Din il-paġna tipprovdilek informazzjoni dwar l-ispejjeż ġudizzjarji fil-Litwanja.
Liġi tal-familja - kustodja tat-tfal
Liġi tal-familja - manteniment
Liġi kummerċjali - responsabbilta'
Ma hemmx din tip ta’ professjoni fil-Litwanja.
Id-drittijiet tal-avukati mhumiex regolati fil-Litwanja. Dawn ivarjaw skont il-livell tal-kumplessità tal-każ u tar-riżorsi involuti. Madankollu, id-drittijiet ma jistgħux ikunu ogħla mill-ammont massimu stabbilit b’rakkomandazzjonijiet approvati mill-Ministru tal-Ġustizzja u c-Chairman tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni tal-Avukati tal-Litwanja (Lietuvos advokatų tarybos pirmininkas).
Ma hemmx din tip ta’ professjoni fil-Litwanja.
Il-bailiffs għandhom rwol biss jekk id-debitur ma jikkonformax mas-sentenza u jridu jiġu prodotti dokumenti eżegwibbli bil-liġi. L-ammont, il-ħlas ta’ u l-eżenzjoni mill-ispejjeż tal-eżekuzzjoni huma regolati mill- Istruzzjonijiet għall-Eżekuzzjoni tas-sentenza. L-ispejjeż tal-eżekuzzjoni kollha jridu jitħallsu mill-kreditur skont is-sentenza. Id-drittijiet tal-bailiff jiġu rkuprati mid-debitur waqt jew wara l-eżekuzzjoni tas-sentenza.
L-ammont tad-drittijiet jiddependi fuq it-tip ta’ eżekuzzjoni mitluba u n-numru ta’ drabi li tiġi pprovduta. Xi spejjeż tal-infurzar huma fissi: uħud iqumu LTL 60 fis-siegħa u xi wħud huma determinati fuq bażi ta’ perċentwali tal-valur tal-assi taħt eżekuzzjoni.
Spejjeż fissi għal-litiganti fi proċedimenti ċivili
L-ispejjeż tal-litigazzjonijiet fi proċeduri ċivili jikkonsistu fil-boll u spejjeż oħra: rappreżentazzjoni, notifika ta’ dokumenti tal-qorti, drittijiet tal-esperti, attestaturi/xhieda, eżekuzzjoni, eċċ. Il-boll huwa, f’ċerti każi, definit fil-kodiċi ta’ proċedura ċivili u huwa fiss. L-ispejjeż tal-litigazzjonijiet huma definiti f’taqsima VIII tal-kodiċi ta’ proċedura ċivili (Civilinio proceso kodeksas).
Stadju tal-proċediment ċivili li fih l-ispejjeż fissi għal-litiganti jridu jitħallsu
Il-boll normalment jitħallas qabel ma tiġi ppreżentata t-talba l-qorti.
Spejjeż fissi għal-litiganti fi proċedimenti kriminali
M’hemmx spejjeż fissi għal-litiganti fi proċedimenti kriminali.
Spejjeż fissi għal-litiganti fi proċedimenti kostituzzjonali
Il-proċedimenti kostituzzjonali huma mingħajr ħlas, imma mhumiex disponibbli għall-pubbliku b’mod ġenerali.
M’hemmx din it-tip ta’ obbligazzjoni diretta taħt il-liġi.
L-ispejjeż fi proċedimenti ċivili huma definiti f’taqsima VIII tal-kodiċi ta’ proċedura ċivili.
Aktar informazzjoni hija disponibbli fl-anness Studju dwar il-Litwanja fir-Rapport dwar it-Trasparenza tal-Ispejjeż (950 Kb)
.
L-informazzjoni hija disponibbli bl-Ingliż.
Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq is-sit-elettroniku: Proċedura tal-medjazzjoni ġudizzjarja
Skont il-leġiżlazzjoni Litwana, hemm żewġ tipi ta’ għajnuna legali garantita mill-istat:
Iċ-ċittadini kollha tar-Repubblika tal-Litwanja, ċ-ċittadini ta’ stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea, persuni naturali oħra li joqgħodu legalment il-Litwanja jew stati membri, u persuni oħra speċifikati fi trattati internazzjonali li għalihom il-Litwanja hija firmatarja huma eliġibbli għall-għajnuna legali primarja irrispettivament mid-dħul tagħhom.
Iċ-ċittadini kollha tar-Repubblika tal-Litwanja, ċ-ċittadini ta’ stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea u persuni naturali oħra li joqgħodu legalment fir-Repubblika tal-Litwanja jew stati membri oħra jistgħu japplikaw għall-għajnuna legali sekondarja. Biex wieħed jirċievi l-għajnuna legali sekondarja, il-proprjetà u d-dħul annwali tal-persuna ma jridx jaqbeż il-livelli ta’ proprjetà u ta’ dħul stabbiliti mill-gvern fil-Liġi li tirregola l-għajnuna legali garantita mill-istat.
Għalhekk sistema ta’ limitu komuni hija użata meta tiġi eżaminata l-indiġenza (ammont massimu li taħtu applikant jitqies li huwa fil-bżonn).
Intitolament għall-għajnuna legali
Il-gvern stabbilixxa żewġ livelli ta’ proprjetà u dħul li japplikaw. Il-proprjetà u d-dħul tal-applikanti m’għandhomx jaqbżu l-ewwel jew it-tieni livell definiti mil-liġi. Barraminhekk, id-dħul nett annwali tal-applikanti (matul l-aħħar tnax-il xahar) m’għandux jaqbeż l-ewwel jew it-tieni livelli ta’ dħul definiti fil-liġi Litwana.
L-indiġenza m’hijiex l-uniku kriterju użat biex tiġi determinata l-abbiltà ta’ persuna li tirċievi l-għajnuna legali sekondarja.
L-ewwel livell ta’ intitolament għall-għajnuna legali huwa stabbilit meta d-dħul ta’ persuna kull sena ma jaqbiżx Litas 8,000 (€2,318.8) flimkien ma’ Litas 3,000 (€869.6) għall kull persuna dipendenti. It-tieni livell ta’ intitolament għall-għajnuna legali huwa stabbilit meta d-dħul ta’ persuna kull sena ma jaqbiżx Litas 12,000 (€3,478.2) flimkien ma’ Litas 4,400 (€1,275.3) għal kull persuna dipendenti. L-obbligazzjonijiet tal-applikant lejn il-persuni dipendenti tiegħu jew tagħha mhumiex meqjusa għall-iskop tal-eżaminazzjoni tal-indiġenza.
L-ammont ta’ għajnuna legali sekondarja, wara li jitqiesu l-proprjetà u d-dħul ta’ persuna, ikun garantit u kopert mill-istat kif ġej:
L-istat għandu jiggarantixxi u jkopri 100 fil-mija tal-ispejjeż tal-għajnuna legali sekondarja pprovduta lil nies speċifikati f’artikolu 12 ta’ din il-liġi (ara aktar ‘l isfel). Din titħallas mingħajr ma jitqiesu l-proprjetà u d-dħul tal-persuna. L-eċċezzjoni hija nies (imsemmija f’subparagrafu 6 ta' artikolu 12 tal-liġi) li jistgħu liberament jiddisponu mill-proprjetà u d-dħul. Dawn huma assenjati lit-tieni livell. Hawnhekk, l-istat jiggarantixxi u jkopri 50 fil-mija tal-ispejjeż tal-għajnuna legali sekondarja.
