Spejjeż

Irlanda

Din il-paġna tagħtik informazzjoni dwar l-ispejjeż ġudizzjarji fl-Irlanda.

Il-kontenut ipprovdut minn
Irlanda

Qafas regolatorju li jirregola d-drittijiet tal-professjonijiet legali

Avukati fil-Qrati Inferjuri

Il-bażi li fuqhom jitħallsu d-drittijiet lill-avukati fil-qrati inferjuri jistgħu jiġu kategorizzati f’termini ta’ proċedimenti kontenjużi (jiġifieri parir u rapprezentazzjoni fir-rigward ta’ litigazzjoni quddiem qorti, tribunal jew arbitru) u proċedimenti mhux kontenjużi. Fir-rigward ta’ proċedimenti kontenjużi, l-ispejjeż jistgħu jerġgħu jiġu kkategorizzati fi spejjeż ta’ avukati fil-qrati inferjuri u tal-klijent (jiġifieri l-ispejjeż li jridu jitħallsu mill-parti lill-avukati fil-qrati inferjuri tiegħu jew tagħha) u spejjeż ta’ parti u parti (jiġifieri spejjeż mogħtija lill-parti fil-proċeduri kontra parti oħra f’dawk il-proċeduri).

Proċedimenti kontenjużi

Leġiżlazzjoni prinċipali primarja*

  • L-Att tal-1849 dwar l-Avukati u l-Avukati fil-qrati inferjuri;
  • L-Att tal-1870 dwar l-Avukati u l-Avukati fil-qrati inferjuri;
  • L-artikolu 68 tal-Att tal-1994 li jemenda l-Att dwar Avukati fil-qrati inferjuri;
  • L-artikolu 94 tal-Att tal-1924 dwar il-Qrati tal-Ġustizzja;
  • L-artikolu 78 tal-Att tal-1936 dwar il-Qrati tal-Ġustizzja;
  • Il-Paragrafu 8 tat-Tmien Skeda tal-Att tal-1961 dwar id-Dispożizzjonijiet Supplimentari tal-Qrati;
  • L-artikolu 17 tal-Att tal-1981 dwar il-Qrati;
  • L-artikolu 14 tal-Att tal-1991 dwar il-Qrati;
  • L-artikolu 68 tal-Att tal-1994 li jemenda l-Att dwar l-Avukati fil-qrati inferjuri;
  • L-artikoli 27 u 46 tal-Att tal-1995 dwar il-Qrati u l-Uffiċjali tal-Qorti.

Leġiżlazzjoni prinċipali sekondarja*

  • Regoli 4, 6 u 14(3) tal-Ordni 22; regola 1A tal-Ordni 27, Ordni 99 u Appendiċi W tar-Regoli tal-Qrati Superjuri;
  • Regoli 14, 15 u 21 tal-Ordni 15 u Ordni 66 tar-Regoli tas-Circuit Court;
  • Ordnijiet 51 u 52 u Skeda E tar-Regoli tal-Qorti Distrettwali;

Ġurisprudenza

  • Deċiżjonijiet tal-qrati li jinterpretaw il-leġiżlazzjoni konċernata

Proċedimenti mhux kontenjużi

Leġiżlazzjoni prinċipali primarja*

Att tal-1881 dwar ir-Remunerazzjoni tal-Avukati fil-qrati inferjuri.

Leġiżlazzjoni prinċipali sekondarja*:

  • Ordni Ġenerali tal-1884 dwar ir-Remunerazzjoni tal- Avukati fil-qrati inferjuri;
  • Ordni Ġenerali tal-1960 dwar ir-Remunerazzjoni tal- Avukati fil-qrati inferjuri;
  • Ordni Ġenerali tal-1964 dwar ir-Remunerazzjoni tal- Avukati fil-qrati inferjuri;
  • Ordni Ġenerali tal-1970 dwar ir-Remunerazzjoni tal- Avukati fil-qrati inferjuri;
  • Ordni Ġenerali tal-1972 dwar ir-Remunerazzjoni tal- Avukati fil-qrati inferjuri;
  • Ordni Ġenerali tal-1978 dwar ir-Remunerazzjoni tal- Avukati fil-qrati inferjuri;
  • Ordni Ġenerali tal-1982 dwar ir-Remunerazzjoni tal- Avukati fil-qrati inferjuri;
  • Ordni Ġenerali tal-1984 dwar ir-Remunerazzjoni tal- Avukati fil-qrati inferjuri;
  • Ordni Ġenerali tal-1986 dwar ir-Remunerazzjoni tal- Avukati fil-qrati inferjuri;
  • Regoli 210 u 239, Regoli tal-1972 dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Artijiet.

