Fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, il-proċeduri u l-proċedimenti pendenti mibdija fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni se jkomplu skont il-liġi tal-UE. Il-Portal tal-e-Ġustizzja, abbażi tal-ftehim reċiproku mar-Renju Unit, se jżomm l-informazzjoni rilevanti marbuta mar-Renju Unit sa tmiem l-2024.
Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Spejjeż

L-Irlanda ta’ fuq

F’dan l-istudju dwar il-liġi tal-familja – divorzju, l-Istati Membri ntalbu biex jinfurmaw lill-parti li tressaq it-talba għad-divorzju dwar l-ispejjeż tal-kawża sabiex jitqiesu s-sitwazzjonijiet li ġejjin: Każ A – Sitwazzjoni nazzjonali: koppja tiżżewweġ. Wara jisseparaw u jaqblu li għandhom jiddivorzjaw. Każ B – Sitwazzjoni transnazzjonali: Żewġ ċittadini mill-istess Stat Membru (Stat Membru A) jiżżewwġu. Iż-żwieġ jiġi ċċelebrat fi Stat Membru A. Wara ż-żwieġ, il-koppja tmur tirresjedi u taħdem fi Stat Membru ieħor (Stat Membru B), fejn huma jistabbilixxu residenza. Ftit wara, il-koppja tissepara, bil-mara tmur lura lejn l-Istat Membru A u r-raġel jibqa’ fl-Istat Membru B. Il-koppja jaqblu li għandhom jiddivorzjaw. Hekk kif tasal lura fi Stat Membru A, il-mara mal-ewwel tiftaħ kawża ta’ divorzju quddiem il-qrati ta’ Stat Membru B.

Il-kontenut ipprovdut minn
L-Irlanda ta’ fuq

Punti Importanti li wieħed għandu jinnota dwar l-informazzjoni provduta

Wieħed għandu jinnota  li mhuwiex possibbli li jingħataw spejjeż definittivi u l-kwistjonijiet inklużi hawn taħt huma indikattivi biss. Fejn possibbli, ġew inklużi drittijiet attwali għal xi aspetti tal-proċessi iżda dawn għandhom jitqiesu bħala gwida biss. Id-drittijiet spiss jiddependu fuq il-grad tal-qorti użata u l-passi involuti fil-każ individwali. Lista sħiħa tad-drittijiet tal-qorti mitluba tista’ tinsab fis-sit elettroniku tas-Servizz tal-Qorti tal-Irlanda ta' Fuq.

M’aħniex konxji dwar drittijiet żejda assoċjati ma’ divorzji transkonfinali u għalhekk ġie assunt li d-drittijiet fil-Każ B huma l-istess bħall-Każ A (ħlief għall-ispejjeż assoċjati man-notifika ta’ dokumenti u traduzzjonijiet meħtieġa li jiddependu fuq liema Stat Membru huwa involut). Fil-Każ B, l-attur għandu jkun residenti fl-Irlanda ta’ Fuq għal 6 xhur qabel ma jista’ jiġi ppreżentat rikors għal divorzju.

M/A tintwera fejn ir-risposta hija Mhux Applikabbli, u M/M tintwera fejn ir-risposta hija  Mhux Magħruf.

Spejjeż indikattivi fl-Irlanda ta’ Fuq

Spejjeż indikattivi għall-Qorti, Appelli u Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim


 Studju ta’ każ

Il-Qorti

Drittijiet inizjali tal-Qorti

Drittijiet ta’ traskrizzjoni

Drittijiet oħra

Każ A

Rikors fil-Qorti l-Għolja (High Court)–£200

Rikors fil-Qorti tal-Kontea (County Court) -£200

Drittijiet huma ta’ £0.78 kull folja

jew

Rekordjar b’CD tal-awdjo £25 fis-siegħa

Setting Down tal-Qorti l-Għolja – £300

Setting Down tal-Qorti tal-Kontea – £250

Dritt għal applikazzjoni personali għal intervista matrimonjali– £50

Applikazzjoni biex jitneħħa l-indirizz tal-attur mir-rikors: £57.50 (mitluba skont id-diskrezzjoni ġudizzjarja)

