Din il-paġna tagħtik informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-ġustizzja fil-Latvja.
Sib informazzjoni għal kull reġjun
It-tariffi għas-servizzi tal-bailiffs ċertifikati (zvērināti tiesu izpildītāji) jiġu stabbiliti skont ir- rati statutorji. Mhux permess li jintlaħaq ftehim dwar ħlas ta’ tariffi differenti mir-rata statutorja.
Id-drittijiet għas-servizzi pprovduti minn avukati ċertifikati (zvērināti advokāti) fil-Latvja mhumiex fissi, ħlief f'każijiet meta l-istat jagħti l-għajnuna legali; l-avukat ċertifikat jiftiehem mal-klijent dwar id-drittijiet li għandhom jitħallsu.
Skont l-Artikolu 57 tal- Att dwar l-Avukati (Advokatūras likums), l-avukati ċertifikati jridu jikkonkludu ftehim bil-miktub mal-klijent li jgħid li l-avukat se jidher għall-klijent fil-kawża u jistabbilixxi d-drittijiet dovuti.
F'każ ta' nuqqas ta' qbil fejn ma jkunx hemm ftehim miktub, l-ammont li jrid jitħallas fi drittijiet tal-avukati jista' jkun id-doppju tal-ammont stabbilit fil-leġiżlazzjoni dwar il-ħlas tal-għajnuna mill-Istat, u spejjeż oħra jistgħu jiġu determinati skont il-limiti imposti f'dik il-leġiżlazzjoni.
L-Artikolu 12 tal-Att dwar l-Avukati jistipula li f’każijiet stipulati mil-liġi, l-istat ikopri d-drittijiet li jitħallsu lill-avukati u spejjeż oħrajn relatati. Il-leġiżlazzjoni dwar l-għajnuna legali (l- Att dwar l-Għajnuna mill-Istat (Valsts nodrošinātās juridiskās palidzības likums) u l- Att dwar il-Proċedura Kriminali) (Kriminālprocesa likums)) jistabbilixxi ċ-ċirkostanzi li fihom tista' tingħata l-għajnuna legali, fil-kawżi ċivili, amministrattivi u kriminali l-għajnuna mogħtija titħallas mill-Istat.
L-ispejjeż u n-nefqa għall-għajnuna legali jiġu koperti mill-Istat skont ir-Regolament tal-Kabinett Nru 1493 tat-22 ta' Diċembru 2009 li jistipula l-kamp ta' applikazzjoni tal-għajnuna legali mill-istat, l-ammont li jitħallas, l-ispejjeż relatati u l-proċedura tal-ħlas. Ir-regolament jistipula rati fissi għad-drittijiet li jitħallsu (ammont fiss jew rata fis-siegħa) mill-istat lil min jipprovdi l-għajnuna legali f’konformità mal-proċedura stabbilita. Ara wkoll it-tweġibiet għall-mistoqsijiet ta' hawn taħt.
Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti ċivili
L-ispejjeż fissi għall-partijiet jinkludu t-tariffi tal-Istat, tariffa tal-kanċellerija u l-ispejjeż assoċjati mal-eżaminazzjoni tal-każ.
L-istadju fil-proċedimenti ċivili fejn għandhom jitħallsu l-ispejjeż fissi
Ir-rikors irid jiġi akkumpanjat minn dokumenti li jiċċertifikaw li tħallsu t-tariffi tal-Istat u spejjeż oħra tal-qorti skont il-proċedura stabbilita mil-liġi.
It-tariffa għax-xogħol tal-qorti (it-tariffa tal-Istat) u t-tariffa tal-kanċellerija jridu jitħallsu lit-Teżor tal-Istat kif ġej:
It-tariffi pagabbi għall-eżami tal-każ iridu jitħallsu qabel ma jibda jiġi trattat il-każ.
