal-missier għall-aċċess.

Il-kontenut ipprovdut minn
L-Irlanda ta’ fuq

Punti Importanti li wieħed għandu jinnota dwar l-informazzjoni provduta

Wieħed għandu jinnota  li mhuwiex possibbli li jingħataw spejjeż definittivi u l-kwistjonijiet inklużi hawn taħt huma indikattivi biss. Fejn possibbli, ġew inklużi drittijiet attwali għal xi aspetti tal-proċessi iżda dawn għandhom jitqiesu bħala gwida biss.  Id-drittijiet spiss jiddependu fuq il-grad tal-qorti użata u l-passi involuti fil-każ individwali - FPC tirreferi għal Qorti tal-Proċedimenti tal-Familja (FPC - Family Proceedings Court), u FCC tirreferi għal Ċentru tal-Kura tal-Familja (FCC - Family Care Centre). Lista sħiħa tad-drittijiet tal-qorti mitluba tista’ tinsab fis-sit elettroniku tas-Servizz tal-Qorti tal-Irlanda ta' Fuq.

M/A tintwera fejn ir-risposta hija Mhux Applikabbli, u M/M tintwera fejn ir-risposta hija Mhux Magħruf.

Spejjeż indikattivi fl-Irlanda ta’ Fuq

Spejjeż indikattivi għall-Qorti, Appelli u Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim


 Studju ta’ każ

Il-Qorti

Drittijiet inizjali tal-Qorti

Drittijiet għat-Traskrizzjoni

Drittijiet inizjali tal-Qorti

Każ A

Applikazzjonijiet biex titneħħa ordni eżistenti ta’ kuntatt

Qorti tal-Proċedimenti tal-Familja – £50

Ċentru tal-Kura tal-Familja – £75

Qorti l-Għolja (High Court) £100

Drittijiet huma ta’ £0.78 kull folja jew rekordjar bis-CD tal-awdjo, £25 fis-siegħa (jekk il-proċedimenti huma rrekordjati)

Fil-Qorti tal-Proċedimenti tal-Familja, notifika ta’ taħrika hija £10 jew għal notifika personali £13

u

dokumenti addizzjonali

£3 kull wieħed

Każ B

Biex tirreġistra l-ordni fil-Qorti l-Għolja - ebda dritt

Skont il-leġiżlazzjoni li ngħatat taħtu l-ordni, l-applikazzjoni tiġi ttrattata bħala applikazzjoni ġdida jew bħala varjazzjoni ta’ ordni eżistenti

Applikazzjoni għal ordni ta’ kuntatt 

Qorti tal-Proċedimenti tal-Familja – £50

Ċentru tal-Kura tal-Familja – £75

Qorti l-Għolja – £100

Applikazzjoni biex tiġi varjata ordni ta’ kuntatt eżistenti 

Qorti tal-Proċedimenti tal-Familja – £37.50

Ċentru tal-Kura tal-Familja – £57.50

Qorti l-Għolja – £75

Bħal Fuq

Fil-Qorti tal-Proċedimenti tal-Familja – notifika ta’ taħrika hija £10 jew għal notifika personali £13

u

dokumenti addizzjonali

£3 kull wieħed



Studju ta’ każ

L-Appelli

ADR (Alternative Dispute Resolution – Ir-Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim)

Drittijiet inizjali tal-Qorti

Drittijiet ta’ traskrizzjoni

Drittijiet oħra

Din l-għażla hija miftuħa għal dan it-tip ta’ każ?

Drittijiet

Każ A

Appell mill-Qorti tal-Proċedimenti tal-Familja lil Ċentru tal-Kura tal-Familja – £75

Appell minn Ċentru tal-Kura tal-Familja lill-Qorti l-Għolja -  £100

Drittijiet huma ta’ £0.78 kull folja jew rekordjar bis-CD tal-awdjo, £25 fis-siegħa (jekk il-proċedimenti huma rrekordjati)

M/A

Uffiċjal tal-Qorti tat-Tfal disponibbli l-Qorti

Ebda dritt mitlub

Mod ieħor, l-ADR ikun permezz ta’ aġenziji esterni bi dritt professjonali

Każ B

Appell mill-Qorti tal-Proċedimenti tal-Familja lil Ċentru tal-Kura tal-Familja – £75

Appell minn Ċentru tal-Kura tal-Familja lill-Qorti l-Għolja –  £100

Bħal Fuq

M/A

Uffiċjal tal-Qorti tat-Tfal disponibbli l-Qorti

Ebda dritt mitlub

Mod ieħor, l-ADR ikun permezz ta’ aġenziji esterni bi dritt professjonali



Spejjeż indikattivi tal-avukat, tal-marixxall u tal-espert


Studju ta’ każ

Avukat

Marixxall

Espert

Ir-rappreżentazzjoni hija mandatorja?

Spejjeż medji

Ir-rappreżentazzjoni hija mandatorja?

Spejjeż ta’ qabel is-sentenza

Spejjeż ta’ wara s-sentenza

L-użu huwa mandatorju?

Spiża

Każ A

Le – iżda l-kawżi tal-Qorti l-Għolja normalment huma aktar kumplessi

M/M

M/A

M/A

M/A

Le

M/M

Każ B

Le – iżda l-kawżi tal-Qorti l-Għolja normalment huma aktar kumplessi

M/M

M/A

M/A

M/A

Le

M/M



Spejjeż indikattivi għall-kumpens tax-xhieda, rahan jew garanzija u drittijiet oħrajn rilevanti


Studju ta’ każ

Il-kumpens tax-xhieda

Rahan jew garanzija

Drittijiet oħra

Ix-xhieda jiġu kkumpensati?