Ġurisprudenza

  • Deċiżjonijiet tal-qrati li jinterpretaw il-leġiżlazzjoni konċernata

* Referenzi għal-leġiżlazzjoni huma għall-Att, Ordni jew Regoli konċernati kif emendati. Wieħed jista’ jara l-leġiżlazzjoni ta’ wara l-1922 fuq l-Istatuti Irlandiżi Elettroniċi onlajn u mis-sit elettroniku ta’ Houses of the Oireachtas.

Avukati

“Avukati” tiddeskrivi kollettivament iż-żewġ kategoriji ta’ avukat fis-sistema legali Irlandiża, jiġifieri avukati fil-qrati inferjuri u avukati fil-qrati superjuri.

Avukati fil-Qrati Superjuri

Id-drittijiet tal-avukati fil-qrati superjuri huma meqjusa bħala spejjeż magħmula mill-avukati fil-qrati inferjuri li dwarhom tinħariġlu fattura, u b’hekk huma meqjusa bħala spejjeż magħmula mill-avukati fil-qrati inferjuri u huma regolati bil-leġiżlazzjoni li tirregola d-drittijiet tal-avukati fil-qrati inferjuri u deċiżjonijiet tal-qrati li jirrigwardaw il-konċessjonijiet li għandhom isiru għad-drittijiet tal-konsulenti legali: ara, b’mod partikolari l-Artikolu 27 tal-Att tal-1995 dwar l-Qrati u l-Uffiċjali tal-Qorti u Kelly v. Breen [1978] I.L.R.M. 63; Stat (Gallagher Shatter u Co.) v. de Valera [1991] 2 I.R. 198; f’Superquinn v. Bray U.D.C. (Nru. 2) [2001] 1 I.R. 459

Bailiffs

Id-drittijiet tax-sheriff, messaġġier tal-qorti u bailiffs għall-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet ta’ eżekuzzjoni tal-qorti huma regolati bl-Ordni tal-2005 dwar l-Ispejjeż u d-Drittijiet tax-Sheriff u jipprovdu wkoll għal drittijiet li għandhom jitħallsu fuq il-preżentata tal-mandat ta' eżekuzzjoni u tat-taxxa, spejjeż tal-ivvjaġġar, tneħħija u ħażna/ żamma fiż-żgur ta’ oġġetti jew bhejjem maqbuda.

Avukati

M’hemmx kategorija separata ta’ konsulent legali magħrufa bħala “avukat” fis-sistema legali Irlandiża.

Spejjeż fissi

Spejjeż fissi fil-proċedimenti ċivili

Spejjeż fissi għall-partijiet fil-proċedimenti ċivili

Bl-eċċezzjoni tal-punti stabbiliti fir-regoli 1A(3) u 9 tal-Ordni 27 (spejjeż li jridu jitħallsu minn parti li tippreżenta sottomissjoni wara li l-parti l-oħra tkun ressqet rikors biex tingħata sentenza f’każ li ma tiġix ippreżentata dik is-sottomissjoni) u Appendiċi W tar-Regoli tal-Qrati Superjuri u Skeda E tar-Regoli tal-Qorti Distrettwali, punti tal-ispejjeż huma ġeneralment diskrezzjonali.

L-ispejjeż li jridu jitħallsu jinkludu wkoll ħlasijiet bħal drittijiet tal-qorti, li huma ffissati bl-ordnijiet tad-Drittijiet tal-Qorti Suprema u tal-High Court, tas-Circuit Court u tal-Qorti Distrettwali, rispettivament.

Jekk jogħġbok għal aktar informazzjoni fittex fuq rati tad-drittijiet tal-qorti.

L-istadju tal-proċeduri ċivili meta jridu jitħallsu l-ispejjeż fissi

Fil-każ tar-regoli 1A(3) u 9 tal-Ordni 27 (spejjeż li jridu jitħallsu minn parti li tippreżenta sottomissjoni wara li l-parti l-oħra tkun ressqet rikors biex tingħata sentenza f’każ li ma tiġix ippreżentata dik is-sottomissjoni), l-ispejjeż iridu jitħallsu malli jinċaħad r-rikors biex tingħata sentenza f’każ li ma tiġix ippreżentata s-sottomissjoni konċernata.