L-ammonti pagabbli lix-xhieda u lill-esperti (biex iwettqu spezzjonijiet jew jeżaminaw lix-xhieda fil-post) u l-ispejjeż tan-notifiki, il-pubblikazzjoni tal-avviżi fil-gazzetti u l-garanziji għat-talbiet jridu jitħallsu mill-parti li titlob għalihom qabel ma jibda l-każ.
Il-parti li titlob għal dawn il-miżuri trid tħallas l-ispejjeż li ġejjin qabel ma jibda l-każ:
Il-pagamenti marbuta mad-deċiżjoni tal-każ f'qorti distrettwali jew tal-belt (rajona (pilsētas) tiesa) jew qorti reġjonali (apgabaltiesa) jridu jitħallsu fil-kont tal-Uffiċċju tal-Qrati:
Spejjeż fissi għall-partijiet fil-proċedimenti kriminali
Il-konvenuti fil-proċedimenti kriminali ma jħallsux tariffi tal-qorti. Fl- Att dwar il-Proċedura Kriminali (Kriminālprocesa likums) mhemmx tariffi għall-proċedimenti kriminali. Il-Paragrafu 8 tad-dispożizzjonijiet tranżitorji tal-att jistipula li t-talbiet ċivili li jitressqu fi proċeduri kriminali qabel ma l-liġi tkun daħlet fis-seħħ, jiġu trattati bħala talbiet għal danni. Meta r-rikorrent ċivili ma jkunx il-vittma, jew il-konvenut ċivili ma jkunx l-akkużat, it-talba ċivili issa għandha tiġi trattata skont il-Liġi tal-Proċedura Ċivili (Civilprocesa likums). Xahar wara d-dħul fis-seħħ tal-Att, l-uffiċjal li jkun beda l-proċedimenti (procesa virzītājs) għandu jinforma lill-partijiet skont il-każ.
Stadju tal-proċediment kriminali fejn għandhom jitħallsu l-ispejjeż fissi
Ara t-tweġiba mogħtija aktar 'il fuq għall-mistoqsija dwar l-ispejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kriminali.
Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kostituzzjonali
Ma hemmx tariffi tal-qorti fl-ebda stadju tal-proċedimenti kostituzzjonali.
Stadju tal-proċediment kostituzzjonali fejn għandhom jitħallsu l-ispejjeż fissi
Ma hemmx tariffi tal-qorti fl-ebda stadju tal-proċedimenti kostituzzjonali.
Skont il-Paragrafu 2.2 tal- Kodiċi ta' Etika tal-Avukati Ċertifikati Latvjani (Latvijas Zvērinātu advokātu Ētikas kodekss), l-avukati għandhom jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar il-każ ta’ klijent b’mod professjonali u bil-miftuħ u għandhom jipprovdu l-għajnuna legali rilevanti. Barra minn hekk, il-Paragrafu 3.1 tal-Kodiċi jistipula li l-avukati ma għandhomx jaħdmu f'każijiet li jinvolvu kwistjonijiet li ma jkunux kompetenti dwarhom jew li fir-rigward tagħhom ma jkunux kapaċi jaqdu dmirijiethom kif xieraq. Għaldaqstant, qabel jaċċetta każ, avukat għandu jiffamiljarizza ruħu maċ-ċirkostanzi tal-każ ikkonċernat u jipprovdi opinjoni. L-Att dwar l-Avukati jimponi wkoll dmirijiet fuq l-avukati ċertifikati: pereżempju, iridu jużaw kull mezz u metodu previsti bil-liġi meta jiddefendu u jirrappreżentaw id-drittijiet u l-interessi leġittimi tal-persuna li tkun talbet l-għajnuna legali.
L-informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż tinsab fil-liġijiet u r-regolamenti tal-Kabinett fuq l-internet u fil-fuljetti ta' tagħrif tal-qrati.