Spiża

Dan jeżisti u meta u kif jintuża jekk jeżisti?

Spiża

Deskrizzjoni

Spiża

Każ A

Spejjeż (eż., telf ta’ dħul) jiġu permessi skont id-diskrezzjoni ġudizzjarja jew jiġu miftiehma bejn il-partijiet

M/M

M/A

M/A

M/A

M/A

Każ B

Spejjeż (eż., telf ta’ dħul) jiġu permessi skont id-diskrezzjoni ġudizzjarja jew jiġu miftiehma bejn il-partijiet

M/M

M/A

M/A

M/A

M/A



Spejjeż indikattivi għall-għajnuna legali u rifużjonijiet oħra



Studju ta’ każ

Għajnuna Legali

Meta u taħt liema kundizzjonijiet tgħodd?                     

L-appoġġ meta huwa sħiħ?

Kundizzjonijiet?

Każ A

Jgħoddu t-testijiet normali tal-mezzi u tal-merti (ara t-taqsima dwar l-Għajnuna Legali)

Ara xellug

Ara xellug

Każ B

L-għajnuna legali hija disponibbli biss għall-proċedimenti li jseħħu fl-Irlanda ta’ Fuq (ara t-taqsima dwar l-Għajnuna Legali)

Ara xellug

Ara xellug




 Studju ta’ każ

Rifużjoni

Tista' l-parti rebbieħa tikseb ir-rifużjoni tal-ispejjeż tal-kawża?

Jekk ir-rifużjoni mhix totali x'perċentwali tkun inġenerali

Liema spejjeż qatt ma jiġu rifużi?

Hemm xi drabi fejn l-għajnuna legali għandha tiġi rifuża lil xi organizzazzjoni li tagħti għajnuna legali?

Każ A

Dawn l-ispejjeż normalment ikunu inklużi fi kwalunkwe ftehim bejn il-partijiet jew kif jordna l-imħallef.

M/M

L-ispejjeż kollha għandhom il-potenzjal li jkunu inklużi bħala parti minn ordni tal-qorti

Il-klijenti  jistgħu jkunu responsabbli li jħallsu kontribuzzjoni, li tiddependi fuq id-dħul u l-kapital tagħhom (ara l-Istudju ta’ Każ 1A)

Każ B

Dawn l-ispejjeż normalment ikunu inklużi fi kwalunkwe ftehim bejn il-partijiet jew kif jordna l-imħallef

M/M

L-ispejjeż kollha għandhom il-potenzjal li jkunu inklużi bħala parti minn ordni tal-qorti

Bħal Fuq



Spejjeż indikattivi għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni


Studju ta’ każ

Traduzzjoni

Meta u taħt liema kundizzjonijiet huma neċessarji?

Spiża approssimattiva?

Każ A

Jekk id-dokumenti li se jitressqu l-qorti mhumiex bl-Ingliż

Il-fornitur tas-servizzi tagħna ma għandux rata speċifika għal kull paġna, għaliex kull kariga tintbagħat lit-tradutturi fuq bażi tad-disponibbiltà eċċ., u r-rati huma differenti skont il-lingwa mitluba.

Il-medja għal dokument ta’ 2 paġni lejn il-Pollakk, Russu, Litwan, Latvjan, Slovakk, Portugiż u Kantoniż kienet ta’ £120 + VAT. Għal dokument ta’ 10 paġni lejn il-Pollakk, l-ispiża kienet ta’ £355 + VAT u għall-verifika indipendenti tad-dokumenti, ġie kkwotat prezz ulterjuri ta’ £105 + VAT.

Każ B

Jekk id-dokumenti li se jitressqu l-qorti mhumiex bl-Ingliż

Il-fornitur tas-servizzi tagħna ma għandux rata speċifika għal kull paġna, għaliex kull kariga tintbagħat lit-tradutturi fuq bażi tad-disponibbiltà eċċ., u r-rati huma differenti skont il-lingwa mitluba.

Il-medja għal dokument ta’ 2 paġni lejn il-Pollakk, Russu, Litwan, Latvjan, Slovakk, Portugiż u Kantoniż kienet ta’ £120 + VAT. Għal dokument ta’ 10 paġni lejn il-Pollakk, l-ispiża kienet ta’ £355 + VAT u għall-verifika indipendenti tad-dokumenti, ġie kkwotat prezz ulterjuri ta’ £105 + VAT.


 


Studju ta’ każ

Interpretazzjoni        

Spejjez oħra speċifiċi għal tilwim transkonfinali?

Meta u taħt liema kundizzjonijiet huma neċessarji?

Spiża approssimattiva?

Deskrizzjoni

Spiża approssimattiva?

Każ A

Jekk il-partijiet jew ix-xhieda ma jitkellmux jew ma jifhmux bl-Ingliż

£125 għal mhux aktar minn 3 sigħat

Spejjeż assoċjati man-notifika tad-dokumenti

Skont fejn trid issir in-notifika, metodi aċċettabbli ta’ notifiki fl-Istat Membru l-ieħor, u kemm-il attentat ta’ notifika huwa meħtieġ

Każ B

Jekk il-partijiet jew ix-xhieda ma jitkellmux jew ma jifhmux bl-Ingliż

£125 għal mhux aktar minn 3 sigħat

Spejjeż assoċjati man-notifika tad-dokumenti

Skont fejn trid issir in-notifika, metodi aċċettabbli ta’ notifiki fl-Istat Membru l-ieħor, u kemm-il attentat ta’ notifika huwa meħtieġ


L-aħħar aġġornament: 26/06/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.