Il-punti tal-ispejjeż imniżżla f’Appendiċi W tar-Regoli tal-Qrati Superjuri, huma rkuprabbli:

  • mill-avukati fil-qrati inferjuri mingħand il-klijent malli jirċievi t-taxxa tal-ispejjeż xahar wara li jirċievi l-kont jekk il-klijent ma jkunx sa dak iż-żmien talab l-intaxxar (stima) tal-ispejjeż (l-artikolu 2 tal-Att tal-1849 dwar l-Avukati u Avukati fil-qrati inferjuri). Iżda, l-klijent għandu fi kwalunkwe każ perjodu ta’ tnax-il xahar minn meta jirċievi l-kont biex jitlob u jikseb l-intaxxar. Kif jiskadu t-tnax–il xahar jew wara li jsir il-ħlas tal-kont, il-Qorti tista’, jekk iċ-ċirkustanzi speċjali tal-każ juru li jkun meħtieġ, tirreferi l-kont għall-intaxxar, sakemm ir-rikors ikun sar lill-Qorti fi żmien tnax–il xahar kalendarju wara l-ħlas;
  • meta parti trid tħallas l-ispejjeż tal-parti l-oħra, kif jinħareġ ċertifikat ta’ intaxxar tal-ispejjeż jew skont kwalunkwe ftehim li jkun intlaħaq bejn il-partijiet dwar il-ħlas.

Il-punti tal-ispejjeż mniżżla fl-Iskeda E tar-Regoli tal-Qorti Distrettwali, għandhom jitħallsu:

  • meta tingħata sentenza fil-kontumaċja, mill-parti kontumaċi malli tingħata s-sentenza fil-kontumaċja.
  • f’każ ta’ spejjeż oħra, mill-parti li tkun ordnata mill-qorti biex tħallas l-ispejjeż, malli jinħareġ digriet dwar dawk l-ispejjeż mill-qorti.

Spejjeż fissi fil-proċedimenti kriminali

Spejjeż fissi għall-partijiet fil-proċedimenti kriminali

M’hemm l-ebda spejjeż fissi fil-proċedimenti kriminali. M’huma imposti l-ebda drittijiet tal-qorti fil-proċedimenti kriminali.

(Il-Qorti Distrettwali, fi proċedimenti kriminali sommarji, tista’ tordna li l-ispejjeż jitħallsu minn parti ħlief jekk ikun id-Direttur tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi jew uffiċjal prosekutur tal-pulizija. Is-Circuit Court u l-Qorti Kriminali Ċentrali (il-qrati li għandhom ġurisdizzjoni li jisimgħu kawżi li jibdew b’att tal-akkuża) għandhom diskrezzjoni li jiddeċiedu fuq l-ispejjeż:

  • f’każ ta’ liberazzjoni (liema deċiżjoni tista’ tiġi appellata quddiem il-Qorti tal-Appell kriminali);
  • meta l-att tal-akkuża jkun fih materjal li ma jkunx meħtieġ, jew ikun twil iż-żejjed, jew inkella materjalment difettuż,
  • meta s-smigħ jiġi differit minħabba emenda fl-att tal-akkuża; jew
  • meta jiġi ordnat smigħ separat fuq kap fl-att tal-akkuża).

Spejjeż fissi fil-proċedimenti kostituzzjonali

Spejjeż fissi għall- partijiet fil-proċedimenti kostituzzjonali

Il-ġurisdizzjoni fil-proċeduri kostituzzjonali hija ristretta għall-Qorti Suprema u l-High Court. L-ebda spejjeż jew reġim ta’ drittijiet speċjali ma japplikaw għal dawn il-proċeduri. L-ispejjeż fissi permissibbli għal dawn il-proċedimenti huma dawk provduti f’Appendiċi W tar-Regoli tal-Qrati Superjuri. Id-drittijiet tal-Qorti li jridu jitħallsu huma dawk iffissati fl-Ordni tad-drittijiet tal-Qorti Suprema u tal-High Court.

Jekk jogħġbok għal aktar informazzjoni fittex fuq ir-rati ta' drittijiet tal-qorti.

L-istadju fil-proċedimenti kostituzzjonali meta jridu jitħallsu l-ispejjeż fissi

Id-drittijiet tal-Qorti ġeneralment iridi jitħallsu kif jiġi preżentat id-dokument ikkonċernat.