L-informazzjoni dwar is-sors tal-ispejjeż li jridu jitħallsu meta jsir ir-rikors (mingħajr indikazzjoni ta' ammonti speċifiċi) tinsab fil-lingwi kollha tal-UE fuq is-sit elettroniku tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fl-oqsma ċivili u kummerċjali (ara t-taqsima "Kif tressaq każ il-qorti").
Tista' ssib informazzjoni dwar il-medjazzjoni fuq is-sit elettroniku Mediācija.lv.
Informazzjoni dwar l-ispejjeż tinsab fuq il-Portal tal-Qrati tal-Latvja.
Hemm ukoll is-sit elettroniku uffiċċjali tal- Ministeru tal-Ġustizzja. Is-sit jipprovdi aċċess għal informazzjoni dwar il-qrati, il-proċedimenti tal-qrati, is-sentenzi tal-qrati amministrattivi u oħrajn, u tagħrif mixxellanju ieħor.
Din l-informazzjoni tinsab fir-rapporti statistiċi fuq il-ħidma tal-qrati li jinsabu fuq is-sit elettroniku tas-Sistema ta' Informazzjoni tal-Qrati (Tiesu informācijas sistēma).
Ma hemmx dejta dwar l-ispiża medja totali ta' proċediment partikolari.
It-tariffi tal-gvern u tal-qorti huma eżenti mill-VAT.
It-tariffi tal-gvern u tal-qorti huma eżenti mill-VAT.
Skont l- Att dwar l-Għajnuna Legali (Valsts nodrošinātās juridiskās palidzības likums) l-Istat jagħti għajnuna legali lil persuni li:
F’każijiet fejn minħabba s-sitwazzjoni partikolari, iċ-ċirkostanzi materjali jew il-livell tad-dħul, il-persuni ma jkunux jistgħu jipprovdu għad-difiża legali tagħhom, l-għajnuna legali tingħata wkoll lil persuni li:
L-għajnuna legali tingħata wkoll għal kawżi amministrattivi (appelli kontra deċiżjonijiet fuq l-ażil, deċiżjonijiet dwar ordnijiet ta' ripatrijazzjoni u deċiżjonijiet dwar ir-rieżami ta' ordnijiet ta' tkeċċija obbligatorja).
L-applikazzjonijiet għall-għajnuna legali jiġu evalwati mill- Uffiċċju għall-Għajnuna Legali (Juridiskās palīdzības administrācija), li jagħti deċiżjonijiet fejn jilqa' jew jiċħad l-għajnuna legali u javża lill-applikant skont il-każ.
Skont l-Artikoli 17 u 19 tal-Att dwar l-Għajnuna Legali, il-persuni li għandhom id-dritt għal avukat fi proċeduri kriminali jistgħu japplikaw għall-għajnuna legali qabel tidħol fis-seħħ is-sentenza finali tal-qorti. Fil-proċeduri kriminali, l-għajnuna legali mill-Istat tipprovdi għal konsultazzjoni, assistenza fit-tħejjija tad-dokumenti proċedurali u rappreżentazzjoni fil-proċeduri ta' qabel il-proċess u matul il-proċess. F'ċerti ċirkostanzi pprovduti fl-Att dwar il-Proċedura Kriminali l-Istat jaħtar avukat biex jidher f'isem l-akkużat.
Skont l-Artikolu 20 tal- Att dwar il-Proċedura Kriminali, persuni suspettati jew akkużati b'reat għandhom id-dritt li jiddefendu lilhom infushom, jiġifieri d-dritt li jkunu jafu b'liema reat huma suspettati jew akkużat bih, u d-dritt li jagħżlu kif għandha titmexxa d-difiża tagħhom. Dawn il-persuni jistgħu jeżerċitaw dan id-dritt billi jidhru f'isimhom jew billi jaħtru persuna tal-għażla tagħhom biex tidher f'isimhom. Il-persuna li tidher f'isimhom tista' tkun avukat bil-warrant. Il-liġi tispeċifika ċerti okkażjonijiet fejn ir-rappreżentazzjoni minn avukat bil-warrant hija obbligatorja. Jekk l-akkużat ma jkollux biżżejjed mezzi biex iqabbad avukat, u ma jilħaqx ftehim ma' avukat li huwa lest jidher għalih fil-proċess, l-Istat jassigura li jkollhom avukat, billi jordna l-ħlas tal-ispejjeż tad-difiża mill-fondi tal-Istat u jiddeċiedi liema parti, jekk ikun il-każ, minn dik is-somma trid titħallas mill-akkużat.