Każ B

Bħal Fuq

Bħal Fuq

Bħal Fuq



Studju ta’ każ

L-Appelli

ADR (Alternative Dispute Resolution – Ir-Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim)

Drittijiet inizjali tal-Qorti

Drittijiet ta’ traskrizzjoni

Drittijiet oħra

Din l-għażla hija miftuħa għal dan it-tip ta’ każ?

Drittijiet

Każ A

M/A

M/A

M/A

Normalment mhux ordnat mill-qorti

Il-medjazzjoni tista’ tkun disponibbli permezz ta’ organizzazzjonijiet oħrajn, per eżempju

Relate tal-Irlanda ta’ Fuq li jitolbu £35 kull laqgħa, jew Medjazzjoni tal-Familja tal-Irlanda ta' Fuq li jitolbu £40 għall-appuntament inizzjali u mbagħad £60 kull laqgħa

Każ B

Bħal Fuq

Bħal Fuq

Bħal Fuq

Bħal Fuq

Bħal Fuq



Spejjeż indikattivi tal-avukat, tal-marixxall u tal-espert


Studju ta’ każ

Avukat

Marixxall

Espert

Ir-rappreżentazzjoni hija mandatorja?

Spejjeż medji

Ir-rappreżentazzjoni hija mandatorja?

Spejjeż ta’ qabel is-sentenza

Spejjeż ta’ wara s-sentenza

L-użu huwa mandatorju?

Spiża

Każ A

Mhux fi kwalunkwe grad tal-qorti, iżda divorzji kkontestati (jiġifieri fil-Qorti l-Għolja) normalment huma aktar kumplessi

M/M

M/A

-

Infurzar ta’ ordni matrimonjali – £150

Mhux fi kwalunkwe grad tal-qorti

M/M

Każ B

Bħal Fuq

Bħal Fuq

Bħal Fuq

Bħal Fuq

Bħal Fuq

Bħal Fuq

Bħal Fuq


Spejjeż indikattivi għall-kumpens tax-xhieda, rahan jew garanzija u drittijiet oħrajn rilevanti


Studju ta’ każ

Il-kumpens tax-xhieda

Rahan jew garanzija

Drittijiet oħra

Ix-xhieda jiġu kkumpensati?

Spiża

Dan jeżisti u meta u kif jintuża jekk jeżisti?

Spiża

Deskrizzjoni

Spiża

Każ A

Fil-Qorti tal-Kontea biss, jitħallas il-Viaticum (mill-attur) meta ċ-ċitazzjoni tiġi nnotifikata għall-ewwel darba lix-xhud.

Spejjeż oħrajn (eż., telf ta’ dħul, spejjeż tal-ivvjaġġar, eċċ) jistgħu jiġu permessi skont id-diskrezzjoni ġudizzjarja jew jiġu miftiehma bejn il-partijiet.

Xhud tas-Servizz tal-Pulizija tal-Irlanda ta’ Fuq– £12.15 għal kull dehra

Xhud pubbliku – £17.12 għal kull dehra

M/M

M/A

M/A

Ċertifikat ta’ Digriet Assolut

£75

Każ B

Bħal Fuq

Bħal Fuq

Bħal Fuq

Bħal Fuq

Bħal Fuq

Bħal Fuq



Spejjeż indikattivi għall-għajnuna legali u rifużjonijiet oħra



Studju ta’ każ

Għajnuna Legali

Meta u taħt liema kundizzjonijiet tgħodd?

L-appoġġ meta huwa sħiħ?

Kundizzjonijiet?