Informazzjoni li trid tingħata minn qabel mir-rappreżentanti legali

Drittijiet u obbligi tal-partijiet

L-artikolu 68 tal-Att tal-1994 li jemenda l-Att dwar l-Avukati fil-qrati inferjuri jipprovdi:

  1. “68.—(1) Kif klijent jagħti l-istruzzjonijiet biex jingħata servizzi legali, jew wara iżda malajr kemm jista’ jkun, avukati fil-qrati inferjuri għandu jipprovdi lill-klijent bil-miktub id-dettalji dwar:
    1. il-ħlasijiet attwali, or
    2. meta fiċ-ċirkustanzi ma jkunx possibbli jew prattiku illi jingħataw dettalji fuq il-ħlasijiet attwali, tingħata stima (preċiża kemm jista’ jkun) tal-ħlasijiet, jew
    3. fejn l-għoti ta’ partikularitajiet tal-ħlasijiet attwali jew stima ta’ dawn il-ħlasijiet ma jkunx, fiċ-ċirkustanzi, jistgħu jsiru jew ma jkunx prattikabbli, il-bażi li fuqha l-ħlasijiet għandhom isiru, minn dak l-avukat fil-qrati inferjuri jew mid-ditta tiegħu għall-għoti ta’ servizzi legali bħal dawk u, fejn dawk is-servizzi legali jkollhom x’jaqsmu ma proċedimenti kontenzjużi, b’dettalji bil-miktub taċ-ċirkustanzi li fihom il-klijent jista’ jkun meħtieġ iħallas l-ispejjeż lill-parti jew partijiet l-oħra u ċ-ċirkustanzi, jekk ikun hemm, li fihom ir-responsabbiltà tal-klijent biex iħallas il-ħlasijiet imposti mill-avukat fil-qrati inferjuri ta’ dak il-klijent għas-servizzi ma jkunux tħallsu kollha b’dak l-ammont, jekk ikun hemm, tal-ispejjeż li ġew irkuprati fil-proċedimenti kontezjużi minn xi parti jew partijiet oħra (jew mill-assiguraturi ta’ dik il-parti jew dawk il-partijiet).
  2. Avukat fil-qrati inferjuri ma jistax jaġixxi għal klijent b’konnessjoni ma’ xi proċedimenti kontenjużi (li ma jkunux konnessi ma’ proċeduri li jkunu saru biss biex jiġi rkuprat xi dejn jew ammont likwidat) fuq il-bażi li l-ħlasijiet kollha jew parti minnhom imposti fuq il-klijent għandhom jiġu ikkalkulati bħala persentaġġ speċifiku jew proporzjon ta’ kwalunkwe danni jew flejjes oħra li jistgħu jew li jkollhom jitħallsu lill-klijent, u kwalunkwe ħlasijiet oħra li jkunu saru bi ksur ta’ dan is-subartikolu mhumiex infurzabbli fi kwalunkwe azzjoni li tkun saret kontra l-klijent biex jiġu rkuprati dawk il-ħlasijiet.
  3. Avukat fil-qrati inferjuri m’għandux inaqqas jew japproprja xi ammont, bħala pagament parzjali jew intjier tad-drittijiet dovuti lilu, mill-ammont ta’ kwalunkwe danni jew flejjes oħra li jistgħu jew li jkollhom jitħallsu lil klijent ta’ dak l-avukati fil-qrati inferjuri li jistgħu jinqalgħu minn proċedimenti kontenjużi li jkun saru f’isem dak il-klijent minn dak l-avukati fil-qrati inferjuri.
  4. Is-subartikolu (3) ta’ dan l-artikolu ma jipprekludix lill-avukat fil-qrati inferjuri milli jiftiehem ma’ klijent fi kwalunkwe żmien illi ammont akkont tad-drittijiet għandu jitħallas lilu mid-danni jew flus oħra li jistgħu ikunu jew jistgħu jiġu pagabbli lil dak il-klijent bħala riżultat ta’ proċedimenti kontenjużi li jkunu sar f’isem il-klijent minn dak l-avukat fil-qrati inferjuri jew mid-ditta tiegħu.
  5. Kull ftehim taħt is-subartikolu (4) ta’ dan l-artikolu mhux infurzabbli kontra klijent ta’ avukat fil-qrati inferjuri sakemm dak il-ftehim ma jkunx sar bil-miktub u jinkludi stima (preċiża kemm jista’ jkun) ta’ dak li l-avukat fil-qrati inferjuri raġonevolment jaħseb li jista’ jiġi rkuprat minn kwalunkwe parti jew partijiet (jew xi assiguraturi ta’ dik il-parti jew partijiet) fir-rigward tad-drittijiet ta’ dak l-avukati fil-qrati inferjuri f’każ li l-klijent jirkupra kwalunkwe danni jew flejjes minn xi proċedimenti kontenjużi.
  6. Minkejja kwalunkwe dispożizzjoni legali oħra avukat fil-qrati inferjuri irid juri f’taxxa tal-ispejjeż li tingħata lill-klijent, kemm jista’ jkun malajr wara l-konklużjoni ta’ xi proċedimenti kontenjużi li jkunu saru minnu għal dak il-klijent—
    1. sommarju tas-servizzi legali li ngħataw lill-klijent in konnessjoni ma’ dawk il-proċedimenti kontenjużi,
    2. l-ammont totali ta’ danni jew flejjes oħra rkuprati mill-klijent li jinqalghu minn dawk il-proċedimenti kontenjużi, u
    3. dettalji tal-ħlasijiet kollha jew parti minnhom li ġew rkuprati mill-avukat fil-qrati inferjuri għall-klijent minn kwalunkwe parti jew partijiet (jew assiguraturi ta’ dik il-parti jew partijiet),
    4. u dik it-taxxa tal-ispejjeż għandha turi separatament l-ammonti fir-rigward tad-drittijiet, l-infiq, ir-ammonti żborsati u spejjeż li ntnefqu jew li jirriżultaw servizzi legali li jkunu ngħataw
  7. Xejn f’dan l-artikolu m’għandu jipprekludi persuna milli teżerċita kwalunke dritt li jeżisti fil-liġi li teħtieġ avukati fil-qrati inferjuri jippreżenta taxxa ta’ l-ispejjeż biex tiġi ntaxxata, kemm jekk fuq bażi ta’ kull parti għaliha u kemm fuq bażi ta’ avukati fil-qrati inferjuri u l-klijent tiegħu stess, jew għandu jillimita id-drittijiet ta’ kwalunkwe persuna jew is-Society taħt l-artikolu 9 ta’ dan l-Att.
  8. Meta avukati fil-qrati inferjuri ikun ħareġ taxxa ta’ spejjeż lill-klijent fir-rigward tas-servizzi legali li jingħatawlu u l-klijent ma jaqbilx mal-ammont (jew parti minnu) ta’ dik it- taxxa tal-ispejjeż, l-avukat fil-qrati inferjuri għandu—
    1. jieħu l-passi meħtieġa biex jirrisolvi l-kwistjoni bi ftehim mal-klijent, u
    2. jinforma l-klijent bil-miktub dwar -