Xi gruppi ta’ persuni huma eliġibbli għall-għajnuna legali sekondarja irrispettivament mill-livelli ta’ proprjetà u ta’ dħul stabbiliti mill-gvern (taħt artikolu 12 tal-liġi dwar l-għajnuna legali garantita mill-istat):
Il-qorti trid tħallas lill-esperti għat-telf ta’ dħul – fuq ix-xogħol jew mill-okkupazzjoni abitwali tagħhom – għal kull ġurnata li jkunu meħtieġa li jqattgħu ‘l qorti. Huma jiġu mħallsa tat-twettiq ta’ eżaminazzjoni rilevanti, u rrimborżati għal kwalunkwe spejjeż relatati ma’ li jidhru l-qorti, transport u akkomodazzjoni, flimkien ma’ allowance għall-għajxien ta’ kuljum. Parti li tissottometti petizzjoni biex jiġu msejħa esperti trid tħallas garanzija għal ammont stabbilit mill-qorti minn qabel. Jekk iż-żewġ partijiet jissottomettu petizzjonijiet għal espert(i), huma jħallsu l-garanzija f’partijiet indaqs. Il-garanzija titħallas fil-kont speċjali tal-qorti.
Jekk, f’każijiet ipprovduti fil-kodiċi ċivili Litwan (Lietuvos Respublikos civilinis kodeksas) jew f’liġijiet oħra, il-qorti ssejjaħ xhieda (liudytojai) jew esperti (ekspertai) fuq inizjattiva tagħha stess , l-ispejjeż għandhom jiġu mħallsa mill-baġit tal-istat. Dan jista’ jinvolvi l-ordni ta’ eżaminazzjoni jew it-twettiq ta’ spezzjoni tax-xena ta’ avveniment.
Meta jkun qiegħed jiġi stabbilit id-daqs tal-garanzija, l-ammont ta’ spejjeż futuri għandu jiġi kkunsidrat. Il-qorti tħallas l-ammonti lill-esperti meta jkunu wettqu d-dmirijiet tagħhom. Il-qorti għandha ukoll tħallas lil istituzzjonijiet ta’ esperti għat-twettiq ta’ eżaminazzjoni skont fattura ippreżentata wara li l-eżaminazzjoni tkun twettqet. Dawn l-ammonti jitħallsu mill-kont speċjali tal-qorti, miftuħ f’bank skont il-lokalizzazzjoni tal-qorti. L-ammonti mħallsa lill-esperti jew lill-istituzzjonijiet ta’ esperti għandhom, meta ma tkun inġabret l-ebda garanzija, ikunu mħallsa mill-kont speċjali tal-qorti u mħallsa mill-parti li s-sentenza tkun ġiet deċiża kontriha, jew mill-partijiet proporzjonalment għad-daqs tat-talbiet sodisfatti jew rifjutati. Il-Ministeru tal-Ġustizzja jistabbilixxi d-daqsijiet massimi ta’ dawn l-ispejjeż.
Il-qorti tirrimborża t-tradutturi għat-telf ta’ dħul – li jirriżulta mill-assenza tagħhom mix-xogħol jew mill-okkupazzjoni abitwali tagħhom – għal kull ġurnata li jkunu meħtieġa li jqattgħu ‘l qorti. It-tradutturi għandhom jitħallsu għax-xogħol ta’ traduzzjoni tagħhom, u rrimborżati għal kwalunkwe spejjeż li jkollhom sabiex jidhru l-qorti, transport, akkomodazzjoni u allowance għall-għajxien ta’ kuljum. Parti li tissottometti dokumenti l-qorti u tkun teħtieġ li jiġi tradotti f’lingwa barranija għandha tħallas minn qabel garanzija tal-ammont stabbilit mill-qorti.
Il-qorti għandha tħallas lit-tradutturi mill-fondi tal-baġit tal-istat allokati għal dan, barra ammonti mħallsa lit-tradutturi għal traduzzjoni f’lingwa barranija ta’ dokumenti tal-qorti sottomessi mill-partijiet. L-ispiża ta’ servizzi ta’ interpretazzjoni/traduzzjoni matul is-seduta tal-qorti għandhom ikunu koperti mill-baġit tal-istat. Il-Ministeru tal-Ġustizzja stabbilixxa l-ammont massimu ta’ din l-ispiża.
Ir-rapport tal-Litwanja dwar l-Istudju dwar it-Trasparenza tal-ispejjeż (950 Kb)
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.