Każ A

Jingħataw fondi għal divorzju, bla ħsara għat-testijiet normali tal-mezzi u tal-merti

Fejn jingħataw fondi, il-kawżi tad-divorzju mhux kontestati normalment jiġu ttrattati permezz tal-għajnuna legali ċivili

Fi proċedimenti mhux kontestati, ir-rappreżentazzjoni hija disponibbli biss wara li jkunu ġew sodisfatti t-testijiet normali tal-mezzi u tal-merti

Każ B

L-għajnuna legali hija disponibbli biss għall-proċedimenti li jseħħu fl-Irlanda ta’ Fuq. Tgħodd il-kwistjoni tal-kunsens (aktar ’il fuq).

Bħal Fuq

Bħal Fuq




 Studju ta’ każ

Rifużjoni

Tista' l-parti rebbieħa tikseb ir-rifużjoni tal-ispejjeż tal-kawża?

Jekk ir-rifużjoni mhix totali x'perċentwali tkun inġenerali?

Liema spejjeż qatt ma jiġu rifużi?

Hemm xi drabi fejn l-għajnuna legali għandha tiġi rifuża lil xi organizzazzjoni li tagħti għajnuna legali?

Każ A

Dawn l-ispejjeż normalment ikunu inklużi fi kwalunkwe ftehim bejn il-partijiet jew kif jordna l-imħallef.

M/M

L-ispejjeż kollha għandhom il-potenzjal li jkunu inklużi bħala parti minn ordni tal-qorti

Huma meħtieġa kontribuzzjonijiet lejn l-ispejjeż tal-għajnuna legali minn dawk l-applikanti li jiġu evalwati li għandhom dħul disponibbli ta’ aktar minn £3335 fis-sena jew kapital disponibbli ogħla mil-limitu ta’ £3000. Il-kontribuzzjoni meħtieġa mid-dħul hija proporzjon tad-dħul disponibbli ’il fuq mil-limitu aktar baxx, pagabbli fi 12-il pagament mensili

Il-kontribuzzjoni meħtieġa mill-kapital hija l-kapital disponibbli kollu ’il fuq minn £3000. 

Każ B

Bħal Fuq

Bħal Fuq

Bħal Fuq

Bħal Fuq



Spejjeż indikattivi għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni


Studju ta’ każ

Traduzzjoni

Interpretazzjoni        

Spejjez oħra speċifiċi għal tilwim transkonfinali?

Meta u taħt liema kundizzjonijiet huma neċessarji?

Spiża approssimattiva?

Meta u taħt liema kundizzjonijiet huma neċessarji?

Spiża approssimattiva?

Deskrizzjoni

Spiża approssimattiva?

Każ A

Jekk id-dokumenti li se jitressqu l-qorti mhumiex bl-Ingliż

Il-fornitur tas-servizzi tagħna ma għandux rata speċifika għal kull paġna, għaliex kull kariga tintbagħat lit-tradutturi fuq bażi tad-disponibbiltà eċċ., u r-rati huma differenti skont il-lingwa mitluba.

Il-medja għal dokument ta’ 2 paġni lejn il-Pollakk, Russu, Litwan, Latvjan, Slovakk, Portugiż u Kantoniż kienet ta’ £120 + VAT. Għal dokument ta’ 10 paġni lejn il-Pollakk, l-ispiża kienet ta’ £355 + VAT u għall-verifika indipendenti tad-dokumenti, ġie kkwotat prezz ulterjuri ta’ £105 + VAT

Jekk il-partijiet jew ix-xhieda ma jitkellmux jew ma jifhmux bl-Ingliż

£125 għal mhux aktar minn 3 sigħat

Spejjeż assoċjati man-notifika tad-dokumenti

Skont fejn trid issir in-notifika, metodi aċċettabbli ta’ notifiki fl-Istat Membru l-ieħor, u kemm-il attentat ta’ notifika huwa meħtieġ

Każ B

Bħal Fuq

Bħal Fuq

Bħal Fuq

Bħal Fuq

Bħal Fuq

Bħal Fuq


L-aħħar aġġornament: 26/06/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.