i)  id-dritt tal-klijent li jitlob lis-Avukati fil-qrati inferjuri biex jippreżenta it-taxxa tal-ispejjeż jew kwalunkwe parti minnha lill-Kap tal-Intaxxar tal-High Court biex jiġi intaxxat fuq bażi ta’ avukati fil-qrati inferjuri u klijent tiegħu, u

ii) id-dritt tal-klijent taħt l-artikolu 9 ta’ dan l-Att li jagħmel l-ilment tiegħu lis-Soċjeta’ li huwa ingħata taxxa ta’ spejjeż illi huwa jaħseb illi hija eċċessiva.

  1. F’dan l-artikolu "ħlasijiet" jinkludi drittijiet, infiq, ammonti żborsati u spejjeż.
  2. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom japplikaw minkejja id-dispżizzjonijiet tal-Att tal-1849 dwar l-Avukati u l-Avukati fil-qrati inferjuri tal-Irlanda u tal-Att tal-1870 dwar l-Avukati u l-Avukati fil-qrati inferjuri.”

Par. 12.6 tal-Kodiċi ta’ Mġieba tal-Kunsill Ġenerali tal-Avukatura tal-Irlanda jipprovdi:

“12.6 Fuq struzzjonijiet biex jingħataw servizzi legali, jew wara kemm jista’ jkun malajr, avukat fil-qrati superjuri għandu fuq talba, jipprovdi lill-avukat fil-qrati inferjuri li tah l-istruzzjonijiet, jew lill-klijent f’każ ta’ aċċess skont l-Iskema ta’ Aċċess Professjonali Dirett, b’dettalji bil-miktub li jikkonfermaw:

    1. il-ħlasijiet attwali, jew
    2. meta ma jkunx possibbli jew prattiku illi jingħataw dettalji dwar l-ħlasijiet attwali għandha tingħata stima (preċiża kemm jista’ jkun) tal-iħlasijiet, jew
    3. meta ma jkunx possibli jew prattiku illi jingħataw dettalji dwar il-ħlasijiet attwali jew stima ta’ dawk il-ħlasijiet, għandha tiġi spjegata l-bażi li fuqħom jiġu kkalkulati l-ħlasijiet,

Il-format ta’ kwalunkwe dettalji bħal dawn għandha tkun fid-diskrezzjoni ta’ kull barrister.”