Skont l-Artikolu 80 tal- Att dwar il-Proċedura Kriminali, l-akkużat innifsu jew persuna oħra f'ismu tista' jiftiehem ma' avukat. L-uffiċjali li beda l-proċedimenti (procesa virzītājs) ma jistax jidħol f'xi ftehim jew iqabbad avukat partikolari, iżda jrid jinforma lill-akkużat u jagħtih iċ-ċans iqabbad avukat huwa stess. Jekk l-akkużat ma jidħolx fi ftehim f'każ fejn il-preżenza ta' avukat hija obbligatorja, jew f'każijiet oħra fejn l-akkużat jixtieq ikollu avukat, l-uffiċjal jitlob lill-avukat anzjan biex jipprovdi avukat għall-akkużat. Fi żmien tlett ijiem minn meta jirċievi t-talba mingħand l-uffiċjal, l-avukat anzjan irid jinfurmah bl-isem tal-avukat li se jkun qed jassisti lill-akkużat.
L-Artikolu 81 tal- Att dwar il-Proċedura Kriminali, li jirregola l-passi proċedurali speċjali, ikompli jgħid li jekk ma jkunx hemm ftehim dwar id-difiża, jew jekk l-avukat imqabbad ma jkunx jista' jattendi għad-diversi stadji tal-proċedura, il-prosekutur irid iqabbad avukat għall-akkużat f'kull stadju separat tal-proċedura (f'kull investigazzjoni li fihom huwa involut l-akkużat) mir-roster ta' avukati mħejjija mill-avukat anzjan għal qasam ta' ġurisdizzjoni tal-qorti.
Barra minn hekk, skont l-Artikolu 84(2) tal- Att dwar il-Proċedura Kriminali, meta persuna ma tkunx laħqet ftehim dwar id-difiża tagħha, l-ammont u l-proċedura tal-ħlas ta' drittijiet u spejjeż għas-servizzi tal-avukat tal-għajnuna legali jiġu ddeterminati mill-Kabinett (ara r- Regolament tal-Kabinett Nru 1493 tat-22 ta' Diċembru 2009 li jistipula l-kamp ta' applikazzjoni tal-għajnuna legali, l-ammont li jitħallas, l-ispejjeż relatati u l-proċedura tal-ħlas).
Fil-proċeduri kriminali, il-vittmi jistgħu jirċievu għajnuna legali, pereżempju avukat biex jidher f'isimhom, li jiġu maħtur skont il-proċedura stabbilita fl-Att dwar il-Proċedura Kriminali u fil-każijiet indikati hemmhekk.
Barra minn hekk, l-Artikolu 104(5) tal-Att tal-Proċedura Kriminali jistipula li l-prosekutur jista’ jiddeċiedi li jaħtar avukat biex jirrappreżenta persuna minorenni fil-każijiet li ġejjin:
F'ċirkostanzi eċċezzjonali, jekk fi proċedimenti kriminali mhux possibbli xorta oħra li jiġu mħarsa d-drittijiet u l-interessi ta' vittma f'qagħda finanzjarja ħażina, il-prosekutur jista' jiddeċiedi li jqabbad avukat għal dik il-persuna. F'każijiet bħal dawn l-ammont u l-proċedura tal-ħlas għas-servizzi ta’ avukat huma stipulati mill-Kabinett tal-Ministri (ara r-Regolament tal-Kabinett Nru 1493 tat-22 ta' Diċembru 2009 li jistipula l-kamp ta' applikazzjoni tal-għajnuna legali, l-ammont li jitħallas, l-ispejjeż relatati u l-proċedura tal-ħlas).
F'dawn iċ-ċirkostanzi, l-Istat jagħti l-għajnuna legali lill-persuna rikonoxxuta bħala vittma (għajnuna bit-tfassil tad-dokumenti għall-qorti u r-rappreżentazzjoni fil-proċedimenti ta' qabel u waqt il-proċess).
Ara l-informazzjoni mogħtija hawn fuq dwar il-livell limitu ta' dħul għall-vittmi fil-qasam tal-ġustizzja kriminali.
Ara l-informazzjoni mogħtija hawn fuq dwar il-livell limitu ta' dħul għall-akkużati fil-qasam tal-ġustizzja kriminali.
Dawn li ġejjin huma eżenti mill-ħlas tat-tariffi tal-qorti lill-Istat:
Il-partijiet jistgħu jiġu eżenti wkoll mill-ħlas tal-ispejjeż tal-qorti lill-Istat f'każijiet oħra previsti mil-liġi. Wara li jqis il-qagħda finanzjarja ta' persuna fiżika, qorti jew imħallef tista' teżentaha totalment jew parzjalment mill-ħlas tal-ispejjeż tal-qorti li jmur lil-Istat, jipposponi l-ħlas tagħhom jew jordna l-ħlas bin-nifs.
Il-parti rebbieħa ta' kawża tista' tirkupra mill-parti l-oħra l-ispejjeż tal-qorti kollha li tkun ħarġet. Jekk it-talba tagħha tkun ġiet milqugħa biss parzjalment, l-ispejjeż jiġu rkuprati proporzjonalment sa fejn ġiet milqugħa t-talba mill-qorti. Il-konvenut jingħata rimborż proporzjonalment skont il-parti tat-talba miċħuda fil-kawża. Meta s-sentenza tkun ingħatat b'kontumaċja, it-tariffi tal-Istat għal rikors għall-ftuħ mill-ġdid ta' proċedimenti tal-qorti u sentenza ġdida tal-kawża ma jingħatawx lura.
Jekk ir-rikors tar-rikorrent jiġi milqugħ kollu jew parzjalment, il-konvenut jintalab iħallas, sa fejn previst mil-liġi, l-ispejjeż li ġġarrab ir-rikorrent biex ippreżenta l-kawża l-qorti, pereżempju d-drittijiet tal-avukati, l-ispejjeż marbuta mad-dehriet il-qorti, jew l-ispejjeż marbuta mal-kumpilazzjoni tal-provi. Jekk ir-rikors jiġi miċħud, il-qorti tordna lir-rikorrent biex iħallas l-ispejjeż tal-konvenut biex iddefenda l-kawża.
It-tariffi tal-esperti jridu jitħallsu, qabel tingħata s-sentenza, mill-parti li tkun talbet għas-servizzi tal-espert. Parti fil-kawża eżenti mill-ispejjeż tal-qorti ma tridx tħallas l-ispejjeż tal-espert. F'dan il-każ, it-tariffi għas-servizzi tal-esperti (iżda mhux għall-esperti fix-xjenza forensika tal-Istat) jitħallsu mir-Reġistru tal-Qorti.
Meta l-partijiet f'kawża ma jkollhomx għarfien tal-lingwa tal-proċedimenti - sakemm ma jkunux jirrappreżentaw persuni ġuridiċi - il-qorti trid tiżgura li jkunu familjari mad-dokumenti tal-kawża u jieħdu sehem fil-proċedimenti bl-għajnuna ta' interpretu.
Annessi relatatiIr-Rapport tal-Latvja dwar l-Istudju dwar it-Trasparenza tal-Ispejjeż (742 Kb)
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.