Sorsi tal-ispejjeż

Minn fejn nista’ insib inofrmazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fl-Irlanda?

Jekk jogħġbok fittex l-informazzjoni minn fuq is-sit elettroniku tal-Uffiċċju tal-Kap tal-Intaxxar u fil-letteratura li tista’ titniżżel.

B’liema lingwi nista’ nikseb informazzjoni fuq is-sorsi tal-ispejjeż tal-Irlanda?

Informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż huwa provdut bl-Ingliż.

Minn fejn nista’ insib informazzjoni dwar il-Medjazzjoni?

  • L-Artikolu 7(1) tal-Att tal-1989 dwar ir-Riforma fil-Liġi tal-Familja u Separazzjoni Ġudizzjarja jgħid illi, jekk jiġi ppreżentat rikors lill-qorti biex jinħareġ digriet ta’ separazzjoni ġudizzjarja, il-qorti għandha tikkunsidra jekk ikunx hemm possibbiltà għal rikonċiljazzjoni bejn il-konjuġi konċernati, u, għaldaqstant, tista’ tiddifferixxi l-proċeduri fi kwalunkwe żmien sabiex il-konjuġi jingħataw l-opportunità, jekk ikunu jridu, biex jikkunsidraw il-possibbiltà ta’ rikonċiljazzjoni bejniethom bi jew mingħajr l-assistenza ta’ terza persuna. L-artikolu 7(3) jagħti l-possibbiltà lill-qorti biex tiddifferixxi l-proċeduri biex tagħti l-konjuġi l-opportunità, jekk ikunu jridu, biex jilħqu ftehim, bi jew mingħajr l-assistenza ta’ terza persuna, fuq it-termini, kemm jista’ jkun possibbli tas-separazzjoni.
  • Is-subartikoli (1) u (3) tal-artikolu 8 tal-Att tal-1996 dwar il-Liġi tal-Familja fuq id-Divorzju fihom dispożizzjonijiet simili fir-rigward ta’ proċeduri ta’ divorzju.
  • L-Artikoli 15 u 16, Att tal-2004 dwar ir-Responsabbiltajiet Ċivili u l-Qrati, jirregolaw il-proċeduri ta’ medjazzjoni fir-rigward ta’ litigazzjoni f’każ ta’ korrimenti.
  • Ir-Regola 6(1)(xiii) tal-Ordni 63A u r-Regola 6(1)(xiii) tal-Ordni 63B jawtorizzaw imħallef mill-Lista Kummerċjali kif ukoll imħallef fil-proċeduri tal-kompetizzjoni tal-High Court, rispettivament, fuq rikors minn kwalunkwe mill-partijiet minn jeddhom, li l-proċeduri jew kwalunkwe kwistjoni f’dawn il-proċeduri jiġu differiti għal tul ta’ żmien, li ma jaqbisx it-tmienja u għoxrin ġurnata, kif l-imħallef iqis li jkun meħtieġ biex jagħti ċans lill-partijiet jikkunsidraw il-possibbiltà li jirreferu il-proċeduri jew il-kwistjoni għal proċess ta’ medjazzjoni, konċiljazzjoni jew arbitraġġ, u meta l-partiiet jiddeċiedu biex jirreferu il-proċeduri jew il-kwistjoni, li jtawwlu iż-żmien biex kwalunkwe parti tkun tista’ tiġi konformi ma kwalunkwe dipożizzjoni tar-regoli tal-qorti jew ma’ kwalunkwe ordni tal-qorti.

Għal aktar informazzjoni dwar il-medjazzjoni jekk jogħġbok irreferi għas-sit elettroniku tal-Aġenzija tal-Appoġġ għall-Familja.

Minn fej nista’ nsib informazzoni addizjonali dwar l-ispejjeż?

Hemm provdut sit elettroniku bl-informazzjoni dwar l-ispejjeż

Minn fejn nista’ nsib informazzjoni dwar il-medja ta’ tul ta’ żmien li jieħdu proċeduri differenti?

Jekk jogħġbok sib iktar informazzjoni Rapport Annwali tas-Servizz tal-Qrati.

Taxxa fuq il-Valur Miżjud

Kif tinkiseb din l-informazzjoni? Liema huma r-rati li japplikaw?

Jekk jogħġbok irreferi għas-sit elettroniku tas-servizz tat-Taxxa u Dwana Irlandiża

Għajnuna legali

Il-limitu tad-dħul applikabbli fil-kamp tal-ġustizzja ċivili

Il-limitu ta’ introjtu li jista’ jintuża f’kawżi ċivili hu ta’ €18,000, wara li jingħataw konċessjonijiet monetarji fissi fir-rigward ta’ dipendenti, akkomodazzjoni, ħlasijiet ta’ taxxa u assikurazzjoni soċjali.

Għal iktar informazzjoni jekk jogħġbok idħol fis-sit elettroniku tad-Dipartiment tal-Ġustizzja, Ugwaljanza u Rifoma tal-Liġi u s-sit elettroniku Bord tal-Għajnuna Legali.

Il-limitu tad-dħul applikabbli fil-kamp tal-ġustizzja kriminali għall-konvenuti

L-Iskema ta' Għajnuna Legali Kriminali li hija amministrata mid-Dipartiment tal-Ġustizzja, Ugwaljanza u Riforma tal-Liġi tipprovdi li tista’ tingħata għajnuna legali b’xejn, f’ċerti ċirkustanzi, għad-difiża ta’ persuni li m’għandhomx biżżejjed mezzi fil-proċedimenti kriminali. M’hemmx limitu ta’ dħul. Persuna akkużata għandha dritt li tiġi infurmata mill-qorti li qed tidher jew jidher quddiemha bid-dritt tal-possibbiltà li tingħata għajnuna legali. L-għotja ta’ għajnuna legali tintitola lir-rikorrent għas-servizzi ta’ avukati fil-qrati inferjuri u, f’ċerti ċirkustanzi, sa żewġ avukati, fil-preparazzjoni u t-tmexxija tad-difiża jew tal-appell tiegħu jew tagħha. Il-qrati, permezz tal-ġudikatura, huma responsabbli għall-għoti tal-għajnuna legali. Applikazzjoni għall-għajnuna legali tista’ issir lill-qorti jew (a) mill-applikant personalment jew (b) mir-rappreżentant legali tal-applikant jew (ċ) permezz ta’ ittra lir-Reġistratur tal-Qorti.

Il-qorti trid tkun sodisfatta illi applikant għall-għajnuna legali juri illi l-mezzi ta’ għajxien tiegħu jew tagħha mhumiex suffiċjenti tant li ma jkunx jista’ jħallas għall-għajnuna legali huwa jew hija stess. Din hija kwistjoni purament diskrezzjonali għal kull qorti u mhijiex regolata minn linji gwida ta’ eliġibbiltà finanzjarja. Il-qorti trid tkun sodisfatta wkoll li minħabba “l-gravità tal-akkuża” jew minħabba “ċirkustanzi eċċezzjonali” ikun meħtieġ fl-interessi tal-ġustizzja li l-applikant jingħata għajnuna legali. Iżda, meta l-akkuża tkun ta’ omiċidju jew meta l-appell huwa wieħed mill-Qorti tal-Appell Kriminali għall-Qorti Suprema, l-għajnuna legali tingħata biss fuq il-bażi ta’ mezzi finanzjarji insuffiċjenti.

Applikant għall-għajnuna legali b’xejn jista’ jintalab mill-qorti biex jagħmel dikjarazzjoni tal-mezzi tiegħu. Huwa reat jekk applikant xjentement jagħmel dikjarazzjoni falza jew jaħbi xi fatti materjali bl-għan li jingħata l-għajnuna legali. Dan ir-reat iġorr miegħu piena ta’ multa jew priġunerija jew it-tnejn.

Il-limitu tad-dħul applikabbli fil-kamp tal-ġustizzja kriminali għall-vittmi

Ma hemmx limitu ta’ dħul fir-rigward ta’ kwerelanti f’certi każijiet ta’ vjolenza sesswali li japplikaw għall-għajnuna legali mingħand il-Bord tal-Għajnuna Legali f’każijiet kriminali meta l-istorja sesswali preċedenti tal-kwerelant titqajjem quddiem il-qorti mid-difiża.

Kundizzjonijiet oħra marbuta mal-għajnuna legali tal-vittmi

L-għajnuna legali tingħata awtomatikament lill-kwerelanti f’ċerti każijiet ta’ vjolenza sesswali. Kull vittma oħra trid tissodisfa l-istess kriterji li japplikaw għall-popolazzjoni ġenerali.

Kundizzjonijiet oħra marbuta mal-għoti ta’ għajnuna legali lill-konvenuti

M’hemmx iktar kundizzjonijiet u arranġamenti speċjali għall-minuri.

Proċeduri tal-qorti mingħajr ħlas

Hemm eċċezzjonijiet għall-ħlas tad-drittijeit tal-qorti f’ċertu ċirkustanzi inklużi fi proċedimenti tal-liġi tal-familja u f’ċerti każijiet marbuta mal-minuri. Għad-dettalji kollha taċ-ċirkustanzi meta d-drittijiet tal-qorti m’għandhomx jitħallsu jekk jogħġbok ara l-ordnijiet tad-drittijiet fis-sit elettroniku tas-servizz tal-qorti.

Jekk jogħġbok fittex għal dettalji fuq ordnijiet u eżenzjonijiet ta' drittijiet fuq is-sit elettroniku tas-Servizz tal-Qorti.

Meta trid tħallas l-ispejjeż il-parti li titlef lill-parti li tirbaħ?

Id-deċiżjoni tal-ispejjeż hija fid-diskrezzjoni tal-qrati. Dik id-diskrezzjoni trid tiġi eżerċitata skont regoli u prinċipji li huma stabbiliti sew derivati mill-ġurisprudenza tal-qrati. Pereżempju, l-ewwel regola hi li l-ispejjeż isegwu l-ġrajja, jiġifieri il-parti li titlef tħallas l-ispejjeż tal-parti li tirbaħ. Iżda dan hu mingħajr ħsara għall-eċċezzjonijiet li jiddependu miċ-ċirkustanzi tal-kawża. Per eżempju il-parti li tirbaħ tista’ ma ġġibx lura l-ispejjeż kollha tagħħa jekk il-qorti tkun tal-fehma illi hija dewmet jew tawlet il-proċeduri mingħajr bżonn jew avolja tkun rebħet il-kawża tilfet dwar ċerti kwistjonijiet diskreti tal-kawża. F’ċerti kawżi bħal kawżi li jirrigwardaw kwistjonijiet kostituzzjonali u li jqajjmu kwistjonijet li jkunu ta’ interess pubbliku l-parti li titlef tista’ tirkupra l-ispejjeż kollha tagħha jew parti minnhom.

Drittijiet tal-esperti

F’każ ta’ għajnuna legal fil-kamp ċivili, il-Bord jistabbilixxi skala ta’ drittijiet li juża għal kategoriji diversi ta’ esperti. Ukoll, il-Bord għandu d-diskrezzjoni li juża dritt speċjali meta r-rekwiżiti partikolari tal-każ jeħtiegu li jitqabbad espert partikolari jew speċjalizzat. F’dawk iċ-cirkustanzi, id-dritt jiġi miftiehem individwalment mal-espert filwaqt li jitqiesu x-xogħol involut, il-livell ta’ kompetenza meħtieġa u l-valur tal-każ għall-persuna li qed tirċievi l-għajnuna legali.

F’kawżi kriminali meta jingħata ċertifikat tal-għajnuna legali l-Iskema tal-Għajnuna Legali Kriminali testendi għall-ispejjeż xierqa u raġonevoli minfuqa mill-avukat fil-qrati inferjuri tad-difiża inklużi drittijiet ta’ xhieda esperti.

Drittijiet tat-tradutturi u tal-esperti

Fil-litigazzjoni ċivili b’mod ġenerali, id-drittijiet tat-tradutturi u tal-interpreti hija kwistjoni li tiġi miftiehma fl-ewwel istanza bejn it-tradutturi/interpreti u l-parti fil-litigazzjoni in kwistjoni. Iżda, meta deċiżjoni tal-qorti tordna li l-ispejjeż ta’ dik il-parti jridu jitħallsu minn parti oħra id-drittijiet li jitħallsu lill-traduttur/interpretu jkunu soġġetti għall-intaxxar (stima) minn kap tal-intaxxar (jiġifieri stimatur tal-ispejjeż legali).

F’kull każ li jinvolvi l-għajnuna legali fil-kamp ċivili, il-Bord iniedi kompetizzjoni ta’ offerti u jagħżel minn fost l-organizzazzjonijiet li jagħmlu offerta.

F’kawżi kriminali meta jingħata ċertifikat ta’ għajnuna legali l-Iskema ta’ Għajnuna Legali Kriminali testendi għall-ispejjeż xierqa u raġonevoli minfuqa mill-Avukat fil-qrati inferjuri tad-difiża inklużi drittijiet għat-traduzzjoni u għall-interpretazzjoni.

Dokumenti relatati

Rapport tal-Irlanda fl-Istudju dwar it-Trasparenza tal-ispejjeż PDF (400 Kb) en

L-aħħar aġġornament: 21/11/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna